PROJBIZZJONITA’ PROPAGANDASEDIZZJUŻA  ġ KAP. 71.
KAPITOLU 71
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
PROPAGANDA SEDIZZJUŻA
Biex tipprojbixxi l-importazzjoni, il-pubblikazzjoni, il-pussess u t-
tqassim ta’ materja sedizzjuża.
(15 ta’ Settembru, 1932)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XIX ta’ l-1932, kif emendata bl-Ordinanzi:
XXXIII ta’ l-1935, XXII ta’ l-1936, XVI ta’ l-1960; bl-Avviż Legali 46 ta’
l-1965; bl-Atti: I ta’ l-1973, LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti: XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981 u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Propaganda Sedizzjuża.
Tifsir. 
Sostitwit: 
I. 1973.2. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XI. 1977.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"forza" tfisser kull forza navali, militari jew ta’ l-ajru tal-Gvern
jew il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"materja sedizzjuża" tfisser kull ħaġa stampata jew miktuba, kull
sinjal jew rappreżentazzjoni viżibbli li jkunu jinsabu f’kull
gazzetta, kartellun, ktieb, ittra, pakk jew dokument ieħor u kull
diska tal-gramafonu jew tape irrekordjata li, direttament jew
indirettament, sew b’deduzzjoni, suġġeriment, allużjoni, metafora,
implikazzjoni jew xort’oħra, x’aktarx jistgħu jew għandhom
imnejn-
(a) jisseduċu xi membru tal-forzi mil-lealtà jew mid-dmir
tiegħu jew li jqanqlu diżaffezzjoni f’dawk il-forzi lejn
l-Istat ta’ Malta;
(b) iġibu mibegħda jew disprezz jew iqanqlu diżaffezzjoni
kontra l-persuna tal-President ta’ Malta jew kontra l-
Gvern jew il-Kostituzzjoni;
(ċ) ixewxu persuni f’Malta biex jaqbdu l-armi kontra l-
Gvern jew biex jippruvaw xort’oħra milli b’mezzi
legali li jġiegħlu lill-Gvern ibiddel il-miżuri jew id-
deċizjonijiet li jkun ħa jew biex ifixklu l-eżerċizzju ta’
l-awtorità leġittima tiegħu;
(d) iqanqlu skuntentizza jew diżaffezzjoni fost l-abitanti
ta’ Malta; jew
(e) iqanqlu sentimenti ta’ mibegħda u ta’ egħdewwa bejn
klassi u oħra jew razza u oħra ta’ dawk l-abitanti:
*Ara Proklama Nru. XXXI tal-15 ta’ Settembru, 1932.
PROJBIZZJONITA’ PROPAGANDASEDIZZJUŻA  ġ KAP. 71.
L-importazzjoni ta’ 
gazzetti, eċċ., tista’ 
tiġi ipprojbita. 
Miżjud: 
XXXIII. 1935.2. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
8. (1) Il-President ta’ Malta jista’, bi Proklama, jipprojbixxi
l-importazzjoni f’Malta ta’ gazzetti, kotba, jew dokumenti, illi, fil-
fehma tiegħu, fihom materja sedizzjuża, u fil-każ ta’ gazzetta li l-
pubblikazzjoni tagħha hija perjodika, jista’, bl-istess Proklama jew
b’oħra wara, jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ numru tagħha li jkun
ġa ħareġ jew li għad irid joħroġ.
(2) Kull min -
(a) jimporta, ibigħ, joffri għal bejgħ, iqassam jew
jirriproduċi gazzetta, ktieb, jew dokument, jew biċċa
jew estratt minnhom, li l-President ta’ Malta ikun
iddikjara li hija ipprojbita l-importazzjoni tagħhom
f’Malta; jew
(b) meta jinsab fil-pussess tal-gazzetta, ktieb jew
dokument hawn fuq imsemmijin ma jippruvax
b’sodisfazzjon tal-qorti li ġie fil-pussess tagħhom
mingħajr ma kien jaf jew mingħajr il-kompliċità
tiegħu,
hu ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza.
Il-pakketti li ikun 
fihom dawn il-
gazzetti, eċċ., 
jistgħu jiġu 
miżmuma.
Miżjud: 
XXXIII. 1935.2. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
9. Il-Postmaster General, il-Kontrullur tad-Dwana, il-
Kummissarju tal-Pulizija u kull uffiċjal ieħor li jiġi awtorizzat
għaldaqshekk mill-President ta’ Malta jista’ jżomm, jiftaħ u
jeżmina kull pakkett li jissuspetta li fih gazzetta, ktieb jew
dokument li l-President ta’ Malta ikun iddikjara li hija ipprojbita l-
importazzjoni tagħhom f’Malta.
Pieni. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX. 1981.4; 
VIII. 1990.3.
10. (1) Kull min jinsab ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza
jeħel -
(a) jekk jinsab ħati quddiem Qorti tal-Maġistrati, il-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn għaxar
xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira jew
dawn iż-żewġ pieni flimkien.
(b) jekk jinsab ħati quddiem Qorti tal-Maġistrati, il-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn għaxar
xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira jew
dawn iż-żewġ pieni flimkien.
 (2) Il-persuna akkużata ta’ reat kontra din l-Ordinanza, ma
tistax tiġi iġġudikata mill-Qorti Kriminali ħlief jekk il-President ta’
Malta jiċċertifika li hu xieraq li tiġi hekk iġġudikata.
