 LOTTU PUBBLIKU ġ K AP. 70.       1
KAPITOLU 70
ORDINANZA DWAR IL-LOTTU PUBBLIKU
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l- liġi dwar il- Lottu
Pubbliku.
8 ta’ Frar, 1932
L-ORDINANZA II ta’ l-1932, kif emendata bl-Ordinanzi: VI ta’ l-1938,
XXI ta’ l-1940, II ta’ l-1943, VII ta’ l-1946, VII ta’ l-1947; bl-Atti: XVII ta’
l-1948, VII ta’ l-1949, VII ta’ l-1950, XV ta’ l-1956; bl-Ordinanzi ta’
Emerġenza: VI u XIV ta’ l-1958; bl-Ordinanza XVII ta’ l-1961; bl-Avviż
Legali 24 ta’ l-1962; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Att VI ta’ l-1962;
bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Att VIII ta’ l-1964; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-
1965; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, XI ta’ l-1971, XVI ta’ l-1972; bl-Avviż
Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XIII ta’ l-1983, XXVI ta’ l-1988, II, VIII u
XX1V ta’ l-1990, XVI ta’ l-1997, VIII ta’ l-1998 u XI ta’ l-2000. 
Titolu.
Pubbliku.
Il-lottu pubbliku 
huwa monopolju 
tal-Gvern.
2. Il-lottu pubbliku huwa stabbilit bħala monopolju tal-
Gvern.
L-amministraz-
zjoni tal-lottu hija 
f’idejn id-Direttur 
tal-Lottu Pubbliku. 
Emendat: 
VII. 1949.7.
3. L-amministrazzjoni tal-Lottu hi mogħtija lid-Direttur tal-
Lottu Pubbliku taħt dawk ir-regolamenti li jiġu magħmula minn
żmien għal ieħor.
Kif jintlagħab il-
lottu.
4. Il-lottu jintlagħab bin-numri mill-wieħed sad-disgħin
inklużivament, li minnhom ħamsa, imtellgħin bix-xorti wieħed
wara l-ieħor, jistabbilixxu r-rebħiet.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
finanzi li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
VII. 1949.5; 
VII. 1950.2; 
VI. 1958.2; 
XVII. 1961.3; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 24 ta’ l-1962;
VIII. 1964.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXX1. 1966.2; 
XXIV. 1990.2.
5. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn żmien
għal ieħor, jagħmel regolamenti, li għandhom jiġu maħruġa fil-
Gazzetta tal-Gvern, biex jistabbilixxu -
(a) in-numru ta’ banek awtorizzati li jirċievu l-ġugati;
(b) il-ġurnata, is-siegħa u l-metodu ta’ l-estrazzjonijiet li
jsiru minn żmien għal ieħor, kif ukoll l-uffiċjali li l-
preżenza tagħhom hi meħtieġa biex tagħmilhom legali;
(ċ) il-ġugati li jistgħu jsiru fuq ir-riżultat ta’ kull
estrazzjoni;
(d) l-ammont tal-premjijiet tal-lottu;
(e) il-mod li bih u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ġugati
jistgħu jiġu irċevuti;
(f) il-ġurnata u l-ħin li fihom ma jistgħux jiġu iżjed
irċevuti ġugati;
(g) in-numru, id-dmirijiet u l-obbligi tar-riċevituri tal-
ġugati, u l-perċentwali, jew ħlas ieħor, li huma
għandhom jirċievu;
(h) kull ħaġ’oħra li għandha x’taqsam mat-treġija tal-lottu
2      KAP. 70. ħ          LOTTU PUBBLIKU
pubbliku, magħduda kull ħaġa li l-Ministru jista’ jqis li
tkun meħtieġa jew spedjenti li jirregola
b’konsegwenza ta’ l-introduzzjoni ta’ sistema ta’
computer fil-lottu pubbliku;
(i) dak kollu li jista’ jew li għandu jiġi stabbilit.
Il-biljetti 
għandhom juru l-
probabbiltajiet ta’ 
rebħ.
6. F’kull biljett għandu jkun hemm nota bil-Malti li turi l-
proporzjon tal-probabbiltà  tar-rebħ.
Depożitu ta’ 
computer discs. 
Sostitwit: 
VIII. 1964.3. 
Emendat: 
XI. 1971.2. 
Sostitwit: 
XXIV. 1990.3.
7. (1) Il-computer discs li fuqhom ikun jinsab it-tagħrif dwar
il-ġugati għandhom jiġu konsenjati mir-riċevituri qabel l-
estrazzjoni f’dak l-imkien fil-presenza ta’ dawk l-uffiċjali u bit-
teħid ta’ dawk il-miżuri ta’ sigurezza li jiġu stabbiliti.
(2) Jekk għal xi raġuni li tkun il-computer discs ma jiġux
konsenjati skond kif provdut fis-subartikolu (1), jew jekk l-istess
jiġu konsenjati fi stat difettuż, il-ġugati reġistrati fuqhom
għandhom jitqiesu bħala li ma jiswewx, u l-ġugatur ikollu jedd għal
rimborż ta’ l-ammont milgħub mal-konsenja tal-biljett. 
Avviż ta’ rebħ. 
Emendat. 
VII. 1949.7.
8. (1) Avviż ta’ kull rebħa għandu jingħata lid-Direttur fi
żmien tletin ġurnata mid-data ta’ l-estrazzjoni ta’ dik ir-rebħa.
(2) Barra minn dan, ir-rebbieħ għandu jippreżenta l-biljett
għall-eżami u għall-ħlas li jmiss u dan il-ħlas isir fid-data li jiffissa
l-uffiċjal inkarigat.
Żmien li fih jistgħu 
jintalbu r-rebħiet. 
Emendat: 
VII. 1947.2; 
VII. 1949.7; 
XXIV. 1990.4.
9. Il-jedd li tintalab ir-rebħa jintilef bl-egħluq ta’ tletin
ġurnata mid-data ta’ l-estrazzjoni ta’ kull rebħa u talba li għalhekk
ma jmissiex is-sir ma titqiesx mid-Direttur:
Iżda jekk l-aħħar jum ta’ perijodu li fih tista’ ssir talba
jaħbat il-Ħadd jew vaganza pubblika, il-perijodu għandu jittawwal
sa l-ewwel ġurnata tax-xogħol li tiġi minnufih wara.
Kondizzjonijiet li 
taħthom jitħallsu r-
rebħiet. 
Emendat: 
VIII. 1964.4; 
XXXI. 1966.2; 
XXIV. 1990.5.
10. Il-pussessur ta’ biljett rebbieħ m’għandux jedd għall-ħlas - 
(a) jekk il-biljett ma jkunx sħiħ, jew jekk ikun fih tibdil
jew korrezzjoni fin-numri miktuba fuqu; jew
(b) jekk ma jkunx jaqbel fl-aspetti kollha mar-
reġistrazzjonijiet maħżuna fil-computer hekk kif jista’
jiġi stabbilit:
Iżda meta l-biljett rebbieħ ma jkunx sħiħ, il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jawtorizza
l-ħlas tal-premju jekk ikun sodisfatt li l-parti prodotta jkollha l-
elementi meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità  tal-biljett jew li
l-partijiet prodotti jkunu partijiet ta’ l-istess biljett u jkollhom dawk
l-elementi.
 LOTTU PUBBLIKU ġ K AP. 70.       3
Projbizzjon ta’ 
lotteriji jew tombli 
pubbliċi.
Sostitwit: 
VII. 1946.2. 
Emendat: 
VII. 1947.3; 
VII. 1949.2, 4, 6, 7; 
VII. 1950.3; 
XV. 1956.2; 
VI. 1958.2; 
XIV. 1958.3; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 24 ta’ l-1962; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI. 1966.2; 
XVI. 1972.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XIII. 1983.4; 
XXVI. 1988.2; 
II. 1990.2; 
XXIV. 1990.6;
VIII. 1998.2;
XI.2000.26.
11.(1)(a) Kull għamla ta’ lotterija jew tombla pubblika hija
projbita, kemm-il darba ma jkunx qabel ingħata
permess mid-Direttur tal-Lottu. Meta jagħti dan il-
permess, id-Direttur tal-Lottu Pubbliku jista’ iqiegħed
dawk il-kondizzjonijiet li huwa ikun jidhirlu xierqa.
(b) Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza l-kelma "lotterija"
tfisser ukoll kull skim għat-tqassim ta’ premjijiet li bih
sew min jirbaħ jew il-għadd jew l-ammonti tal-
premjijiet huma marbutin ma’ dak li jista’ jiġri ’1
quddiem jew ma’ tqabbil ta’ ġrajjiet li għad jistgħu
jiġru ’1 quddiem u li m’hu permess b’ebda
disposizzjoni tal-liġi li ssemmi għalih dak l-iskim.
Taxxa li għandha 
titħallas.
(2) It-taxxa li ġejja għandha titħallas u tinġabar mid-Direttur
tal-Lottu Pubbliku f’isem il-Gvern ta’ Malta:
(i) dwar il-ħruġ ta’ permess għaż-żamma ta’ kull
sessjoni tat-tombla pubblika, taxxa ta’ Lml5,
jew dik it-taxxa li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi b’Ordni fil-Gazzetta;
 (ii) dwar kull lotterija pubblika taxxa li tkun daqs
ħamsa u għoxrin fil-mija tal-valur, stabbilit
għas-sodisfazzjon tad-Direttur tal-Lottu
Pubbiiku, tal-premju jew premjijiet offerti:
Iżda d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jista’ jeħles mill-ħlas tat-
taxxa hawn fuq imsemmija f’kull każ għalih meta xi lotterija jew
tombla pubblika ssir u titmexxa minn soċjetà , istitut jew persuna
privata u l-qligħ nett minnha jkun għal għan reliġjuż approvat mill-
Awtoritajiet Ekklesjastiċi lokali kompetenti, jew għal għan ta’
karità , jew għall-promozzjoni tal-moviment tal-Boy Scouts jew tal-
Girl Guides jew għall-għajnuna tal-belle arti, jew għal xi għan
ieħor li jkun approvat bil-miktub mill-Ministru responsabbli għall-
finanzi.
Setgħa ta’ dħul.
sott’Ispettur, jew kull membru tal-Pulizija ta’ rank inqas minn dak
iżda li jkun awtorizzat kif jistħoqq minn superjur tiegħu, jew kull
bniedem ieħor awtorizzat kif jistħoqq mid-Direttur tal-Lottu
Pubbliku għal dak il-għan, għandu s-setgħa jidħol kullimkien fejn
jidhirlu li għandu għalfejn jaħseb illi tkun qed issir xi lotterija jew
tombla pubblika, bil-għan li jara d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jew ta’ xi regolamenti magħmulin taħtu humiex qed ikunu
mħarsin.
4      KAP. 70. ħ          LOTTU PUBBLIKU
Logħob f’lotteriji 
jew tombli pubbliċi 
mhux ħlief 
b’kartelli maħruġin 
skond ir-
regolamenti.
(4) Ħadd ma jkun jista’ jidħol jew jitħalla jilgħab f’xi lotterija
jew tombla pubblika li jkun ingħata permess kif imsemmi hawn
qabel sabiex issir, ħlief b’kartelli jew biljetti maħruġin skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi minn żmien għal ieħor għad jista’ jagħmel taħt dan l-
artikolu:
Iżda d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jista’ fil-każijiet ta’
lotteriji pubbliċi permessi meta ma jkunx maħsub biex jinħarġu
dawn il-biljetti jew kartelli, jeħles minn din il-ħtieġa b’dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Kontijiet ta’ dħul u 
nfiq.
(5) Meta jingħata permess taħt dan l-artikolu sabiex isiru
lotteriji jew tombli pubbliċi, id-Direttur tal-Lottu Pubbliku jkollu s-
setgħa li jġiegħel lill-bniedem li jingħatalu l-permess, iġib kont
tad-dħul u ta’ l-infiq dwar dawk il-lotteriji jew tombli u jwettqu bil-
ġurament.
Setgħa dwar 
egħmil ta’ 
regolamenti.
(6) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel
regolamenti sabiex jiżgura l-ħlas tat-taxxa li jista’ jistħoqq taħt dan
l-artikolu u ġeneralment sabiex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jkunu jistgħu jseħħu u l-iktar għall-fornitura u l-użu ta’
biljetti u bolli jew għall-imbullar jew immarkar ta’ biljetti
mibgħutin lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku sabiex ikunu mbullati
jew immarkati u għall-iżgurar tat-taħsir tal-biljetti jew tal-bolol la
darba jiġu wżati.
Tifsir ta’ lotterija 
jew tombla 
pubblika.
(7) Kull lotterija jew tombla li ssir fil-lokal ta’ xi każin
għandha, għall-għanjiet ta’ dan l-artikolu, titqies li hija lotterija jew
tombla pubblika, u l-konċessjonarju ta’ permess sabiex iżomm
tombla pubblika imsemmi fis-subartikolu (2)(i) għandu jesebixxi
dak il-permess fi mkien fejn ikun jista’ jiġi spezzjonat faċilment.
Ħtijiet u pieni. (8) Kull min ikun ħati ta’ ħtija kontra d-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu jew ta’ xi regolament magħmul taħtu jkun jista’ jeħel
multa ta’ ħames mitt lira jew ta’ darbtejn l-ammont tat-taxxa li kien
imissu ħallas, liema jkun l-akbar ammont.
Ksur tal-liġi minn 
xrieki ta’ nies.
(9) Meta soċjetà  jew każin ikunu ħatjin li kisru dan l-artikolu
jew xi regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu, kull president,
direttur, u funzjonarju ieħor ta’ dik is-soċjetà  jew każin li bid-
dehen jieħu sehem f’dak il-ksur ikun ħati ta’ ħtija u jkun jista’ jeħel
il-piena li hemm għal dik il-ħtija.
(10) ll-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jaħfer jew
inaqqas kull piena li għaliha kull persuna tista’ tkun suġġetta taħt
is-subartikoli (8) u (9) kull meta, fid-dehen tiegħu, huwa jidhirlu
illi ċ-ċirkostanzi tal-każ jistħoqqilhom dik il-maħfra jew dak it-
tnaqqis.
Ħlas fil-Fond 
Konsolidat.
(11) It-taxxa li jitħallas u l-flejjes li jinġabru b’piena taħt dan l-
artikolu għandhom jitħallsu fil-Fond Konsolidat.
(12) Fil-każ li xi premju f’lotterija jew f’tombla pubblika ma
jingħatax għal xi raġuni tkun li tkun, jew li jibqa’ mhux mitlub sa
żmien xahar wara d-data tat-tlugħ, il-valur ta’ dak il-premju għandu
jitħallas lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku fi żmien xahrejn mid-data
tat-tlugħ, u jiġi akkreditat f’kont li jkun magħruf bħala "Fond ta’
Premjijiet ta’ Lotteriji u Tombli Pubbliċi Mhux Mitlubin"; u kull
 LOTTU PUBBLIKU ġ K AP. 70.       5
bilanċ ta’ kreditu fil-fond, jew sehem minnu, għandu jitqassam lil
organizzazzjonijiet filantropiċi jew tal-karità  jew jingħataw għal
għanijiet oħrajn li jistħoqqilhom l-għajnuna, jew jiġu trasferiti fil-
Fond Konsolidat, hekk kif il-Ministru jista’ jordna minn żmien għal
żmien.
(13) II-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li permezz tagħhom
jirregola l-għoti ta’ permessi għal ftuħ ta’ uffiċċji minn fejn ikunu
jistgħu jiġu organizzati lotteriji b’mod regulari u li jistabbilixxu l-
mod kif jiġu ġestiti dawk l-uffiċċji, il-kontroll li għandu jiġi
eżerċitat fuq dawk l-uffiċċji u bla preġudizzju għal dak li jintqal
hawn qabel jista’ b’dawk ir-regolamenti -
Kap. 400.
(a) jipprovdi li dawk l-uffiċċji jkunu taħt is-superviżjoni
tal-Bord dwar il-Logħob imwaqqaf, u spetturi maħtura
taht l-Att dwar il-Logħob;
(b) jipprovdi għal prevenzjoni ta’ money laundering;
(ċ) li jistabbilixxi t-taxxa li ma tkunx aktar minn dik
stabbilita fis-subartikolu (2) li għandha titħallas fuq
logħob li jsir minn dawk l-uffiċċji; u
(d) jaghmel kull disposizzjoni oħra li tiżgura li l-loghob
isir b’mod xieraq u li dawn l-uffiċċji jiġu mmexxija
minn persuni idonei u li jinżamm akkont xieraq ta’ l-
operazzjonijiet ta’ dawn l-uffiċċji.
Lottu klandestin. 
Emendat: 
XXIV. 1990.7;
VIII. 1998.3.
12. (1) Il-lottu klandestin, ikun li jkun il-mod li bih u l-isem li
taħtu jsir, hu ipprojbit. Din il-projbizzjoni tgħodd fil-każ ta’ kull
lottu klandestin li jsir b’wegħdiet lill-ġugaturi ta’ premjijiet ta’ flus
jew ta’ ħaġ’oħra, jew bil-mezz ta’ ġbir jew ta’ sottoskrizzjonijiet
ta’ ġugati fuq komunikazzjonijiet ta’ numri li jaqblu ma’ dawk tal-
lottu pubbliku jew li jkunu bħalhom.
(2) Kull min jagħmel lottu klandestin jew jiġbor il-flus tal-
ġugati fuqu kif jingħad hawn fuq, u kull min b’xi mod igħin jew
iħajjar f’daqshekk, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas
minn elfejn lira u mhux iżjed minn għoxrin elf lira u l-priġunerija
għal żmien ta’ minn sitt xhur sa tnax-il xahar.
(3) Il-ġugatur li ma jkunx kompliċi kif jingħad hawn fuq, jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u mhux
iżjed minn mitejn lira.
Piena għal min 
jagħmilha ta’ 
riċevitur tal-lottu 
mingħajr awtorità . 
Emendat: 
VII. 1949.3; 
VI. 1958.2; 
XXV 1962.2; 
A.L. 24 ta’ l-1962; 
XXXI. 1966.2; 
XXIV. 1990.7.
13. (1) Ħadd ma jista’, jekk ma jkunx awtorizzat
għaldaqshekk mill-Ministru responsabbli għall-finanzi, taħt ebda
titolu jew b’ebda mod, jagħmilha ta’ riċevitur ta’ ġugati tal-lottu.
(2) Kull min jikser id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn elf lira u mhux iżjed
minn ħamest elef lira jew il-priġunerija għal żmien minn sitt xhur
sa tnax-il xahar jew dawn iż-żewġ pieni tal-multa u tal-priġunerija
flimkien.
Piena għall-bejgħ, 
eċċ., ta’ biljetti tal-
lottu f’postijiet 
mhux awtorizzati. 
Emendat: 
XXIV. 1990.7.
14. (1) Ħadd ma jista’ jbigħ jew joffri għall-bejgħ biljetti tal-
lottu pubbliku f’ebda post li ma jkunx maħtur għaldaqshekk.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u mhux
6      KAP. 70. ħ          LOTTU PUBBLIKU
iżjed minn mitejn lira.
 (3) Kull min jilgħab, jew jixtri jew jissottoskrivi għall-ġugati
f’biljetti, f’post li ma jkunx maħtur għaldaqshekk, jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed
minn mitejn lira.
Piena għall-bejgħ, 
eċċ., ta’ biljetti ta’ 
lotteriji ta’ barra, 
eċċ. 
Emendat: 
XXIV. 1990.7;
VIII. 1998.4.
15. (1) Ħadd ma jista’ jimporta, ibigħ, iqassam jew jakkwista
sabiex ibigħ f’Malta, biljetti ta’ lottu jew ta’ lotterija ta’ barra.
(2) Kull min jimporta, ibigħ, iqassam jew jakkwista sabiex
ibigħ dawn il-biljetti jeħel, meta jinsab ħati, il-multa ta’ mhux
anqas minn elfejn lira u mhux iżjed minn għoxrin elf lira u l-
priġunerija għal żmien minn sitt xhur sa tliet snin, jew dawn iż-
żewġ pieni tal-multa u tal-priġunerija flimkien.
(3) Kull min jakkwista, bi skop ta’ logħob, biljetti ta’ lottu jew
ta’ lotterija ta’ barra jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas
minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira.
Pussess mhux 
awtorizzat ta’ 
biljett tal-lottu bil-
moħbi, eċċ.
Miżjud:
VIII.1998.5.
15A.  Kull min jinstab li jkollu pussess mhux awtorizzat ta’
biljett tal-lottu bil-moħbi jew ta’ xi lottu jew lotterija barranin
jista’, mingħajr preġudizzju għall-applikabilità  ta’ kull liġi oħra,
meta jinsab ħati jeħel multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira.
Piena meta l-ħati 
huwa riċevitur tal-
lottu jew impjegat 
tiegħu.
16. Jekk il-ħati kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
huwa riċevitur tal-lottu jew impjegat tiegħu, il-piena għandha
tingħata fil-maximum tagħha.
Piena għar-
reċidiva.
Kap. 9.
17. Meta l-persuna misjuba ħatja ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza tkun reċidiva, teħel il-piena
stabbilita għar-reat li tiegħu tkun ġiet hekk misjuba ħatja, miżjuda
bi grad. Din iż-zieda tinqies skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali.
Bla ħsara ta’ pieni 
iżjed qawwija 
stabbiliti fil-Kodiċi 
Kriminali.
Kap. 9.
18. Jekk il-fatt ikun reat li għalih hemm piena akbar skond il-
Kodiċi Kriminali, għandha tingħata din il-piena akbar minflok il-
piena stabbilita f’din l-Ordinanza.
Qbid u konfiska ta’ 
reġistri, eċċ., li 
jkollhom x’jaqsmu 
mar-reat. 
Emendat: 
XVII. 1948.2; 
VII. 1949.4,7.
19. (1) Ir-reġistri, il-għodod tal-logħob, il-biljetti, il-poloz, il-
kartelli, il-flus, li jkunu jirrappreżentaw il-bank jew il-ġugati jew
il-premju mirbuħ, kull ħaġa mobbli jew immobbli offerta bħala
premju, kif ukoll kull ħaġ‘oħra li għandha x’taqsam mar-reat, jew li
swiet jew kienet maħsuba biex tiswa għalbiex isir ir-reat,
għandhom jiġu maqbuda u ikkonfiskati kontra l-persuni li jkunu
għamlu l-lottu kontra l-liġi, jew li jkunu ġabru l-flus għaldaqshekk,
jew li kienu kompliċi ma’ dawk il-persuni jew għenuhom, u kontra
l-ġugaturi.
(2) Meta minħabba età ’ jew xi diżabilità  oħra, ma jistax
jittieħed proċediment għal reat taħt l-artikolu 15 kontra persuna li
f’isimha ntrebaħ premju f’xi lottu jew lotterija barranija,
proċedimenti ċivili għall-konfiska u telf tal-premju mirbuħ jistgħu,
fuq talba tad-Direttur tal-Lottu Pubbliku, jittieħdu kontra l-persuna
li skond il-liġi jkollha l-ħsieb tal-persuna li tirbaħ il-premju, jew
kontra kuraturi li jinħatru għall-iskop: u jekk jinkiseb ordni għal
dik il-konfiska u telf tal-premju, dan il-premju jew, meta l-premju
 LOTTU PUBBLIKU ġ K AP. 70.       7
jkun għadu ma tħallasx, il-jedd li jinġabar dak il-premju, isir tal-
Gvern ta’ Malta.
Dawn ir-reati 
għandhom jinġiebu 
quddiem il-Qorti 
Kriminali tal-
Maġistrati. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
20. Il-Qorti Kriminali tal-Maġistrati hija l-qorti kompetenti
biex tieħu konjizzjoni tar-reati kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza.
Prova preżuntiva.
Miżjud:
VIII. 1998.6.
20A.  Kull min jinsab li jkollu pussess mhux awtorizzat ta’ -
(a) għodod tal-logħob;
(b) registri li normalment jintużaw għal-logħob; u
(ċ) oġġetti jew mezzi oħra li normalment jintużaw sabiex
isir il-lottu bil-moħbi, bħal kupuni, poloz, kartelli,
matriċijiet, counterfoils, tikketti tal-ħlas jew biljetti
tal-lottu bil-moħbi f’tali kwantità  li tkun tista’ b’mod
raġonevoli tagħti wieħed x’jifhem li dik il-persuna
tkun qiegħda torganizza lottu bil-moħbi,
għandu jkun preżunt li jkun qiegħed jieħu sehem f’lottu bil-moħbi
kemm-il darba ma tinġiebx prova xort’oħra.
Avviżi ta’ lottu ta’ 
barra, eċċ. 
Emendat: 
XXIV 1990.7.
21. Kull direttur jew stampatur ta’ gazzetta, kull stampatur u
distributur ta’ karti volanti u kull wieħed ieħor li jippubblika jew
iġiegħel lil min jippubblika prospetti, avviżi jew estrazzjonijiet ta’
lottu ta’ barra jew ta’ lotterija ta’ barra, jew li jgħarraf lill-pubbliku
bil-postijiet li fihom wieħed jista’ jikteb f’dak il-lottu jew lotterija,
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u
mhux iżjed minn mitejn lira.
Kostituzzioni ta’ 
Fond ta’ Lottu 
Pubbliku. 
Emendat: 
XXI. 1940.2; 
II. 1943.2; 
VII. 1946.3; 
VII. 1949.5, 6; 
VI. 1962.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI. 1966.2; 
XXIV. 1990.8;
XVI. 1997.8.
22. (1) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
11(11), il-flus kollha li jidħlu mill-bejgħ ta’ biljetti taħt din l-
Ordinanza għandhom jiġu mħallsa lit-Teżor u akkreditati lil kont li
għandu jinżamm f’dak id-dipartiment u li għandu jissejjaħ "Il-Fond
tal-Lottu Pubbliku".
(2) Mill-Fond tal-Lottu Pubbliku għandhom jitħallsu, mingħajr
il-bżonn ta’ ebda approprjazzjoni oħra barra din l-Ordinanza, il-
premjijiet, l-ispejjeż ta’ amministrazzjoni u spejjeż oħra li
għandhom x’jaqsmu magħha; u l-bilanċ, fl-aħħar ta’ kull tliet xhur,
għandu jiġi approprjat lill-Fond Konsolidat ta’ Malta:
Iżda jekk f’xi żmien il-bilanċ għak-kreditu tal-Fond tal-
Lottu Pubbliku ma jkunx biżżejjed biex jagħmel tajjeb, għal kollox
jew f’parti, għall-ħlas tal-premji, għall-ispejjeż ta’ l-
amministrazzjoni u għal spejjeż oħra li għandhom x’jaqsmu
magħha, dan il-bilanċ għandu jiżdied b’antiċipi temporanji mill-
Fond ta’ Ħelsien tat-Teżorerija ta’ Malta b’Warrants taħt il-firma
tal-Ministru responsabbli għall-finanzi:
Iżda wkoll il-Ministru jista’ jagħmel dawk il-
kontribuzzjonijiet jew ħlasijiet oħra mill-Fond tal-Lottu Pubbliku li
jidhrulu xierqa sabiex igħin lil dawk l-għaqdiet jew
organizzazzjonijiet, jew għanijiet oħrajn li jistħoqqilhom l-
għajnuna, hekk kif jista’ jiġi stabbilit.
8      KAP. 70. ħ          LOTTU PUBBLIKU
Kap. 174.
(3) Prospett tad-dħul u nefqa tal-Fond tal-Lottu Pubbliku
għandu, kemm jista’ jkun malajr wara l-egħluq ta’ kull sena
finanzjarja u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-
egħluq ta’ dik is-sena, jiġi mibgħut mill-Accountant General lill-
Awditur Ġenerali, u l-artikolu 65(2) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika għandu jgħodd għal dak
il-prospett.
