ĦLASTA’ DRITTLILL-BARKLORI ġ K AP. 73.
KAPITOLU 73
ATT DWAR IL-ĦLAS TA’ DRITT LILL-
BARKLORI
Biex jagħmel disposizzjonijiet għall-ħlas ta’ dritt minn passiġġieri li ma
jagħmlux użu minn dgħajjes.
(2 ta’ Ġunju, 1933)*
Sar liġi bl-ATT XVII ta’ l-1933, kif emendat bl-Ordinanza XI ta’ l-
1935; bl-Atti: XIII ta’ l-1948, XI ta’ l-1957; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza
VI ta’ l-1958; u bl-Ordinanzi: XVI ta’ l-1960 u XXV ta’ l-1962.
Titolu fil-qosor.
Barklori.
Tifsir. 
Miżjud: 
XIII. 1948.3.
2. Fil-kelmiet -
"mezz ta’ trasport tal-kiri" #jidħlu dgħajjes jew inġenji oħra ta’
fuq il-baħar li jkunu ipprovduti mill-aġent stess jew li jkunu tal-
vapur li fuqu ġew imbarkati l-passiġġieri jew li minnu ġew
żbarkati;
"Ministru" tfisser il-Ministru li, minn żmien għall-ieħor, ikollu
taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu id-Dipartiment tad-Dwana.
Ħlas ta’ dritt minn 
passiġġieri li 
jimbarkaw jew 
jiżbarkaw f’Malta. 
Emendat: 
XVI. 1960.3.
3. (1) Mill-ġurnata li dan l-Att jibda jseħħ, l-aġent ta’ kull
bastiment b’passiġġieri għal Malta jew li sejrin isiefru minn Malta
għandu jħallas fl-Uffiċċju tal-Kontrullur tad-Dwana dritt ta’
ċenteżmu u seba’ milleżmi għal kull passiġġier li jimbarka fuq il-
bastiment jew jiżbarka mill-bastiment b’mezz ta’ trasport tal-kiri
barra minn dgħajsa bil-liċenza.
 (2) Dan id-dritt m’għandux ikun iżjed minn tliet ċenteżmi u
tliet milleżmi għal kull ġurnata sħiħa.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
bastimenti li jittrasportaw passiġġieri bejn Malta u Għawdex.
Amministrazzjoni 
tal-flus. 
Emendat: 
XI. 1935.3; 
XIII. 1948.2. 
Sostitwit: 
XI. 1957.2. 
Emendat:
VI. 1958.2; 
XVI. 1960.3; 
XXV. 1962.2.
4. Il-flejjes miġbura mill-ħlas tad-drittijiet imsemmija fl-
aħħar artikolu qabel dan ikunu amministrati mill-Kontrullur tad-
Dwana li jħallashom, b’dak it-tnaqqis li l-Ministru jista’ jordna,
lill-barklori liċenzjati li jeżerċitaw is-sengħa tagħhom fil-Port il-
Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett, skond regolamenti magħmula mill-
Ministru bis-saħħa ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att.
*Ara l-artikolu oriġinali 7 ta’ dan l-Att li ġie mħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-
1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji ta’ Malta u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 193 tat-2
ta’ Ġunju, 1933.
#Meħuda mill-art. 2 (3) ta’ l-Edizzjoni Riveduta tal-Liġijiet ta’ Malta ta’ l-1942
bis-saħħa ta’ l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 2      KAP. 73.ħ       ĦLASTA’ DRITTLILL-BARKLORI
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XIII. 1948.2; 
VI. 1958.2; 
XVI. 1960.3; 
XXV. 1962.2.
5. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar materji li
jidħlu fl-iskop ta’ dan l-Att.
(2) B’mod partikolari, iżda bla ħsara tal-ġeneralità tas-setgħa
hawn fuq imsemmija, dawn ir-regolamenti jistgħu jistabbilixxu l-
mod li bih l-aġent għandu jiġbor id-drittijiet li għandhom jitħallsu
minnu fl-Uffiċċju tal-Kontrullur tad-Dwana u l-mod li bih dawn id-
drittijiet għandhom jiġu mħallsa u mqassma lill-barklori.
