ESPORTAZZJONITA’ PRODOTTITAL-BIEDJA   ġKAP. 85.    1
KAPITOLU 85
ORDINANZA DWAR L-ESPORTAZZJONI TA’ 
PRODOTTI TAL-BIEDJA
Biex tikkontrolla l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-biedja.
(18 ta’ Jannar, 1935)*
Saret liġi bl-ORDlNANZA III ta’ l-1935, kif emendata bl-Ordinanza
XIX ta’ l-1935; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Att XI ta’ l-1972.
Titolu fil-qosor.
Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja.
Tifsir. 
Emendat: 
XIX. 1935.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1972.2.
2. F’din l-Ordinanza, jekk mill-kuntest ma jidhirx xort’oħra - 
"Direttur" ifisser id-Direttur tal-Biedja;
"marka" tfisser kull stampa, marka jew tikketta wżata biex
tiddistingwi prodott tal-biedja b’sinjal li jinħass jew li jidher;
"prodott tal-biedja" jew "prodott" ifisser patata, basal, kemmun,
u jfisser ukoll kull oġġett ieħor mgħallel jew imnissel mix-xogħol
tal-biedja jew kull prodott ta’ ortikoltura, illi l-Ministru
responsabbli għall-biedja jista’, minn żmien għal żmien,
b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, jiddikjara li hu prodott tal-
biedja għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza;
"sensal" u "esportatur" ifissru wkoll l-aġent tal-wieħed jew ta’ l-
ieħor;
"spettur" ifisser persuna li jkollha mid-Direttur is-setgħa,
ġenerali jew speċjali, biex teżamina jew tikklassifika jew biex
teżamina u tikklassifika l-prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-
esportazzjoni jew biex taqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jiġu
mogħtija lilha taħt din l-Ordinanza.
Ċertifikat tar-
reġistrazzjoni 
għall-esportaturi. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
3. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ esportatur ta’ ebda prodott
tal-biedja jekk ma jkunx irreġistrat fl-uffiċċju tad-Direttur, illi
għalhekk joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.
Il-prodott tal-
biedja ma jistax 
jiġi esportat bla ma 
ikun spezzjonat.
(2) Ħadd ma jista’ jesporta, jew igiegħel jew iħalli li jiġi
esportat jew jittanta li jesporta minn Malta, ebda prodott tal-biedja
li għalih hemm magħmulin regolamenti, sakemm dan il-prodott ma
jiġix spezzjonat, jew spezzjonat, ikklassifikat, ippakkjat u
immarkat, skond il-każ, bil-mod li jingħad f’din l-Ordinanza jew
f’dawk ir-regolamenti.
Il-prodott tal-
biedja mhux tajjeb 
ma jistax jiġi 
esportat. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
4. (1) Ħadd ma jista’ jesporta jew iġiegħel jew iħalli li jiġi
esportat jew jittanta li jesporta -
(a) prodott tal-biedja għall-konsum tal-bniedem illi fil-ħin
li jiġi ippreżentat għall-esportazzjoni ma jkunx tajjeb
għal dak il-konsum; jew
*Ara Proklama Nru. II tat-l8 ta’ Jannar, 1935.
 2      KAP. 85.ħ    ESPORTAZZJONITA’ PRODOTTITAL-BIEDJA
(b) prodott tal-biedja illi, minħabba l-kondizzjoni tiegħu
jew għal xi raġuni oħra, x’aktarx ma jasalx fid-
destinazzjoni tiegħu f’saħħtu jew fi stat tajjeb għas-
suq.
(2) Jekk prodott hu jew mhux fi stat li b’hekk jista’ jaqa’ taħt
il-projbizzjoni msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
għandu jiddeċidih l-ispettur skond l-ordnijiet ġenerali jew speċjali
mogħtija mid-Direttur.
Approvazzjoni ta’ 
postijiet għad-
depożt ta’ prodotti 
għall-
esportazzjoni. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
5. (1) Ħadd ma jista’ jesporta jew iġiegħel jew iħalli li jiġu
esportati jew jittanta li jesporta prodotti jekk il-lok jew il-postijiet
fejn dawn il-prodotti jiġu miġbura, ippreparati jew maħżuna ma
jkunx lok jew ma jkunux postijiet appruvati mid-Direttur bħala
tajba għaldaqshekk.
Id-Direttur jista’ 
jirtira l-
approvazzjoni.
(2) Id-Direttur jista’, f’kull żmien, jirtira l-approvazzjoni
mogħtija minnu jekk jidhirlu li dak il-lok jew postijiet mhumiex
qegħdin jinżammu fi stat jew mhumiex imgħammrin jew
m’għandhomx dawk il-ħtiġijiet biex min jużahom ikun jista’ jħares
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Setgħa ta’ l-
ispetturi li jidħlu 
fil-postijiet u 
jispezzjonaw, eċċ. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
6. Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, kull spettur u kull
persuna li jkollha bil-miktub setgħa ġenerali jew speċjali mid-
Direttur jew f’ismu, jistgħu, f’kull ħin xieraq, jidħlu f’kull post fejn
ikun jinżamm, jew suspett li fih qiegħed jinżamm prodott tal-biedja
għall-esportazzjoni, u jistgħu jeżaminaw kull post minn dawna jew
dugħ jew koll li jkun hemm.
Liċenzi għas-
sensala. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
7. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ sensal ta’ prodotti tal-
biedja għall-esportazzjoni, li għalihom ikun hemm magħmulin
regolamenti, jekk ma jkollux liċenza għalhekk mingħand id-
Direttur.
(2) Lil kull sensal bil-liċenza jingħata numru ta’ reġistrazzjoni
li jkun in-numru tiegħu uffiċjali għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza u
ta’ kull regolament magħmul bis-saħħa tagħha.
Is-sensala ma 
jistgħux 
jinnegozjaw fil-
prodott tal-biedja.
8. Ebda sensal ma jista’ jinnegozja f’ismu jew akkont tiegħu
jew akkont tiegħu u ta’ ħaddieħor, jew bi sħab ma’ ħaddieħor,
f’ebda prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-esportazzjoni u li
għalih ikunu saru regolamenti.
Piżaturi. 9. Ħadd ma jista’ jekk mhux piżatur pubbliku bil-liċenza,
jiżen prodott tal-biedja għall-esportazzjoni, u ħadd ma jista’
jagħmilha ta’ piżatur u sensal flimkien jew ta’ piżatur u esportatur
flimkien għall-istess prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-
esportazzjoni. 
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1972.3.
10. (1) Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel
regolamenti dwar dawn il-ħwejjeġ li ġejjin u li għandhom x’jaqsmu
mal-prodott tal-biedja għall-esportazzjoni, jiġifieri:
(a) l-ispezzjon tal-prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-
esportazzjoni u l-ispezzjon tal-postijiet fejn il-prodott
tal-biedja jiġi ippreparat, maħdum jew jiġi immaniġġat
b’xi mod ieħor;
ESPORTAZZJONITA’ PRODOTTITAL-BIEDJA   ġKAP. 85.    3
(b) il-ħin u l-lok fejn u kif għandu jingħata l-avviż ta’ min
bi ħsiebu jesporta, il-mod ta’ l-ippakkjar, id-daqs, id-
deskrizzjoni, il-kwalità u l-irkaptu tad-dugħ, il-piż tal-
merkanzija u l-markar ta’ dan il-piż u tad-dugħ; 
(ċ) il-ħin u l-lok fejn għandha ssir il-kunsinna tal-prodott
fuq il-mollijiet;
(d) il-lok u l-mod tal-ħażna, il-ġarr u t-trattament tal-
prodott;
(e) l-ispezzjon tal-prodott tal-biedja, il-klassifikazzjoni
tal-prodott u l-kondizzjonijiet ġenerali li taħthom il-
prodott jista’ jiġi mgħoddi għall-esportazzjoni, il-lok u
l-mod ta’ l-ispezzjon u tal-klassifikazzjoni u tal-
markar tal-prodott u l-mod li bih għandhom jiġu
imbullati jew immarkati ismijiet jew klassijiet
differenti ta’ prodott tal-biedja, sewwa fuq id-dugħ
jew fuq ċertifikat ta’ l-ispettur jew xort’oħra;
(f) il-perċentaġġ li għandu jiġi spezzjonat f’kull waħda
mill-partiti;
(g) kemm jingħata li jista’ jkun hemm sustanzi barranin u
avarija fil-qies tad-daqsijiet fissi tal-prodotti u tal-
kollijiet, u l-aqwa kwantità ta’ ndewwa li jista’ jkun
hemm fi prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-
esportazzjoni;
(h) l-isem partikulari li bih xi xorta ta’ prodott jista’ jiġi
esportat u d-deskrizzjoni ta’ kull waħda minn din ix-
xorta ta’ prodott;
(i) il-għażil jew it-teħid ta’ kampjuni mill-ispettur għall-
eżami, spezzjon jew analisi;
(j) iċ-ċirkostanzi li taħthom l-ispettur jista’ jaċċetta jew
jirrifjuta prodotti tal-biedja ta’ xorta differenti, jew
iqegħidhom fi klassi aktar baxxa, jew jikklassifikahom
mill-ġdid jew jerġa’ jimmarkahom, wara li jkun
eżaminahom u spezzjonahom;
(k) iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodott
spezzjonat u ikklassifikat jista’ jinżamm milli jiġi
imbarkat;
(l) il-formuli ta’ l-avviżi, ċertifikati u liċenzi u formuli
oħra li għandhom jiġu wżati jew li għandhom jiġu
maħruġa għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza;
(m) il-ħruġ ta’ liċenzi u ċertifikati tar-reġistrazzjoni taħt
din l-Ordinanza, għal kemm żmien idumu jiswew u t-
tiġdid tagħhom;
(n) id-drittijiet li għandhom iħallsu l-esportaturi u s-
sensala għall-ħruġ jew tiġdid taċ-ċertifikati tar-
reġistrazzjoni u tal-liċenzi tagħhom, kif ukoll id-
drittijiet li għandhom iħallsu l-esportaturi għall-
ispezzjon u għall-klassifikazzjoni;
(o) id-dmirijiet u x-xogħol tal-bdiewa, sensala, u piżaturi
u esportaturi tal-prodott tal-biedja għall-finijiet ta’ din
 4      KAP. 85.ħ    ESPORTAZZJONITA’ PRODOTTITAL-BIEDJA
l-Ordinanza, u s-senserija li għandha titħallas lis-
sensala mill-esportaturi jew bdiewa;
(p) il-ħlas lid-Direttur ta’ kull ammont ta’ flus dovut minn
esportaturi bħala l-prezz ta’ prodott tal-biedja u l-ħlas
lura mid-Direttur lill-bdiewa ta’ dak il-prodott u lis-
sensala tas-sehem tagħhom rispettiv;
(q) il-kostituzzjoni tal-Bord ta’ Arbitraġġ imsemmi fl-
artikolu 18 ta’ din l-Ordinanza u d-dritt li għandu
jiddepożita l-esportatur biex iġib il-kwistjoni quddiem
dan il-Bord; u
(r) in ġenerali sabiex jiġu esegwiti aħjar l-iskopijiet u
finijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Jistgħu isiru taħt dan l-artikolu regolamenti differenti dwar
prodotti tal-biedja ta’ xorta differenti.
(3) Ebda regolament magħmul skond il-paragrafu (p) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u ebda ħaġa magħmula jew li
tonqos milli tiġi magħmula bis-saħħa tiegħu ma għandha tirrendi
lill-Gvern responsabbli lejn xi bidwi ta’ prodotti tal-biedja jew lejn
xi sensal dwar xi flus dovuti minn xi esportatur ta’ prodotti tal-
biedja kemm-il darba dawn il-flus ma jkunux ġew miġbura mid-
Direttur.
Piena għas-sensala 
li jinnegozjaw fil-
prodotti tal-biedja. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
11. Kull sensal bil-liċenza, li jixtri, ibigħ, jew b’kull mod ieħor
jinnegozja f’ismu, jew akkont tiegħu u ta’ ħaddieħor jew bi sħab
ma’ ħaddieħor, u kull min jagħmilha ta’ sensal jew negozjant, fi
prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-esportazzjoni, li għalih ikun
hemm magħmulin regolamenti, mingħajr il-liċenza tad-Direttur,
jeħel, meta jinsab ħati, għal kull kontravvenzjoni, il-multa ta’ mhux
iżjed minn għoxrin lira.
Piena għall-
esportaturi li jixtru 
b’mezz ta’ sensala 
bla liċenza.
12. Kull esportatur irreġistrat li jixtri jew b’mod ieħor
jinnegozja fi prodott tal-biedja li jkun qiegħed għall-esportazzjoni
b’mezz ieħor barra minn b’sensal bil-liċenza, u kull min jesporta,
iġiegħel jew iħalli li jiġi esportat jew jittanta li jesporta prodott tal-
biedja, mingħajr ma jkun esportatur irreġistrat, jeħel, meta jinsab
ħati, għal kull kontravvenzjoni, il-multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin lira:
Iżda, kull esportatur irreġistrat jista’ jixtri prodott tal-biedja
għall-esportazzjoni direttament mingħand il-bidwi.
Piena għal min 
jesporta prodotti 
tal-biedja mingħajr 
ma jħares id-
disposizzjonijiet 
ta’ l-Ordinanza.
13. Kull min jesporta jew iġiegħel jew iħalli li jiġi esportat jew
jittanta li jesporta prodott tal-biedja mingħajr ma jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jeħel, meta jinsab ħati, għal
kull kontravvenzjoni, il-multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
Piena għal min 
iwaħħal ma’ 
prodott tal-biedja 
ċertifikati maħruġa 
għal prodott ieħor.
14. Kull min dolożament iwaħħal ma’ prodott tal-biedja għall-
esportazzjoni ċertifikat jew tikketta jew garanzija mogħtija għal
prodott ieħor, jeħel, meta jinsab ħati, il-multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira jew il-piena tal-priġunerija għal mhux iżjed minn tliet
xhur.
ESPORTAZZJONITA’ PRODOTTITAL-BIEDJA   ġKAP. 85.    5
Piena għal min 
jagħmel resistenza 
jew ifixkel.
15. Kull min jagħmel resistenza lill-ispettur jew ifixklu fl-
eżerċizzju leġittimu tas-setgħat jew dmirijiet tiegħu taħt din l-
Ordinanza jew taħt regolament maħruġ bis-saħħa tagħha, jeħel,
meta jinsab ħati, il-multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
Piena għal min ma 
jwarrabx prodott.
16. Kull min, fiż-żmien ordnat minn spettur, ma jwarrabx
prodott minn post ta’ spezzjon jew ta’ mbark kull meta jiġi hekk
ordnat li għandu jsir, jeħel, meta jinsab ħati, il-multa ta’ mhux iżjed
minn ħames liri għal kull ġurnata li l-kontravvenzjoni tissokta.
Piena għal 
kontravvenzjonijiet
jew għal min ma 
jħarisx id-
disposizzjonijiet 
ta’ din l-
Ordinanza. 
Emendat: 
XIX. 1935.2.
17. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew ta’ regolament maħruġ bis-saħħa tagħha jew jonqos li jħares id-
disposizzjonijiet li hu dmir tiegħu li jħares, jeħel, meta m’hemm
ebda pieni speċjali għall-kontravvenzjoni jew għan-nuqqas, għall-
ewwel darba li jinsab ħati, il-multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin
lira, u fil-każ ta’ reċidiva, multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
(2) Id-Direttur jista’ jieħu lura kull liċenza jew ċertifikat ta’
reġistrazzjoni maħruġin jew imġeddin taħt din l-Ordinanza, f’kull
każ li l-pussessur tal-liċenza jew taċ-ċertifikat jiġi misjub ħati ta’
reat taħt din l-Ordinanza.
Appell mid-
deċiżjoni ta’ 
spettur.
18. (1) Jekk spettur jirrifjuta li jgħaddi għall-esportazzjoni
partita ta’ prodott, huwa għandu minnufih jagħti avviż bil-miktub
lill-esportatur bir-raġunijiet tar-rifjut tiegħu: l-esportatur jista’
wara, bil-miktub, jitlob lill-ispettur biex iressaq minnufih il-
kwistjoni quddiem il-Bord ta’ Arbitraġġ magħmul kif stabbilit fir-
regolamenti, għad-deċiżjoni mill-aktar fis li jista’ jkun dwar jekk
il-prodott għandux jiġi mgħoddi għall-esportazzjoni, u d-deċiżjoni
tal-Bord ta’ Arbitraġġ hija finali:
Iżda, ebda kwistjoni ma tiġi mressqa quddiem il-Bord ta’
Arbitraġġ taħt dan l-artikolu kemm-il darba l-esportatur ma
jiddepożitax qabel għand l-ispettur id-dritt stabbilit fir-regolamenti
f’somma li tkun biżżejjed biex titħallas l-ispiża li jkollha bżonn
issir minn dan il-Bord:
Iżda, barra minn dan, jekk id-deċiżjoni tal-Bord tkun favur
l-esportatur, kull dritt ta’ ħlas li jkun ġie iddepożitat jew kull ħlas li
jkun sar mill-esportatur skond dan l-artikolu għandu jintradd lill-
esportatur.
(2) L-esportatur jista’ jkun preżenti f’kull eżami tal-prodott
tiegħu mill-ispettur.
Il-Gvern mhux 
responsabbli għat-
telf li wieħed ibati 
meta prodott jiġi 
miżmum jew 
jitħassar.
19. Ebda azzjoni jew proċediment ieħor legali ma jista’
jittieħed kontra l-Gvern jew uffiċjal tal-Gvern għal telf li wieħed
ibati minħabba li prodott jiġi miżmum jew li jitħassar minħabba li
ikun ġie hekk miżmum għall-finijiet ta’ spezzjon taħt din l-
Ordinanza.
