APPLIKAZZJONITA’ LIĠIJIETGĦAL AJRUPLANI  ġKAP. 80.     1
KAPITOLU 80
ORDINANZA DWAR L-APPLIKAZZJONI TA’ 
LIĠIJIET GĦAL AJRUPLANI
Biex tagħmel igħoddu xi disposizzjonijiet tal-liġi għal ajruplani.
(8 ta’ Marzu, 1934)*
Saret liġi bl-ORDINANZA X ta’ l-1934, kif emendata bl-Avviż Legali 4
ta’ l-1963; bl-Att XI ta’ l-1973; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Att
XXII ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor.
Applikazzjoni ta’ Liġijiet għal Ajruplani.
Applikazzjoni ta’ 
liġijiet.
2. Il-liġijiet miġjubin fl-Iskeda li hawn ma’ din l-Ordinanza
jgħoddu fil-każ ta’ żbark ta’ passiġġieri bl-ajruplan f’Malta jew ta’
safar minnha, u kull obbligu jew dmir kif ukoll kull penali għall-
kontravvenzjoni ta’ obbligu jew ta’ dmir li għandu l-kaptan ta’
bastiment taħt dawk il-liġijiet jitqiesu wkoll bħala obbligi u
dmirijiet tal-bdot jew persuna oħra li jkollhom il-kmand ta’
ajruplan.
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. Il-Prim Ministru jista’ jagħmel, ibiddel jew iħassar
regolamenti dwar l-iżbark u imbark ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw bl-
ajru u dwar il-kontroll sanitarju tan-navigazzjoni ta’ l-ajru.
Eċċezzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. Din l-Ordinanza ma tgħoddx għal ajruplani li huma tas-
servizz tal-Gvern ta’ Malta jew użati f’dak is-servizz.
Emendata:
XI. 1973.377; 
XXII. 1976.4.
SKEDA
ġArtikolu 2ħ
Kap. 217.
Kap. 234.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. 
*Ara Proklama Nru. V tat-8 ta’ Marzu, 1934.
