IMĦATRIF’TIĠRIJIET    ġKAP. 78.      1
KAPITOLU 78
ORDINANZA DWAR IMĦATRI F’TIĠRIJIET
Biex tillegalizza l-użu ta’ totalizzatur f’xi postijiet ta’ tiġrijiet u biex
tagħmel provvedimenti dwar l-imħatri li jsiru fihom.
(2 ta’ Frar, 1934)*
Saret liġi bl-ORDINANZA V ta’ l-1934, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 188 ta’ l-1936; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-
1963, 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974 u XIV ta’ l-1975.
Titolu fil-qosor.
f’Tiġrijiet.
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. F’din l-Ordinanza -
"club ta’ tiġrijiet appruvat" ifisser club ta’ tiġrijiet li dwaru jkun
hemm ċertifikat ta’ approvazzjoni mħolli mill-Ministru
responsabbli għall-Pulizija taħt din l-Ordinanza u maħruġ fil-
Gazzetta tal-Gvern;
"laqgħa appruvata" jiġifieri laqgħa li fiha jsiru tiġrijiet bl-
approvazzjoni tal-Bord, iżda mhux provi ta’ tiġrijiet;
"post ta’ tiġrijiet appruvat" ifisser art użata bħala post għal
tiġrijiet ta’ żwiemel jew ta’ klieb tal-liepru, u kull art li tmiss
magħha meta dwar dik l-art jew l-art li tmiss magħha jkun hemm
ċertifikat ta’ approvazzjoni mħolli mill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza u maħruġ fil-Gazzetta
tal-Gvern;
"sweepstake" tfisser imħatra bejn tlieta min-nies jew iżjed illi
fiha l-flus li jintlagħbu jingħataw lil persuna jew persuni illi
jtellgħu bix-xorti, qabel it-tluq ta’ tiġrija, żiemel rebbieħ, jew
ippjazzat jew tellieq;
"totalizzatur" ifisser mekkaniżmu għall-imħatri magħruf bħala
totalizzatur jew pari-mutuel jew kull makna oħra jew strument
ieħor ta’ mħatri ta’ din il-għamla, imħaddmin mekkanikament jew
xort’oħra.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija li joħroġ 
ċertifikat għal post 
ta’ tiġrijiet 
appruvat jew għal 
club ta’ tiġrijiet 
appruvat, u li 
joħroġ liċenzi. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’, għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza, joħroġ (taħt dawk il-kondizzjonijiet li huwa
jagħmel) u f’kull żmien iħassar ċertifikat ta’ approvazzjoni dwar
postijiet ta’ tiġrijiet u l-art li tmiss magħhom jew dwar clubs ta’
tiġrijiet u jista’ jagħti lil persuna jew lil club ta’ tiġrijiet (f’din l-
Ordinanza msejħa bħala t-titular tal-liċenza) liċenza taħt din l-
Ordinanza biex jużaw post ta’ tiġrijiet appruvat kif jingħad f’din l-
Ordinanza.
*Ara Proklama Nru. II tat-2 ta’ Frar, 1934.
 2      KAP. 78.ħ       IMĦATRIF’TIĠRIJIET 
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jaħtar Bord. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. (1) Il-President ta’ Malta jista’, għal kull post ta’ tiġrijiet
appruvat, jaħtar Bord għall-kontroll ta’ post ta’ tiġrijiet (f’din l-
Ordinanza msejjaħ bħala l-Bord).
(2) Il-Bord jiġi iffurmat u jitmexxa skond ir-regoli miġjubin fl-
Iskeda li hawn ma’ din l-Ordinanza:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jbiddel,
iżid, jew jemenda dawk ir-regoli:
Iżda wkoll fil-każ ta’ club ta’ tiġrijiet appruvat, il-kumitat li
jkollu t-treġija tal-club ikun il-Bord u jeżerċita s-setgħa u d-
dmirijiet tal-Bord skond ir-regolamenti tal-club.
Setgħat tal-Bord. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
5. Bla ħsara tar-regoli magħmulin mill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija taħt din l-Ordinanza, il-Bord jista’ jaħtar stewards u
judges u jagħmel regolamenti dwar kif għandhom isiru t-tiġrijiet
taż-żwiemel u tal-klieb tal-liepru fil-post ta’ tiġrijiet appruvat, li
għalih il-Bord ikun ġie maħtur.
Projbizzjoni ta’ 
mħatri jekk mhux 
permezz tat-
totalizzatur. 
Sostitwit: 
XIV. 1975.2.
6. (1) Għad li jkun hemm xi liġi jew leġislazzjoni kuntrarja,
f’post ta’ tiġrijiet appruvat it-titular tal-liċenza jista’ jarma, iżomm
u jħaddem totalizzatur, skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, għalbiex isiru mħatri f’tiġrijiet ta’ żwiemel jew ta’ klieb
tal-liepru, fil-laqgħa li fiha jsiru tiġrijiet taż-żwiemel jew tal-klieb
tal-liepru:
Iżda f’din il-laqgħa ma jistgħux isiru tiġrijiet oħra jew
logħob ieħor.
(2) Ebda persuna ma tista’ tħalli l-użu ta’ xi post jew
faċilitajiet, jew toffri, taċċetta jew b’xi mod tieħu sehem f’xi
mħatra li jkollha b’xi mod x’taqsam ma’ xi tiġrija taż-żwiemel jew
tal-klieb tal-liepru jekk mhux permezz ta’ titular ta’ liċenza li
jħaddem totalizzatur f’laqgħa appruvata.
Totalizzatur: kif 
jitħaddem. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
 7. It-titular tal-liċenza għandu jħaddem it-totalizzatur taħt it-
tmexxija tal-Bord skond ir-regoli li jagħmel il-Ministru
responsabbli għall-Pulizija sabiex jiġu kkontrollati tajjeb l-imħatri
f’post ta’ tiġrijiet appruvat, sabiex jiffissaw l-ammont ta’ l-aqwa
ġugata f’kull tiġrija, għall-ħlas mit-titular tal-liċenza ta’ l-uffiċjali
li jiġu maħtura mill-Bord biex imexxu t-tiġrija, u in ġenerali sabiex
ikun ikkontrollat tajjeb il-post ta’ tiġrija jew it-totalizzatur.
Tqassim tal-ġugati. 8. It-titular tal-liċenza għandu jqassam jew jieħu ħsieb li
jitqassmu l-ġugati kollha li jkunu saru bil-mezz tat-totalizzatur
f’kull tiġrija bejn ir-rebbieħa fl-imħatri, bil-mezz tat-totalizzatur
f’dik it-tiġrija wara li jnaqqas jew jieħu ħsieb li jitnaqqsu mhux
iżjed minn 17% ta’ dawk il-flus.
It-titular tal-liċenza 
għandu jagħti l-
kontijiet.
9. It-titular tal-liċenza għandu, fil-31 ta’ Jannar ta’ kull sena
jew qabel, jagħti kont, bil-mod li l-Bord jistabbilixxi, bil-mezz ta’
kontijiet magħmulin sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, tal-flus
kollha li daħħal u li nefaq matul is-sena ta’ qabel jew parti tas-sena
ta’ qabel fl-eżerċizzju tat-totalizzatur.
L-imħatri ta’ klieb 
tal-liepru isiru bit-
totalizzatur.
10. Ebda mħatra ma tista’ ssir f’post ta’ tiġrijiet appruvat ta’
klieb tal-liepru ħlief bil-mezz ta’ totalizzatur.
IMĦATRIF’TIĠRIJIET    ġKAP. 78.      3
Sweepstakes fit-
tiġriijet taż-
żwiemel. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
11. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’
jawtorizza lit-titular tal-liċenza li jagħmel sweepstakes fit-tiġrijiet
taż-żwiemel: basta li l-biljetti tas-sweepstakes jinbiegħu biss f’post
ta’ tiġrijiet appruvat u lill-persuni biss li jkunu ġew ammessi fil-
post tat-tiġrija f’laqgħa appruvata bi ħlas ta’ dritt tad-dħul ta’ mhux
anqas minn żewġ ċenteżmi u ħames milleżmi, jew jinbiegħu lill-
membri tal-clubs imsemmijin fil-liċenza.
(2) It-titular tal-liċenza għandu jqassam jew jieħu ħsieb li
jitqassmu l-ġugati kollha li jkunu saru fi sweepstake bejn ir-
rebbieħa ta’ dak is-sweepstake, wara li jnaqqas jew jieħu ħsieb li
jitnaqqsu mhux iżjed minn 15% ta’ dawk il-flus.
Imħatri ma’ 
persuni taħt l-età 
ta’ tmintax-il sena. 
Emendat: 
XIV. 1975.3.
12. (1) Jekk xi titular ta’ liċenza jagħmel, f’post ta’ tiġrijiet
appruvat, xi mħatra ma’ persuna taħt it-tmintax-il sena, jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
(2) Kull imħatra li ssir bil-mezz ta’ totalizzatur jew fi
sweepstake ma’ persuna ta’ taħt l-età ta’ tmintax-il sena titqies li
saret mat-titular tal-liċenza.
Riserva ta’ 
disposizzjonijiet 
ta’ liġijiet oħra 
dwar imħatri.
13. Xejn f’din l-Ordinanza ma jolqot id-disposizzjonijiet ta’
liġi oħra dwar imħatri, ħlief f’dak li din l-Ordinanza ssemmi
espressament.
Regoli. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
14. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’, b’ordni,
jagħmel regoli - 
(a) għalbiex jitwaqqaf il-Bord;
(b) dwar il-proċedura tal-Bord;
(ċ) biex jingħataw setgħat lill-Bord u jiġi regolat l-
eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat;
(d) għall-kontroll ta’ mħatri li jsiru taħt din l-Ordinanza;
(e) għalbiex jiġi irregolat il-ħlas tal-persuni inkarigati
mill-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew tar-regoli magħmulin bis-saħħa tagħha;
u
(f) in ġenerali biex tingħata esekuzzjoni lil din l-
Ordinanza.
Piena. 
Sostitwit: 
XIV. 1975.4.
15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12, kull
persuna li tagħmel reat kontra din l-Ordinanza jew xi regola jew
regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira, jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien:
Iżda meta tinsab ħatja t-tieni darba l-piena tkun ta’
priġunerija ta’ minn erba’ xhur sa sitt xhur u multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira:
Iżda wkoll fil-każ ta’ proċediment taħt id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, kull persuna li b’xi mod ikun li jkun ħadet
sehem jew issieħbet ma’ xi persuna f’xi mħatra, u li x-xiehda
tagħha tkun meħtieġa biex tipprova l-imsemmija akkuża, tista’ tiġi
mgiegħla twieġeb għal kull mistoqsija dwar dik l-akkuża għalkemm
 4      KAP. 78.ħ       IMĦATRIF’TIĠRIJIET 
it-tweġiba għaliha tkun tista’ ġġibha taħt proċess kriminali; iżda
f’kull każ bħal dak, kull persuna li tkun tat xiehda fuq dik l-akkuża,
u li tkun xehdet fedelment is-sewwa mill-aħjar li taf, taqla’ mill-
qorti ċertifikat f’dak is-sens, u, bis-saħħa ta’ dan iċ-ċertifikat, tkun
meħlusa minn kull piena għas-sehem li tkun ħadet fl-imħatra li
fuqha tkun l-akkuża u li fuqha hija tkun xehdet bħala xhud.
Prova preżunta ta’ 
mħatri. 
Mizjud: 
XIV. 1975.4.
16. (1) Fil-każ ta’ xi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ din l-
Ordinanza, kull flus jew oġġetti, li jirrappreżentaw imħatri kif ukoll
kull strumenti jew mezzi oħra wżati fl-imħatri u li jistgħu jinsabu u
jinqabdu mill-Pulizija f’xi tfittxija li ssir lil xi persuna li tkun
suspettata li kisret id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew li
setgħu instabu f’xi post suspettat li kien użat għal dak il-għan,
jistgħu, sakemm ma jkunx ippruvat il-kuntrarju, jitqiesu bħala
prova biżżejjed li dawk il-flus, oġġetti jew post kienu fil-fatt użati
għal imħatri u li l-persuni misjuba hemmhekk fil-ħin tat-tfittxija
kienu qed jieħdu sehem f’imħatri għalkemm ebda mħatra ma kienet
fil-fatt qed issir fil-preżenza ta’ l-uffiċjali tal-Pulizija.
(2) Meta xi uffiċjal tal-Pulizija, awtorizzat kif imiss biex jidħol
f’xi post li jkun suspettat li qed jintuża bi ksur ta’ xi disposizzjoni
ta’ din l-Ordinanza xjentement ma jitħalliex jew ikun imfixkel jew
imdewwem milli jidħol f’dak il-post jew f’parti minnu, jew meta xi
bieb jew mezz ieħor ikun li jkun jinsab f’xi post bħal dak biex ma
jħallix, idewwem jew ifixkel id-dħul fih minn xi uffiċjal tal-
Pulizija awtorizzat kif intqal qabel, jew biex jagħti allarm jew
twissija f’każ ta’ dħul bħal dak, jew jekk xi post bħal dak jew parti
minnu jinsab mgħammar jew provdut b’xi tagħmir jew mezz għal
imħatri kontra l-liġi jew biex jaħbi, ineħħi jew jeqred xi strumenti
wżati għal dawk l-għanijiet illegali, tkun prova, sakemm ma jiġix
ippruvat il-kuntrarju, li dak il-post kien użat għall-imħatri u li l-
persuni misjuba ġo fih kienu qed jieħdu sehem f’attivitajiet bi ksur
ta’ din l-Ordinanza.
Konfiska ta’ flus 
meta persuna 
tinsab ħatja. 
Miżjud: 
XIV. 1975.4.
17. Kull meta persuna tinsab ħatja ta’ reat skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-flus kollha li jinsabu fil-
pussess ta’ dik il-persuna fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat ikunu
konfiskati.
Emendata: 
Not. tal-Gvern 
Nru. 188 ta’ l-
1936; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1 965; 
LVIII.1974.68.
SKEDA
ġArtikolu 4ħ
KOSTITUZZJONI U PROĊEDURI TAL-BORD
1. Il-Bord jikkonsisti f’chairman u f’erba’ membri oħra
maħtura mill-President ta’ Malta.
2. Iċ-chairman ikun dik il-persuna maħtura għaldaqshekk
mill-President ta’ Malta.
3. Il-membri tal-Bord jibqgħu fil-kariga għaż-żmien imsemmi
fil-ħatra rispettiva tagħhom:
IMĦATRIF’TIĠRIJIET    ġKAP. 78.      5
Iżda kull membru tal-Bord jista’ jiġi f’kull żmien imneħħi mill-
Bord.
4. Kull persuna li ma tibqax membru tal-Bord tista’ tiġi
maħtura mill-ġdid.
5. Il-quorum tal-Bord hu ta’ tlieta, iżda, madankollu, il-Bord
jista’ jkompli jmexxi għad li jkun hemm battala karigi fin-numru
tiegħu.
6. Il-Bord jista’ jaħtar wieħed mill-membri tal-Bord bħala
vice-chairman, u fl-assenza tac-chairman, il-vice-chairman
jippresiedi fil-laqgħat tal-Bord.
7. Il-Bord jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu bil-mod li jidhirlu
l-aħjar, iżda fi kwistjonijiet li fihom il-voti tal-Bord ikunu
daqsinsew, il-persuna li tippresiedi għandha vot ieħor jew vot
deċiżiv.
8. Il-Bord jista’ jaħtar uffiċjali, sefturi jew aġenti, u
jistabbilixxi d-dmirijiet u jiffissa l-ħlas tagħhom.
9. Bla ħsara tar-regoli magħmulin mill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija fuq daqshekk, il-Bord jista’ jirregola l-proċeduri
tiegħu u jista’ jagħmel regolamenti permanenti dwar it-tmexxija ta’
l-istess Bord.
10. Ebda att jew proċediment tal-Bord ma’ jista’ jiġi attakkat
minħabba postijiet battala fin-numru tiegħu jew minħabba li l-ħatra
ta’ xi wieħed mill-membri tkun difettuża.
