STATISTIKATAL-BIEDJA    ġ K AP. 84.
KAPITOLU 84
ORDINANZA DWAR L-ISTATlSTIKA 
TAL- BIEDJA
Biex tiffaċilita l-preparazzjoni ta’ l-istatistika tal-biedja.
(8 ta’ Jannar, 1935)*
Saret liġi bl-ORDINANZA I ta’ l-1935, kif emendata bl-Ordinanzi: XIX
u XXII ta’ l-1935; bl-Att XIX ta’ l-1949; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u
bl-Atti: XXIII ta’ l-1966, XXXIII ta’ l-1969 u XLIX ta’ l-1981.
Titolu fil-qosor.
Istatistika tal-Biedja.
Tifsir. 
Emendat: 
XIX. 1949.2; 
XXIII. 1966.2; 
XXXIII. 1969.2.
2. F’din l-Ordinanza -
"raba’" ifisser ukoll kull biċċa moxa, xagħra, mergħa, ġmiem jew
art li ma tinħadimx, u kull qasam tad-dwieli, taż-żebbuġ jew ta’ l-
agrumi u kull ġnien tal-frott jew tal-ħxejjex li jkun fih kejl ta’
mhux inqas minn elf mija u erbgħa u għoxrin metru kwadru, u kull
serra tal-ħġieġ jew serra tal-polythene tal-kejl ta’ mhux inqas minn
sbatax-il metru kwadru;
"razzett" ifisser ukoll bitħa, maqjel, stalla, gorboġ, u mandra tan-
ngħaġ, tal-mogħoż jew tat-tjur, u kull lok ieħor fejn soltu jinżammu
bhejjem jew tjur;
"sid" ifisser ukoll id-detentur u kull min għandu l-
amministrazzjoni ta’ raba’ jew ta’ razzett, u "proprjetà" għandha
tiftiehem skond hekk.
Setgħa li jintalab 
rapport.
Emendat:
XIX. 1935.2; 
XXII. 1935.2;
XIX. 1949.3.
3. (1) Id-Direttur tal-Biedja jista’, f’kull żmien li jkun,
b’avviż notifikat lis-sid ta’ xi raba’ jew razzett f’Malta, iġiegħlu
jagħmel, fiż-żmien ta’ mhux inqas minn sebat ijiem tax-xogħol kif
ikun mogħti f’dak l-avviż, rapport li juri ħaġa b’ħaġa -
(a) il-kejl ta’ l-art li tkun tinħadem u ta’ l-uċuh li fiha;
(b) il-kejl ta’ l-art ġmiem jew moxa;
(ċ) il-bhejjem miżmuma fir-raba’ jew fir-razzett;
(d) ix-xorta tal-pussess ta’ l-art;
(e) in-nies li qiegħed iqabbad għax-xogħol tar-raba’; u
(f) kull tifsir ieħor dwar il-biedja f’Malta u l-industrji li
għandhom x’jaqsmu magħha kif jitlob id-Direttur tal-
Biedja.
(2) Id-Direttur tal-Biedja jista’, f’kull żmien li jkun, b’avviż
notifikat lis-sid ta’ dairy, ta’ fabbrika ta’ l-inbid jew ta’ fabbrika ta’
kunservi f’Malta, igiegħlu jagħmel, fiż-żmien ta’ mhux inqas minn
ħmistax-il jum tax-xogħol kif ikun mogħti f’dak l-avviż, rapport li
juri ħaġa b’ħaġa l-irkaptu li juża u n-nies li jħaddem, il-bhejjem
jew il-makni u strumenti oħra li juża u kull tifsir ieħor dwar ix-
*Ara Proklama Nru. 1 tat-8 ta’ Jannar, 1935.
 2      KAP. 84.ħ       STATISTIKATAL-BIEDJA
xogħol tal-ħalib, ta’ l-inbid, tal-kunservi u ta’ industrji li għandhom
x’jaqsmu magħhom f’Malta kif jitlob id-Direttur.
(3) Dawn ir-rapporti għandhom isiru bħal ma jingħad fl-avviż.
(4) Is-sid ta’ xi raba’ jew razzett illi, wara li jkun għamel
rapport kif mitlub fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, ma jibqax,
għal kull raġuni oħra barra minn dik tal-mewt, is-sid tar-raba’ jew
razzett li dwarhom ikun sar ir-rapport, għandu, fi żmien xahar,
jirrapporta din il-ħaġa lid-Direttur tal-Biedja, u għandu jagħtih dak
it-tagħrif dwar it-tibdil tas-sid skond kif jitolbu d-Direttur tal-
Biedja.
Meta t-tibdil tas-sid isir minħabba l-mewt tiegħu, is-sid il-
ġdid għandu jagħmel huwa dak ir-rapport u għandu huwa jagħti t-
tagħrif imsemmi hawn fuq.
(5) Kull min jonqos milli jagħmel dak li jitlob is-subartikolu
(4) ta’ dan l-artikolu jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn għaxar liri.
Kunsinna ta’ l-
avviż.
4. (1) Kull avviż taħt din l-Ordinanza jista’ jiġi innotifikat
lis-sid jew lil xi membru tal-familja tiegħu billi jingħata lilu
persunalment jew jiġi mibgħut bil-posta.
(2) Fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, ittra bil-posta titqies li ġiet
ikkunsinnata fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara dik li fiha tkun ġiet
impustata.
Kunsinna tar-
rapport.
Emendat:
XIX. 1949.4.
5. Kull rapport bil-miktub taħt din l-Ordinanza jista’ jiġi
kkunsinnat persunalment jew mibgħut bil-posta bla ħlas lill-
persuna msemmija fl-avviż.
Segretezza tar-
rapport.
Emendat: 
XXXIII. 1969.3.
6. Ebda rapport individwali jew parti ta’ rapport magħmul
taħt din l-Ordinanza ma jistgħu jiġu wżati jew ippubblikati u lanqas
ma jista’ jingħad x’fihom mingħajr l-awtorità tas-sid, ħlief għall-
preparazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ l-istatistika tal-biedja jew għal
proċedimenti taħt din l-Ordinanza:
Iżda d-Direttur tal-Biedja jista’ jagħti lill-Kummissarju ta’
l-Art kull informazzjoni li jkun fih rapport magħmul skond din l-
Ordinanza kif jista’ jkun meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-proprjetà
jew in-natura tal-pussess ta’ raba’ jew razzett.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XIX. 1949.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
7. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel,
ibiddel u jħassar regolamenti għall-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza. Bla ħsara għall-ġeneralità tad-
disposizzjoni fuq imsemmija, f’dawn ir-regolamenti jista’ jkun
hemm disposizzjoni li ġġiegħel li d-dokumenti msemmija
hemmhekk jitqiegħdu quddiem id-Direttur tal-Biedja.
Reati u Pieni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
8. Kull min - 
(a) jirrifjuta jew mingħajr raġuni tajba jonqos li jagħmel,
mill-aħjar li jaf u li jista’, rapport meħtieġ taħt din l-
Ordinanza; jew
(b) jagħmel jew iġiegħel lil min jagħmel rapport falz f’xi
partikolarità; jew
STATISTIKATAL-BIEDJA    ġ K AP. 84.
(ċ) juża, jippubblika, jew juri x’fih, b’kontravvenzjoni
għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, rapport
individwali jew parti ta’ rapport li jkun ġie jaf bih
minħabba l-kariga tiegħu,
jeħel ammenda ta’ mhux iżjed minn żewġ liri jew, jekk il-qorti tkun
ta’ fehma li r-reat sar dolożament, multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin lira jew il-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur.
