TIMBRARTA’BAJDTA’BARRA ġ K AP. 75.
KAPITOLU 75
ATT DWAR IT-TIMBRAR TA’ BAJD TA’ 
BARRA
Biex jirregola t-timbrar ta’ bajd ta’ barra.
(15 ta’ Awissu, 1933)*
Sar liġi bl-ATT XXX ta’ l-1933, kif emendat bl-Avviż Legali 4 ta’ l-
1963.
Titolu fil-qosor.
Barra.
Timbrar ta’ bajd ta’ 
barra.
2. (1) Ma jistax jiġi importat f’Malta bajd tat-tiġieġ u tal-
papri, fil-qoxra, li ma jkunx ġie minn qabel ittimbrat bl-isem tal-
pajjiż li minnu ikun inġieb, skond dan l-Att u r-regolamenti
magħmulin taħtu u għall-finijiet ta’ l-istess Att.
(2) Dan it-timbru għandu ikun stampat b’mod li jista’ jinqara,
b’linka li ma titħassarx, b’ittri kbar Rumani ta’ għoli mhux anqas
minn żewġ millimetri.
Bejgħ ta’ bajd ta’ 
barra mingħajr ma 
jkollu fuqu mnejn 
ikun inġieb.
3. Ħadd ma jista’ ibigħ, jesponi jew iżomm għall-bejgħ, jew
jagħti bħala ħlas lid-dipendenti tiegħu b’obbligu ta’ kuntratt, bajd
tat-tiġieġ jew tal-papri, fil-qoxra, importat minn barra, li ma jkunx
ittimbrat kif jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan jew li t-timbru
tiegħu jkun imħassar kollu jew biċċa minnu.
Il-Ministru jista’ 
jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
4. (1)  Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ jagħmel,
ibiddel jew iħassar regolamenti għall-esekuzzjoni ta’ dan l-Att.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jiġu maħruġa fil-Gazzetta
tal-Gvern u, kemm-il darba ma jkunux jiddisponu xort’oħra, jibdew
iseħħu ġimgħatejn wara li jiġu hekk maħruġa.
Uffiċjali tal-
kontroll.
5. (1) Il-kontroll fuq il-bajd ta’ barra huwa mħolli f’idejn l-
uffiċjali tad-dwana u l-Ispetturi tal-Biedja illi għandhom is-setgħat
mogħtijin lilhom b’dan l-Att u bir-regolamenti magħmulin bis-
saħħa tiegħu.
(2) Għal dan il-kontroll, jistgħu, bl-istess setgħat, jiġu
inkarigati wkoll l-Ispetturi Sanitarji kif ukoll kull uffiċjal tal-
Pulizija mhux anqas minn grad ta’ sotto-spettur.
Setgħa ta’ l-
uffiċjali tal-
kontroll.
6. (1) L-uffiċjali msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan,
jistgħu jidħlu fil-postijiet użati għall-kummerċ jew għal ħażna tal-
bajd.
(2) Dawn l-uffiċjali jistgħu wkoll jagħżlu, għall-finijiet ta’
eżami u ta’ analisi, kampjuni ta’ bajd suspett b’dak il-mod u taħt
dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti, u, jekk ikun
*Ara l-artikolu oriġinali 10 ta’ l-Att, li ġie mħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-
1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji ta’ Malta u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 2      KAP. 75.ħ     TIMBRARTA’BAJDTA’BARRA
jinħtieġ, jikkonfiskaw jew jaqbdu l-merkanzija.
(3) Dawn l-uffiċjali jistgħu wkoll jitolbu li jinġieb kull
dokument kummerċjali dwar il-bajd li għalih igħodd dan l-Att jew
ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa tiegħu.
Dmirijiet ta’ l-
importaturi, eċċ.
7. Hu dmir ta’ kull importatur, kaptan ta’ bastiment,
destinatarju, bejjiegħ u ta’ kull persuna oħra li jkollha għandha jew
li xort’oħra jkollha interess fil-merkanzija li għaliha jgħodd dan l-
Att, li jagħti, meta hekk ikun mitlub minn wieħed minn dawk l-
uffiċjali, il-partikularitajiet kollha li jistgħu jistabbilixxu l-
proprjetà, l-oriġini u d-destinazzjoni ta’ bajd suspett jew ta’ bajd li
ma jkunx skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tar-
regolamenti magħmulin bis-saħħa tiegħu.
Eżenzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
8. Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ jeżenta mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mir-regolamenti magħmulin
taħtu l-importazzjoni u l-kummerċ ta’ bajd għalliel ta’ razza
superjuri li jkun għat-tqegħid.
Reati u pieni. 9. (1) Kull min jimporta jew jittanta jimporta f’Malta, jew
ibigħ, jesponi, iżomm jew joffri għall-bejgħ jew xort’oħra
jikkummerċa jew jagħti lid-dipendenti tiegħu b’obbligu ta’
kuntratt, bajd mhux ittimbrat regolarment kif jingħad fl-artikolu 2,
jew ifixkel jew ma jħallix li ssir l-ispezzjoni jew il-verifika jew li
jittieħdu kampjuni, jew jirrifjuta jagħti informazzjonijiet jew li juri
d-dokumenti li jitolbu l-uffiċjali tal-kontroll jew xort’oħra jikser
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tar-regolamenti magħmulin
taħtu u bis-saħħa tiegħu, jeħel multa minn lira sa għoxrin lira.
(2) Fil-każ ta’ reċidiva fi żmien sentejn mill-aħħar reat, il-ħati
jeħel, minbarra l-piena ta’ flus, il-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn xahar.
(3) F’kull każ il-qorti tista’ tordna l-konfiska tal-merkanzija li
jkollha x’taqsam mar-reat.
