 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       1
KAPITOLU 88
ORDINANZA DWAR L-AKKWIST TA’ 
ARTIJIET GĦAL SKOPIJIET PUBBLIĊI
Biex tirregola l-akkwist ta’ artijiet għal skopijiet pubbliċi u biex
tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi mħarsa dwar dan l-akkwist.
8 ta’ Ottubru, 1935
L-ORDINANZA XL ta’ l-1935, u ġiet emendata bl-Ordinanzi: III u XIII
ta’ l-1936, VI ta’ l-1937, X ta’ l-1945, XLV ta’ l-1946, XXXI ta’ l-1947 u V
ta’ l-1949; bl-Att XXVII ta’ l-1956; bl-Ordinanzi: IV ta’ l-1961 u XI ta’ l-
1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XIV u XXXI ta’ l-1966, XXIX
ta’ l-1969, XXXIII ta’ l-1971, LVIII ta’ l-1974 u IV ta’ l-1975; bl-Avviż
Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XVII ta’ l-1979, XLIX ta’ l-1981, XI ta’ l-
1989, VIII ta’ l-1990, XIX ta’ l-1993, XXIV ta’ l-1995, VI ta’ l-2001 u XI
ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.
Tifsir. 
Emendat: 
XIII. 1936.2; 
X. 1945.2; 
XLV. 1946.2; 
XXXI. 1947.2; 
V. 1949.2; 
XXVII. 1956.2; 
XIV.1966.2; 
XLIX. 1981.6.
2. F’din l-Ordinanza kemm-il darba mill-kuntest ma jkunx
jidher xort’oħra -
"area mibnija" tfisser kull area li għall-medda kontinwa ta’ mija
u sebgħa u tletin metru tal-faċċata tagħha fuq naħa u l-oħra tat-triq,
jekk it-triq tista’ tiġi żviluppata fuq iż-żewġ naħat, jew mitejn u
erbgħa u sebgħin metru jekk it-triq tista’ tiġi żviluppata fuq naħa
waħda biss, tkun mill-inqas ħamsin fil-mija okkupata b’bini;
"art" tfisser ukoll bini, siġar jew kull ħaġa mwaħħla fl-art u kull
parti mix-xatt, u kull servitù  f’art jew fuq art u jeddijiet oħrajn ta’
użu u kull xorta ta’ ġust ieħor;
"awtorità  kompetenti" tfisser il-Kummissarju ta’ l-Art;
"Bord" ifisser il-Bord ikkostitwit taħt id-disposizzjonijiet ta’ din
l-Ordinanza;
Kap. 116.
Kera fuq id-Djar;
"dominju pubbliku" jfisser id-dominju ta’ art minn awtorità
kompetenti li l-kwalitajiet ewlenin tiegħu huma msemmijin fl-
artikolu 19(5), (6) u (7) ;
"fond belti ġdid" ifisser kull bini belti, magħdudin djar, bini fejn
isir negozju, każini, lukandi u lodging houses, illi, mingħajr ma
jingħaddu l-fittings, it-tibjid u ż-żebgħa, u kull tibdil, saħansitra
jekk fil-bini, ma kienx mibni jew lest għall-użu fil-31 ta’ Marzu,
1939;
"fond belti qadim" ifisser bini belti, magħdudin djar, u bini fejn
isir negozju, każini, lukandi u lodging houses, illi, mingħajr ma
jingħaddu l-fittings, tibjid u żebgħa, u kull tibdil, saħansitra jekk
fil-bini, kienu mibnija jew lesti għall-użu fil-31 ta’ Marzu, 1939,
iżda kull tiswija ta’ fond belti qadim magħmul minħabba ħsara
  2      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
minn egħmil il-għadu jew kontra l-għadu jew kull bini mill-ġdid ta’
fond belti qadim li n-nefqa tagħhom kienet milqugħa bħala
għandha titħallas taħt id-disposizzjonijiet ta’ 1-Ordinanza ta’ l-
1943 dwar il-Ħsarat tal-Gwerra* ma jbiddlux ix-xorta "qadima" tal-
fond. "Dar qadima" u "ħanut qadim" għandhom jiftehmu fuq din it-
tifsira;
"jedd ta’ clearance" ifisser is-suġġezzjoni ta’ art għall-
kondizzjonijiet restrittivi msemmija fl-artikolu 29;
"jedd ta’ taħt wiċċ l-art" ifisser li art tkun issuġġettata għall-
kondizzjonijiet restrittivi dwar xogħlijiet u taħfir taħt l-art
imsemmija fl-artikolu 29 ta’ din 1-Ordinanza;
"kera ta’ akkwist" ifisser il-ħlasijiet perjodiċi li għandhom isiru
taħt l-artikolu 27(14), (15) u (16);
"kera ta’ għarfien" ifisser il-ħlasijiet perjodiċi mistħoqqin dwar
id-dominju ta’ art b’dominju pubbliku;
"kiri" ifisser ukoll il-jedd ta’ okkupazzjoni jew ta’ użu ta’ art
b’kull titolu li jkun;
"raba" jew "art raħlija" ma jfissirx il-ġnien ta’ dar jew bini jew xi
art oħra fil-magħluq ta’ dar jew bini; u lanqas art għall-bini jew
moxa; iżda jidħlu fit-tifsira 1-irziezet, u bini maħsub l-iktar biex fih
jinżammu 1-ifrat għat-trobbija u s-simna jew xi bhejjem oħra
domestiċi;
"sid" ifisser ukoll il-persuna li għandha tkun mikrija 1-art jew
persuna oħra li jkollha nteress fl-art;
"skop pubbliku" jfisser kull skop li għandu x’jaqsam ma’ 1-użu
esklużiv tal-Gvern jew ma’ l-użu pubbliku ġenerali, jew li għandu
x’jaqsam ma’ jew jiswa għall-interess jew qadi tal-pubbliku (sew
jekk l-art tkun għall-użu tal-Gvern sew jekk le) jew ma’ jew għall-
ippjantar ta’ l-ibliet jew ma’ jew għar-rikostruzzjoni jew kull skop
li għandu x’jaqsam mad-difiża ta’ Malta jew li għandu x’jaqsam
ma’ jew jiswa għall-operazzjonijiet navali, militari jew ta’ l-ajru; u
jfisser ukoll kull skop ieħor imsemmi bħala pubbliku minn xi liġi.
Dikjarazzjoni mill-
President illi l-art 
hi meħtieġa għal 
skop pubbliku. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
3. Il-President ta’ Malta jista’ jiddikjara, b’dikjarazzjoni
ffirmata minnu, illi art hija meħtieġa għal skop pubbliku.
Proklama tal-
President li 
jiddikjara art 
suġġetta għal jedd 
ta’ clearance. 
Emendat: 
V. 1949.3; 
LVIII. 1974.68.
4. Il-President ta’ Malta jista’ għal skop pubbliku jiddikjara
bi proklama illi art hija suġġetta għal jedd ta’ clearance jew jedd
ta’ taħt wiċċ l-art.
*Imħassra bl-Att XXIX ta’ 1-1980.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       3
Akkwist ta’ art 
għal skop 
pubbliku. 
Emendat: 
XXXI.1947.3; 
XXVII. 1956.3.
5. L-awtorità  kompetenti tista’ takkwista art meħtieġa għal
skop pubbliku, sew -
(a) b’xiri assolut tagħha; jew
(b) għall-pussess u użu tagħha għal żmien determinat jew
matul dak iż-żmien illi l-bżonnijiet ta’ l-iskop
pubbliku jkunu jitolbu; jew
(ċ) b’dominju pubbliku:
Iżda wara li l-awtorità  kompetenti tkun akkwistat xi art
għall-pussess u użu jew b’dominju pubbliku il-bdil f’dominju
pubbliku jew fi proprjetà  assoluta tat-titolu li fuqu dik l-art hija
miżmuma għandu dejjem jitqies li huwa akkwist ta’ art meħtieġa
għal skop pubbliku u li huwa fl-interess pubbliku:
Iżda wkoll, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 14,
15 u 16, awtorità  kompetenti tista’ takkwista art parti b’mod
wieħed u parti b’mod ieħor jew b’oħrajn imsemmija fil-paragrafi
(a), (b) u (ċ):
Iżda b’dan ukoll illi meta l-art jeħtieġ li tiġi akkwistata
għan-nom u għal użu ta’ terza persuna għal skop li għandu
x’jaqsam ma jew iservi għal interess pubbliku jew utilità  pubblika,
l-akkwist għandu, f’kull każ, isir b’xiri assolut ta’ l-art.
Dikjarazzjoni tal-
President dwar l-
iskop pubbliku hija 
biżżejjed. 
Sostitwit: 
XLV. 1946.3. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
6. Ħadd ma’ jista’ jitlob prova oħra ta’ l-iskop pubbliku
msemmi fl-artikoli 3 u 4 u fl-artikolu 8(1) minbarra d-dikjarazzjoni
tal-President ta’ Malta.
Setgħa ta’ awtorità  
kompetenti biex 
tiddisponi minn 
art. 
Miżjud: 
XXVII. 1956.4.
7. L-awtorità  kompetenti tista’ titratta u tiddisponi minn art
akkwistata minnha b’dak il-mod u suġġetta għal dawk il-
kondizzjonijiet kif jidhrilha xieraq, wara li tieħu kont ta’ l-interess
jew qadi tal-pubbliku.
Investigazzjonijiet 
preliminari. 
Emendat: 
XLV. 1946.4; 
LVIII. 1974.68.
8. (1) Kull meta l-President ta’ Malta jidhirlu illi art għandha
tiġi eżaminata sabiex tkun tista’ tiġi akkwistata għal skop pubbliku,
huwa jista’ joħroġ dikjarazzjoni li tgħid dan, iffirmata minnu u
mbagħad kull persuna illi jkollha awtorizzazzjoni ġenerali jew
speċjali mill-awtorità  kompetenti għaldaqshekk, tista’, kif ukoll l-
assistenti u ħaddiema tagħha, tagħmel dawn il-ħwejjeġ li ġejjin jew
kull waħda minnhom:
(a) tidħol fl-art u tkejjel, u tieħu l-livelli ta’ dik l-art;
(b) tħaffer jew ittaqqab taħt l-art;
(ċ) tagħmel kull ħaġ‘oħra meħtieġa biex tiżġura jekk l-art
hix tajba għal dan l-iskop;
(d) tbattal, tiffissa u timmarka l-limiti ta’ l-art li tkun sejra
tiġi akkwistata u l-linja tax-xogħol li jkun sejjer isir
fuqha: 
Iżda, ħadd ma jista’ jidħol f’bini jew fi btieħi jew f’ġonna
ta’ djar ħlief bil-kunsens tad-detentur tagħhom, mingħajr qabel ma
jagħti lid-detentur avviż għaldaqshekk ta’ mill-anqas sebat ijiem.
  4      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
(2) Mill-aktar fis li jista’ jkun wara d-dħul imsemmi fis-
subartikolu (1), l-awtorità  kompetenti għandha tħallas il-ħsarat
kollha li jkunu saru, u fil-każ li tinqala’ kwistjoni dwar l-ammont li
jmissu jitħallas, l-awtorità  kompetenti jew il-persuna li titlob il-
kumpens jistgħu jirreferixxu l-kwistjoni lill-Bord, u d-deċiżjoni ta’
dan tkun finali.
Avviż li art sejra 
tiġi akkwistata. 
Sostitwit:
XLV. 1946.5. 
Emendat:
LVIII. 1974.68;
XI. 2002.7.
9. (1) Kull meta l-President ta’ Malta jiddikjara li l-art hija
meħtieġa għal skop pubbliku, l-awtorità  kompetenti tordna li kopja
ta’ dik id-dikjarazzjoni (flimkien ma’ dettalji biżżejjed biex tkun
magħrufa liema hija dik l-art) tkun imxandra fil-Gazzetta tal-
Gvern, f’żewġ, mill-inqas, ġurnali lokali (wieħed minnhom ġurnal
bl-Ingliż u l-ieħor ġurnal bil-Malti), u fuq tabella ta’ l-avviżi fl-
uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-lokalità  fejn tinsab l-art.
Kap. 12.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha wkoll tippreżenta kopja
tad-dikjarazzjoni u tad-dettalji fir-reġistru tal-Bord, u tordna illi
kopja tad-dikjarazzjoni u tad-dettalji għandha tkun notifikata
b’mezz tal-Bord, kif stabbilit fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, lil kull sid u lil kull bniedem ieħor li għandu
interess skond il-liġi fl-art imsemmija fid-dikjarazzjoni, illi l-
awtorità  kompetenti tkun taf bihom u taf min huma.
Proċedimenti meta 
s-sid ma jkunx 
magħruf, eċċ. 
Emendat: 
XLV. 1946.6; 
XXXI. 1947.4; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 12.
10. Meta s-sid jew xi wieħed mis-sidien ta’ art li għandha tiġi
akkwistata obbligatorjament minn awtorità  kompetenti ma jkunx
magħruf jew ikun inċert jew assenti jew minuri jew persuna
inkapaċi bla rappreżentant skond il-liġi, jew li l-awtorità
kompetenti ma tkunx taf li għandha rappreżentant skond il-liġi, il-
proċedimenti taħt din l-Ordinanza jsiru kontra kuraturi li jiġu
maħtura mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, biex jidhru għas-sid jew
sidien kif jingħad fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili. 
Proċedimenti meta 
l-art hija ta’ 
persuna inkapaċi. 
Emendat: 
XLV. 1946.7; 
XXXI 1947.5; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Kap. 26.
11. (1) Meta l-art li għandha tiġi akkwistata minn awtorità
kompetenti hija ta’ persuna interdetta, jew ta’ minuri, jew ta’
persuna suġġetta għal inkapaċità  oħra, jew hija dotali jew taħt
fedekommess, jew użufrutt jew użu jew abitazzjoni, jew hija l-
oġġett ta’ għoti enfitewtiku li żmienu jkun iffissat b’riferenza
għall-għomor ta’ nies, ebda awtorizzazzjoni ġudizzjarja speċjali
jew xort’oħra m’hija meħtieġa, iżda l-kumpens li jkun imiss
jitħallas taħt din l-Ordinanza, flimkien ma’ somma ta’ tlieta fil-
mija fuq il-kumpens iffissat, għandu jiġi ddepożitat fis-
Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, u ma jistax jiġi meħud lura mingħajr
l-awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti. Id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ ċerti Kapitali igħoddu
fil-każ ta’ proprjetà  taħt fedekommess kemm-il darba l-qorti ma
tordnax xort’oħra.
(2) Fil-każ ta’ depożitu ta’ kumpens taħt id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), l-ispejjeż leġittimi tal-proċedimenti sabiex id-
depożitu jiġi meħud lura jitħallsu mill-awtorità  kompetenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), jkunu jgħoddu
hekk ukoll għal kera ta’ akkwist u għal kera ta’ għarfien, iżda hekk
illi ammonti żejda, magħdudin bit-tlieta fil-mija (3%) ta’ kull
waħda mir-rati suċċessivi ta’ kera ta’ akkwist jew ta’ kera ta’
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       5
għarfien depożitati, qatt ma għandhom jistħoqqu dwar aktar minn
erba’ rati ta’ kera ta’ akkwist jew ta’ kera ta’ għarfien imħallsin
dwar xi akkwist waħdani tal-pussess u użu ta’ art, jew, kif jaħbat,
tad-dominju pubbliku.
X’għandu ikun fih 
l-avviż għall-
ftehim. 
Emendat: 
XLV. 1946.8; 
XXVII. 1956.5;
XI. 2002.7.
12. (1) Fi żmien erbatax-il ġurnata mill-ġurnata tal-
pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, meħtieġa taħt l-artikolu
9(1), ta’ dikjarazzjoni magħmula taħt l-artikolu 3, is-sid ta’ l-art,
jew min jokkupaha, jekk ikun hemm, għandhom jagħtu f’idejn l-
awtorità  kompetenti l-pussess tagħha:
Iżda, jekk l-art, li l-pussess tagħha huwa hekk meħtieġ,
tkun dar fil-fatt okkupata bħala dar, min jokkupaha ma jkunx
jinħtieġlu li jitlaq il-pussess tagħha qabel ma jgħaddu erbatax-il
ġurnata mill-ġurnata li fiha l-awtorità  kompetenti tkun offriet bil-
miktub lill-imsemmi okkupant fejn joqgħod band’oħra li
raġonevolment ikun biżżejjed għan-nies li joqogħdu f’dik id-dar.
(2) Wara li jgħaddi ż-żmien imsemmi fis-subartikolu (1) l-
awtorità  kompetenti tista’ mingħajr ebda formalità  oħra tidħol f’din
l-art u tieħu pussess tagħha jew tawtorizza lil xi ħadd biex jidħol
f’din l-art u jieħu pussess tagħha u, minkejja xi restrizzjoni li jkun
hemm fuq din l-art b’kull liġi oħra jew b’kull dokument jew
xort’oħra, tagħmel jew tawtorizza lil xi ħadd li jagħmel f’din l-art
jew fuqha jew dwarha kull xogħol jew ħaġ’oħra tkun li tkun li xi
ħadd li jkollu nteress illimitat f’din l-art ikollu jedd li jagħmel bis-
saħħa ta’ dak l-interess salv l-obbligu ta’ xi awtorità  kompetenti li
terġa tqiegħed kif kienet l-art jew tħallas kumpens għal kull dannu
magħmul jekk fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza l-akkwist ma
jkunx tkompla.
(3) Mgħax sempliċi bir-rata ta’ ħamsa fil-mija fis-sena għandu
jibda għaddej ta’ kuljum favur kull min għandu jedd għal kumpens
dwar xi art miksuba bix-xiri assolut tagħha taħt din l-Ordinanza,
mid-data tad-dikjarazzjoni tal-President sad-data meta l-kumpens
jitħallas jew jiġi depożitat skond ma hemm fl-artikolu 22. L-
imgħax għandu jgħaddi fuq l-ammont ta’ kumpens kif ikun stabbilit
skond din l-Ordinanza.
L-ammont tal-
kumpens jista’ jiġi 
stabbilit bi ftehim. 
Emendat: 
XLV. 1946.9. 
Sostitwit: 
XXXI. 1947.6. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
13. (1) L-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas għall-art
meħtieġa minn awtorità  kompetenti jista’ f’kull żmien ikun
stabbilit bi ftehim bejn l-awtorità  kompetenti u s-sid, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet li jinsabu fis-subartikolu (2).
(2) Fil-każ li l-akkwist ta’ art ikun għal pussess temporanju u
użu, il-kumpens ikun il-kera ta’ akkwist, u fil-każ li l-akkwist ta’
art ikun b’dominju pubbliku il-kumpens ikun kera ta’ għarfien,
stabbilit sew hekk kemm hekk fuq dak li jgħidu d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 27.
(3) Il-kera ta’ akkwist jew il-kera ta’ għarfien, kif jaħbat, ikun
jistħoqq li jitħallas lill-bniedem bil-jedd li jdaħħal, jew li b’jeddu
stess jikri u jdaħħal, il-flus tal-kera ta’ l-art li għandha x’taqsam
jew it-tutur, kuratur, amministratur, prokuratur, jew rappreżentant
ieħor tal-bniedem li jkollu dak il-jedd:
Iżda jekk l-awtorità  kompetenti ma tkunx taf l-isem u fejn
  6      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
joqgħod f’Malta l-bniedem li lilu l-kera ta’ akkwist jew il-kera ta’
għarfien hekk jistħoqq li jitħallas, hija tista’ tiddepożita dawk il-
flus tal-kera fil-Qorti Ċivili bħal ma jgħidu d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 11.
Biċċa minn dar. 14. Is-sid ma jistax jiġi mġiegħel ibiegħ jew jittrasferixxi lill-
awtorità  kompetenti biċċa biss ta’ dar jew bini ieħor jekk is-sid
ikun irid u jkun jista’ jbiegħ u jitrasferixxi d-dar kollha jew il-bini
kollu.
Biċċa minn art 
għall-bini.
15. Is-sid ma jistax jiġi mġiegħel ibiegħ jew jittrasferixxi lill-
awtorità  kompetenti biċċa biss ta’ art tajba għall-bini, meta l-biċċa
li tibqa’ tkun ta’ anqas minn mitejn u għoxrin metri kwadri, jew
meta, fil-fehma tal-Bord, il-biċċa li tibqa’, minħabba l-għamla u l-
kobor tagħha, ma tibqax tajba għall-bini taħt il-liġijiet u
regolamenti dwar il-bini; f’kull każ bħal dan l-awtorità  kompetenti
għandha takkwista l-art kollha:
Iżda, jekk is-sid ikollu art li tmiss magħha, il-Bord jista’
jiddikjara illi d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma
jgħoddux għall-art li għandha tiġi akkwistata.
Biċċa art. 16. Is-sid ma jistax jiġi mġiegħel jittrasferixxi biċċa biss minn
art, meta dik il-biċċa tkun iżjed minn tliet kwarti ta’ l-art kollha u l-
biċċa li tibqa’ tkun anqas minn elf mija u erbgħa u għoxrin metri
kwadri u dak is-sid ma jkollux art oħra li tmiss magħha. 
Stima ta’ art li ma 
tkunx art tajba 
għall-bini. 
Emendat: 
XXXI.1947.7.
17. L-art li ma tkunx art tajba għall-bini għandha tiġi stmata
għall-finijiet tal-kumpens li għandu jitħallas fil-każ ta’ akkwist
obbligatorju tagħha, bħala raba’ jew moxa skond il-każ.
Artijiet tajbin 
għall-bini. 
Sostitwit: 
XXVII.1956.6.
18. (1) Art titqies li tkun art għall-bini għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza jekk ikollha faċċata fuq triq li ġa teżisti u tkun qiegħda
f’area mibnija jew, bla ħsara tas-subartikolu (2), f’distanza ta’
mhux iżjed minn wieħed u disgħin metru u nofs minn area mibnija,
li għandha titkejjel tul l-assi tat-triq.
(2) Biex tigi stabbilita jekk art hix art għall-bini minħabba l-
fatt li tkun qiegħda f’distanza ta’ mhux iżjed minn wieħed u disgħin
metru u nofs minn area mibnija, għandu jittieħed kont għat-tkabbir
immedjat li aktarx isir ta’ l-area mibnija fid-direzzjoni ta’ l-art in
kwistjoni.
(3) Art li tidħol fit-tifsir tas-subartikolu (1) jew (2) għandha
titqies li tkun art għall-bini sa fond l-aktar ta’ ħamsa u għoxrin
metru.
Art okkupata għal 
għaxar snin; 
applikazzjoni biex 
tinxtara, jew tkun 
akkwistata 
b’dominju 
pubbliku, eċċ. 
Emendat: 
XLV. 1946.10; 
XXXI. 1947.8; 
IV. 1961.12; 
XXXI. 1966.2.
19. (1) Meta l-art tkun ġiet akkwistata minn awtorità
kompetenti għal użu jew pussess għal dak iż-żmien li l-bżonnijiet
ta’ l-iskop pubbliku jkunu jitolbu, is-sid jista’, wara li jgħaddu
għaxar snin mid-data li fiha jkun ittieħed pussess mill-awtorità
kompetenti, jitlob lill-Bord biex joħroġ ordni sabiex l-art tinxtara
jew tkun akkwistata b’dominju pubbliku jew titbattal fi żmien sena
mid-data ta’ l-ordni, u l-art tiġi mbattla jew tkun akkwistata
b’dominju pubbliku jew mixtrija b’kumpens illi jiġi ffissat skond
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew ta’ xi Ordinanza li
tbiddel jew imdaħħla minflok din l-Ordinanza.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       7
(2) Meta art illi tkun fil-pussess u użu ta’ awtorità  kompetenti
tiġi mbattla, l-awtorità  kompetenti tista’ tneħħi l-bini kollu,
kostruzzjonijiet jew benefikati oħra mibnijin jew magħmulin fuqha
matul iż-żmien ta’ l-okkupazzjoni, u tagħti dak il-kumpens lil sid l-
art għal ħsara li tkun saret bil-kostruzzjoni ta’ dak il-bini jew
xort’oħra, kif jiġi miftiehem bejn l-awtorità  kompetenti u s-sid jew,
fin-nuqqas ta’ ftehim, kif jiġi ffissat mill-Bord.
 (3) Meta awtorità  kompetenti tkun akkwistat xi art għall-
pussess u użu jew, kif jaħbat, b’dominju pubbliku, u wara dan
tbiddel f’dominju pubbliku jew, kif jaħbat, f’proprjetà  assoluta t-
titolu li fuqu dik l-art hija miżmuma, fl-iffissar, għall-għanijiet ta’
dik il-bidla ta’ titolu, ta’ l-ammont tal-kera ta’ għarfien jew kif
jaħbat tal-kumpens għall-akkwist tal-proprjetà  assoluta, ebda każ
ma jittieħed ta’ ebda bini, tlugħ jew titjib ieħor imtella’ jew
magħmul fuq l-art wara l-jum li fih il-pussess tagħha kien ittieħed
mill-awtorità  kompetenti, u għal għanijiet ta’ dak l-iffissar l-art
titqies li ma tbiddlet f’ebda ħaġa li tista’ tgħodd mill-ewwel jum ta’
dak il-pussess.
(4) Meta l-proprjetà  ta’ art li tkun fil-pussess u użu ta’ awtorità
kompetenti jew tkun miżmuma minnha b’dominju pubbliku tiġi
trasferita minn sidha lil xi ħaddieħor, dak it-trasferiment ma jtiefes
b’ebda mod il-pussess jew dominju sussistenti ta’ l-awtorità
kompetenti, ħlief illi mill-ewwel ġurnata li fiha tagħlaq rata ta’
kera ta’ akkwist jew ta’ kera ta’ għarfien wara n-notifika lill-
awtorità  kompetenti ta’ ittra uffiċjali mibgħuta flimkien minn min
għamel u minn min irċieva t-trasferiment u li jkun fiha l-
informazzjonijiet kollha tat-trasferiment magħmul, jew, inkella,
wara li tkun inġiebet, minn min għamel jew minn min irċieva t-
trasferiment, prova li togħġob lill-awtorità  kompetenti illi t-
trasferiment tabilħaqq sar b’forma li tiswa skond il-liġi, il-kera ta’
akkwist jew il-kera ta’ għarfien jitħallsu lil min irċieva t-
trasferiment.
(5) Id-dominju pubbliku għandu min-natura tiegħu jdum għal
dejjem, mingħajr ħsara għal xi għaqda b’rieda taż-żewġ naħiet jew
xort’oħra skond il-liġi ta’ dak id-dominju mal-fdal tal-proprjetà  ta’
l-art; u l-kera ta’ għarfien li jistħoqq għalih qatt ma jitbiddel,
mingħajr ħsara għall-effetti ta’ xi għaqda, totali jew parzjali. Il-fdal
ta’ proprjetà  ta’ l-art miżmuma b’dominju pubbliku, bil-jedd għal
kera ta’ għarfien li jagħmel ma’ dak il-fdal, għandu, għall-għanijiet
kollha tal-liġi, jitqies li hu jedd immobbli minħabba l-ħaġa li
magħha għandu x’jaqsam, u dak li minn żmien għal ieħor ikun sid
dak il-jedd jista’ jneħħih skond il-liġi kull meta jidhirlu.
(6) L-awtorità  kompetenti ma tkunx taħt ebda tirżin dwar dak li
tista’ tagħmel, minn żmien għal ieħor, b’art miżmuma minnha
b’dominju pubbliku, bla ħsara tad-dmir tagħha li tħallas dak il-kera
ta’ għarfien li jkun jistħoqq fuqha; tista’ tħott kull tlugħ li jkun
hemm fuq l-art u ma ttellax oħrajn flokhom, u tista’ tbiddel kif trid
l-użu li għalih l-art qabel kienet qiegħda; ikollha l-jedd tiegħu kull
utli li tħalli kull biċċa art li jkollha f’idejha b’dominju pubbliku,
magħdud kull teżor li jinsab hemmhekk, bla ħsara f’dan il-każ tas-
sehem li skond il-liġi jmiss lil dak li jkun sabu; u jkollha l-jedd
tirrivendika dik l-art mingħand kull pussessur, saħansitra jekk dak
  8      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
il-pussessur ikollu jedd għal kera ta’ għarfien dwar l-istess art.
(7) Il-bniedem bil-jedd jew il-bnedmin li flimkien għandhom
il-jedd li jdaħħlu kera ta’ għarfien ma jkunu qatt marbutin li
jagħmlu f’xi jew fuq xi art jew f’xi jew fuq xi sehem ta’ l-art, li
dwarha huwa jew huma jkollhom il-jedd għal dak il-kera ta’
għarfien, ebda xogħol li bil-liġi għandu jsir minn sid l-art; u lanqas
ma għandu l-jedd tiegħu jew tagħhom għall-kera ta’ għarfien ikun
imtiefes hekk jew hekk bil-qirda, għal kollox jew f’sehem u
minħabba kull kawża li tkun, ta’ xi wħud mill-istrutturi jew kollha
kemm huma li kienu mtellgħin fuq l-art minn qabel jew wara li l-art
ittieħdet b’dominju pubbliku.
(8) L-awtorità  kompetenti tista’, meta trid, iġġib għall-bejgħ
bl-offerti blokk ta’ bini li jista’ jkun imgħammar għalih jew xi
biċċa art, li f’kull każ ikunu għand dik l-awtorità  kompetenti
b’dominju pubbliku; u bil-ħsieb ta’ dak il-għan jew ta’ xi għan
ieħor l-awtorità  kompetenti tkun tista’ tqassam, kif jidhrilha xieraq,
fuq xi lott jew lottijiet li jissemmew u li jagħmlu sehem minn biċċa
art oriġinarjament akkwistata bħala suġġetta għal kera ta’ għarfien
waħdani, sehem minn dak il-kera ta’ għarfien jew kollu kemm hu.
Kull bejgħ bħal dak, iżda, jaqa’ taħt dawn id-disposizzjonijiet
speċjali li ġejjin:
(a) il-kera ta’ għarfien imqassam fuq xi biċċa art ma
għandux jisboq in-nofs tar-renta illi, fil-fehma tad-
Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, dik il-biċċa art jista’
wieħed bir-raġun jaħseb li tħalli fiż-żmien tal-bejgħ u
ċ-ċertifikat tad-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkun
aħħari;
(b) f’kull każ bħal dak il-bejgħ li hemm il-ħsieb li jsir
għandu jkun imgħarraf b’ittra, f’isem l-awtorità
kompetenti, lill-bniedem f’dak iż-żmien bil-jedd jew
lill-bnedmin li f’dak iż-żmien ikollhom flimkien il-
jedd għall-kera ta’ għarfien oriġinali jew sehem minnu
li fil-kotba amministrativi ta’ l-awtorità  kompetenti
jidhru li għandhom dak il-jedd; iżda hekk illi xi nuqqas
ta’ dan it-tagħrif ma għandu qatt iġib in-nullità  tal-
bejgħ jew li l-bejgħ jista’ jitħassar;
(ċ) jekk il-bniedem illi f’dak iż-żmien ikollu l-jedd li
jdaħħal il-kera ta’ għarfien oriġinali jew xi sehem
minnu, u li jidher hekk fil-kotba amministrativi ta’ l-
awtorità  kompetenti, jagħmel offerta iżgħar mill-ogħla
offerta mhux iżjed minn għaxra fil-mija (10%) ta’ dik
l-ogħla offerta, u jekk, fi żmien sitt ijiem tax-xogħol
minn meta tasallu t-tagħrifa bil-miktub mingħand l-
awtorità  kompetenti li l-għażla hawn taħt imsemmija
tista’ tgħodd għalih u ta’ l-ogħla offerta li saret, dak il-
bniedem jiddikjara bil-miktub lill-awtorità  kompetenti
l-ħsieb tiegħu li jinqeda bil-għażla hawn taħt
imsemmija, dak il-bniedem jitħalla li jżid l-offerta
magħmula minnu sakemm tiġi ndaqs ma’ l-ogħla
offerta. Meta l-offerti jkunu ndaqs, sew mill-bidu jew
b’saħħa ta’ għażla kif hawn qabel imsemmi, l-offerta
tal-bniedem li jkollu l-jedd li jdaħħal il-kera ta’
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       9
għarfien jew sehem minnu tkun preferuta għall-offerta
magħmula minn bniedem mhux hekk kwalifikat;
Kap. 16.
(d) meta jsir bejgħ bħal dak, id-dmir ta’ l-awtorità
kompetenti li tħallas il-kera ta’ għarfien li jaħkem fuq
l-art mibjugħa u li dak il-kera ta’ għarfien ikun piż fuq
il-Fond Konsolidat jintemmu, imma privileġġ speċjali
fuq l-immobbli mibjugħ, li jkollu preferenza u jkun
imrieġi b’kull mod ieħor indaqs mal-privileġġ li
jistħoqq lill-padrun dirett fuq l-utli dominju bis-saħħa
ta’ l-artikolu 2010 tal-Kodiċi Ċivili, jinħoloq fuq l-
immobbli favur il-bniedem bil-jedd jew il-bnedmin li
flimkien ikollhom il-jedd għall-kera ta’ għarfien fuq
dik l-art u li ma jkunx ix-xerrej jew ma jkunux ix-
xerreja flimkien ta’ l-immobbli;
(e) bejgħ magħmul mill-awtorità  kompetenti ta’ sehem
minn biċċa art miżmuma minnha b’dominju pubbliku,
bħala suġġett dak is-sehem għal sehem maqsum tal-
kera ta’ għarfien mistħoqq dwar kollha kemm hi dik il-
biċċa art, ma għandux iġib b’konsegwenza l-obbligu
ta’ l-awtorità  kompetenti jew li tagħmel tajjeb għall-
ħlas ta’ dak is-sehem tal-kera ta’ għarfien imqassam
fuq is-sehem hekk mibjugħ tal-biċċa art jew li tixtri
b’mod assolut il-fdal tal-proprjetà  ta’ xi sehem ieħor
mill-istess biċċa art, u ma jkun hemm ebda azzjoni in
solidum dwar l-ishma differenti tal-kera ta’ għarfien
oriġinali;
(f) fuq ebda bejgħ bħal dak imsemmi hawn qabel ma jkun
jistħoqq lawdemju jew dritt ieħor għat-tagħrif lill-
bniedem bil-jedd jew lill-bnedmin li flimkien
għandhom il-jedd li jdaħħlu l-kera ta’ għarfien;
Kap. 16.
(g) ir-relazzjonijiet bejn ix-xerrej jew ix-xerrejja flimkien
ta’ art li qabel kienet miżmuma mill-bejjiegħ
b’dominju pubbliku u l-bniedem bil-jedd jew il-
bnedmin li flimkien ikollhom il-jedd li jdaħħlu kera ta’
għarfien fuq dik l-art ikunu mreġijin bil-liġi fuq l-
enfitewsi kif imfissra fil-Kodiċi Ċivili.
Tmiem tal-kiri: 
kumpens. 
Emendat: 
XXXI. 1947.9; 
XXIX. 1969.2.
20. (1) Meta art, li ma tkunx raba’, tkun ġiet akkwistata minn
awtorità  kompetenti, sew għal kollox jew għal żmien, jew
f’dominju pubbliku, u dik l-art tkun suġġetta għal kiri imma mhux
għal ċens, f’dan il-każ ebda kumpens għat-tmiem tal-kiri ma
jitħallas lill-kerrej jew detentur, kemm-il darba jkun ingħata avviż
ta’ sena sħiħa mill-awtorità  kompetenti lill-kerrej jew detentur biex
iħalli dik l-art.
(2) Jekk l-avviż biex titħalla art ikun ta’ anqas minn sena,
jitħallas lill-kerrej jew detentur il-kumpens li jmiss.
(3) Il-kumpens għat-tmiem tal-kiri ma jkun qatt iżjed mill-kera
ġust ta’ l-art għaż-żmien ta’ sentejn.
(4) Meta jiġi ffissat il-kumpens fil-limiti hawn fuq imsemmija,
għandu jittieħed qies taż-żmien li jkun fadal tal-kiri u taċ-
ċirkostanzi kollha tal-każ partikolari.
  10      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
Terminazzjoni tal-
kirja tar-raba’; 
kumpens. 
Miżjud: 
XXIX. 1969.3.
21. (1) Meta raba’ jkun ġie akkwistat minn awtorità
kompetenti, sew għal kollox jew għal żmien jew b’dominju
pubbliku, u dak ir-raba’ jkun suġġett għal kiri imma mhux għal
ċens, għandu jitħallas lill-kerrej jew lid-detentur ta’ dak ir-raba’
kumpens xieraq għal kull benefikat agrikolu li jkun sar mill-kerrej
jew mid-detentur jew minn membru tal-familja fl-imsemmi raba’
matul il-perijodu ta’ tmien snin konsekuttivi minnufih qabel id-data
tat-terminazzjoni tal-kirja u ammont daqs il-valur tal-prodotti
miġbura mill-kerrej jew mid-detentur jew minn membru tal-familja
mill-imsemmija raba’, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż li jkunu saru
għall-koltivazzjoni tiegħu fl-aħħar erba’ snin minnufih qabel id-
data tat-terminazzjoni:
Iżda ma għandux jitnaqqas bħala parti minn dawk l-ispejjeż
il-prezz tax-xogħol, tal-kerrej stess jew tad-detentur stess jew ta’ xi
membru tal-familja, fir-raba’.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikolu li
jiġi minnufih qabel dan, jekk il-kumpens dwar il-benefikati
msemmija fl-imsemmi subartikolu, jew parti minnu, huwa dovut
lis-sid tar-raba’ skond il-ftehim li jirregola r-relazzjonijiet
kontrattwali bejn dak is-sid u l-kerrej jew id-detentur tar-raba’, dak
il-kumpens jew il-parti minnu li huwa hekk dovut ma għandux
jitħallas lill-imsemmi kerrej jew detentur:
Iżda s-somma totali li għandha titħallas lill-kerrej jew lid-
detentur tar-raba’ skond is-subartikolu li jiġi minnufih qabel dan
ma għandha f’ebda każ tkun anqas mill-kera ġust tar-raba’ għaż-
żmien ta’ sentejn.
(3) F’dan l-artikolu "membru tal-familja" tfisser axxendent
lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, raġel tat-tifla, u l-
armla tat-tifel sakemm ma terġgħax tiżżewweġ, tal-kerrej jew tad-
detentur.
Proċedura. 
Emendat: 
XLV. 1946.11; 
XXXI.1947.10; 
XI. 1989.2.
Sostitwit:
XI. 2002.7.
22. (1) Jekk l-awtorità  kompetenti u s-sid jiftiehmu fuq l-
ammont ta’ kumpens dwar xi art, il Bord, fuq rikors ta’ waħda mill-
partijiet, jagħmel ordni li bih jagħti esekuzzjoni għal dak il-ftehim:
Iżda l-ammont ta’ kera ta’ akkwist jew kera ta’ għarfien,
skond il-każ, ikun stabbilit skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-
artikolu 27.
(2) Meta l-art tkun se tiġi akkwistata bix-xiri assolut tagħha
(inkluż l-akkwist bil-bdil minn pussess u użu jew dominju pubbliku
għal proprjetà  assoluta), id-dikjarazzioni mill-President maħruġa
għall-finijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, għandha tiddikjara
x’ikun l-ammont ta’ kumpens li l-awtorità  kompetenti tkun lesta li
tħallas għal dik l-art li d-dikjarazzjoni tkun tirreferi għaliha. Id-
Dikjarazzjoni għandu jkollha flimkien magħha stima magħmula
minn perit arkitett u meta jkun hemm waħda, pjanta ta’ l-art
deskritta fid-Dikjarazzjoni.
(3) Fi zmien ħmistax-il ġurnata mill-pubblikazzjoni tad-
Dikjarazzjoni tal-President kif inhi msemmija fis-subartikolu (2)
fil-Gazzetta, il-Gvern għandu jiddepożita f’kont bankarju li jirrendi
l-imgħax (li jkun jiggarantixxi dak l-inqas imgħax fis-sena li l-
Ministru responsabbli għall-artijiet jista’ b’regolament taħt dan is-
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       11
subartikolu jippreskrivi) ammont ta’ flus li jkun daqs l-ammont ta’
kumpens offrut fid-dikjarazzjoni tal-President. Dik is-somma
għandha tkun tista’ tinġibed liberament flimkien ma’ kull imgħax li
jinġema’ fuqha mill-persuna jew il-persuni li jkollhom jedd għal
dak il-kumpens hekk kif dawn iġibu prova tal-jedd li jkollhom
għaldaqstant, b’mod sodisfaċenti għall-awtorità  kompetenti.
(4) L-awtorità  kompetenti għandha tesprimi jekk tkunx qiegħda
taċċetta jew le l-prova li dawk il-persuni jġibu kif imsemmi fis-
subartikolu li jiġi minnufih qabel dan, permezz ta’ att ġudizzjarju fi
żmien xahrejn minn meta tkun ġiet ippreżentata dik il-prova.
(5) L-ammont depożitat kif provdut fis-subartikolu (3) flimkien
ma’ kull imgħax li jgħaddi fuqu jista’ jiġi żbankat kif provdut fl-
imsemmi subartikolu sew jekk is-somma depożitata bħala kumpens
tkun jew ma tkunx ġiet aċċettata bħala l-ammont ta’ kumpens
dovut, u l-ġbid ta’ dawk l-imgħaxijiet mid-depożitu ma għandux
jippreġudika l-jedd li persuna jkollha li tmexxi skond din l-
Ordinanza għall-fini li jiġi stabbilit kull kumpens ieħor li jista’ jiġi
mħallas lilha skond din l-Ordinanza.
(6) Meta l-persuna li jkollha jedd għall-kumpens ma taċċettax
li l-ammont depożitat ikun wieħed adegwat, dik il-persuna tista’
tagħmel rikors quddiem il-Bord sabiex jiġi stabbilit x’ikun il-
kumpens skond id-dispożizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza. Dak ir-
rikors għandu, taħt piena ta’ nullità , jindika l-kumpens li fil-fehma
tar-rikorrent ikun dovut.
(7) Dak ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-Bord fi
żmien wieħed u għoxrin ġurnata min-notifika ta’ l-att ġudizzjarju
mill-awtorità  kompetenti fejn tiġi aċċettata dik il-prova skond is-
subartikolu (4). Il-Bord għandu jistabbilixxi dak il-kumpens u
għandu jagħti kull ordni u direttiva meħtieġa skond din l-
Ordinanza.
Kap. 296.
(8) Hekk kif issir id-Dikjarazzjoni mill-President skond din l-
Ordinanza li xi art għandha tkun akkwistata bix-xiri assolut tagħha,
il-proprjetà  assoluta ta’ dik l-art li dwarha tkun tirreferixxi d-
dikjarazzjoni għandha titqies li tkun area ta’ reġistrazzjoni għall-
finijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet u l-proprjetà
assoluta ta’ dik l-art għandha bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza u
mingħajr ebda assikurazzjoni jew formalità  oħra, tkun trasferita
lejn u tkun akkwistata mill-awtorità  kompetenti libera u franka
minn kull piż, ipoteka jew privileġġ u bil-pertinenzi kollha tagħha,
u l-awtorità  kompetenti għandha tara li dik l-art tiġi reġistrata fir-
Reġistru ta’ l-Artijiet f’isimha skond l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni
ta’ l-Artijiet, u dana fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tad-Dikjarazzjoni
tal-President.
(9) Id-dritt li jiġi rtirat il-kumpens depożitat skond is-
subartikolu (3) u għal kull kumpens ieħor li jista’ jkun dovut taħt
din l-Ordinanza (hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha ''id-drittijiet
ta’ kumpens'') għandu jitqies bħala dritt immobbli minħabba l-ħaġa
li jirreferi għaliha u jkun jista’ jiġi trasferit skond dan. Kull piż,
ipoteka jew privileġġ li qabel l-akkwist ta’ l-art mill-awtorità
kompetenti kienu jaggravaw ma’ dik l-art, għandhom jibqgħu hekk
jaggravaw lid-drittijiet ta’ kumpens bl-istess gradwazzjoni u
  12      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
preferenza li kellhom fuq l-art.
(10) Meta jkun ġie stabbilit il-kumpens li jitħallas dwar art li
tkun ġiet akkwistata bix-xiri assolut tagħha, sew jekk bi ftehim sew
b’deċizjoni tal-Bord, kull somma dovuta bħala kumpens iktar minn
kull somma ddepożitata skond dan l-artikolu flimkien ma’ l-
imgħaxijiet fuqha skond l-artikolu 12(3), għandha titħallas lill-
persuna li jkollha jedd għal dik is-somma mill-awtorità  kompetenti
mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data meta dak il-kumpens ikun
ġie stabbilit kif hawn qabel imsemmi.
(11) Il-kumpens dovut għall-akkwist b’xiri assolut ta’ xi art, u s-
somma li għandha tiġi ddepożitata skond dan l-artikolu għandha
tkun:
(a) f’każijiet li ma jkunux dawk li jaqgħu taħt il-paragrafi
(b) u (ċ) ta’ dan is-subartikolu, dak il-kumpens li jiġi
stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
wara li jitqies il-valur fid-data tal-pubblikazzjoni tad-
Dikjarazzjoni mill-President fil-Gazzetta;
(b) fil-każ ta’ bdil minn pussess u użu f’xiri assolut
somma li tasal għaliha billi tiġi kapitalizzata bir-rata
ta’ wieħed fil-mija tal-kera ta’ akkwist fis-sena li tkun
dovuta taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
(ċ) fil-kaz ta’ bdil minn dominju pubbliku f’xiri assolut
somma li tasal għaliha billi tiġi kapitalizzata bir-rata
ta’ wieħed punt erbgħa fil-mija tal-kera ta’ għarfien
fis-sena li tkun dovuta taħt id-disposizzjonijiet ta’ din
l-Ordinanza.
Kap. 358. (12) Proprjetà  regolata mill-Att dwar Proprjetà  ta’ Entijiet
Ekklesjastiċi, għandha minkejja kull disposizzjoni ta’ din l-
Ordinanza tkompli tkun regolata bid-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmi Att, u l-proċeduri u l-kriterji hemm fih stabbiliti sabiex
jiġi determinat x’ikun il-kumpens u l-ħlas tiegħu għandu jkun
japplika skond dan.
Kif inhu kostitwit 
il-Bord u ħatra ta’ 
lista. 
Emendat: 
III. 1936.2; 
XLV. 1946.12; 
XXXIII. 1971.2; 
IV. 1975.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XVII. 1979.2. 
Sostitwit: 
XIX. 1993.2.
23. (1) Għandu jkun hemm Bord li jkun magħruf bħala Bord
ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn chairman li jinħatar mill-
President ta’ Malta. Iċ-chairman ikun persuna li jkollha jew kellha
l-kariga ta’ mħallef jew persuna li jkollha l-kariga ta’ maġistrat.
(3) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar diversi mħallfin jew
maġistrati biex joqogħdu fil-Bord, iżda għandu joqgħod imħallef
jew maġistrat wieħed biss f’kull każ partikolari.
Kap. 44.
(4) Il-President ta’ Malta għandu jaħtar ukoll lista ta’ Arkitetti
u Inġinieri Ċivili minn fost persuni li jkollhom il-warrant biex
jaħdmu ta’ Arkitett u Inġinier Ċivili skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Ordinanza dwar l-Arkitetti u jkunu ilhom fil-prattika ta’ dik il-
professjoni għal mhux inqas minn seba’ snin.
Kap. 12.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 733, 734, 735, 737 u 739
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom
igħoddu għaċ-chairman u għall-membri li jinsabu fuq il-lista u kull
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       13
eċċezjoni ta’ rikuża kontra membru li jinsab fuq il-lista għandha
tiġi deċiża miċ-chairman u d-deċiżjoni tiegħu mhix appellabbli.
Ġurament li 
jittieħed miċ-
chairman u 
membri li jinsabu 
fil-lista. 
Sostitwit: 
XVII. 1979.3; 
XIX. 1993.2.
24. (1) Meta ċ-chairman ikun persuna li kellha l-kariga ta’
mħallef iżda li ma għadhiex tokkupa dik il-kariga, huwa għandu
jieħu quddiem l-Avukat Ġenerali ġurament li jwettaq il-funzjonijiet
tiegħu taħt din l-Ordinanza bil-ħaqq u skond il-liġi.
(2) Il-membri li jinsabu fuq il-lista ma għandhomx jibdew
iwettqu d-dmirijiet tagħhom sakemm ma jkunux ħadu ġurament
quddiem iċ-chairman li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt din l-
Ordinanza bil-ħaqq u skond il-liġi.
(3) Il-membri tal-lista jistgħu jinħatru għal żmien sentejn u
jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid.
Setgħat tal-Bord.
Emendat: 
XXXI. 1947.11; 
XIX. 1993.2
XXIV.1995.360.
25. (1) Il-Bord jista’ -
(a) jordna illi jingħata pussess minnufih ta’ art lill-
awtorità  kompetenti;
(b) jordna t-trasferiment ta’ art lill-awtorità  kompetenti bi
proprjetà  assoluta jew b’dominju pubbliku;
(ċ) jordna li art tiġi mqiegħda taħt servitù ;
(d) jordna t-tmiem ta’ kiri;
(e) jiffissa l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u għal dan l-iskop
jiddikjara jekk area hix art tajba għall-bini jew hix
raba’ inkella moxa;
(f) jordna l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu.
Kap. 12.
(2) (a) Il-Bord għandu l-istess setgħat illi l-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili għandha skond il-liġi, u, mingħajr ħsara
tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili jgħoddu, sa fejn jistgħu jgħoddu,
għall-Bord.
(b) L-atti kollha joħorġu fl-isem tal-Bord u jkunu iffirmati
miċ-chairman.
(ċ) Iċ-chairman jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà  ta’ provi,
il-kompetenza ta’ xhieda u dwar kwistjonijiet oħra ta’
proċedura.
(d)Ir-Reġistratur tal-Qrati, jew persuna oħra maħtura
minnu, hu r-reġistratur tal-Bord, u l-atti kollha
mressqin quddiem il-Bord jinżammu fir-Reġistru tal-
Qrati Superjuri li għandu jkun ir-reġistru tal-Bord.
Kap. 12.
(e) L-atti kollha għandhom jiġu ppreżentati, maħruġin u
nnotifikati skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, mingħajr ħsara
tar-regolamenti li jiġu magħmulin taħt din l-
Ordinanza.
(3) Kull meta jkun hemm kwistjoni quddiem il-Bord li tkun
teħtieġ l-istima ta’ xi art jew kull fehma teknika oħra dwar każ li
  14      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
jkun qed jittratta l-Bord, iċ-chairman għandu jassenja tnejn mill-
membri li jinsabu fuq il-lista sabiex jeżaminaw l-art relattiva, jew
sabiex jaraw dak il-parti tal-proċess li jkollha x’taqsam mal-
kwistjoni li dwarha tinħtieġ il-fehma teknika; u dawk iż-żewġ
membri għandhom jippreżentaw ir-rapport tagħhom liċ-chairman
waqt is-seduta jew jippreżentaw dak ir-rapport fir-Reġistru tal-
Bord hekk kif iċ-chairman jista’ jordna.
(4) Iċ-chairman jista’ wkoll jeħtieġ il-membri li jinsabu fuq il-
lista li jiġu assenjati għal xi każ li jattendu għas-seduta tal-Bord
meta dak il-każ ikun qiegħed jinstema’ mill-Bord jekk l-imsemmija
membri jeħtieġu tagħrif iktar mill-partijiet jew jeħtieġu jinstemgħu
xi xhieda partikolari.
(5) Iċ-chairman ikun biss obbligat li joqgħod fuq ir-rapporti
tal-membri li jinsabu fuq il-lista kull meta r-rapporti taż-żewġ
membri li jinsabu fuq il-lista f’xi każ partikolari jkunu unanimi;
meta dawk iż-żewġ membri ma jkunux unanimi, iċ-chairman
għandu fuq il-bażi tar-rapporti magħmulin miż-żewġ membri,
jiddeċiedi l-kwistjoni hu nnifsu.
(6) Il-partijiet għandhom jinstemgħu f’jum li jiġi stabbilit mill-
Bord.
(7) Ma hemmx appell mid-deċiżjonjiet tal-Bord dwar ebda
waħda mill-materji msemmijin hawn fuq.
Il-kwistjonijiet jiġu 
deċiżi miċ- 
chairman, bħala 
mħallef. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXIII. 1979.3.
26. Meta, matul il-proċedimenti quddiem il-Bord, tinqala’ xi
kwistjoni li mhijiex inkluża taħt is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 25,
il-Bord għandu jirriserva li dik il-kwistjoni tiġi deċiża mill-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u għandu jistabbilixxi żmien għall-parti
li tqajjem dik il-kwistjoni li fih tressaqha b’ċitazzjoni quddiem l-
imsemmija qorti; il-Bord għandu mbagħad jaġġorna l-proċedimenti
sakemm tingħata deċiżjoni finali fuqha mill-Qorti Ċivili jew
sakemm igħaddi l-imsemmi żmien, liema minnhom ikun l-aktar
kmieni:
Iżda, jekk il-parti li tqajjem dik il-kwistjoni quddiem il-
Bord ma ġġibx l-azzjoni relattiva kif intqal qabel quddiem il-Qorti
Ċivili, il-parti l-oħra tkun tista’ ġġib l-azzjoni bl-istess mod kif
intqal hawn qabel, u f’dan il-każ il-proċedimenti quddiem il-Bord
ma jitkomplewx qabel ma tingħata d-deċiżjoni finali tal-Qorti
Ċivili:
Iżda wkoll -
(a) ir-riserva ta’ punt ta’ liġi jew ta’ fatt mhix ta’
impediment għall-awtorità  kompetenti biex tieħu
pussess ta’ art fiż-żmien iffissat mill-Bord;
(b) l-awtorità  kompetenti mhix obbligata tidħol fi
kwistjoni li tinqala’ bejn il-komproprjetarji; u l-
awtorità  kompetenti ma tbati ebda spiża żejda li ssir
minħabba t-tqassim tal-kumpens bejn il-partijiet
interessati f’dik l-art.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       15
Likwidazzjoni tal-
kumpens mill-
Bord. 
Emendat: 
XLV. 1946.13; 
XXXI. 1947.12; 
XXXI. 1966.2; 
LVIII. 1974.68; 
XIX. 1993.2;
XI. 2002.7.
27. (1) Mingħajr ħsara ta’ disposizzjonijiet speċjali ta’ din l-
Ordinanza, il-Bord, meta jiġi biex jiffissa l-kumpens, għandu
josserva dawn ir-regoli:
(a) ebda żjieda m’għandha tingħata minħabba illi l-
akkwist ikun obbligatorju;
(b) il-valur ta’ l-art, minbarra kif jingħad hawnhekk iżjed
’il quddiem, għandu jittieħed li hu l-ammont illi l-art
tista’ ġġib kieku tiġi mibjugħa fis-suq minn sidha
volontarjament:
Iżda - 
(i) il-valur ta’ l-art huwa l-valur illi jkollha l-art fiż-
żmien tan-notifika tad-Dikjarazzjoni mill-
President, u mingħajr ma jittieħed qies ta’
benefikati jew xogħlijiet magħmulin jew mibnija
wara fuq l-art hawn imsemmija u meta l-art
kienet fil-pussess ta’ l-awtorità  kompetenti
minnufih qabel in-notifika tad-Dikjarazzjoni
mill-President ebda qies ma jittieħed, fl-iffissar
tal-valur ta’ l-art, ta’ benefikati jew xogħlijiet
magħmulin jew mibnija mill-awtorità
kompetenti waqt li kellha l-pussess ta’ l-art;
(ii) meta biċċa biss mill-art ta’ persuna tiġi meħuda
taħt din l-Ordinanza, jittieħed qies taż-żjieda li
ssir fil-valur ta’ l-art li tifdal, minħabba l-
viċinanza ta’ miljoramenti jew ta’ xogħlijiet li
jkunu ġew magħmulin jew mibnijin mill-
awtorità  kompetenti fit-tmintax-il xahar ta’
qabel il-publikazzjoni tad-Dikjarazzjoni mill-
President jew illi jkunu sejrin isiru jew jiġu
mibnija mill-awtorità  kompetenti fit-tmintax-il
xahar ta’ wara l-publikazzjoni tad-Dikjarazzjoni
mill-President;
(iii) għandu jittieħed qies tal-ħsara, jekk ikun hemm,
illi jbati s-sid minħabba l-firda ta’ l-art minn art
oħra tiegħu jew ta’ kull ħaġa li tgħarraq dik l-art
l-oħra minħabba l-eżerċizzju tas-setgħat
mogħtijin b’din l-Ordinanza;
(iv) meta tkun saret ħsara minħabba xogħlijiet li
jkunu saru f’xi art jew fuqha, għandu jittieħed
qies taż-żjieda fil-valur ta’ l-art minħabba li d-
drenaġġ ikun ġie magħmul aħjar u minħabba xi
vantaġġ ieħor li jkunu ġiebu dawk ix-xogħlijiet.
(2) Meta l-kumpens li għandu jkun iffissat ikun għall-pussess u
użu biss ta’ fond belti qadim u mhux ukoll għall-proprjetà  tiegħu, l-
ammont ta’ kera ta’ l-akkwist fis-sena għandu jkun iffissat bil-kera
fis-sena tal-fond kif jidher fil-kotba ta’ l-Uffiċċju għall-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
(3) Iżda, meta - 
  16      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
Kap. 116.
(a) il-kera xieraq ta’ dar qadima bħala mikrija bla
għamara jkun ġie ffissat mill-Bord li jirregola l-Kera
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Trażżan il-
Kera fuq id-Djar; jew
Kap. 69.
(b) il-kera ta’ fond belti qadim mikri bla għamara b’kera
ta’ mhux iżjed minn erbgħin lira fis-sena kien, wara l-
31 ta’ Marzu, 1939, iffissat mill-Bord li jirregola l-
Kera taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li
tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini, fuq li kkunsidra r-
rapporti taż-żewġ membri li jinsabu fuq il-lista li
jkunu ġew assenjati dak il-każ minn dak il-Bord jew
ir-rapport tal-membri tekniċi ta’ dak il-Bord, skond il-
każ, wara li dawn ikunu spezzjonaw il-bini; jew
Kap. 69.
(ċ) il-kera ta’ dar qadima mikrija bla għamara b’kera ta’
iżjed minn erbgħin lira, imma ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira, fis-sena jew ta’ ħanut qadim (fuq it-tifsira
ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini)
mikri bla għamara b’kera ta’ iżjed minn erbgħin lira
fis-sena ġie mgħolli, f’xi żmien bejn l-ewwel ta’ April,
1939, u l-11 ta’ Ġunju, 1940, bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(2) ta’ l-Ordinanza li
tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini; jew
(d) il-kera ta’ dar qadima mikrija bla għamara b’kera ta’
iżjed minn ħamsin lira fis-sena ġie mgħolli f’xi żmien
bejn l-ewwel ta’ April, 1939, u l-11 ta’ Ġunju, 1940,
il-kera fis-sena hekk iffissat, jew miftiehem bejn il-partijiet, ikun l-
istima tal-kera ta’ akkwist li jistħoqq dwar il-pussess u użu tal-fond
belti qadim fil-kwistjoni.
(4) Meta jkunu ngħataw żewġ deċiżjonijiet jew iżjed dwar l-
istess bini mill-Bord li jirregola l-Kera (msemmi fis-subartikolu
(3)) l-istima magħmula bl-aħħar deċiżjoni għandha tkun l-istima
tal-kera ta’ akkwist jekk dik id-deċiżjoni kienet ingħatat wara
spezzjon tal-bini miż-żewġ membri li jinsabu fuq il-lista li jkunu
ġew assenjati dak il-każ minn dak il-Bord, jew mill-membri tekniċi
ta’ dak il-Bord, skond il-każ, u fuq li kkunsidra r-rapport tagħhom.
(5) Meta deċiżjoni tkun ingħatat mill-Bord li jirregola l-Kera
wara li jkun għola l-kera kif imsemmi fis-subartikolu (3)(d) l-kera
iffissat minn dak il-Bord għandu jkun l-istima ta’ l-ammont tal-kera
ta’ akkwist, jekk dik id-deċiżjoni kienet ingħatat wara spezzjon tal-
bini miż-żewġ membri li jinsabu fuq il-lista li jkunu ġew assenjati
dak il-każ minn dak il-Bord, jew mill-membri tekniċi ta’ dak il-
Bord, skond il-każ, u fuq li kkunsidra r-rapport tagħhom.
(6) Meta l-kera fis-sena ta’ fond belti qadim ma kienx iffissat
mill-Bord li jirregola l-Kera kif jingħad fis-subartikolu (3), (4) u
(5), u l-awtorità  kompetenti jew is-sid jipprova illi l-kera medju fis-
sena tal-bini, matul il-ħames snin mill-ewwel ta’ April, 1934, sal-
31 ta’ Marzu, 1939, ma kienx bħal dak li jidher fil-kotba ta’ l-
Uffiċċju għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, dak il-kera medju fis-sena
għandu jkun l-istima ta’ l-ammont tal-kera ta’ akkwist minflok il-
kera kif jidher fil-kotba ta’ l-Uffiċċju għall-Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       17
(7) Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza, kull deċizjoni dwar xi
sehem li huwa fl-użu ta’ fond belti bil-ħsara, jew biċċa minnu
mġarffa, b’ħidma ta’ l-għadu jew kontra l-għadu, li l-Bord li
jirregola l-Kera jista’ jkun ta billi kkunsidra dik il-ħsara jew dak it-
tiġrif parzjali, titqies li ma tgħoddx.
Kap. 116.
(8) Il-kera ta’ akkwist li għandu jkun iffissat dwar il-pussess u
użu ta’ fond belti ġdid għandu jkun daqs il-kera fis-sena iffissat
mill-Bord xieraq bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li
Trażżan il-Kera fuq id-Djar, jew, jekk ma jkunx hemm deċiżjoni
bħal dik, mill-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet skond ir-regoli li
jinsabu fl-imsemmija Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar, li
għoddu għall-iffissar tal-kera fis-sena ta’ fond belti ġdid.
(9) L-ammont tal-kera ta’ akkwist dwar l-akkwist tal-pussess u
użu ta’ artijiet għall-bini li ma jkunux fondi beltin, ta’ raba’, jew ta’
artijiet moxa jkun iffissat fuq l-istima tal-valur tal-kera fis-sena
tagħhom kif kien fil-31 ta’ Marzu, 1939.
(10) Għall-għanijiet ta’ l-istima ta’ kera ta’ akkwist bis-saħħa
tas-subartikolu (9), art titqies bħala raba’, art għall-bini jew moxa,
kif kienet fil-31 ta’ Marzu, 1939, u ma jitqiesx dak li ġara u li
minħabba fih in-natura jew il-valur ta’ dik l-art setgħu tbiddlu mill-
31 ta’ Marzu, 1939, ’il quddiem, iżda d-disposizzjonijiet li jinsabu
fis-subartikolu (12) jkunu jgħoddu għal dawk iż-żidiet fil-bini li
jkunu saru fuq l-art bejn l-ewwel ta’ April, 1939, u t-28 ta’
Novembru, 1946.
(11) Għall-għanijiet tas-subartikolu (9), il-valur tal-kera fis-sena
ta’ art għal bini jfisser iċ-ċens fis-sena fuq stima, li bih l-art setgħet
raġonevolment ingħatat, fil-31 ta’ Marzu, 1939, b’enfitewsi
perpetwa; u l-valur tal-kera fis-sena ta’ art moxa jfisser iċ-ċens fis-
sena fuq stima, li bih dik l-art setgħet raġonevolment ingħatat, fil-
31 ta’ Marzu, 1939, b’enfitewsi għal disgħa u disgħin sena bil-
ftehim li ċ-ċenswalist għandu jtejjeb l-art għal għanijiet tal-biedja.
(12) Fil-każ ta’ tibdil fil-bini jew żidiet ta’ bini magħmulin fuq
l-art bejn l-ewwel ta’ April, 1939, u l-jum tad-dikjarazzjoni
magħmula mill-President ta’ Malta bis-saħħa ta’ l-artikolu 3, il-
kera ta’ akkwist kif iffissat fis-subartikoli ta’ qabel dan, - li ma
jkunx kera iffissat jew rivedut qabel mill-Uffiċjal għall-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew iffissat qabel mill-Bord li jirregola l-
Kera wara li t-tibdil jew żidiet kienu saru - għandu jkun rivedut
mill-awtorità  kompetenti u s-sid, u, jekk ma jaslux għal ftehim,
mill-Bord meta l-kwistjoni titressaq quddiemu minn wieħed jew
mill-ieħor.
(13) Il-kumpens dwar l-akkwist ta’ xi art b’dominju pubbliku
għandu jkun daqs il-kera ta’ akkwist li dwarha jistħoqq skond id-
disposizzjonijiet li jinsabu fis-subartikoli (2) sa (12), kollha
magħdudin, ta’ dan l-artikolu, biż-żieda (a) ta’ l-erbgħin fil-mija
(40%) fil-każ ta’ bini belti qadim u (b) ta’ l-għoxrin fil-mija (20%)
fil-każ ta’ raba’.
(14) L-ewwel ħlas ta’ kera ta’ akkwist dwar art li l-pussess u użu
tagħha jkunu akkwistati għal għan pubbliku jkun jistħoqq mill-
ġurnata li fiha l-awtorità  kompetenti jakkwista l-pussess ta’ dik l-
art.
  18      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
(15) Il-kera ta’ akkwist li jistħoqq li jitħallas mill-Gvern ta’
Malta ikun piż fuq il-Fond Konsolidat mingħajr ma ssir ebda
approprjazzjoni għajr din l-Ordinanza.
(16) Il-kera ta’ akkwist għandu jkun iffissat fuq bażi ta’ sena,
iżda għandu jitħallas kull sitt xhur bil-quddiem:
Iżda l-awtorità  kompetenti, kif jagħżel hu, jista’, f’kull
żmien iħallas ammont għal anqas minn sitt xhur dwar xi biċċa jew
iżjed minn biċċa art sabiex jirregola l-ġranet li fihom il-ħlas
dwarhom għandu jsir wara.
(17) Il-kera ta’ għarfien li jistħoqq li jitħallas mill-Gvern ta’
Malta ikun piż fuq il-Fond Konsolidat mingħajr ma ssir ebda
approprjazzjoni għajr din l-Ordinanza.
(18) Id-disposizzjonijiet dwar il-kera ta’ akkwist li jinsabu fis-
subartikoli (14) u (16) jkunu jgħoddu mutatis mutandis għal kera
ta’ għarfien.
(19) Minbarra l-kera ta’ akkwist jew, kif jaħbat, il-kera ta’
għarfien li jkun iffissat skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, l-awtorità  kompetenti, fiċ-ċirkostanzi msemmijin hawn
taħt, imma mhux xort’oħra, għandha tħallas b’żieda għal darba biss
lill-bniedem li mingħandu tkun akkwistat obbligatorjament il-
pussess ta l-art, somma li ż-żewġ partijiet jiftehmu fuqha, jew, jekk
ma jiftehmux, li tkun iffissata mill-Bord, u f’kull każ fl-ewwel lok
l-ammont li l-awtorità  kompetenti tkun qed toffri għall-għanijiet ta’
dan is-subartikolu għandu jkun inkluż fid-Dikjarazzjoni mill-
President flimkien mad-dikjarazzjoni dwar l-ammont ta’ kumpens
imsemmi fl-artikolu 22(2). Din is-somma b’żieda ma tkunx
tistħoqq li titħallas ħlief -
(a) lill-pussessur tal-ħwejjeġ illi, fil-jum tad-dikjarazzjoni
msemmija fl-artikolu 3, kienu bona fide jservu għat-
tagħmir tad-dar akkwistata mill-awtorità  kompetenti u
kemm-il darba d-disposizzjonijiet li jinsabu fil-
artikolu 20(2), (3) u (4) ma jkunux jgħoddu, u f’dak il-
każ il-ħlas b’żieda jkun daqs in-nefqa xierqa għall-ġarr
ta’ dak it-tagħmir lejn id-dar jew maħżen li jkunu ġew
magħżula kif jixraq mill-istess pussessur; u
(b) lid-detentur ta’ stabbiliment bona fide tan-negozju
akkwistat mill-awtorità  kompetenti u kemm-il darba d-
disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikolu 20 ma jkunux
jgħoddu, u f’dak il-każ il-ħlas b’żieda jkun daqs is-
siwi ta’ l-avvjament ta’ l-istess stabbiliment magħdud
fuq mhux iżjed mill-qligħ nett magħmul f’dak l-
istabbiliment mill-istess detentur matul is-sentejn li
jagħlqu fil-jum tad-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu
3 jekk f’dak il-jum l-istess detentur ikun ilu fil-pussess
ta’ dak il-fond għal mhux anqas minn tletin xahar, jew
jekk ma jkunx ilu fil-pussess ta’ dak il-fond għal mill-
inqas tietin xahar, fuq il-qligħ nett li x’aktarx jittieħed
f’dak l-istabbiliment mill-istess detentur matul mhux
iżjed minn sentejn li jibdew ma’ l-għeluq ta’ sitt xhur
mill-jum li fih dak id-detentur l-ewwel beda n-negozju
f’dak l-istabbiliment:
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       19
Iżda jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 20(2), (3) u (4)
ikunu jgħoddu dwar id-detentur ta’ stabbiliment bona fide tan-
negozju, il-kumpens b’żieda li jistħoqq li jitħallas ma għandux
jisboq l-ammont maħsub fis-subartikolu (3) ta’ dak l-artikolu jew l-
ammont maħsub fil-paragrafu (b), liema fosthom ikun l-ogħla.
Kumpens għal art 
bi ħsara bil-ħidma 
tal-għadu. 
Miżjud: 
XXXI. 1947.13. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XLIX. 1981.6.
28. (1) Meta l-art tkun ġratilha ħsara b’egħmil il-għadu jew
ta’ kontra l-għadu u sidha għalhekk kien ikollu jedd jew seta’ kellu
jedd għal kumpens bis-saħħa ta’ l-Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-
Ħsarat tal-Gwerra*  il-kumpens li jistħoqq skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar l-akkwist obbligatorju
tal-proprjetà  assoluta jew tad-dominju pubbliku ta’ l-art jew dwar
il-bdil f’wieħed jew l-ieħor minn dawk it-titoli tal-pussess u użu
jew tad-dominju pubbliku ta’ l-art li kienet minn qabel miżmuma
mill-awtorità  kompetenti għandu, meta dak il-kumpens ikun iffissat
b’riferenza għall-valur ta’ l-art bla ħsara, jitqies li hemm magħdud
fih il-ħlas sħiħ meħtieġ għaċ-ċessjoni mis-sid lill-awtoritità
kompetenti ta’ kull jedd li s-sid għandu taħt l-Ordinanza ta’ l-1943
dwar il-Ħsarat tal-Gwerra* hawn qabel imsemmija, sal-jum li fih l-
awtorità  kompetenti tieħu pussess ta’ l-art. F’kull każ dik iċ-
ċessjoni kif imsemmi hawn qabel għandha titqies li hi sehem
integrali ta’ kull akkwist obbligatorju.
(2) Fil-każ ta’ art hekk bil-ħsara, iżda, l-awtorità  kompetenti
jkollha jedd li tnaqqas minn kull kumpens li jistħoqq li jitħallas bis-
saħħa ta’ din l-Ordinanza -
(a) kull fdal li jkun għadu mhux mistħoqq, jekk ikun
hemm, tal-għaxar kontribuzzjonijiet diretti li jitħallsu
waħda kull sitt xhur fuq dik l-art taħt l-imsemmija
Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-Ħsarat tal-Gwerra# u
dawk fost l-imsemmijin kontribuzzjonijiet li jkunu
għalqu u li s-sid ikun baqa’ lura fil-ħlas tagħhom;
(b) kull somma jew somom li jkunu ġew mogħtija akkont
mill-Kummissjoni għall-Ħsarat tal-Gwerra lis-sid meta
x-xogħlijiet, fil-jum tad-dikjarazzjoni magħmula mill-
President ta’ Malta taħt l-artikolu 3, ma jkunux saru,
jew, meta sehem biss mix-xogħlijiet ikun laħaq sar sa
dakinhar, sehem proporzjonat tas-somma jew somom
hekk mogħtija akkont.
(3) Meta s-sid ta’ xi art li għaliha d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jkunu jgħoddu juri sewwa illi li ma kienx għal dawn
id-disposizzjonijiet huwa kien ikollu l-jedd għal ħlas ta’ l-imgħax
fuq ħlas ta’ valur mill-Kummissjoni dwar il-Ħsarat tal-Gwerra, l-
awtorità  kompetenti jkollha tħallas lilu somma daqs l-ammont tal-
kera ta’ akkwist illi kien ikun jistħoqqlu taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 27 li kieku l-art kienet ġiet akkwistata obbligatorjament
għal pussess u użu temporanju fid-data li fiha dak l-imgħax kien
kieku jibda jkun mistħoqq u jissokta sad-data li fiha l-art kienet
tabilħaqq ġiet akkwistata.
*Imħassra bl-Att XXIX ta’ l-1980.
#Imħassra bl-Att XXIX ta’ l-1980.
  20      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
(4) Jekk f’xi każ li għalih igħoddu d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) s-sid matul iż-żmien li għandu x’jaqsam ikun
daħħal kera mingħand kerrej li kien kerrej fil-bidu ta’ l-imsemmi
żmien, is-somma li tkun tistħoqq lis-sid minflok l-imgħax titnaqqas
bl-ammont tal-kera hekk imdaħħal matul l-imsemmi żmien u d-
differenza għandha titħallas lill-kerrej.
Jedd ta’ clearance. 
Emendat: 
V. 1949. 4, 5, 6, 7, 
8, 9,10.
29. (1) Meta għal skop pubbliku art tiġi ddikjarata suġġetta
għall-jedd ta’ clearance, ebda sid ma jista’ jibni jew itella’
kostruzzjonijiet fuq art iddikjarata illi hija hekk suġġetta jew iżid
il-għoli ta’ kostruzzjonijiet li jkunu ġa jeżistu mingħajr il-permess
tal-Bord.
(2) Meta għal xi skop pubbliku art tiġi ddikjarata suġġetta
għall-jeddijiet ta’ taħt wiċċ l-art, ebda sid ma jista’ jagħmel xogħol
jew taħfir ġdid taħt l-art jew ikabbar xogħol jew taħfir li jkun ġa
jeżisti mingħajr il-permess bil-miktub tal-Bord.
(3) Meta għal skop pubbliku art tiġi ddikjarata suġġetta għall-
jedd ta’ clearance, jew jedd ta’ taħt wiċċ l-art ebda kumpens ma
jiġi mħallas minħabba biss illi l-art tkun ġiet issuġġettata għal dan
il-jedd, jew għall-pussess, minn awtorità  kompetenti, ta’ xogħol
jew taħfir taħt l-art magħmul minn awtorità  kompetenti, iżda
jgħoddu d-disposozzjonijiet li ġejjin.
(4) It-talba għall-permess imsemmi fis-subartikolu (1) u fis-
subartikolu (2) għandha ssir bil-preżentat ta’ rikors flimkien ma’
pjanta li turi l-bini jew kostruzzjonijiet oħra li sejrin isiru u x-
xogħlijiet jew taħfir li sejrin isiru. Il-Bord għandu jordna minnufih
li r-rikors jiġi nnotifikat lill-awtorità  kompetenti.
(5) Jekk l-awtorità  kompetenti ma tikkontestax ir-rikors fi
żmien wieħed u għoxrin ġurnata wara n-notifika tiegħu lill-awtorità
kompetenti, ir-rikors jiġi milqugħ mill-Bord.
(6) Jekk l-awtorità  kompetenti tikkontesta l-għoti tal-permess,
il-Bord, fuq rikors tal-persuna li titlob dak il-permess, jiffissa l-
kumpens li għandu jitħallas minħabba r-rifjut ta’ l-awtorità
kompetenti li tħalli jsiru l-bini jew kostruzzjonijiet oħra jew ix-
xogħol jew it-taħfir taħt l-art li għalihom issir it-ta1ba. Meta
kumpens jitħallas taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Bord għandu jsemmi l-lok illi għalih il-kumpens ikun ġie mogħti, u
f’dan il-każ ebda kumpens ieħor f’ebda żmien wara ma jkun imiss
jitħallas għall-jedd ta’ clearance jew għall-jedd ta’ taħt wiċċ l-art,
skond il-każ li jkun, għal dak il-lok, bla ħsara tad-disposizzjonijiet
ta’ l-aħħar parti tas-subartikolu (9).
(7) Ebda kumpens ma jkollu jitħallas kemm-il darba ma jiġix
ippruvat b’sodisfazzjon tal-Bord -
(a) illi l-proġett għall-bini jew biex jiżdied il-għoli ta’ bini
li ġa jeżisti jew biex isir xogħol jew taħfir taħt l-art
ġdid jew jitkabbar xogħol jew taħfir taħt l-art li ġa
jeżisti huwa tassew ħaġa li bi ħsiebu jagħmel is-sid;
(b) illi m’hemm ebda proġett ieħor li, mingħajr ma ikun
ta’ ħsara għas-sid, jista’ jiġi aċċettat mill-awtorità
kompetenti.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       21
(8) Meta art tkun ġiet dikjarata suġġetta għall-jedd ta’
clearance jew għall-jedd ta’ taħt wiċċ l-art, kull min jagħmel, jibni
jew itella’ xi kostruzzjoni jew iżid il-għoli ta’ xi kostruzzjoni fuq l-
art jew jagħmel xogħol jew taħfir ġdid taħt l-art jew ikabbar xogħol
jew taħfir taħt l-art mingħajr ma jkun qabel ħa l-permess bil-miktub
mill-awtorità  kompetenti għandu, fi żmien għaxart ijiem minn
mindu jiġi mogħti lilu bil-miktub avviż għaldaqshekk mill-awtorità
kompetenti -
(a) ineħħi l-kostruzzjoni hekk magħmula, mibnija jew
imtella’ jew dik il-biċċa kostruzzjoni miżjuda; u
(b) jimla x-xogħlijiet jew taħfir taħt l-art, ġodda jew
miżjuda, u jerġa’ jgib l-art kif kienet qabel ma sar ix-
xogħol jew taħfir ġdid jew miżjud,
u fil-każ illi l-avviż ma jiġix obdut, 1-awtorità  kompetenti tkun
tista’ tordna li dik il-biċċa kostruzzjoni tiġi mneħħija jew dak ix-
xogħol jew taħfir jiġi mimli u l-art tinġieb kif kienet qabel, bi
spejjeż tal-persuna illi tkun tellgħet il-kostruzzjoni jew żiedet dik
il-biċċa, jew għamlet dak ix-xogħol jew taħfir taħt l-art, ġdid jew
miżjud, mingħajr ebda kumpens lilha u din l-ispiża tiġi rkuprata
mingħandha bl-istess mod bħala multa u din il-persuna, jekk tinsab
ħatja fuq daqshekk, tkun tista’ teħel multa ta’ mhux aktar minn
għoxrin lira talli ma tkunx obdiet dak l-ordni.
(9) L-art suġġetta għall-jedd ta’ clearance taħt dan l-artikolu
tista’ tiġi meħlusa minn dan il-jedd mill-awtorità  kompetenti,
kemm-il darba s-sid ikun irid jaċċetta l-ħelsien u jħallas lill-
awtorità  kompetenti dak il-kumpens ġust li jiġi miftiehem, jew, fin-
nuqqas ta’ ftehim, kif jiġi iffissat mill-Bord. Il-ħlas ta’ kumpens
għall-ħelsien mill-jedd ta’ clearance jista’ jintalab mill-awtorità
kompetenti fil-każ biss li jkun ġie mħallas kumpens għas-
suġġezzjoni ta’ l-art għall-jedd ta’ clearance skond dan l-artikolu.
L-art meħlusa mill-jedd ta’ clearance tista’ tiġi mill-ġdid
iddikjarata suġġetta għal dan il-jedd.
(10) Meta art tkun ġiet iddikjarata suġġetta għall-jedd ta’ taħt
wiċċ l-art, l-awtorità  kompetenti tkun tista’ żżomm il-pussess ta’
xogħol jew taħfir taħt l-art li jkun sar mill-awtorità  kompetenti
qabel ma jibda jseħħ dan is-subartikolu u tkun tista’ tagħmel jew
tkabbar hemmhekk xogħol jew taħfir taħt l-art u tużah għal dik il-
ħaġa li jkun jidhrilha meħtieġa:
Iżda l-awtorità  kompetenti għandha tieħu kull prekawzjoni
xierqa biex tassigura illi l-bini u kostruzzjonijiet fuq wiċċ dik l-art
ikunu salvi u jibqgħu sħaħ, kif ukoll kull bir, kantina u kostruzzjoni
taħt l-art li jkunu wżati jew gawduti ma’ l-okkupazzjoni ta’ dan il-
wiċċ ta’ l-art - u fil-każ ta’ ħsara lil dawn il-kostruzzjonijiet hija
għandha jew issewwihom u ġġibhom kif kienu qabel jew tħallas
kumpens lis-sid għat-telf li jkun ġarrab minħabba f’din il-ħsara, u l-
ammont ta’ dan il-kumpens, jekk il-partijiet ma jiftehmux
bejniethom fuqu, jinġieb quddiem u jiġi iffissat mill-Bord.
  22      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
Jedd li jiġi ordnat 
it-tbattil 
provviżorju ta’ art. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XIII. 1983. 5; 
VIII. 1990.3.
30. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern jordna t-tbattil ta’ lok fejn jista’ jkun hemm perikolu tal-
ħajja jew tal-persuna minħabba operazzjonijiet navali, militari jew
ta’ l-ajru, u sakemm dan l-ordni jkun iseħħ il-lok tal-perikolu u d-
djar u l-bini kollu f’dak il-lok għandhom jiġu mbattlin mill-kerrejja
jew detenturi u minn kull persuna oħra, u ebda responsabbiltà  ma
jkollhom l-awtoritajiet navali, militari jew ta’ l-ajru għal xi ħsara
fuq il-persuna li tista’ ssir lil xi ħadd fil-lok tal-perikolu minħabba
l-operazzjonijiet hawn fuq imsemmija. Kull min jibqa’ fil-lok tal-
perikolu sakemm ikun għadu jseħħ ordni bħal dan, jeħel, meta
jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, piena ta’ flus ta’ mhux aktar
minn żewġ liri.
(2) Għal tbattil provviżorju jitħallas kumpens lil kull min ikun
bata telf jew spiża minħabba dak it-tbattil.
(3) Jekk il-kumpens li jmissu jitħallas taħt dan l-artikolu ma
jiġix miftiehem bejn l-awtorità  kompetenti u min jitolbu, l-ammont
tal-kumpens jiġi iffissat mill-Bord bil-mod li jingħad f’din l-
Ordinanza.
Spejjeż. 
Emendat: 
XXXI. 1947.14;
XI. 2002.7.
31. (1) Meta l-awtorità  kompetenti tkun għamlet lil sid offerta
bil-miktub ta’ somma sew jekk jistħoqq li titħallas perjodikament
jew bħala somma għal darba biss bħala kumpens u s-somma
mogħtija mill-Bord lil dak is-sid ma tkunx iżjed mis-somma
offerta, il-Bord jordna li s-sid ibati l-ispejjeż tiegħu u jħallas l-
ispejjeż ta’ l-awtorità  kompetenti illi jkunu saru wara li tkun ġiet
magħmula l-offerta.
(2) Meta sid ma jaċċettax l-offerta ta’ l-awtorità  kompetenti u
jitlob li s-somma dovuta bħala kumpens għandha tkun ogħla
filwaqt li jindika dik is-somma sew jekk jistħoqq li titħallas
perjodikament jew bħala somma għal darba biss bħala kumpens u
jkun esegwixxa d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9 u 12, u s-somma
mogħtija tkun daqs jew iżjed minn dik is-somma, il-Bord jordna li
l-awtorità  kompetenti tbati l-ispejjeż tagħha u tħallas l-ispejjeż tas-
sid li jkunu saru wara li tkun ġiet magħmula l-kontrofferta.
(3) Meta sid ma jaċċettax l-offerta ta’ l-awtorità  kompetenti u
jvanta li l-ammont dovut bħala kumpens għandu jkun ogħla, u
jindika dik is-somma, kemm jekk din titħallas perjodikament jew
bħala somma f’daqqa, bħala kumpens, u jkun ikkonforma ruħu
mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9 u 12, u s-somma mogħtija tkun
iktar minn dik offruta mill-awtorità  kompetenti imma inqas minn
dik mitluba mis-sid, allura l-ispejjez għandhom jiġu sofferti mill-
partijiet fi proporzjon li d-differenza fl-ammont offrut mill-awtorità
kompetenti u dak hekk stabbilit mill-Bord ikollhom għad-
differenza fl-ammont mitlub mis-sid u l-ammont stabbilit mill-
Bord.
(4) Bla ħsara ta’ dak li jingħad hawn fuq, l-ispejjeż kollha
huma fid-diskrezzjoni tal-Bord illi jista’ jordna lil min u minn min
u b’liema mod dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu:
Kap. 12.
Iżda dawn l-ispejjeż huma skond it-tariffa li tiġi magħmula
b’regolamenti taħt din l-Ordinanza, jew, sakemm isiru dawn ir-
regolamenti, skond it-tariffi li hemm mal-Kodiċi ta’
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       23
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(5) Meta l-Bord jordna lis-sid iħallas l-ispejjeż jew biċċa mill-
ispejjeż ta’ l-awtorità  kompetenti, din tista’ taqta’ l-ammont li
għandu hekk jitħallas mis-sid mill-ammont tal-kumpens li għandu
jitħallas lilu.
L-awtorità  
kompetenti mhix 
obbligata 
tikkompleta l-
akkwist ta’ art.
32. (1) Ebda ħaġa f’din l-Ordinanza m’għandha tittieħed
bħala li ġġiegħel lill-awtorità  kompetenti tikkompleta l-akkwist ta’
art ħlief jekk l-awtorità  kompetenti tkun ħadet pussess ta’ l-art jew
jekk tkun naqset fi żmien xahar mid-deċiżjoni tal-Bord li tavża lill-
Bord illi l-awtorità  kompetenti mhix bi ħsiebha tgħaddi għall-
akkwist:
Iżda s-sid ta’ l-art għandu l-jedd jitlob mingħand l-awtorità
kompetenti dawk l-ispejjeż kollha illi jkunu saru minnu minħabba
jew bħala konsegwenza tal-proċedimenti għall-akkwist u kumpens
għall-ħsara (jekk ikun hemm) illi huwa jkun bata minħabba jew
bħala konsegwenza ta’ l-avviż ta’ l-akkwist li kien sejjer isir.
(2) L-ammont ta’ dawn l-ispejjeż u kumpens, fin-nuqqas ta’
ftehim, jiġi iffissat mill-Bord.
Effett ta’ notifika 
ta’ l-avviż. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68;
XI. 2002.7.
33. Il-fatt illi xi avviż ikun ġie nnotifikat lil persuna
m’għandux jittieħed bħala ammissjoni ta’ l-awtorità  kompetenti illi
l-persuna nnotifikata bl-avviż jew persuna oħra għandha proprjetà
jew interess fl-art jew f’biċċa mill-art imsemmija fl-avviż, u mhux
ta’ xkiel għall-awtorità  kompetenti illi tallega fi proċedimenti taħt
din l-Ordinanza jew xort’oħra illi l-jeddijiet kollha fuq jew dwar
din l-art huma tal-President ta’ Malta.
Pieni għal tfixkil.
awtorizzata regolarment, li tidħol jew tieħu pussess jew tuża art
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew jimmolesta, ma
jħallix jew ifixkel lil din il-persuna, jeħel multa ta’ mhux aktar
minn ħamsin lira jew il-priġunerija għal żmien mhux aktar minn
tliet xhur.
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIX. 1993.2;
VI. 2001.9.
35. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti, kif ukoll regolamenti dwar formuli, spejjeż, u drittijiet
għall-esekuzzjoni ta’ din l-Ordinanza; u jekk u sakemm ma jsirux
disposizzjonijiet oħra taħt din l-Ordinanza, igħoddu l-formuli li
hawn fl-Iskeda ma’ din l-Ordinanza:
Iżda m’hemm ebda nullità  jekk tiġi wżata formula oħra li
sostanzjalment tkun bħall-formuli fl-Iskeda.
(2)  Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (1), il-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’avviż jippreskrivi:
(a) d-drittijiet li jitħallsu lill-membri fuq il-Lista;
(b) d-drittijiet dovuti lill-avukati u lill-prokuraturi legali
għal proċedimenti quddiem il-bord jew f’konnessjoni
miegħu; u
(ċ) d-drittijiet li jitħallsu fir-reġistru tal-bord:
  24      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk preskritti mill-
Ministru taħt il-paragrafi (b) u (ċ), għandhom japplikaw id-drittijiet
li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Riserva. 36. Ebda ħaġa f’din l-Ordinanza ma tmiss il-jeddijiet
akkwistati minn awtorità  kompetenti taħt l-Ordni fil-Kunsill tas-26
ta’ Ottubru, 1896.*
*Dan l-Ordni fil-Kunsill ġie maħruġ Malta bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru.
183 tad-19 ta’ Novembru, 1896.
 AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊIġ K AP. 88 .       25
Emendata: 
XXXI. 1947.15;
V. 1949.11; 
XI. 1962.3; 
XIV 1966.3; 
LVIII. 1974.68;
XIII. 1983.5;
XI. 2002.7.
SKEDA
(Artikoli 3, 4, 8, 9, 12 u 35)
DIKJARAZZJONI TAL-PRESIDENT TA’ MALTA
Jien hawnhekk niddikjara illi l-art imsemmija hawn taħt hija
meħtieġa mill-awtorità  kompetenti għal skop pubbliku skond id-
dispozzijonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88)§  u illi l-akkwist tagħha għandu
jkun b’xiri assolut / għall-pussess u użu tagħha għal żmien ta’
snin / għall-pussess u użu tagħha għal dak iż-żmien illi
l-bżonnijiet ta’ l-iskop pubbliku jitolbu. / b’dominju pubbliku. / bl-
imposizzjoni fuqha ta’ servitù  (hawn għandha tissemma s-servitù  li
tkun se tiġi imposta), jew jiġifieri sabiex tiġi eżaminata bil-ħsieb li
għad tista’ tiġi akkwistata.
Il-kera ta’ kumpens / għarfien / kera ta’ akkwist offrut hu ta’ Lm
______   / Lm _______ fis-sena skond l-istima li hawn ma’ din id-
dikjarazzjoni kif din saret mill-perit arkitett __________.
Jien niddikjara wkoll illi l-pussess ta’ l-art hu meħtieġ mill-
awtorità  kompetenti fi żmien 
fiha din id-Dikjarazzjoni tiġi innotifikata lis-sid jew sidien ta’ l-art.
DESKRIZZJONI TA’ L-ART
1.
2.
3.
§  Ħassar dak li ma jgħoddx għall-każ.
President
Notifika tad-Dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta u ta’ Dettalji
ta’ l-Art.
Fil-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet.
Data ....................................
Lil (hawn niżżel isem is-sid jew tas-sidien).
A.B. fil-kariga tiegħu ta’ Kummissarju ta’ l-Artijiet, b’dan
jinnotifikalek kopja ta’ Dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta
(Dokument A) illi tiddikjara li l-art hija meħtieġa għal skop
pubbliku kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni. L-art imsemmija fid-
  26      KAP. 88. ħ       AKKWISTTA’ ARTIJIETGĦALSKOPIJIETPUBBLIĊI
Dikjarazzjoni hija din li ġejja: (hawn daħħal id-deskrizzjoni ta' l-
art). 
PROKLAMA TAL-PRESIDENT TA’ MALTA
BILLI bl-artikolu 4 ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi (Kapitolu 88), huwa ipprovdut illi l-President ta’
Malta jista’ għal skopijiet pubbliċi jiddikjara illi art hija suġġetta
għall-jedd ta’ clearance jew għall-jedd ta’ taħt wiċċ l-art:
U BILLI hu meħtieġ illi l-proprjetà  msemmija fl-Iskeda mdaħħla
hawnhekk tiġi dikjarata suġġetta għal ........................... *
ISSA, GĦALHEKK, JIENA, bis-saħħa ta’ l-artikolu 4 ta’ l-
imsemmija Ordinanza, b’dan niddikjara illi l-proprjetà  imsemmija
fl-Iskeda imdaħħla hawnhekk hija suġġetta għal
...............................*.
SKEDA
..........................................
..........................................
il-Palazz, il-Belt Valletta, illum ...................... 19..... 
*Nota: żid hawnhekk -
"dritt ta’ clearance"
"dritt ta’ taħt wiċċ l-art" jew
"dritt ta’ clearance jew ta’ taħt wiċċ l-art"
skond il-każ.
