KOSTITUZZJONI TAL-KARIGI TA’ AVUKAT
ĠENERALI U DIK TA’ AVUKAT TAR-REPUBBLIKA  ġ KAP. 90.
KAPlTOLU 90
ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-
KARIGA TA’ AVUKAT ĠENERALI U DIK TA’ 
AVUKAT TAR-REPUBBLIKA
Biex tikkostitwixxi l-kariga ta’ Avukat Ġenerali tal-Gvern ta’ Malta u l-
kariga ta’ Avukat tar-Repubblika.
(29 ta’ Diċembru, 1936)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXX ta’ l-1936, kif emendata bl-Atti: LVI
ta’ l-1948, XXIV ta’ l-1956; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XVIII
ta’ l-1971, LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Att XVII
ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar il-
Kostituzzjoni tal-Kariga ta’ Avukat Ġenerali u dik ta’ Avukat tar-
Repubblika.
Kostituzzjoni tal-
kariga ta’ Avukat 
Ġenerali. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
2. Għandu jkun hemm uffiċjal li jissejjaħ Avukat Ġenerali illi
jkollu s-setgħat, dmirijiet u funzjonijiet kollha li b’saħħa ta’ liġi,
proklama, regolament jew disposizzjonijiet leġislattivi oħra li
jkunu jseħħu f’Malta huma mogħtija lill-uffiċjal imsejjaħ
Prosekutur Pubbliku u Avukat Erarjali u li fl-imgħoddi kienu
esegwiti u eżerċitati minnu.
Deputat Avukat 
Ġenerali u uffiċjali 
oħra.
Emendat: 
LVI. 1948.2;
XXIV. 1956.2. 
Sostitwit:
XVIII. 1971.2. 
Emendat:
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XVII. 1988.2.
3. (1) Għandu jkun hemm ukoll uffiċjal li jissejjaħ "Deputat
Avukat Ġenerali" u uffiċjali li jissejħu rispettivament: "Assistenti
għall-Avukat Ġenerali", "Avukat tar-Repubblika Anzjan" u
"Avukat tar-Repubblika", illi jeżerċitaw u jesegwixxu dawk is-
setgħat, funzjonijiet u dmirijiet kollha iddelegati jew mogħtija
lilhom mill-Avukat Ġenerali.
(2) Fl-eżerċizzju u fl-esekuzzjoni tas-setgħat, funzjonijiet u
dmirijiet iddelegati jew mogħtija lilhom kif intqal qabel, id-
Deputat Avukat Ġenerali, l-Assistenti għall-Avukat Ġenerali, l-
Avukati tar-Repubblika Anzjani u l-Avukati tar-Repubblika
għandhom, sakemm ma jkunx jidher li l-intenzjoni hija kuntrarja,
ikollhom l-istess dmirijiet u jgawdu l-istess ħarsien u privileġġi li l-
liġi timponi jew tagħti lill-Avukat Ġenerali.
Setgħa li jingħataw 
ġuramenti. 
Emendat:
LVI. 1948.3;
XXIV. 1956.3.
Sostitwit: 
XVIII. 1971.3.
Emendat: 
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta' l-1975;
XVII. 1988.3.
4. L-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali, l-
Assistenti għall-Avukat Ġenerali, l-Avukati tar-Repubblika
Anzjani u l-Avukati tar-Repubblika għandhom is-setgħa li jagħtu
ġuramenti. 
*Ara Proklama Nru. XXXIII tad-29 ta’ Diċembru, 1936.
