KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-BOMBI  ġKAP. 74.
KAPlTOLU 74
ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI TA’ L-
AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-BOMBI
Sabiex jipprovdi għall-konservazzjoni ta’ l-area ta’ barra l-Bieb tal-
Bombi.
(5 ta’ Lulju,1933)*
Sar liġi bl-ATT XX ta’ l-1933, u ġie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi.
Indikazzjoni ta’ l-
area.
Emendat:
XXIV.1995.360.
2. F’dan l-Att -
"l-area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi"#tikkomprendi l-ispazju
pubbliku kollu bejn id-Daħla tal-Pietà, il-Bieb tal-Bombi u l-ġonna
pubbliċi fil-Blata l-Bajda, Marsa, li jinsab immarkat bl-aħmar fil-
pjanta li, wara l-introduzzjoni ta’ dan l-Att, ġiet imqiegħda fuq il-
mejda tas-Senat u ta’ l-Assemblea Leġislattiva u li kopja tagħha,
iffirmata mill-Gvernatur, għandha, bis-saħħa ta’ dan l-Att, tiġi
mgħaqqda mill-Kap Skrivan ta’ l-Assemblea Leġislattiva mal-vera
kopja ta’ dan l-Att li, skond l-artikolu 52 ta’ l-Ittri Patenti tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta, 1921, huwa għandu jieħu l-ħsieb li tiġi
irreġistrata fl-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qrati.
Area iddikjarata 
bħala area mhux 
fabbrikabbli u 
maħruġa barra 
mill-kummerċ.
3. L-area barra l-Bieb tal-Bombi hija b’dan l-Att iddikjarata
bħala area mhux fabbrikabbli u bħala maħruġa barra mill-kummerċ
u kull att li bih xi Amministrazzjoni tal-Gvern tittrasferixxi lil terzi
persuni biċċa minn dik l-area jew xi jedd reali fuqha, huwa null.
Kull persuna tista’ 
titlob dikjarazzjoni 
ta’ nullità dwar 
konċessjonijiet 
magħmulin mill-
Gvern.
Emendat:
XXIV.1995.360.
4. (1) Il-jedd ta’ azzjoni għad-dikjarazzjoni ta’ nullità dwar
trasferiment magħmul kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, imiss
bla distinzjoni lil kull persuna u din ma jkollhiex bżonn turi li
għandha interess privat biex issostni dik l-azzjoni.
(2) Ebda dritt ma jiġi mitlub mir-Reġistratur tal-Qrati għall-
preżentata mill-attur ta’ kull att ġudizzjarju dwar l-eżerċizzju ta’
dik l-azzjoni jew għan-notifika ta’ dak l-att u ebda dritt ta’ reġistru
ma jintalab għad-deċiżjoni fuq dik l-azzjoni. 
Kull persuna tista’ 
tħarrek għall-ħatt 
ta’ bini mibni fuq 
din l-area.
5. Minbarra dan, kull persuna għandha jedd, fl-interess
pubbliku, li teżerċita l-azzjoni għall-ħatt ta’ bini jew
kostruzzjonijiet oħra mtellgħin minn persuna, jew mill-Gvern, fuq
l-area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi.
Kumpens lill-attur 
f’każ ta’ rebħ tal-
kawża.
6. Fil-każ ta’ l-azzjoni ikkuntemplata fl-artikoli 4 u 5 il-qorti
għandha, meta tilqa’ t-talba, tikkundanna lill-konvenut li jħallas
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 218 tad-19 ta’ Ġunju, 1933 u l-Att Nru. V
ta’ l-1927 imħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji ta’ Malta, u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji. 
#Ara l-Att dwar il-Ħelsien mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Konservazzjoni
ta’ l-Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi (Kapitolu 119) li jeżenta l-biċċa art
speċifikata mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
 2      KAP. 74.ħ   KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA L-BIEB TAL-
lill-attur somma mhux anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn
ħames mitt lira:
Iżda din is-somma tiġi mogħtija biss lill-attur li jkun l-
ewwel wieħed li jirbaħ l-azzjoni ikkuntemplata f’dan l-Att.
