REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
F’UTILITAJIET U SERVIZZI ġ K AP. 81.    1
KAPITOLU 81
Sostitwit:
XXIII.2000.30.
ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA’ ĊERTI 
XOGĦLIJIET F’UTILITAJIET U SERVIZZI
Biex jirregola ċerti xogħlijiet konnessi ma’ l-utilitajiet u servizzi oħra.
7 ta’ Awissu, 1934
L-ORDINANZA XXIII ta’ l-1934, kif emendata bl-Ordinanza XLV ta’ l-
1935; bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 296 ta’ l-1939; bl-Ordinanza XX
ta’ l-1961; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XXIV ta’ l-1963, XXIV ta’
l-1966, XVI ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XI ta’ l-
1977, XII ta’ l-1991, XXXIII ta’ l-1997 u XXIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor.
Sostitwit:
XXIII.2000.30.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar ir-Regolament
ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi.
Tifsir. 
Emendat: 
XLV. 1935.2. 
Ara Not. tal-Gvern 
Nru. 296 tat-3 ta’ 
Luiju, 1939. 
XX. 1961.17; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXIV. 1963.45; 
XXIV. 1966.14; 
XVI. 1975.50; 
XII. 1991.42;
XXXIII.1997.44.
Sostitwit:
XXIII. 2000.30.
2. F’dan l-Att -
"fond" tfisser kull fond u tinkludi kull triq, mogħdija, bini jew
ilma; 
"Ministru" tfisser, ħlief għall-għanijiet ta’ l-artikolu 11, il-
Ministru responsabbli għall-enerġija jew il-Ministru responsabbli
għat-telekomunikazzjonijiet, hekk kif jista’ jkun il-każ;
"Regolatur", għar-rigward ta’ xi utilità  jew servizz, tfisser -
(a) fil-każ ta’ xogħlijiet konnessi mal-fornitura ta’
enerġija, il-persuna jew l-awtorità  maħtura bħala dak
ir-regolatur mill-Ministru;
Kap. 399.
(b) fil-każ ta’ xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xi
servizz ta’ telekomunikazzjoni, ir-Regolatur appuntat
bħala tali taħt l-Att biex jirregola t-
Telekomunikazzjoni jew kull persuna ohra li tista’
minn żmien għal żmien tiġi appuntata taħt dak l-Att
bħala l-awtorità  kompetenti biex tirregola t-
telekomunikazzjonijiet;
(ċ) fil-każ ta’ xogħlijiet konnessi ma’ xi servizzi oħra, il-
persuna jew l-awtorità  maħtura mill-Ministru bħala
regolatur dwar dak is-servizz jew grupp ta’ servizzi;
"servizz ta’ telekomunikazzjoni" għandu jkollha l-istess tifsir
bħalma għandha fl-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni;
"sid" tfisser ukoll detentur u utent;
"sistemi ta’ enerġija elettrika u telekomunikazzjonijiet" tinkludi
kull enerġija elettrika, jew linja ta’ komunikazzjoni jew strument li
jintużaw għall-provdiment ta’ enerġija jew għat-
telekomunikazzjonijiet;
"telekomunikazzjonijiet" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija
lilha fl-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
    REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
2   KAP. 81. ħ   F’UTILITAJIET U SERVIZZI
Skop ta’ l-
Att.
Sostitwit:
XXIII.2000.30.
3. L-impjant tas-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ l-enerġija
elettrika u tat-telegrafu f’Malta u ta’ kull servizz ieħor li dwaru
jinħatar Regolatur taħt dan l-Att għandu jigi regolat mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
Sostitwit:
XXIII.2000.30.
4. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità  dwar it-Trasport
ta’ Malta tista’ tordna li jiġu mqiegħda gumni u fili jew isiru
xogħlijiet oħra minn taħt jew minn fuq fond jew mal-ġnub tiegħu u
illi trinek, fosos, arbli, ventijiet, brazzijiet u l-aċċessorji l-oħra
kollha meħtiega sabiex jinħadmu tajjeb is-sistemi ta’ l-enerġija
elettrika u tat-telekomunikazzjoni, jiġu mħaffra, imqiegħda,
imwaqqfa jew imwaħħla ma’ fond; u kull ordni bħal dak għandu
jiġi notifikat lil sid il-fond mill-inqas għaxart ijiem qabel ma
jinbeda wieħed jew ieħor mix-xogħlijiet hawn fuq imsemmija.
(2) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ tordna wkoll
it-tqegħid flimkien jew l-użu ta’ l-istess faċilitajiet dwar xi gumni,
fili u aċċessorji oħra li jintużaw jew li jkunu se jintużaw għall-
provdiment ta’ xi servizz ta’ telekomunikazzjoni jew xi utilitajiet
jew servizzi oħra minn provditur ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni
bħal dak jew utilitajiet jew servizzi oħra f’xi trinek, fosos, kanali
jew fuq arbli, ventijiet jew brazzijiet, imħaffra, mqiegħda,
mwaqqfa jew imwaħħla minn provditur ieħor ta’ servizz ta’
telekomunikazzjoni jew ta’ utilitajiet jew servizzi oħra; u kull ordni
bħal dak għandu jiġi notifikat lill-provditur li jkun waqqaf jew
waħħal il-faċilitajiet li se jkunu s-suġġett tat-tqegħid flimkien jew
li jkunu se jintużaw, mill-inqas għaxart ijiem qabel ma jibdew isiru
x-xogħlijiet hawn aktar qabel imsemmija.
(3) Ordni li jsir taħt is-subartikolu (1) jew (2) ta’ dan l-artikolu
għandu jkollu seħħ minnufih malli jiskadi l-għaxar jum wara li dan
jiġi notifikat; u min jirċievi l-ordni għandu malli dan, għal kollox,
minnufih u kif dovut jimplimentah jew inkella jippermetti l-
implementazzjoni sħiħa, immedjata jew kif dovuta tiegħu u għandu
jżomm milli jikkaġuna jew ikompli jikkaġuna xi impediment jew
ostaklu għal dik l-implementazzjoni:
Iżda ordni li jsir taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu
m’għandux ikun iseħħ u min jirċivih ma għandux ikun marbut li
jimplementah jew jippermetti li jiġi implementat jekk dik l-
implementazzjoni ġġib maghħa l-ħtieġa tat-tneħħija fiżika tal-
faċilitajiet eżistenti li jappartjenu lil min jirċievi l-ordni jew li jkun
jużahom:
Iżda wkoll l-implementazzjoni ta’ ordni li jsir taħt is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu ma għandux jiġi mfixkel, ristrett
jew imdewwem minħabba f’xi talba għal ħlasijiet li ssir minn min
jirċievi dak l-ordni konformi ma’ dak li hemm fis-subartikolu (4)
ta’ dan l-artikolu.
(4) Min jirċievi ordni li jsir taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu jkun jista’ jitlob ħlas għat-tqegħid flimkien f’xi post, jew
għall-użu tal-faċilitajiet imwaqqfa jew imwaħħla minnha b’dawk
ir-rati li jiġu msejsa fuq spejjeż relevanti raġonevoli. L-ispejjeż
għat-tqegħid flimkien jew l-użu ta’ l-istess faċilitajiet għandhom
ikunu cost-oriented u ma għandhomx jinkludu spejjeż għal
overheads bħalma hu t-tqegħid fis-suq, persunal jew spejjeż ta’
REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
F’UTILITAJIET U SERVIZZI ġ K AP. 81.    3
manutenzjoni, ħlief dawk li jsiru direttament dwar il-faċilitajiet
użati.
(5) Min jirċievi ordni li jsir taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu għandu jissottometti l-ispejjeż tiegħu lill-provditur li jkun
qed jagħmel it-tqegħid flimkien jew ikun qed jagħmel użu mill-
faċilitajiet imwaqqfa jew imwaħħla minn min ikun irċieva l-ordni fi
żmien tletin jum mill-bidu tat-tqegħid flimkien jew ta’ l-użu kif
hawn aktar qabel imsemmi. Jekk il-provditur li jkun qed jagħmel it-
tqegħid flimkien jew ikun qed jagħmel użu bħal dak ma jaqbilx ma’
dawk l-ispejjeż huwa jista’, fi żmien tletin jum minn meta jirċievi
dak l-ordni, jirreferi l-kwistjoni lir-Regolatur.
(6) Malli jirċievi xi referenza kif hawn aktar qabel imsemmi,
ir-Regolatur għandu javża lill-partijiet involuti li l-kwistjoni tkun
qed tiġi investigata, filwaqt li jippermettilhom żmien raġonevoli sa
meta jipproduċu informazzjoni relevanti u jġibu provi u jagħmlu s-
sottomissjonijiet tagħhom. Ir-Regolatur għandu, wara li jeżamina l-
fatti miġjuba u s-sottomissjonijiet li jsirulu u kull informazzjoni
oħra li huwa jista’ jeħtieġ, jistabbilixxi l-ħlasijiet dovuti lil min
jirċievi ordni magħmul taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
Meta jew min jirċievi l-ordni jew min ikun qed jagħmel it-tqegħid
flimkien jew juża l-faċilitajiet imwaqqfa jew imwaħħla minn min
ikun irċieva l-ordni jkun, jew sew min jirċievi l-ordni u l-persuna
jkunu, provditur jew provdituri ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni,
sew parti sew l-oħra jistgħu jagħmlu appell quddiem il-Bord ta’ l-
Appelli dwar Telekomunikazzjonijiet imwaqqaf bl-imsemmi Att
biex jirregola t-Telekomunikazzjoni, minn kull deċiżjoni tar-
Regolatur li tkun tistabbilixxi l-ħlasijiet dovuti lil min jirċievi dak
l-ordni.
(7) Ir-Regolatur jista’, wara li jsirlu rikors minn min jirċievi
ordni magħmul taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, jordna lill-
persuna li tkun permessa tagħmel it-tqegħid flimkien jew li tagħmel
użu mill-faċilitajiet imwaqqfa jew imwaħħla minn min jirċievi dak
l-ordni, li jipprovdi garanzija għall-pagament tal-ħlasijiet dovuti
taħt dawn il-provvedimenti għar-rigward ta’ dak it-tqegħid
flimkien jew użu f’somma u b’dak il-mod skond kif jista’ jiġi
stabbilit mir-Regolatur.
(8) F’kull waqt meta l-membri ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport
ta’ Malta ma jkunux maħtura, is-setgħat ta’ l-Awtorità  taħt dan l-
artikolu għandhom jiġu eżrċitati mill-Ministru responsabbli għat-
trasport.
Kap. 12.
(9) Sabiex jiġu spezzjonati, ippruvati u miżmuma fi stat tajjeb
ta’ tiswija x-xogħlijiet magħmula taħt dan l-artikolu, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 471 tal-Kodici Ċivili.
Indennizz. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIII.2000.30.
5. Meta x-xogħlijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan
jagħmlu ħsara lil fond jew jikkaġunaw inkonvenjent lil sid il-fond,
dan is-sid jista’, fi żmien tliet xhur minn dak inhar li jitlestew dawk
ix-xogħlijiet, jagħmel rikors lill-Qorti ta’ l-Appell għal-
likwidazzjoni ta’ l-indennizz li jista’ jkun imiss għal dik il-ħsara
jew inkonvenjent:
    REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
4   KAP. 81. ħ   F’UTILITAJIET U SERVIZZI
Każijiet li 
għalihom 
m’hemmx 
indennizz. 
Iżda -
(a) ma jitqiesx illi s-sid bata ħsara jew inkonvenjent illi
jagħtuh jedd għal indennizz minħabba li gumna, fil
jew aċċessorju meħtieġ ieħor ikunu mqiegħda,
imwaqqfa jew imwaħħla taħt jew fuq fond jew mal-
ġnieb tiegħu jekk il-gumna, fil jew aċċessorju ieħor ma
jkunu jikkaġunaw ebda inkonvenjent, jew jekk il-
gumna, fil jew aċċessorju ieħor ikunu mgħoddija minn
fuq fond f’għoli ta’ mhux anqas minn erbgħa metri u
nofs mill-wiċċ tiegħu, jew, fil-każ ta’ bini, f’għoli ta’
mhux anqas minn tliet metri mil-livell tal-bejt;
(b) m’hemm ebda jedd għal indennizz minħabba l-fatt biss
illi gumna jew fil jiġu mgħoddija fi qrib ħafna ta’ bini
jew jiġu poġġuti fuq brazz imwaħħal ma’ ħajt ta’ bini,
jew li arblu jew vent jiġi mwaħħal fil-parti ta’ fuq ta’
dan il-ħajt sabiex jiġu mwaħħla miegħu gumni jew fili
fil-għoli li jmiss, jekk, fil-każ il-wieħed jew l-ieħor,
dawk il-gumni jew fili ma jkunux jagħmlu ħsejjes li
jistgħu jinsemgħu sewwa minn ġewwa bini bil-bibien
u t-twieqi miftuħa, jew ma jkunux jikkaġunaw
inkonvenjent ieħor;
(ċ) m’hemm ebda jedd għal indennizz minħabba l-fatt biss
illi xi arblu jew arbli jew xi appoġġi oħra jiġu
mwaqqfa f’fond, jew f’għalqa jew f’sit ieħor, jekk il-
bogħod bejn l-arbli jew l-appoġġi ma jkunx anqas
minn sitta u tletin metru u nofs, u ebda arblu jew
appoġġ ma jkun jieħu iżjed minn mija u sittin
ċentimetru kwadru mill-art.
Meta sid il-fond 
jista’ jitlob li l-
mogħdija li tkun 
sejra ssir tiġi 
mdawra għal 
band’oħra. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIII.2000.30.
6. (1) Is-sid ta’ fond milqut b’ordni magħmul taħt l-artikolu 4
jista’, fi żmien tmint ijiem mid-data ta’ dak l-ordni, jitlob lir-
regolatur kompetenti li l-mogħdija tal-gumna jew tal-fili, li tkun
sejra ssir, tiġi mdawra għal band’oħra b’mod li ma jkunx hemm
bżonn ta’ tħaffir, tqegħid, twaqqif jew twaħħil ta’ trinek, gumni,
fili, arbli, ventijiet, brazzijiet, jew aċċessorji meħtieġa oħra,
ġewwa, fuq jew minn fuq il-fond.
(2) Din it-talba tiġi milqugħa kemm-il darba -
(a) dik il-mogħdija, meta tiġi mdawra għal band’oħra,
tkun tajba daqs il-mogħdija kif kienet sejra ssir u ma
tkun għal ebda raġuni iżjed mill-oħra suġġetta għal
ħsara; u
(b) il-mogħdija, meta tiġi mdawra għal band’oħra, ma
taffettwax proprjetà  oħra jew ma tkunx tagħti jedd għal
indennizz taħt l-artikolu 5; u
(ċ) il-mogħdija meta tiġi hekk imdawra għal band’oħra ma
tikkaġunax lir-regolatur kompetenti spiża akbar sew
fil-kostruzzjoni oriġinali kemm wara fit-tiswijiet
tagħha u sabiex tinżamm fi stat tajjeb.
(3) Kull min jidhirlu li huwa aggravat bid-deċiżjoni tar-
regolatur jista’, b’rikors, jappella minn dik id-deċiżjoni, lill-Qorti
ta’ l-Appell.
REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
F’UTILITAJIET U SERVIZZI ġ K AP. 81.    5
Meta sid il-fond 
jista’ jitlob li 
jitneħħew gumni, 
eċċ.
Emendat:
XXIII.2000.30.
7. Is-sid ta’ fond li ġewwa fih, minn fuqu jew fuqu jkun
hemm gumna, fil, arblu, vent, brazz jew aċċessorju meħtieġ ieħor,
illi jiddikjara bil-ġurament quddiem maġistrat illi hu bi ħsiebu
jagħmel tibdil fil-fond u li dan it-tibdil ma’ jistax isir mingħajr ma
jitneħħew għal xi żmien jew għal dejjem il-gumna, il-fil, l-arblu, il-
vent, il-brazz jew aċċessorju meħtieġ ieħor, inkella jekk ma tiġix
imbiddla l-posizzjoni tal-gumna, fil, arblu, vent, brazz jew
aċċessorju meħtieġ ieħor, jista’ jitlob li dawn ix-xogħlijiet jiġu għal
xi żmien jew għal dejjem imneħħija jew li l-posizzjoni tagħhom tiġi
mbiddla, għad illi s-sid ikun ta l-kunsens tiegħu għall-esekuzzjoni
ta’ dawk ix-xogħlijiet jew ikun irċieva indennizz taħt dan l-Att:
Iżda s-sid għandu, f’kull każ, jagħti qabel avviż ta’ tliet
xhur li bi ħsiebu jagħmel tibdil fil-fond kif jingħad hawn fuq, u
għandu wkoll irodd kull indennizz illi hu jkun irċieva.
Xogħlijiet 
magħmulin qabel 
ma beda jseħħ dan 
l-Att.
8. Ix-xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impjant tas-
sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ l-elettriku u tat-telegrafu u li, qabel
ma beda jseħħ dan l-Att, ikunu saru ġewwa, minn fuq jew fuq fond,
mingħajr protesta ta’ sid il-fond, jitqiesu li saru bil-kunsens tas-sid
u ma jagħtux lil sid il-fond ebda jedd għal indennizz, għalkemm id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jkunux ġew imħarsa.
Piena għal min 
ifixkel.
Emendat:
XXIII.2000.30.
9. Kull min ma jħallix jew ifixkel persuna awtorizzata li
tidħol f’fond fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħha taħt dan l-Att,
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew il-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar jew il-piena tal-
multa u tal-priġunerija flimkien.
Piena għal ħsara 
volontarja 
f’xogħlijiet.
Emendat:
XXIII.2000.30.
10. Kull min volontarjament imiss jew jagħmel ħsara lil
xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impjant tas-sistemi ta’
komunikazzjoni ta’ l-elettriku u tat-telegrafu f’Malta, jeħel multa
ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew il-priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn tliet xhur jew il-piena tal-multa u tal-priġunerija
flimkien:
Iżda xejn f’dan l-Att ma jimpedixxi l-eżerċizzju ta’ kull
azzjoni oħra taħt kull liġi oħra, basta li l-persuna ma tiġix
ikkundannata darbtejn għall-istess reat.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2;
XXIII.2000.30.
11. Il-Ministru responsabbli għat-trasport bil-parir ta’ l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta jista’ jagħmel u, wara li
jagħmel, ibiddel jew iħassar regolamenti li jistabbilixxu l-mod li
bih trinka, fossa, arblu, vent, brazz jew aċċessorju meħtieġ ieħor li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-impjant tas-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’
l-elettriku u tat-telegrafu f’Malta għandhom jiġu mħaffra,
imqiegħda, imwaqqfa jew imwaħħla, u in ġenerali, sabiex jinħadmu
tajjeb dawn is-sistemi u sabiex tingħata esekuzzjoni lil dan l-Att.
Pieni għal min 
jikser ir-
regolamenti.
Emendat:
XXIII.2000.30.
12. Kull min jikser jew jonqos li jesegwixxi xi regolament
magħmul taħt dan l-Att jeħel multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin
liri.
Jistgħu jinġabru 
ħlasijiet.
Miżjud:
XXIII.2000.30.
13. Meta jitqiegħdu gumni jew fili jew isiru xogħlijiet oħra
minn taħt, minn fuq jew mal-ġenb ta’ xi triq, l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta għandha s-setgħa li tiġbor dawk il-ħlasijiet għal
kull biċċa art li taħt xi liġi tkun vestita fl-Awtorità  dwar it-Trasport
    REGOLAMENT TA’ ĊERTI XOGĦLIJIET 
6   KAP. 81. ħ   F’UTILITAJIET U SERVIZZI
ta’ Malta u li tintmiss minn, jew tiġi okkupata b’dawk ix-xogħlijiet,
kif jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal żmien b’regolamenti
magħmulin mill-Ministru skond l-artikolu 11 ta’ dan l-Att.
