KUMMISSJUNARJIB’SETGĦALIJAGĦTUĠURAMENT  ġ KAP. 79.
KAPITOLU 79
ORDINANZA DWAR IL-KUMMISSJUNARJI 
B’SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT
Biex tirregola l-ħatra u d-dmirijiet ta’ Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu
ġurament.
(6 ta’ Frar, 1934)*
Saret liġi bl-ORDINANZA VIII ta’ l-1934, kif emendata bl-Ordinanza
XXX ta’ l-1936; bl-Att XIX ta’ l-1955; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46
ta’ l-1965; bl-Atti: XXVIII ta’ l-1965, XXXI ta’ l-1966, XVIII ta’ l-1971,
LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXXVI ta’ l-
1979, XXXVI ta’ l-1986 u XX ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor.
Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament.
Tifsir. 
Miżjud: 
XXVIII. 1965.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, "ġurament", "jaħlef" u "affidavit" jinkludu, fil-
każ ta’ persuni li jistgħu b’xi liġi jagħmlu dikjarazzjoni jew twettiq
minflok ma jieħdu ġurament, dikjarazzjoni jew twettiq.
Ħatra ta’ 
Kummissjunarji 
b’setgħa li jagħtu 
ġurament. 
Emendat: 
XIX. 1955.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVIII. 1965.3; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit: 
XXXVI. 1979.2. 
Emendat: 
XXXVI. 1986.2; 
XX. 1988.2.
3. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ minn
żmien għal żmien, b’warrant iffirmat minnu, jaħtar persuni, li
jkunu uffiċjali pubbliċi, avukati jew prokuraturi legali, bħala
Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament, u jista’ f’kull żmien
iħassar kull ħatra bħal dik.
(1A) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ minn żmien
għal żmien, b’warrant iffirmat minnu, jaħtar persuni li għaddew
mill-eżamijiet tar-raba’ sena akkademika tal-kors tal-liġi fl-
Università ta’ Malta, u li jkunu jaqdu dmirijiethom fl-Uffiċċju ta’ l-
Avukat Ġenerali, bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu
ġurament, u jista’ f’kull żmien iħassar kull ħatra bħal dik.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ wkoll, minn
żmien għal żmien, jaħtar persuni, ikunu jew ma jkunux uffiċjali
pubbliċi, li jkunu qed jaqdu funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu
mas-servizz barrani tal-Gvern f’xi pajjiż barra minn Malta, biex
ikunu Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament f’dak il-pajjiż, u
jista’ f’kull żmien iħassar kull ħatra bħal dik.
(3) Il-ħatra ta’ uffiċjal pubbliku bħala Kummissjunarju
b’setgħa li jagħti ġurament u kull ħatra taħt is-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu jistgħu jkunu jew persunali jew bl-isem tal-kariga
jew tal-funzjonijiet moqdija minn dik il-persuna hekk maħtura.
(4) L-Avukat Ġenerali jista’ jaħtar lil kull min ikollu l-warrant
ta’ Nutar Pubbliku, li japplika għal dak il-għan lill-Avukat
Ġenerali, sabiex ikun Kummissjunarju b’setgħa li jagħti ġurament;
dik il-ħatra tista’ ma titkomplix titwettaq minn dak in-Nutar
Pubbliku permezz ta’ avviż bil-miktub li jingħata lill-Avukat
*Ara Proklama Nru. III tas-6 ta’ Frar, 1934.
 2      KAP. 
Ġenerali. Il-ħatra tieqaf hekk kif id-detentur tagħha ma jkollux
aktar il-warrant ta’ Nutar Pubbliku u tista’ tiġi revokata f’kull
żmien mill-Avukat Ġenerali.
(5) Kull ħatra magħmula taħt dan l-artikolu għandha tiġi
ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, u kull ħatra bħal dik magħmula
wara l-1 ta’ Jannar, 1980 għandu jkollha effett biss mid-data ta’ dik
il-pubblikazzjoni.
Setgħat tal-
Kummissjunarji. 
Emendat: 
XIX. 1955.3; 
XXVIII. 1965.4.
4. Il-Kummissjunarji hawn fuq imsemmija jistgħu jagħtu l-
ġurament u jirċievu affidavits għall-ħwejjeġ kollha li jkunu
meħtieġa minn liġijiet ta’ Malta jew ta’ xi pajjiż ieħor, inkella li
jkollhom x’jaqsmu ma proċedimenti li jkunu qegħdin isiru jew li
jkunu sejrin isiru quddiem qorti, inkella li raġonevolment sejrin
iservu għal skop ġudizzjarju, inkella li jirrigwardaw l-eżerċizzju ta’
jedd ċivili:
Iżda l-Kummissjunarji hawn fuq imsemmija ma jistgħux
jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom minn dan l-artikolu fi
proċeduri li fihom huma jkunu l-avukati jew prokuraturi legali ta’
waħda mill-partijiet jew li fihom huma jkollhom interess.
Dmir tal-
Kummissjunarju. 
Sostitwit: 
XXXVI. 1979.3.
5. (1) Kull Kummissjunarju b’setgħa li jagħti ġurament
għandu, qabel ma jagħti l-ġurament, jissodisfa ruħu mill-identità
tal-persuna li qed tieħu l-ġurament u li dik il-persuna tifhem sewwa
dak li tkun ser taħlef.
(2) L-identità tal-persuna li tkun qed tieħu l-ġurament għandha
tiġi żgurata bil-produzzjoni tal-karta ta’ identità uffiċjali, tal-
passaport jew ta’ xi dokument uffiċjali ieħor.
Kummissjunarji ex 
officio. 
Emendat: 
XXX. 1936.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XVIII. 1971.4; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XX. 1988.3.
6. L-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali, l-
Assistenti għall-Avukat Ġenerali, l-Avukat tar-Repubblika Anzjan
u l-Avukat tar-Repubblika u l-maġistrati huma ex officio
Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament.
Partikularitajiet li 
għandu jkun fih il-
jurat jew l-attestat.
7. Kull Kummissjunarju li quddiemu jiġi meħud ġurament
jew magħmul affidavit bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza għandu
jiddikjara sewwa fil-jurat jew fl-attestat il-lok u d-data li fihom il-
ġurament ikun ġie meħud jew l-affidavit ikun sar.
Proċeduri dwar 
reati. 
Miżjud: 
XXVIII. 1965.5. 
Kap. 9.
8. Meta r-reat imsemmi fl-artikolu 108 tal-Kodiċi Kriminali
jsir quddiem xi uffiċjal maħtur bħala Kummissjunarju b’setgħa li
jagħti ġurament skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 ta’ din l-
Ordinanza, il-ħati jista’ jiġi mħarrek, proċessat u kastigat f’Malta
bl-istess mod u sa l-istess gradazzjoni bħallikieku r-reat kien sar
f’Malta.
KUMMISSJUNARJIB’SETGĦALIJAGĦTUĠURAMENT  ġ KAP. 79.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
ġustizzja li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966.2.
9. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti biex jistabbilixxi l-forma u l-mod li fihom għandu
jingħata l-ġurament, il-forma li fiha l-affidavit għandu jinkiteb u
jiġi iffirmat, u d-drittijiet li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjunarji
għal kull ġurament li jiġi mogħti jew għal kull affidavit li jiġi
rċevut.
