SPIRTI METHYLATED ġKAP. 89 .      1
KAPITOLU 89
ORDINANZA DWAR L-ISPIRTI METHYLATED
Biex tirregola l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ l-Ispirti  Methylated u kif
wieħed jista’ jiddisponi minnhom.
(3 ta’ Lulju, l936)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XV ta’ l-1936 kif emendata bl-Att XXXVII
ta’ l-1955; bl-Ordinanza XVI ta’ l-1960; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-
Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor.
Methylated.
Tifsir.
Emendat: 
XXXVII. 1955.2;
XVI.1960.3.
2. F’din l-Ordinanza -
"Spirti Methylated Industrjali", "Spirti Methylated Gummed",
"Spirti  Methylated  Mineralizzati" u "Spirti Methylated
Mineralizzati (Użu Domestiku)" ifissru rispettivament ix-xorta
diversa ta’ spirti methylated imsemmija fl-artikolu 3 ta’ din 1-
Ordinanza;
"stabbilit", "appruvat" u "awtorizzat" ifissru rispettivament
stabbilit, appruvat u awtorizzat mill-Kontrullur tad-Dwana;
"uffiċjal" ifisser uffiċjal tad-Dwana u tas-Sisa jew membru tal-
Korp tal-Pulizija.
Spirti Methylated 
Industrjali.
Emendat:
XXXVII. 1955.3.
3. (1) L-ispirti jitqiesu li huma Spirti  Methylated  Industrjali
jekk ma’ kull disgħin parti ta’ volum ta’ spirti, jiżdiedu għaxar
partijiet ta’ volum ta’ nafta meħuda mill-għuda u ma’ kull mitt parti
tat-taħlita, tiżdied nofs parti ta’ crude pyridine.
Spirti Methylated 
Gummed.
(2) L-ispirti jitqiesu li huma Spirti  Methylated Gummed jekk
ma’ kull għaxar litri ta’ Spirti Methylated Industrjali jiżdied mhux
anqas minn kilo shellac jew raża oħra appruvata.
Spirti Methylated 
Mineralizzati.
(3) L-ispirti jitqiesu li huma Spirti  Methylated  Mineralizzati
jekk ma’ kull disgħin parti ta’ volum ta’ spirti, jiżdiedu disa’
partijiet u nofs ta’ volum ta’ nafta meħuda mill-għuda u nofs parti
ta’ crude pyridine: iżda, dan kemm-il darba ma’ kull mitt litru tat-
taħlita jiżdiedu sebgha u tletin ċentilitri u nofs ta’ nafta minerali
(petroleum oil) u mhux anqas minn mija u ħamsa u ħamsin
milligrammi trab ta’ żebgħa anilina (methyl violet).
Spirti Methylated 
Mineralizzati (Użu 
Domestiku).
(4) L-ispirti  Methylated  Mineralizzati (Użu Domestiku)
jitqiesu li huma Spirti Methylated Mineralizzati kif hemm imsemmi
fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ħlief li t-taħlita ta’ trab ta’
żebgħa anilina (methyl violet) ma tkunx ġiet użata.
*Ara Proklama Nru. XVII tat-3 ta Lulju. 1936.
 2      KAP. 89.ħ      SPIRTI METHYLATED
L-importazzjoni, 
eċċ., ta’ Spirti 
Methylated 
Mineralizzati u 
Gummed mhix 
limitata.
Emendat:
XXXVII. 1955.4.
4. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet ta’ liġijiet oħra u tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10 u 13 ta’ din l-Ordinanza, l-
importazzjoni u l-bejgħ ta’ Spirti Methylated Mineralizzati, Spirti
Methylated Mineralizzati (Użu Domestiku) u Gummed u l-mod li
wieħed jista’ jiddisponi minnhom m’huma suġġetti għal ebda
limitazzjoni.
Liċenza meħtieġa 
għall-
importazzjoni, 
eċċ., ta’ Spirti 
Methylated 
Industrjali.
Emendat: 
XVI. 1960.3.
5. Ħadd ma jista’ jimporta, iżomm għal bejgħ, ibigħ jew b’xi
mod ieħor jiddisponi minn Spirti Methylated Industrjali mingħajr
liċenza mingħand il-Kontrullur tad-Dwana taħt dawk il-
kondizzjonijiet illi l-Kontrullur jagħmel.
Limitazzjoni tal-
bejgħ.
6. (1) Ebda persuna li jkollha liċenza biex tinnegozja fl-
Ispirti Methylated Industrjali ma’ tista’ tbigħ jew tikkunsinna dawn
l-ispirti ħlief lil persuni li jkunu awtorizzati bil-miktub biex
jirċevuhom u meta juru din l-awtorizzazzjoni.
(2) L-awtorizzazzjoni hekk miġjuba tinżamm u tintrefa’ f’filza
mill-bejjiegħ.
It-traffikanti 
għandhom iżommu 
kontijiet tax-xiri u 
l-bejgħ.
7. (1) Kull traffikant fl-Ispirti Methylated Industrjali għandu
jżomm kont tax-xiri u l-bejgħ kollu ta’ dawn l-ispirti.
(2) Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu f’kull ħin xieraq spezzjonati
minn uffiċjal li jista’ jieħu estratt minnhom.
Bejgħ minn 
spiżjara għal-
skopijiet 
mediċinali, eċċ.
Emendat:
XVI. 1960.3.
8. Il-Kontrullur tad-Dwana jista’, fuq talba ta’ spiżjar fil-
formula stabbilita, u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Kontrullur
jagħmel, jawtorizza lil dak l-ispiżjar li jbigħ Spirti Methylated
Industrjali, fi kwantità ta’ mhux aktar minn żewġ litri kull darba, lil
tabib, dentista, veterinarju, jew lil sptar, fuq ordni bil-miktub
iffirmat minn tabib eżerċenti, dentista jew veterinarju.
Persuni jistgħu jiġu 
awtorizzati li 
jirċievu Spirti 
Methylated 
Industrjali għall-
użu f’arti, 
manifattura, eċċ.
Emendat: 
XVI. 1960.3.
 9. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’, taħt dawk il-
kondizzjonijiet illi huwa jagħmel, jawtorizza persuna li tirċievi
Spirti Methylated Industrjali għall-użu f’arti jew manifattura jew
għal xi skop appruvat ieħor.
(2) It-talba għal din l-awtorizzazzjoni għandha ssir fil-formula
stabbilita.
Bramel, eċċ., li 
jkun fihom spirti 
għandhom ikunu 
innumerati u 
immarkati.
10. Kull barmil jew reċipjent li jkun fih spirti  methylated
għandu jkun innumerat u immarkat ċar bil-kwantità u xorta ta’
spirti methylated li jkun fih.
Regolamenti. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
11. Il-Ministru responsabbli għad-Dwana jista’, minn żmien
għal ieħor, jagħmel, u meta jkun għamel, ibiddel jew iħassar
regolamenti biex jagħti esekuzzjoni lid-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, kif ukoll biex jissospendi l-applikazzjoni ta’ din l-
Ordinanza, sew għal kollox jew taħt kondizzjoni, dwar Spirti
Methylated Industrjali li jkunu ġew maħruġa mid-Dwana għall-
konsum f’Malta qabel ma tkun bdiet isseħħ din l-Ordinanza.
Dritt u żmien tal-
liċenza taħt l-
artikolu 5.
12. (1) Għal kull liċenza maħruġa taħt l-artikolu 5 jitħallas
dritt ta’ ħames ċenteżmi.
SPIRTI METHYLATED ġKAP. 89 .      3
(2) Dawn il-liċenzi jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena illi
fiha jkunu ġew maħruġa.
Bramel, eċċ., 
immarkati ħażin, 
eċċ., suġġetti għal 
konfiska.
Emendat: 
XVI. 1960.3.
13. Kull barmil jew reċipjent bl-ispirti methylated, li ma jkunx
innumerat u immarkat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10
ta’ din l-Ordinanza jkun, fid-diskrezzjoni tal-Kontrullur tad-
Dwana, suġġett għal konfiska b’dak kollu li jkun fih.
Reati u pieni.
Emendat: 
XXXVII. 1955.5
XIII. 1983.4.
14. (1) Kull min, b’kontravvenzjoni ta’ din l-Ordinanza jew
ta’ regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha -
(a) jimporta, iżomm, ibigħ, ibigħ bl-imnut Spirti
Methylated Industrjali jew b’xi mod ieħor jiddisponi
minnhom mingħajr liċenza;
(b) xjentement, b’xi mod li jkun, ikollu x’jaqsam fl-
evażjoni jew fit-tentattiv ta’ evażjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
(ċ) ifixkel uffiċjal tad-Dwana jew persuna awtorizzata
oħra fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt din l-
Ordinanza, jew milli jagħtu esekuzzjoni lid-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’
regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha; jew
(d) igħin jew jassisti f’xi wieħed mir-reati hawn fuq
imsemmija, jew ikun kompliċi fih,
Kap. 9.
ikun suġġett, għal kull reat minn dawn, għal multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira jew li jħallas tliet darbiet iżjed il-valur ta’ l-oġġetti li
dwarhom ikun sar ir-reat kompriż id-dazju fuqhom, skond liema
tkun l-akbar somma, u l-ħati jista’ jiġi arrestat jew ipproċessat bil-
mezz ta’ ċitazzjoni, bl-istess mod u forma, u taħt id-
disposizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-Kodiċi Kriminali.
(2) Kull min ibigħ, jesponi jew iżomm għal bejgħ jew b’xi mod
ieħor jiddisponi minn spirtu methylated imħaffef bl-ilma jew
imħassar b’xi likwidu ieħor ħlief b’dawk imsemmija fis-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 3 u fil-proporzjonijiet hemm imsemmija, ikun ħati
ta’ reat taħt din l-Ordinanza u jista’ jeħel multa ta’ mhux anqas
minn ħames liri (Lm5) iżda mhux iżjed minn għaxar liri (Lm10)
f’każ ta’ l-ewwel reat taħt dan is-subartikolu u f’każ tat-tieni reat
jew ta’ reati oħra li jsiru wara taħt dan is-subartikolu ta’ mhux
anqas minn għaxar liri (Lm10) u mhux iżjed minn ħamsin lira
(Lm50), jew, f’kull każ, għal multa daqs tliet darbiet il-prezz fis-
suq bl-imnut ta’ kwantità ta’ spirtu methylated mhux imħaffef bl-
ilma u mhux imħassar b’likwidu ieħor tax-xorta li għalih
jirreferixxi r-reat, daqs dak li jkun aċċertat li kien l-oġġett tar-reat,
liema somma tkun l-akbar.
