 KONTROLLTA’L-IMPORTAZZJONITA’ANNIMALI  AP. 86.
KAPITOLU 86
ORDINANZA DWAR IL-KONTROLL TA’ L-
IMPORTAZZJONI TA’ ANNIMALI
Sabiex tagħmel disposizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-importazzjoni ta’
xi annimali.
(6 ta’ Frar, 1935)*
Saret liġi bl-ORDINANZA IV ta’ l-1935, kif emendata bl-Avviż Legali
4 ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor.
Kontroll ta’ l-Importazzjoni ta’ Annimali.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. Il-Ministru responsabbli għall-biedja, kull meta jidhirlu li
hu meħtieġ għall-protezzjoni tat-torbija ta’ annimali f’Malta, jista’
jagħmel, u meta jkun għamel, ibiddel jew iħassar, regolamenti biex
jipprojbixxi jew b’xi mod ieħor jillimita u jikkontrolla l-
importazzjoni ta’ annimali jew ta’ xi xorta ta’ annimali f’Malta.
Reati u pieni. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Kap. 37.
3. Kull min jiżbarka jew jittanta jiżbarka annimali
b’kontravvenzjoni ta’ regolament magħmul mill-Ministru
responsabbli għall-biedja taħt l-aħħar artikolu qabel dan, jeħel il-
pieni li hemm għal min jimporta jew jittanta jimporta oġġetti li l-
importazzjoni tagħhom hija ipprojbita mill-Ordinanza tad-Dwana u
l-annimali li dwarhom ikun sar ir-reat jiġu ikkonfiskati.
*Ara Proklama Nru. IV tas-6 ta’ Frar, 1935.
