 BIBLJOTEKIPUBBLIĊI ġKAP. 92.   1
KAPITOLU 92
ORDINANZA DWAR IL-BIBLJOTEKI 
PUBBLIĊI
Biex tħassar u biex tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar il-
Bibljoteki Pubbliċi.
(28 ta’ Mejju, 1937)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XIV ta’ l-1937, kif emendata bl-Att XVII ta’
l-1955; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’
l-1965; bl-Atti: XXXI u XLI ta’ l-1966, XXII ta’ l-1976 u XLIX ta’ l-1981.
Titolu fil-qosor.
Bibljoteki Pubbliċi.
Tifsir. 
Emendat: 
XVII. 1955.2; 
XLI. 1966.5; 
XXII. 1976.4.
2. Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza -
"awtur" tfisser ukoll il-persuna li tieħu f’idejha l-pubblikazzjoni
ta’ opra ta’ awtur ieħor jew illi tikteb kummenti fuqha;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-bibljoteki
pubbliċi;
"opra" tfisser ukoll kull ktieb letterarju, xjentifiku jew artistiku,
jew biċċa jew taqsima minnu, pamphlet, monografija, ġurnal,
perijodiku, karta tal-mużika, karta b’letterpress, mappa, pjanta,
mappa tan-navigazzjoni jew tabella ippubblikati għalihom, imma
ma tfissirx it-tieni edizzjoni jew edizzjoni oħra ta’ wara, kemm-il
darba din l-edizzjoni ma jkunx fiha żieda jew tibdil fil-letterpress
jew fil-mapep, stampi, jew inċizjonijiet oħra li jkunu fiha;
Kap. 248.
"stampatur" tfisser il-persuna hekk imsemmija fis-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 35 ta’ l-Att dwar l-Istampa, jew il-persuna li għandha
liċenza bħala hekk skond l-artikolu 43 ta’ l-imsemmi Att, skond il-
każ.
Bibljoteki li 
għalihom tgħodd 
din l-Ordinanza. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1966.2; 
XLI. 1966.2; 
XXII. 1976.4.
3. Din l-Ordinanza tgħodd għall-Bibljoteka Nazzjonali ta’
Malta u għall-Bibljoteka Pubblika ta’ Għawdex, u għal kull
bibljoteka pubblika oħra li għaliha l-Ministru, b’avviż maħruġ fil-
Gazzetta tal-Gvern, jordna li din l-Ordinanza għandha tgħodd.
Il-bibljoteki jkunu 
taħt id-direzzjoni 
tal-Bibljotekarju. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwit: 
XLI. 1966.3.
4. (1)  Il-bibljoteki kollha li għalihom tapplika din l-
Ordinanza jkunu taħt id-direzzjoni ta’ uffiċjal li jkun imsejjaħ
Bibljotekarju, li jkun ukoll il-kustodju ta’ manuskritti u ta’ records
pubbliċi konservati f’dawk il-bibljoteki.
(2) Il-Ministru għandu jinnomina kull sena kumitat għal kull
waħda mill-bibljoteki fuq imsemmija sabiex jagħti parir dwar l-
akkwist ta’ opri stampati u manuskritti u ħwejjeġ oħra li
jinteressaw b’mod ġenerali s-servizz tal-bibljoteka.
*Ara Proklama Nru. XVII tat-28 ta’ Mejju, 1937.
 2      KAP. 92.ħ     BIBLJOTEKIPUBBLIĊI
Kopji ta’ 
manuskritti jew 
estratti minnhom. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2. 
Sostitwit:
XLI. 1966.4.
Emendat:
XLIX. 1981.6.
5. (1) It-talbiet kollha għal kopji jew estratti minn
manuskritti li jkunu f’xi bibljoteka li għaliha tapplika din l-
Ordinanza għandhom isiru lill-Bibljotekarju, illi huwa b’din il-liġi
awtorizzat li joħroġ, jiċċertifika u jawtentika l-kopji u l-estratti
kollha minn dawk il-manuskritti.
(2) Il-Bibljotekarju għandu jiġbor dawk id-drittijiet li l-
Ministru jista’ jippreskrivi b’avviż.
Kopji ta’ opri li 
għandhom jiġu 
mogħtija lill-
bibljoteki.
Emendat:
XVII. 1955.2; 
XLI. 1966.5;
XXII. 1976.4.
6. (1) L-awtur ta’ kull opra stampata u ippubblikata f’Malta
għandu, fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħha, jikkunsinna
b’xejn kopja ta’ dik l-opra lill-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta u
oħra lill-Bibljoteka Pubblika ta’ Għawdex.
(2) Kull waħda minn dawn il-kopji għandha tikkonsisti fl-opra
sħiħa bil-mapep u l-illustrazzjonijiet kollha li jkun hemm fiha,
irfinuti u ikkuluriti l-istess bħal ma jkunu ġew ippubblikati l-aħjar
kopji ta’ l-opra, u għandha tkun bl-aħjar karta li biha dik l-opra
tkun ġiet stampata jew litografata.
(3) Meta l-kopji ta’ opra jiġu mibgħuta bil-posta, ma jħallsux
pustaġġ.
(4) Fil-każ ta’ opra anonima, l-obbligi taħt dan l-artikolu huma
ta’ l-istampatur.
(5) Matul l-ewwel ħmistax-il jum ta’ Jannar, April, Lulju u
Ottubru rispettivament ta’ kull sena, kull stampatur għandu jibgħat
lill-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta u lill-Bibljoteka Pubblika ta’
Għawdex, prospett li juri l-awtur u t-titolu ta’ kull opra pubblikata
minn dak l-istampatur matul it-tliet xhur sħaħ preċedenti, jew
prospett li juri "xejn" dwar dak iż-żmien, skond il-każ.
Setgħa li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2. 
Sostitwit: 
XLI. 1966.6.
7. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar id-dħul tal-
pubbliku f’bibljoteka u dwar is-sigurtà u l-użu ta’ bibljoteka li
għaliha tapplika din l-Ordinanza.
Pieni. 8. (1) Kull min jikser ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri,
minbarra kull responsabbiltà għall-ħsara ikkaġunata bl-użu li
jagħmel mill-bibljoteka.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6, jeħel
multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri u l-valur tal-ktieb. 
Dritt ta’ preferenza 
eżerċitabbli mill-
Gvern.
Miżjud:
XLI. 1966.7.
9. (1) Fil-każ ta’ bejgħ ta’ xi opra stampata, mappa, stampat,
manuskritt jew dokument ieħor li kien jinsab f’Malta f’xi żmien
bejn it-tnejn u għoxrin jum ta’ Lulju, 1966 u d-data tal-bejgħ u li,
fil-fehma tal-Ministru, ikollhom importanza bibljografika jew
storika, il-Gvern ikollu dritt jakkwista l-istess, bi preferenza għal
kull persuna oħra bl-istess kondizzjonijiet.
(2) Dak id-dritt ta’ preferenza jiġi eżerċitat mill-Ministru
permezz ta’ att ġudizzjarju notifikat lix-xerrej fi żmien xahrejn
mid-data li fiha l-bejjiegħ jew ix-xerrej jagħti avviż lill-Ministru,
 BIBLJOTEKIPUBBLIĊI ġKAP. 92.   3
permezz ta’ att ġudizzjarju jew ta’ ittra reġistrata, dwar il-bejgħ
fejn juri l-isem u l-indirizz tax-xerrej u l-kondizzjonijiet tal-bejgħ,
jew, jekk ma jingħatax dak l-avviż, fi żmien sitt xhur minn meta l-
Ministru jsir jaf li sar bejgħ.
(3) Kull min ikun responsabbli għal xi att jew għal xi
ommissjoni li jkollu bħala effett it-tfixkil tad-dritt ta’ preferenza li
jappartjeni lill-Gvern skond dan l-artikolu jista’ jeħel multa ta’
mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
