ĊERTIFIKATI TA’ KONDOTTA   ġ K AP. 77.       1
KAPITOLU 77
ORDINANZA DWAR IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-
KONDOTTA
Biex tirregola l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-kondotta.
5 ta’ Jannar, 1934
L-ORDINANZA II ta’ l-1934, kif emendata bl-Ordinanzi: XII ta’ l-
1935, XVIII ta’ l-1939, XL ta’ l-1940; bl-Att XII ta’ l-1957; bl-Ordinanza
XIV ta’ l-1961; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1980, XIII ta’ l-1983, VI
ta’ l-1993 u VI ta’ l-2000.
Titolu.
Ċertifikati tal-Kondotta.
Ħruġ ta’ ċertifikati. 
Emendat: 
XXII. 1980.2.
2. Iċ-ċertifikati tal-kondotta għandhom jiġu maħruġa mill-
Kummissarju tal-Pulizija taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza u skond il-Formula A jew B miġjubin fl-Ewwel Skeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza.
Min jista’ jitlob 
dawn iċ-ċertifikati.
3. Iċ-ċertifikati tal-kondotta għandhom jiġu maħruġa biss fuq
talba tal-persuni li għalihom jirreferixxu jew b’ordni tal-qorti tal-
ġustizzja mogħti ex officio jew fuq talba tal-parti interessata. 
Partikolaritajiet ta’ 
ċertifikati. 
Emendat: 
XII. 1935.2; 
XL. 1940.10; 
XII. 1957.17. 
Sostitwit: 
XXII. 1980.3.
4. (1) Kull ċertifikat tal-kondotta maħruġ mill-Kummissarju
tal-Pulizija għandu jkun fih l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid,
in-numru tal-karta ta’ l-identità , u kull partikolaritajiet oħra li
jservu għall-identifikazzjoni tal-persuna msemmija fiċ-ċertifikat, u
għandu jkun hemm imniżżel fih jew -
(a) dikjarazzjoni magħmula skond il-Formula A li hemm
fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, fis-sens
li l-persuna msemmija fiċ-ċertifikat hi ta’ kondotta
tajba; jew
(b) dikjarazzjoni magħmula skond il-Formula B li hemm
fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, li jkun
hemm imniżżel fiha il-kundanni kontra l-persuna
msemmija fiċ-ċertifikat mogħtija minn qorti ta’
ġustizzja u li għandhom jiġu irreġistrati skond din l-
Ordinanza.
(2) Kull persuna, għalkemm tinsab ħatja ta’ reat li m’għandux
jiġi irreġistrat skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza,
ikollha jedd li tingħata ċertifikat ta’ kondotta tajba skond il-
Formula A li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza.
  2      KAP. 77. ħ        ĊERTIFIKATI TA’ KONDOTTA 
Ċerti kundanni 
m’għandhomx 
jitniżżlu fiċ-
ċertifikati. 
Emendat: 
XVIII. 1939.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Sostitwit: 
XXII. 1980.4.
5. Ebda kundanna jew ordni kontra ebda persuna ma għandha
titniżżel f’ċertifikat ta’ kondotta maħruġ taħt din l-Ordinanza jekk-
(a) tkun dwar xi kontravvenzjoni; jew
(b) il-persuna ikkundannata misjuba ħatja ta’ delitt tkun
taħt l-età  ta’ tmintax-il sena meta dan ikun sar; jew
(ċ) tkun ingħatat dwar dik il-kundanna l-maħfra tal-
President ta’ Malta; jew 
Kap. 446.
(d) l-ordni jkun magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Probation.
Żmien meħtieġ 
sabiex kundanna 
ma tiġix 
irreġistrata. 
Emendat: 
XVIII. 1939.2; 
XXII. 1980.5.
6. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7, ebda
kundanna kontra l-persuna li għaliha jirreferixxi ċertifikat ta’
kondotta ma tiġi mniżżla f’dak iċ-ċertifikat wara li jagħlaq iż-
żmien imsemmi fit-Tieni Skeda, illi jibda jgħodd mid-data li fiha
tkun ġiet skuntata l-piena jew mid-data tal-ħlas tal-multa, basta li
f’dan l-intervall din il-persuna ma tkunx ġiet darb’oħra
ikkundannata għal delitt ieħor, billi f’dan il-każ iż-żmien meħtieġ
sabiex ma tiġi irreġistrata ebda kundanna ta’ qabel jiġi mtawwal
biż-żmien meħtieġ sabiex ma tiġix irreġistrata dik il-kundanna l-
oħra; iżda, ukoll, sakemm idum miexi ż-żmien meħtieġ sabiex ma
tiġix irreġistrata kundanna, il-kundanni għal delitti magħmula mill-
persuna li għaliha jirreferixxi ċ-ċertifikat tal-kondotta wara li tkun
għalqet l-età  ta’ tmintax-il sena, għandhom jiġu mniżżla f’dak iċ-
ċertifikat.
Eċċezzjonijiet. 
Emendat: 
XVIII. 1939.3, 4;
VI. 2000.9.
Kap.101.
Kap. 31.
7. Il-benefiċċju li kundanna ma tiġix irreġistrata, imsemmi fl-
artikolu 6, ma jingħatax lill-persuni reċidivi fid-delitt ta’ serq, jew
ta’ frodi jew ta’ bejgħ jew traffikar ta’ mediċini bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi jew
ta’ l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, jew ikunu ġew ikkundannati għad-
delitti msemmija fit-Tielet Skeda li hawn ma’ din l-Ordinanza.
Sentenza ta’ 
priġunerija 
sospiża. 
Miżjud: 
VI. 1993.2. 
Kap. 9.
7A. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 6 u 7 japplikaw għal
sentenza ta’ priġunerija sospiża kif provdut fl-artikolu 28A tal-
Kodiċi Kriminali, b’dan però  illi meta sentenza bħal dik ma tkunx
bdiet isseħħ id-data li fiha tkun ġiet skuntata l-piena ta’ priġunerija
għandha titqies li tkun id-data meta jkun sar l-ordni bis-saħħa tas-
subartikolu (1) ta’ l-imsemmi artikolu 28A.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li ma tiġix 
irreġistrata 
kundanna f’xi 
każijiet. 
Miżjud: 
XVIII. 1939.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII.1974.68.
8. B’dak kollu li jingħad f’din l-Ordinanza, il-qorti tista’,
meta tagħti s-sentenza, jew f’kull żmien wara, fuq talba tal-persuna
misjuba ħatja u wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, tordna li l-
kundanna ma tiġix imniżżla fiċ-ċertifikat tal-kondotta, f’dawn il-
każijiet:
(a) jekk il-persuna ikkundannata tad-delitt ma jkollhiex
wieħed u għoxrin sena fiż-żmien li tkun għamlet id-
delitt;
(b) jekk, meta jittieħed qies tax-xorta tad-delitt, taċ-
ċirkostanzi li fihom ġie magħmul, u tal-kondotta tal-
persuna ikkundannata, il-qorti jidhrilha li hu sewwa li
għandha hekk tordna.
ĊERTIFIKATI TA’ KONDOTTA   ġ K AP. 77.       3
Prova ta’ kundanna 
ta’ qabel.
9. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza m’humiex ta’ xkiel
għal parti interessata li ġġib bħala prova, fi proċediment kriminali
jew ċivili, il-kundanni ta’ qabel mogħtijin kontra l-imputat jew
akkużat jew kontra l-persuna li tkun parti fil-proċediment jew li
tkun inġiebet bħala xhud, basta li din il-prova titqies mill-qorti
bħala rilevanti.
Emendata: 
XIV. 1961.2. 
Sostitwita: 
XXII. 1980.6. 
Emendata: 
XIII. 1983.4.
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 2 u 4)
FORMULA A 
PULIZIJA TA’ MALTA
ĊERTIFIKAT TAL-KONDOTTA
Nru.
Jiena niddikjara illi, skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-
Kondotta, (Kap. 77),    (isem u kunjom)
(Nru. tal-Karta tal-Identità ) 
bin  imwieled fi
f’    u joqgħod
huwa persuna ta’ kondotta tajba.
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
Malta,  19
Dritt imħallas Lm1
(Data u inizjali)
Kummissarju tal-Pulizija
  4      KAP. 77. ħ        ĊERTIFIKATI TA’ KONDOTTA 
Emendat: 
XIV. 1961.2. 
Sostitwit: 
XXII. 1980.6. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
FORMULA B
PULIZIJA TA’ MALTA
ĊERTIFIKAT TAL-KONDOTTA
Nru.
Jiena niddikjara illi l-kundanna/kundanni miġjubin fid-dahar ta’
dan iċ-ċertifikat u li għandhom jiġu irreġistrati skond l-Ordinanza
dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta, (Kap. 77), tidher/jidhru fir-
Reġistri tal-Uffiċċju tar-Records Kriminali kontra
(isem u kunjom)           (Nru. tal-Karta tal-Identità ),
binimwieled
fif’
 u joqgħod
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
Malta,     19
Dritt imħallas Lml 
(Data u inizjali)
Kummissarju tal-Pulizija
ĊERTIFIKATI TA’ KONDOTTA   ġ K AP. 77.       5
Sostitwita: 
XXII.1980.7.
IT-TIENI SKEDA
ġ Artikoli 4 u 6ħ
Sostitwita: 
XXII. 1980.8.
IT-TIELET SKEDA
ġ Artikolu 7ħ
Kap. 9.
1. Delitti kontra s-sigurtà  tal-Gvern ikkuntemplati fit-Titolu I
tat-Taqsima II ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali.
Kap. 9.
2. Id-delitti ikkuntemplati fis-Sub-titolu III tat-Titolu III tat-
Taqsima II ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali.
Kap. 9.
3. Delitti kontra l-fiduċja pubblika ikkuntemplati fit-Titolu V
tat-Taqsima II ta’ l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali, minbarra
dawk miġjubin taħt is-Sub-titolu II.
Kundanna Żmien meħtieġ sabiex 
kundanna ma tiġix 
irreġistrata
(a) kundanna għal żmien ta’ iżjed
minn għaxar snin .................................... 10 snin
(b) kundanna għal żmien ta’ iżjed
minn ħames snin imma mhux iżjed
minn għaxar snin .................................... 5 snin
(ċ) kundanna għal żmien ta’ iżjed
minn sena imma mhux iżjed minn ħames
snin ........................................................ 3 snin
(d) kundanna għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sena ...................................... sena
(e) kundanna ta’ multa .................... sitt xhur mid-data tal-
ħlas tal-multa.
