PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      1
KAPITOLU 93
ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar l-għoti ta’
pensjonijiet, gratifikazzjonijiet u allowances oħra lil persuni fis-Servizz
Pubbliku ta’ Malta u dwar il-għoti ta’ pensjonijiet u gratifikazzjonijiet lil
dipendenti tagħhom f’xi każijiet.
1 ta’ April, 1937
L-ORDINANZA XVII ta’ l-1937, u ġiet emendata bl-Ordinanzi: XIII ta’
l-1939, XXXI ta’ l-1940, XV ta’ l-1944, X, XXVI u XXXVIII ta’ l-1946,
XXVI ta’ l-1947; bil-Proklama Nru. XI ta’ l-1947; bl-Atti: XIII, XIV u
XLVI ta’ l-1948, XXII ta’ l-1956; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta’ 1958;
bl-Ordinanzi: VI ta’ l-1959, I ta’ l-1960, XX ta’ l-1961, I u XXV ta’ l-1962;
bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: LVIII ta’ l-1974 u VIII ta’ l-1975;
bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1976, XVI ta’ l-1977,
XII ta’ l-1979, XLIX ta’ l-1981, V ta’ l-1988, IX ta’ l-1990 u VII ta’ l-1992;
u, rigward ir-regolamenti, imdaħħlin fl-Iskeda bin-Notifikazzjonijiet tal-
Gvern Nri. 128 u 259 ta’ l-1939, 430 ta’ l-1940, 24 ta’ l-1941, 177 u 509
ta’ l-1943, 178 ta’ l-1944, 357 ta’ l-1947, 448 ta’ l-1948, 140 u 698 ta’ l-
1949, u 600 ta’ l-1955; bl-Att XXII ta’ l-1956; bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Nru. 338 ta’ l-1957; bl-Ordinanzi ta’ Emerġenza: VI u XIV ta’ l-1958; bl-
Avviżi Legali 7 ta’ l-1961 u 1 ta’ l-1962; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-
Avviżi Legali 46 ta’ l-1965, 3 ta’ l-1966, 65 ta’ l-1967, 55 ta’ l-1970 u 34
ta’ l-1971; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti:
XXII ta’ l-1976 u XI ta’ l-1977; bl-Avviżi Legali 38 ta’ l-1980, 20 ta’ l-
1981, 21 ta’ l-1987 u 27 ta’ l-1988; u bl-Atti: VIII u IX ta’ l-1990, VII ta’ l-
1992, XVI ta’ l-1997 u XV ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
il-Pensjonijiet.
Tifsir. 
Emendat: 
X. 1946.2;
Prokl. XI ta’ l-
1947;
XIII. 1948.2;
XLVI. 1948.5;
XXII. 1956.2;
VI.1958.2;
I.1960.2; 
XX. 1961.17;
I. 1962.2;
XXV. 1962.2;
LVIII. 1974.68; 
XXII. 1976.4; 
XVI. 1977.47;
VII. 1992.2;
XVI. 1997.9.
2. F’din l-Ordinanza u fir-regolamenti magħmulin taħtha -
"allowance personali" tfisser żieda speċjali mas-salarju mogħtija
personalment lid-detentur tal-kariga għal dak iż-żmien, iżda ma
tinkludix dik iż-żieda jekk tkun mogħtija bħala suġġetta għall-
kondizzjoni li ma tkunx pensjonabbli;
"ħlas pensjonabbli" -
(a) għal dak li hu servizz f’Malta jidħlu fih -
(i) is-salarju,
(ii) l-allowance personali,
iżda ma jidħlux fih l-allowance għal xi servizz, l-
allowance għat-trattamenti, l-allowance għall-kera, il-
valur tal-kera frank kif stmat fis-sena, il-valur tar-
razzjoni, ir-rimunerazzjoni extra, u kull dritt imħallas
mit-Teżor bħala salarju jew kull xorta ta’ ħlasijiet
oħra;
(b) għal dak li hu servizz ieħor pubbliku, ifisser il-ħlas li
jgħodd għall-pensjoni skond il-liġi jew ir-regolamenti
li jkunu jseħħu f’dak is-servizz:
  2      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
Iżda dwar uffiċjali li jirtiraw jew imutu fis-
servizz bejn l-1 ta’ Jannar, 1991 u l-1 ta’ Jannar, 1993
u li fl-irtir tagħhom jew mewt tagħhom fis-servizz
ikunu okkupaw kariga li l-iskala tas-salarju tagħha
tiżdied, fi jew wara l-irtir tagħhom jew mewt tagħhom
fis-servizz, skond ir-Riforma dwar is-Servizz Pubbliku
ta’ l-1991, is-salarju ta’ dawk l-uffiċjali fl-aħħar jum
tagħhom ta’ servizz qabel l-irtir jew mewt skond il-każ
għandu, għall-fini ta’ din l-Ordinanza, iżda b’effett
biss mid-data ta’ dik iż-żieda, jitqies li jkun is-salarju
kif miżjud skond dik ir-riforma, mingħajr ma jittieħed
qies ta’ xi żidiet mogħtija għal xi żieda fl-għoli tal-
ħajja wara l-irtir jew mewt fis-servizz ta’ dawk l-
uffiċjali; u kull pensjoni u, jew, gratifikazzjoni li
titħallas skond din l-Ordinanza dwar dawk l-uffiċjali
għandha, b’effett mid-data ta’ kull żieda bħal dik
skond dik ir-riforma kif jingħad hawn fuq, tiġi
aġġustata bħallikieku s-salarju fl-aħħar jum tagħhom
ta’ servizz kien dak li kien ikun jitħallas skond dik iż-
żieda kif jingħad hawn fuq kieku baqgħu fis-servizz:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ uffiċjal li jirtira bejn l-
imsemmija dati u wara l-irtir imut bejn id-dati fuq
imsemmija, kull gratifikazzjoni jew pensjoni
kommutata tiġi aġġustata fid-data ta’ dik iż-żieda kif
fuq imsemmi;
"kariga pensjonabbli" tfisser -
(a) għal dak li hu servizz f’Malta, kariga li tkun ġiet
dikjarata mill-President ta’ Malta, b’notifikazzjoni fil-
Gazzetta tal-Gvern, li tkun kariga pensjonabbli; u kull
kariga bħal dik tista’ f’kull żmien tiġi dikjarata mill-
President ta’ Malta, b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-
Gvern, bħala kariga mhix iżjed pensjonabbli; iżda
meta xi kariga tkun hekk ġiet dikjarata li mhix iżjed
pensjonabbli, f’dak il-każ sakemm xi persuna li jkollha
dik il-kariga fiż-żmien tad-dikjarazzjoni tkompli fiha,
il-kariga għandha, dwar dik il-persuna, tkompli tkun
kariga pensjonabbli;
(b) għal dak li hu servizz ieħor pubbliku, kariga li hija
kariga pensjonabbli taħt il-liġi jew ir-regolamenti li
jkunu jseħħu f’dak is-servizz;
(ċ) il-kariga ta’ Awditur Ġenerali jew dik ta’ Deputat
Awditur Ġenerali, jew kull kariga fl-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika;
"salarju" ifisser salarju li hemm stabbilit għal kariga
pensjonabbli, jew meta jkun hemm provvediment biex jittieħed
kont ta’ servizz f’kariga mhix pensjonabbli bħala servizz
pensjonabbli, is-salarju li jkun għal dik il-kariga;
"sena" tfisser sena skond il-kalendarju;
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      3
Kap. 327.
"servizz f’Malta" ifisser servizz f’kariga ċivili taħt il-Gvern ta’
Malta u, rigward il-membri tal-persunal tat-tagħlim ta’ l-Università
ta’ Malta li l-jeddijiet tagħhom taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza huma mħarsa bil-proviso ta’ l-artikolu 48(2) ta’
l-Att dwar l-Edukazzjoni, u rigward uffiċjali u mpjegati tal-Gvern
ta’ Malta li f’xi żmien li jkun matul is-servizz tagħhom f’kariga
ċivili taħt il-Gvern ta’ Malta jkunu mqabbdin biex jaqdu d-dmirijiet
tagħhom fl-Università  jew mal-Bord tat-Turiżmu tal-Gvern ta’
Malta jew ma’ l-Enemalta jew ma’ l-Awtorità  dwar ix-Xandir ta’
Malta, jitqies li jinkludi servizz fl-Università  jew mal-Bord tat-
Turiżmu tal-Gvern ta’ Malta jew ma’ l-Enemalta jew ma’ l-
Awtorità  dwar ix-Xandir ta’ Malta, skond il-każ;
"servizz pubbliku" tfisser servizz f’kariga ċivili taħt il-Gvern ta’
Malta jew kull servizz ieħor bħal dak li l-President ta’ Malta
jistabbilixxi li hu servizz pubbliku għall-għanijiet ta’ xi
disposizzjoni ta’ din l-Ordinanza jew tar-regolamenti magħmula
bis-saħħa tagħha;
"uffiċjal" ifisser persuna effettivament maħtura għal kariga li
għaliha tista’ taħt din l-Ordinanza tingħata pensjoni jew allowance
meta tispiċċa mis-servizz.
Fil-każ li tinqala’ kwistjoni jew kontroversja dwar jekk
persuna għandhiex titqies bħala uffiċjal għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza jew ta’ regolamenti magħmulin taħtha d-deċiżjoni tal-
President ta’ Malta hija finali;
"xahar" ifisser xahar skond il-kalendarju.
Il-President ta’ 
Malta jagħmel 
regolamenti dwar 
pensjonijiet.
Emendat: 
XXXVIII. 1946.2; 
XIII. 1948.2; 
XIV. 1948.2; 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2;
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
3. (1) Il-President ta’ Malta jista’, minn żmien għal żmien
ieħor, jagħmel u meta jagħmel, ibiddel u jħassar regolamenti dwar
il-għoti ta’ pensjonijiet, gratifikazzjonijiet u allowances oħra lil
persuni li kienu fis-servizz ta’ Malta jew lir-rappreżentanti legali
jew dipendenti tagħhom:
Iżda sakemm ma jiġux imbiddla jew imħassra bis-saħħa ta’
dawn ir-regolamenti, iseħħu r-regolamenti li hawn fl-Iskeda ma’
din l-Ordinanza.
(2) Ir-regolamenti hawn fuq imsemmija u kull regolament li
jbiddel jew iħassar l-istess regolamenti kif jingħad hawn fuq,
għandhom l-istess saħħa u effett għall-finijiet kollha bħallikieku
kienu jagħmlu sehem minn din l-Ordinanza, u l-kelmiet "din l-
Ordinanza" għandhom fl-artikoli ta’ wara jinqraw u jiftiehmu f’dan
is-sens.
 (3) Kull meta l-President ta’ Malta jkun sodisfatt illi xi
regolament magħmul taħt dan l-artikolu għandu jkollu effett
retrospettiv sabiex jingħata xi benefiċċju lil xi persuna jew klassi
ta’ persuni, jew titneħħa xi nkapaċità  ta’ dik il-persuna jew klassi
ta’ persuni, dak ir-regolament jista’ jkollu effett retrospettiv għal
dan l-iskop.
(4) Ebda regolament magħmul taħt dan l-artikolu ma għandu
jkollu effett kemm-il darba ma jkunx irċieva minn qabel l-
approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati mgħarrfa b’riżoluzzjoni.
(5) Kull pensjoni jew gratifikazzjoni mogħtija taħt din l-
  4      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
Ordinanza għandha tingħadd skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ
f’dak il-jum li fih l-uffiċjal jirtira.
Il-pensjonijiet eċċ., 
jitħallsu minn fuq 
ir-renti ta’ Malta.
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. Dawk is-somom kollha illi minn żmien għal żmien jiġu
assenjati mill-President ta’ Malta bħala pensjoni, gratifikazzjoni
jew allowance oħra taħt din l-Ordinanza għandhom jitqiegħdu
għad-debitu tal-Fond Konsolidat u għandhom jitħallsu minnu. 
Il-pensjonijiet ma 
jittieħdux bil-jedd.
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
5. (1) Ebda uffiċjal m’għandu jedd assolut ta’ kumpens għal
servizzi li jkun għamel, jew ta’ pensjoni, gratifikazzjoni jew
allowance taħt din l-Ordinanza jew taħt ir-regolamenti magħmulin
taħtha; u lanqas ebda ħaġa stabbilita f’din l-Ordinanza jew f’dawn
ir-regolamenti ma tillimita l-jedd tal-Gvern ta’ Malta li jibgħat mis-
servizz uffiċjal mingħajr ebda kumpens.
(2) Meta jiġi approvat b’sodisfazzjon tal-President ta’ Malta
illi uffiċjal hu ħati ta’ traskuraġni, irregolarità  jew imġieba ħażina,
il-pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra tkun tista’ titnaqqas
jew tinżamm għal kollox.
Servizz li ma 
jagħtix jedd għal 
pensjoni.
6. Ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra ma
tingħata lil ebda uffiċjal dwar servizz -
(a) fil-waqt li jkun qiegħed taħt prova jew b’kuntratt, ħlief
meta, mingħajr ma jaqta’ qatt mis-servizz, huwa jiġi
mwettaq f’kariga pensjonabbli f’Malta jew f’kariga
f’servizz ieħor pubbliku illi fiż-żmien tat-twettiq ikun
pensjonabbli taħt ir-regolamenti tal-pensjoni li
jgħoddu għal dak is-servizz; jew
(b) waqt li jkollu anqas minn tmintax-il sena:
Iżda d-disposizzjoni tal-paragrafu (b) ma tgħoddx għal
uffiċjal jew persuna oħra li jkunu fis-servizz ta’ Malta meta tibda
sseħħ din l-Ordinanza.
Ċirkostanzi li 
fihom il-pensjoni 
tista’ tingħata. 
Emendat: 
XIII. 1939.2; 
XIII. 1948.2; 
XLVI. 1948.2;
XXII. 1956.3; 
VI. 1958.2;
I. 1962.3; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68;
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXII. 1976.4; 
IX. 1990.2.
7. (1) Ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra ma
tingħata lil ebda uffiċjal ħlief meta jirtira mis-servizz pubbliku
f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) (i) meta jew wara li jagħlaq l-età  ta’ sittin sena, jew
(ii) fil-każ ta’ uffiċjal b’servizz ieħor pubbliku, meta
jew wara li jagħlaq l-età ’ ta’ ħamsa u ħamsin
sena, jew
(iii) fil-każ ta’ membru fil-Korp tal-Pulizija, meta
jew wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena
jew, jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena
servizz fil-Korp tal-Pulizija, jew
(iv) f’każijiet speċjali, bl-approvazzjoni tal-
President ta’ Malta, meta jew wara li jagħlaq
ħamsin sena; 
(b) fil-każ ta’ trasferiment f’servizz ieħor pubbliku, meta
jew wara li jagħlaq l-età ’ li fiha uffiċjal jista’, skond
il-liġi jew ir-regolamenti tas-servizz li fih kien l-aħħar
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      5
impjegat, jirtira bil-pensjoni jew bi gratifikazzjoni;
(ċ) meta titneħħa l-kariga tiegħu;
(d) meta jiġi rtirat bil-fors ħalli jagħti lok li ssir aħjar l-
organizzazzjoni tad-dipartiment li hu jagħmel miegħu,
biex b’hekk ikun hemm effiċjenza u ekonomija akbar;
(e) fuq prova medika ta’ sodisfazzjon tal-President ta’
Malta illi huwa mhux kapaċi minħabba mard tal-moħħ
jew tal-ġisem li jesegwixxi d-dmirijiet tal-kariga
tiegħu u li din il-marda aktarx hija permanenti;
(f) fil-każ ta’ tmiem ta’ impieg fl-interess pubbliku kif
maħsub f’din l-Ordinanza;
(g) min jitlaq mill-uffiċċju tiegħu, u fis-servizz ta’ Malta
bl-approvazzjoni tal-Gvern sabiex jieħu mpieg f’post
tal-ħin kollu fl-Università  ta’ Malta:
Iżda dak l-uffiċjal ma tkunx tistħoqqlu ebda
pensjoni jew gratifikazzjoni bis-saħħa tax-xogħol li
jkun għamel fis-servizz ta’ Malta ħlief mid-data li fiha
jilħaq l-età  li fiha huwa jista’, skond il-liġi jew l-istatut
jew ir-regolamenti ta’ l-Università  ta’ Malta, jirtira
bil-pensjoni jew mingħajr pensjoni:
Iżda wkoll meta dak l-uffiċjal jirtira mis-servizz
ta’ l-Università  ta’ Malta qabel ma jagħlaq il-għomor
ta’ sittin sena għal xi raġuni minn dawk li hemm fil-
paragrafi (ċ), (d), (e) u (f), il-President ta’ Malta jkun
jista’ jawtorizza l-għoti ta’ pensjoni mid-data li fiha
dak l-uffiċjal tabilħaqq jirtira.
(2) Gratifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza tista’ tingħata lil uffiċjal mara li titlaq mis-servizz
għaliex tkun iżżewġet jew tkun sejra tiżżewweġ, għalkemm hija ma
jkollhiex dritt xort’oħra skond dan l-artikolu għall-għoti ta’ xi
pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra.
Irtir minħabba 
interess pubbliku.
Sostitwit:
XXII. 1956.4. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2;
LVIII. 1974.68; 
IX. 1990.3.
8. Meta servizz ta’ uffiċjal jiġi mitmum minħabba li, wara li
jitqiesu l-kondizzjonijiet tas-servizz pubbliku, l-utilità  ta’ dak l-
uffiċjal u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, dan it-tmiem ikun mixtieq fl-
interess pubbliku, u pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra
ma tkunx tista’ tingħata xort’oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ din
l-Ordinanza, il-President ta’ Malta, jista’, jekk jidhirlu xieraq,
jagħti dik il-pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra skond kif
jidhirlu sewwa u xieraq, li ma tkunx iżjed minn dak l-ammont li
għalih l-uffiċjal ikun eliġibbli kieku rtira mis-servizz pubbliku fiċ-
ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu 7(1)(e).
Tmiem ta’ servizz 
biex jittieħed 
impieg ma’ 
kumpannija jew 
enti speċifikata. 
Miżjud:
VII. 1992.3.
*8A. Meta s-servizz ta’ uffiċjal jew ta’ impiegat ieħor jiġi
mitmum biex, bl-approvazzjoni tal-President ta’ Malta, ikun jista’
jittieħed impieg tal-ħin kollu ma’ dik il-kumpannija jew dik l-enti li
tista’ tiġi speċifikata b’Ordni tal-President ta’ Malta għall-finjiet
ta’ dan l-artikolu, l-impieg ta’ dak l-uffiċjal ma’ dik il-kumpannija
jew dik l-enti għandu jitqies li jkun servizz mal-Gvern għall-finijiet
*Ara l-Avviżi Legali 101 ta’ l-1993, 46 ta’ l-1994, 168 ta’ l-1996 u 35 ta’ l-1997.
  6      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
ta’ din l-Ordinanza, u dak l-impjegat ikun intitolat għal pensjoni
jew gratifikazzjoni, skond il-każ, taħt din l-Ordinanza mat-tmiem
tas-servizz tiegħu ma’ dik il-kumpannija jew dik l-enti bħallikieku
dak is-servizz kien servizz mal-Gvern:
Iżda meta t-tmiem ta’ dak is-servizz mal-kumpannija jew
ma’ l-enti jkun dovut għall-istralċ ta’ dik il-kumpannija jew dik l-
enti sew jekk volontarjament jew xort’oħra jew dovut għall-
falliment tagħha, dak it-tmiem għandu jkun ikkunsidrat bħallikieku
kien minħabba tneħħija tal-kariga:
Iżda wkoll ebda Ordni bħal dak ma għandu jsir kemm-il
darba l-kumpannija jew l-enti ma tkunx l-ewwel intrabtet mal-
Gvern li tikkontribwixxi lill-Gvern id-differenza bejn il-kost tal-
pensjoni jew gratifikazzjoni li titħallas fiż-żmien ta’ l-irtir mill-
kumpannija jew mill-enti u l-kost tal-pensjoni jew gratifikazzjoni,
skond il-każ, ikkalkolata fiż-żmien tat-tmiem mis-servizz mal-
Gvern għar-raġuni qabel imsemmija ta’ impieg tal-ħin kollu mal-
kumpannija jew ma’ l-enti.
Kalkolu ta’ 
ħlasijiet 
pensjonabbli f’ċerti 
każijiet.
Miżjud:
XV. 2002.3.
8B. (1) Meta s-servizz ta’ uffiċjal mal-Gvern ikun ġie terminat
sabiex huwa jimpjega ruħu b’mod permanenti ma’ xi kumpannija
jew enti kif provdut fl-artikolu 8A, jew skond id-disposizzjonijiet
ta’ xi liġi oħra li tkun tipprovdi jew ipprovdiet li għar-rigward ta’
uffiċjal, li jkun imqabbad jaqdi dmirijietu mal-korporazzjoni jew
ma’ l-enti msemmija fil-liġi rilevanti, u li jaċċetta impjieg
permanenti ma’ dik il-korporazzjoni jew enti, servizz ma’ dik il-
korporazzjoni jew enti għandu, għall-finijiet ta’ l-Ordinanza
sakemm din tkun tapplika għalih, jitqies bħala servizz mal-Gvern,
kull ħlas pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal meta jirtira għandu jitqies li
jkun kull ħlas pensjonabbli stabbilit skond dawn is-subartikoli li
ġejjin ta’ dan l-artikolu:
Iżda, ebda ħaga f’dan l-artikolu ma għandha titqies bħala li
tnaqqas mid-drittijiet mogħtija lil xi uffiċjal bis-saħħa ta’ l-artikolu
8Ċ.
(2) Kull hlas pensjonabbli lil uffiċjal li għalih japplika s-
subartikolu (1) għandu jitqies li jkun hlas pensjonabbli li jitħallas
lil uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u fil-livell inkrementali li
jikkorrispondi għall-kariga u l-livell inkrementali li fihom uffiċjal
jirtira minn kumpannija, korporazzjoni jew enti skond il-każ.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2), karigi u gradi salarjali
mal-kumpannija, korporazzjoni jew enti rispettiva għandhom ikunu
klassifikati fil-gradi u livelli inkrementali li jkunu l-aktar
jikkorrispondu taħt il-Gvern ta’ Malta b’referenza għad-
deskrizzjoni ta’ xogħol, kapaċitajiet, responsabbiltajiet u fatturi
ohra li jixxiebhu.
(4) Il-klassifika imsemmija fis-subartikolu (3) għandha ssir
minn bord għar-rigward ta’ kull kumpannija, korporazzjoni jew
enti kif kompost minn president li jinħatar mill-Ministru
ċentralment responsabbli għall-finanzi u żewġ membri ohra,
wieħed maħtur mill-Ministru ċentralment responsabbli għall-
politka dwar il-persunal fis-servizz pubbliku u wieħed maħtur mill-
Ministru responsabbli għall-kumpannija, korporazzjoni jew enti,
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      7
jekk ikun il-każ, u f’dawk il-każijiet fejn ma jkunx hemm ministeru
bħal dak, mill- Ministru responsabbli għar-relazzjonijiet
industrijali.  Il-klassifika għandha, f’kull każ tkun suġġetta għall-
approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Dik il-klassifika għandha ssir fi żmien tliet xhur minn kull
aġġustament tas-salarji ta’ l-impjegati fis-Servizz tal-Gvern u, jew
ta’ l-impjegati tal-kumpannija, korporazzjoni jew enti skond il-każ.
(6) Ebda kariga ma għandha tiġi kklassifikata fi grad ogħla
minn Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew kull tali grad iehor li l-
Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn żmien għal żmien,
jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
Kalkolu ta’ 
ħlasijiet 
pensjonabbli ta’ 
uffiċjali ma’ 
entijiet partikolari.
Miżjud:
XV. 2002.3.
8Ċ. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8B, meta
uffiċjal ikun gie impjegat b’mod permanenti ma’ xi kumpannija,
korporazzjoni jew enti kif inhu msemmi fis-subartikolu (2) qabel l-
1 ta’ April, 2002 jew kien imqabbad biex jagħmel servizz ma’ dik
il-kumpannija, korporazzjoni jew enti qabel l-1 ta’ April, 2002 u
jirtira jew jigi impjegat b’mod permanenti ma’ dik il-kumpannija,
korporazzjoni jew enti qabel dik id-data li l-Prim Ministru jista’
b’Ordni jistabbilixxi, il-ħlas pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal meta
jirtira għandu għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza jkun kull ħlas
attwalment imħallas lil dak l-uffiċjal meta huwa jirtira:
Iżda, f’ebda każ ma għandu kull ħlas pensjonabbli bħal dak
ikun ogħla minn dak li jitħallas lil uffiċjal fi grad 3 fis-servizz tal-
Gvern jew f’dak il-grad iehor li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jistabbilixxi minn żmien għal żmien b’avviż fil-
Gazzetta.
(2) Il-kumpanniji, korporazzjonijiet jew entijiet li dan l-
artikolu japplika għalihom huma:
(a) l-Università  ta’ Malta, il-Bord tat-Turiżmu tal-Gvern
ta’ Malta, Enemalta, u l-Awtorità  tax-Xandir ta’ Malta,
f’kull każ imsemmi fit-tifsira "servizz f’Malta" fl-
artikolu 2;
(b) Malta International Airport plc, Servizzi tax-Xandir
Pubbliku, l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta, Junior College, Korporazzjoni għas-Servizzi ta’
l-Ilma, Maltapost plc, Posta Ltd., Awtorità  ta’ l-
Ippjanar, Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-
Ippjanar, Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku,
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, Awtorità
Marittima ta’ Malta, Korporazzjoni Telemalta,
Maltacom plc, Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Il-Ministru jista’ 
jestendi d-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 8A.
Miżjud:
XV. 2002.3.
8D. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn zmien
għal żmien b’Ordni, jiddikjara li d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
8A għandhom japplikaw għal dawk l-uffiċjali jew impjegati ohra li
kienu tterminaw is-servizz tagħhom mal-Gvern skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8A jew id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 8B(1) jew ma’ xi waħda mill-entijiet imsemmija fl-artikolu
8Ċ(2) (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjħa l-artikoli relevanti),
sabiex jigi impjegat ma’ kumpannija msemmija fl-artikolu 8A jew
ma’ l-enti rispettiva msemmija fl-artikoli relevanti, skond il-każ, u,
  8      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
meta ssir ordni bħal dik minn dak il-Ministru, id-disposizzjonijiet
ta’ l-atikolu 8A jew 8Ċ, skond il-każ, għandhom japplikaw għal
dawk il-persuni bħallikieku dawk il-persuni kienu fil-waqt li ssir
dik l-Ordni, uffiċjali jew impjegati tal-Gvern.
Il-pensjoni ta’ xi 
uffiċjali pubbliċi.
Miżjud:
XV. 2002.3.
8E. (1) Minkejja kull ħaga li ma tkunx taqbel taħt din l-
Ordinanza, meta uffiċjal pubbliku jirtira minn xi uffiċċju msemmi
fis-subartikolu (2) jew jirtira mis-servizz pubbliku wara li jkun
serva għal żmien ta’ tliet snin f’uffiċċju bħal dak, kull ħlas
pensjonabbli ta’ dak l-uffiċjal meta jirtira għandu jkun dak assoċjat
ma’ l-iskala salarjali fid-data ta’ meta dak l-uffiċjal jirtira ta’ l-
ogħla jew xi waħda mill-karigi għolja msemmija fis-subartikolu (2)
li dak l-uffiċjal ikollu kif hawn qabel imsemmi f’xi żmien qabel ma
jkun irtira:
Iżda ebda ħaga f’dan l-artikolu ma għandha titqies bħala li
tnaqqas il-pensjoni li dak l-uffiċjal kien ikollu jedd għaliha li kieku
ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-karigi msemmija fis-subartikolu (1) huma dawn li ġejjin:
(a) Cabinet Secretary;
(b) Segretarju Permanenti;
(ċ) posizzjonijiet ta’ Kap taħt Ftehim ta’ profiċjenza.
Effett retrospettiv 
ta’ ordnijiet u 
awtorizzazzjonijiet
Miżjud:
XV. 2002.3.
8F. Ordni magħmul skond l-artikoli 8A u 8D u
awtorizzazzjonijiet li jsiru taħthom jistgħu jkunu retrospettivi għal
dik id-data li tista’ tiġi stabbilita fl-Ordni jew fl-awtorizzazzjoni
rispettiva.
Età  ta’ irtir 
obbligatorju. 
Emendat: 
XIII. 1939.4;
XIII. 1948.2; 
XLVI. 1948.3;
VI. 1958.2;
I. 1962.4; 
XXV. 1962.2;
LVIII. 1974.68;
IX. 1990.4;
XVI. 1997.9.
9. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jobbliga lil kull uffiċjal,
minbarra mħallef, li jirtira mis-servizz ta’ Malta f’kull żmien wara
li jagħlaq l-età  ta’ sittin sena jew, f’każijiet speċjali, f’kull żmien
wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsin sena, imma l-irtir mis-servizz hu
obbligatorju għal kull uffiċjal malli jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u sittin
sena:
Iżda -
(i) uffiċjal li jkollu servizz ieħor pubbliku,
minbarra mħallef, Avukat Ġenerali jew
maġistrat, jista’ jiġi mill-President ta’ Malta
imġiegħel jirtira f’kull żmien wara li jagħlaq l-
età  ta’ ħamsa u ħamsin sena;
(ii) membru fil-Korp tal-Pulizija, li ma jkunx
uffiċjal li jkollu l-kariga ta’ Kummissarju tal-
Pulizija jew ta’ Deputat Kummissarju tal-
Pulizija, jista’ jiġi mill-President ta’ Malta fuq
rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija
mġiegħel jirtira f’kull żmien wara li jagħlaq
ħamsa u ħamsin sena jew, jekk ikun għalaq
ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp tal-
Pulizija.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) m’għandhomx ikunu
japplikaw għal xi uffiċjal li jkollu l-kariga ta’ Awditur Ġenerali jew
Deputat Awditur Ġenerali.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      9
Maximum ta’ 
pensjoni li jista’ 
jingħata. 
Emendat:
XXII. 1976.4.
10. (1) Il-pensjoni mogħtija lil uffiċjal taħt din l-Ordinanza
ma tistax tkun iżjed minn żewġ terzi ta’ l-ogħla ħlas pensjonabbli li
f’kull żmien li jkun kien idaħħal matul is-servizz tiegħu f’Malta.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan, ma jitteħidx
qies ta’ pensjoni addizzjonali mogħtija lil uffiċjal minħabba li tkun
gratlu ħsara fil-persuna; iżda, meta tingħata lil uffiċjal din il-
pensjoni addizzjonali, l-ammont li huwa jista’ jieħu ta’ din il-
pensjoni addizzjonali ma jistax jaqbeż is-sest ta’ l-ogħla ħlas
pensjonabbli tiegħu f’kull żmien li jkun matul is-servizz tiegħu
pubbliku b’aktar milli bis-somma li biha l-ammont tal-pensjoni jew
pensjonijiet tiegħu, apparti minn dik il-pensjoni addizzjonali, ikun
anqas minn żewġ terzi ta’ dak l-ogħla ħlas pensjonabbli.
Il-pensjonanti 
huma suġġetti li 
jiġu msejħin għal 
impieg ieħor. 
Emendat: 
XXII. 1976.4;
XLIX. 1981.6; 
IX. 1990.5.
11. (1) Kull pensjoni mogħtija taħt din l-Ordinanza hija
suġġetta għall-kondizzjoni illi kemm-il darba jew sakemm l-
uffiċjal ma jkunx għalaq l-età  ta’ ħamsin sena, huwa jista’, jekk
ikun jiflaħ għas-servizz, jiġi msejjaħ mill-Prim Ministru biex
jaċċetta, minflok il-pensjoni tiegħu, kariga mhux anqas fil-valur,
mill-kariga li huwa kellu fid-data ta’ l-għoti tal-pensjoni tiegħu.
(2) Jekk pensjonant hekk msejjaħ jirrifjuta li jaċetta l-kariga li
għaliha huwa jkun ġie magħżul, il-ħlas tal-pensjoni tiegħu jista’
jiġi miżmum sakemm huwa jilhaq l-età  ta’ ħamsin sena.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ma għandhomx
japplikaw għal pensjonant li rtira bħala membru tal-Korp tal-
Pulizija għal raġunijiet li ma humiex dawk elenkati fl-artikolu
7(1)(e).
Pensjoni ta’ 
uffiċjali milqutin 
bit-tilwima medika 
ta’ Ġunju 1977. 
Miżjud:
V. 1988.2.
11A. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3),
kull uffiċjal li kien fis-servizz ta’ Malta u li b’konsegwenza tat-
tilwima medika li wasslet għal azzjoni industrijali li nbdiet fit-2 ta’
Ġunju 1977, kellu s-servizz tiegħu mitmum jew ġie sospiż minn
dak is-servizz jew b’xi mod ieħor tilef l-impieg tiegħu mal-Gvern,
jista’ madankollu jingħata dik il-pensjoni jew gratifikazzjoni għal
servizz effettiv.
(2) Dak l-uffiċjal għandu jkun biss intitolat -
(a) għal dik il-gratifikazzjoni b’seħħ mid-19 ta’ Ġunju,
1987; u
(b) għal dik il-pensjoni -
(i) b’seħħ mid-19 ta’ Ġunju, 1987, jekk ikun laħaq
l-età  ta’ sittin sena f’dik jew qabel dik id-data;
jew
(ii) jekk ikun laħaq l-età  ta’ sittin sena f’dik jew
qabel dik id-data u jkun rega’ ġie mpjegat,
b’seħħ mid-data li fiha jkun irtira; jew
(iii) jekk ma jkunx laħaq l-età  ta’ sittin sena fid-19
ta’ Ġunju, 1987, u ma jkunx reġa’ kompla fis-
servizz, b’seħħ mid-data li fiha jkun laħaq dik l-
età ; jew
(iv) jekk ma jkunx laħaq l-età  ta’ sittin sena fid-19
ta’ Ġunju, 1987, u jkun reġa’ kompla fis-servizz,
  10      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
b’seħħ mid-data li fiha jkun irtira;
u dik il-pensjoni jew gratifikazzjoni għandha, għar-rigward ta’ l-
uffiċjali msemmija fil-paragrafu (a) u fil-paragrafu (b)(i) u (iii),
tinħadem daqslikieku kien irtira mis-servizz f’Malta fil-jum li jiġi
wara l-aħħar jum tiegħu ta’ servizz effettiv.
(3) Kull servizz mogħti qabel ma s-servizz ikun ġie maqtugħ
jista’ jiġi kkalkolat għall-pensjoni flimkien maż-żmien tas-servizz
wara li dan ikun ġie maqtugħ u d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b)
tal-proviso tar-regolament 8 tar-Regolamenti dwar il-Pensjonijiet
ma għandhomx japplikaw, jekk il-qtugħ tas-servizz - 
Kap. 452.
(a) ikun dovut għat-temm ta’ servizz taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali b’konsegwenza tat-tilwima
medika msemmija fis-subartikolu (1); jew
(b) xort’oħra jkun konsegwenza tat-tilwima medika
msemmija.
(4) Meta l-grad jew il-kategorija li fiha kien impjegat xi
uffiċjal bħal dak li hemm imsemmijin fis-subartikolu (1) ma jkunux
għadhom jeżistu kif kienu qabel jew ikunu ġew assorbiti fi grad
ieħor jew f’kategorija oħra, u dak l-uffiċjal ikun ta avviż lis-
Suprintendent tas-Saħħa sad-19 ta’ Lulju, 1987, ta’ l-intenzjoni
tiegħu li jerġa’ jkompli s-servizz jew jaċċetta l-impieg mill-ġdid,
iżda jkun irrifjuta li jaċċetta l-offerta magħmula lilu sabiex jerġa’
jkompli s-servizz jew sabiex jaċċetta l-impieg mill-ġdid fi grad jew
kategorija ekwivalenti taħt il-kundizzjonijiet ta’ dik il-kariga,
jistgħu, fejn ikunu japplikaw, japplikaw id-disposizzjonijiet dwar
it-tneħħija ta’ kariga li jinsabu f’din l-Ordinanza:
Iżda pensjoni li tingħata b’konsegwenza tat-tneħħija ta’
kariga għandha titħallas biss b’seħħ mid-19 ta’ Ġunju, 1987 u
għandha tinħadem daqslikieku dik it-tneħħija ta’ kariga seħħet fl-
aħħar jum tas-servizz effettiv ta’ mpieg.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19 għandhom ikunu
japplikaw dwar dak l-uffiċjal hekk kif inhu indikat fis-subartikolu
(1), li miet fit-2 ta’ Ġunju, 1977, jew f’data wara.
Effett ta impieg 
mill-ġdid fuq il-
pensjoni.
Emendat:
XXII. 1976.4.
12. Jekk uffiċjal li jkun ġie mogħti pensjoni taħt din l-
Ordinanza jiġi maħtur għal kariga oħra fis-servizz ta’ Malta, u wara
jirtira f’ċirkostanzi li taħthom jista’ jiġi mogħti pensjoni, tista’
tingħata lilu, minflok il-pensjoni li kien imissu qabel, pensjoni
magħduda bħallikieku l-perijodi tas-servizz kienu kontinwi, u din
il-pensjoni tista’ tiġi kkalkolata fuq il-ħlas tiegħu pensjonabbli ta’
meta kien irtira l-ewwel darba jew ta’ meta fl-aħħar irtira għal
kollox mis-servizz ta’ Malta, liema minnhom tkun l-akbar:
Iżda jekk meta huwa irtira mis-servizz l-ewwel darba, ġie
mogħti gratifikazzjoni u pensjoni mnaqqsa, il-gratifikazzjoni, jekk
ikun il-każ, li għandha titħallas lilu meta fl-aħħar jirtira għal
kollox, għandha titnaqqas bl-ammont tal-gratifikazzjoni li jkun
irċieva qabel.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      11
Effett ta’ impieg 
mill-ġdid fuq il-
gratifikazzjoni.
Emendat: 
XXII. 1976.4.
13. Jekk uffiċjal li jkun ġie mogħti gratifikazzjoni mingħajr
pensjoni taħt din l-Ordinanza jerġa’ jiġi maħtur għal xi kariga fis-
servizz ta’ Malta, is-servizz tiegħu ta’ qabel jista’ jiġi kkalkolat
għall-finijiet tal-pensjoni, jekk huwa jagħti lura l-gratifikazzjoni
meta jerġa’ jiġi hekk impjegat.
Uffiċjali tal-Gvern 
maħtura għal 
impiegi fl-
Università  u li, 
wara, jerġgħu 
jidħlu fis-servizz 
tal-Gvern. 
Miżjud:
XLVI. 1948.4. 
Emendat:
A.L. 148 ta' l-1975.
14. Jekk xi uffiċjal li jkun ingħatalu l-permess li jitlaq mill-
impieg tiegħu fis-servizz ta’ Malta biex jieħu impieg tal-ħin kollu
fl-Università  ta’ Malta jerġa jiġi wara mqabbad f’impieg fis-servizz
ta’ Malta wara li jkunu għaddew mhux iżjed minn tliet xhur mid-
data li fiha jkun telaq mill-impieg tiegħu tal-ħin kollu fl-Università
ta’ Malta, iż-żmien fustani tas-servizz tiegħu fl-Università  ta’
Malta għandu, flimkien ma’ dak iż-żmien minnufih ta’ wara ta’
mhux iżjed minn tliet xhur skond il-kalendarju, jitqies, għall-
finijiet ta’ l-għadd ta’ pensjoni, li huwa leave mingħajr ħlas mhux
mogħti fuq raġunijiet ta’ espedjenza pubblika:
Basta illi l-uffiċjal ikun irtira mill-Università  ta’ Malta
għalbiex jerġa’ minnufih jidħol fis-servizz ta’ Malta.
Il-pensjonijiet, 
eċċ., ma jistgħux 
jiġu ċeduti, eċċ. 
Kap. 12.
15. Ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance mogħtija taħt
din l-Ordinanza ma tista’ tiġi ċeduta jew ittrasferuta jew maqbuda,
issekwestrata jew tkun suġġetta għal atti ġudizzjarji minħabba jew
dwar dejn jew jedd ieħor, ħlief sa fejn igħoddu d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 381(3) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Il-pensjoni, eċċ., 
tispiċċa f’każ ta’ 
falliment.
Emendat:
XIII. 1948.2; 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68;
XLIX. 1981.6.
16. Jekk uffiċjal li jkun ġie mogħti pensjoni jew allowance taħt
din l-Ordinanza jfalli, din il-pensjoni jew allowance tispiċċa
minnufih:
Iżda f’kull każ bħal dan, meta l-pensjoni jew l-allowance
tispiċċa minħabba l-falliment tal-pensjonant, il-President ta’ Malta,
minn żmien għal ieħor, matul il-bqija tal-ħajja ta’ dan il-pensjonant
jew matul dak il-perijodu jew perijodi aqsar, sew sħaħ kemm
maqtugħin, kif il-President ta’ Malta jidhirlu xieraq, jista’ jordna
illi l-flus kollha jew biċċa minnhom illi għalihom dan il-pensjonant
kien ikollu l-jedd bħala pensjoni jew allowance li kieku ma falliex,
jiġu mħallsa lil, jew jingħataw għall-manteniment jew għajnuna
jew għall-ġid tal-persuni kollha hawn imsemmija, jew ta’ xi waħda
minnhom, b’esklużjoni ta’ l-oħra jew ta’ l-oħrajn, jiġifieri l-istess
pensjonant u l-mara u t-tfal tiegħu, f’dik il-proporzjon jew b’dak il-
mod li l-President ta’ Malta jidhirlu xieraq, u dawn il-flus
għandhom jitħallsu jew jingħataw kif imsemmi.
Il-pensjoni, eċċ., 
tispiċċa wara 
kundanna. 
Emendat: 
XIII. 1948.2; 
VI. 1958.7; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68.
17. Jekk uffiċjal li jkun ġie mogħti pensjoni jew allowance
oħra taħt din l-Ordinanza jiġi kkundannat għal żmien ta’
priġunerija minn qorti kompetenti sew f’Malta jew barra minn
Malta għal delitt jew reat, f’kull każ bħal dan, il-President ta’ Malta
jista’ jordna illi din il-pensjoni jew allowance tispiċċa minnufih:
Iżda l-pensjoni jew allowance terġa’ f’kull każ tiġi
mogħtija b’effett retroattiv meta persuna, wara li tiġi misjuba ħatja,
taqla’, fi żmien jew ieħor, il-maħfra assoluta:
Iżda wkoll, meta tinżamm il-pensjoni jew l-allowance għar-
raġuni hawn fuq imsemmija, il-President ta’ Malta jista’ jordna illi
  12      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
s-somma kollha jew biċċa minnha li għaliha l-pensjonant kien
ikollu l-jedd bħala pensjoni jew allowance, titħallas lil jew tiġi
applikata għall-gid tal-mara u tat-tfal tal-pensjonant jew, wara li
jiskonta l-kundanna, ukoll għall-ġid tal-pensjonant innifsu, sewwa
sew bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet u restrizzjonijiet
bħal fil-każ ta’ falliment kif ingħad qabel hawn fuq.
Pensjoni eċċ., tkun 
imnaqqsa f’ċerti 
ċirkostanzi. 
Emendat:
XIII. 1948.2;
VI. 1958.2;
VI. 1959.3;
XXV. 1962.2.
Sostitwit: 
VIII. 1975.2.
Emendat:
IX. 1990.6.
18. (1) B’seħħ mill-1 ta’ Marzu, 1975, uffiċjal, li jirtira għal
raġunjiet elenkati fl-artikolu 7(1)(e), li lilu sew qabel jew wara l-
imsemmija data, tkun ingħatat pensjoni jew allowance oħra taħt din
l-Ordinanza u li jkun qed jirċevi -
(a) xi rimunerazzjoni dwar xi impieg, jew xi servizzi
mogħtija, jew xi kariga miżmuma; jew
(b) xi dħul li jkun ġej mill-eżerċizzju ta’ kummerċ,
negozju, professjoni jew vokazzjoni; jew
(ċ) xi dħul li jkun ġej minn xi pensjoni, allowance jew
ħlas ieħor dwar xi impieg, servizz jew kariga kif intqal
qabel,
ikollu sakemm jilhaq l-età ’ ta’ sittin sena, jew jekk dak l-uffiċjal
jirtira bħala membru tal-Korp tal-Pulizija sakemm jilħaq l-età ’ ta’
ħamsa u ħamsin sena, jew sal-ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ l-
ewwel ħatra tiegħu bħala membru tal-Korp tal-Pulizija, skond
liema jiġi l-ewwel, il-pensjoni tiegħu jew l-allowance l-oħra
mnaqqsa bl-ammont li bih id-dħul totali stabbilit skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu jkun iżjed mis-salarju li
f’dak iż-żmien jitħallas dwar il-kariga miżmuma minn dak l-
uffiċjal meta rtira, billi jitqiesu biss, jekk dak is-salarju jkun
b’żidiet inkrimentali, dawk iż-żidiet korrispondenti li jkunu ttieħdu
qabel dak l-irtir, jew, jekk dak il-post ikun ġie abolit, dwar post
analogu:
Iżda l-pensjoni jew allowance oħra fis-sena m’għandha
f’ebda każ titnaqqas għal anqas mis-somma ta’ mija u ħamsin lira
fil-każ ta’ uffiċjal li rtira qabel l-1 ta’ Marzu, 1975 jew mis-somma
ta’ ħamsin lira fil-każ ta’ uffiċjal li rtira f’dik id-data jew wara; u
jekk il-pensjoni jew allowance oħra fis-sena ma tkunx iżjed mill-
iżgħar somma li għandha titħallas kif ingħad qabel ebda tnaqqis
m’għandu jsir minnha.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, id-dħul
totali għandu jiġi stabbilit billi jingħaddu flimkien -
(a) il-pensjoni jew allowance oħra, mhux kommutata, li
kienet tiġi riċevuta taħt din l-Ordinanza, kieku ma
kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu; u
(b) kull rimunerazzjoni jew dħul kif imsemmi fis-
subartikolu (1)(a), (b) jew (ċ), jew dawk ir-
rimunerazzjoni u dħul flimkien, u
billi jitnaqqsu minnhom -
(i) fil-każ ta’ uffiċjal li rtira qabel l-1 ta’ Marzu,
1975, is-somma ta’ mija u ħamsin lira fis-sena; u
(ii) fil-każ ta’ uffiċjal li rtira fl-imsemmija data jew
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      13
wara, is-somma ta’ ħamsin lira fis-sena.
(3) Kull tnaqqis fil-pensjoni jew f’allowance oħra taħt is-
subartikolu (1) għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-pensjoni jew
allowance oħra, ir-rimunerazzjoni jew income ieħor, u s-salarju, li
għandhom jiġu irċevuti matul perijodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa
fil-3l ta’ Diċembru, iżda bla ħsara għal kull aġġustament li jista’
ikun jew li jista’ jsir meħtieġ għal xi raġuni tkun li tkun, u safejn
ikun prattikabbli, għandu jsir mill-ħlasijiet ta’ kull xahar jew
ħlasijiet oħra perjodiċi tal-pensjoni jew allowance oħra.
(4) Kull uffiċjal li għalih japplika s-subartikolu (1) għandu
mingħajr dewmien igħarraf lill-Accountant General, u jżomm lill-
Accountant General mgħarraf f’kull żmien, biċ-ċirkostanzi kollha
li jagħmlu l-imsemmi subartikolu (1) applikabbli għalih u l-limiti
safejn huma hekk applikabbli, u b’kull tibdil fiċ-ċirkostanzi jew fl-
imsemmija limiti, u għandu jagħti lill-Accountant General, meta
jkun mitlub it-tagħrif kollu rilevanti; u jekk dak l-uffiċjal jonqos li
jħares xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, kull
pensjoni jew allowance oħra li għaliha huwa jista’ jkollu dritt
tieqaf minnufih:
Iżda jekk tingħata raġuni tajba, il-pensjoni jew l-allowance
l-oħra tista’ terġa’ tingħata b’effett retroattiv jew mingħajru, mill-
President ta’ Malta.
Gratifikazzjoni 
meta uffiċjal jmut 
fis-servizz jew 
wara l-irtir. 
Emendat:
XV. 1944.2;
XXVI. 1946.2;
VI. 1958.2. 
Sostitwit:
I. 1962.5. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
XXII. 1976.2.
19. (1) Meta uffiċjal b’kariga pensjonabbli li ma jkunx taħt
prova jew b’kuntratt, jew uffiċjal b’kariga mhix pensjonabbli li fiha
jkun ġie konfermat, imut waqt li jkun fis-servizz taħt il-Gvern ta’
Malta, il-President ta’ Malta jista’ jagħti lir-rappreżentant legali
tiegħu gratifikazzjoni ta’ ammont ta’ mhux iżjed mill-ħlasijiet
pensjonabbli annwali tiegħu jew gratifikazzjoni tal-pensjoni
kommutata tiegħu, jekk ikun hemm, liema tkun l-ikbar.
(2) Meta uffiċjal imut wara l-irtir mis-servizz taħt il-Gvern ta’
Malta wara li jkun ġie mogħti, jew wara li jkun intitolat għal,
pensjoni skond din l-Ordinanza u s-somom imħallsa jew li
għandhom jitħallsu lilu fid-data tal-mewt tiegħu akkont ta’ dik il-
pensjoni magħduda kull somma mogħtija bħala gratifikazzjoni
skond ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar il-Pensjonijiet, iżda
mhux magħduda xi pensjoni addizzjonali mogħtija skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 4(1) tar-Regolamenti dwar il-
Pensjonijiet ikunu inqas fit-total mill-ammont tal-ħlasijiet
pensjonabbli annwali tiegħu, il-President ta’ Malta jista’ jagħti
gratifikazzjoni daqs in-nuqqas lir-rappreżentant legali tiegħu.
 (3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
jgħoddu fil-każ tal-mewt ta’ xi uffiċjal meta benefiċċji li
jikkorrispondu għall-benefiċċji li jistgħu jingħataw skond dan l-
artikolu għandhom jitħallsu bis-saħħa ta’ l-Overseas
Superannuation Scheme dwar dik il-mewt.
(4) F’dan l-artikolu -
(a) "ħlasijiet pensjonabbli annwali" tfisser il-ħlasijiet li
jittieħdu għall-fini ta’ kalkolu ta’ xi pensjoni jew
gratifikazzjoni mogħtija lill-uffiċjal skond din l-
Ordinanza jekk fid-data tal-mewt tiegħu jkun irtira
  14      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
mis-servizz pubbliku minħabba mard;
(b) "gratifikazzjoni ta’ pensjoni kommutata" tfisser
gratifikazzjoni, jekk ikun hemm, li setgħet tingħata
lill-uffiċjal skond ir-regolament 4 tar-Regolamenti
dwar il-Pensjonijiet jekk is-servizz pensjonabbli li
kien jittieħed għall-fini ta’ kalkolu ta’ xi pensjoni jew
gratifikazzjoni mogħtija lilu skond din l-Ordinanza
kien kollu f’Malta u jekk, fil-każ ta’ uffiċjal bħal dak
kif deskritt fis-subartikolu (1), fid-data tal-mewt
tiegħu kien irtira mis-servizz pubbliku minħabba mard
u kien għażel li jirċievi gratifikazzjoni u pensjoni
mnaqqsa jew, fil-każ ta’ uffiċjal bħal dak kif deskritt
fis-subartikolu (2), kien qabel id-data ta’ l-irtir tiegħu
għażel li jirċievi gratifikazzjoni massima u pensjoni
mnaqqsa korrispondenti.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu uffiċjal li ma jkunx ġie
konfermat fil-kariga tiegħu u li jmut fiċ-ċirkostanzi msemmija fir-
regolament 15 tar-Regolamenti dwar il-Pensjonijiet għandu jitqies
li jkun ġie konfermat fil-kariga tiegħu.
Kap. 16.
(6) L-għoti ta’ xi gratifikazzjoni skond is-subartikolu (1) jew
(2) jew xi regolamenti magħmula skond din l-Ordinanza, lir-
rappreżentant legali ta’ uffiċjal mejjet, ma għandux jitqies li jolqot
xi dritt ta’ l-armla skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar
il-komunjoni ta’ l-akkwisti.
Riserva dwar 
membri tal-Korp 
tal-Pulizija. 
Miżjud:
XIII. 1939.5.
20. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, xejn f’din
l-Ordinanza ma jippregudika l-jedd miżmum taħt l-artikolu 4 ta’ l-
Ordinanza ta’ l-1939 li temenda l-Ordinanza dwar il-Korp tal-
Pulizija, favur persuni li jkunu jservu fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta’
April, 1937 jew wara u li daħlu fil-Korp tal-Pulizija qabel l-1 ta’
Frar 1939, li, għall-finijiet ta’ pensjoni, jingħadd is-servizz ċivili
jew militari ta’ qabel id-data tal-ħatra tagħhom, fil-Pulizija.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordinanza. 
Emendat:
XIII. 1939.6; 
XXII. 1976.4. 
Sostitwit: 
XII. 1979.2.
21. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għandhom
japplikaw għall-uffiċjali kollha maħturin għas-servizz pubbliku ta’
Malta wara l-bidu fis-seħħ ta’ din l-Ordinanza iżda qabel il-15 ta’
Jannar, 1979, u ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance ma
għandha titħallas skond din l-Ordinanza, u ebda ħlas ieħor ma
għandu jsir skond l-istess Ordinanza, lil xi persuna li ma kenitx
uffiċjal qabel l-imsemmija data, jew lill-armla, iben jew qraba oħra
ta’ xi persuna bħal dik:
Iżda -
(i) dwar persuni li, għalkemm mhux uffiċjali, kienu
fis-servizz pubbliku qabel il-15 ta’ Jannar, 1979,
u dwar l-armla, l-ulied jew qarib ieħor ta’ xi
persuna bħal dik, id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza għandhom japplikaw b’dak il-mod u
sa dak il-limitu kif ikun meħtieġ sabiex jingħata
effett lil arrangamenti dwar dawk il-persuni li
jkunu saru qabel dik id-data;
(ii) kull persuna maħtura mal-Korp tal-Pulizija
qabel l-1 ta’ Frar, 1939, tista’, billi tagħti avviż
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      15
bil-miktub lill-Ministru responsabbli għall-
finanzi, tagħżel li l-liġi applikabbli għaliha qabel
dik id-data tibqa’ hekk tapplika; u
(iii) id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma
għandhomx japplikaw fil-każ ta’ uffiċjal li
dwaru, bis-saħħa ta’ avviż mogħti skond l-
artikolu 5 ta’ l-Ordinanza ta’ l-1939 li temenda
l-Liġi tal-Korp tal-Pulizija, japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mħassra b’dik l-
Ordinanza.
Pensjonijiet 
mogħtija taħt 
liġijiet ta’ qabel.
22. Il-pensjonijiet mogħtija lil persuni li rtiraw mis-servizz
pubbliku qabel il-bidu ta’ din l-Ordinanza jibqgħu regolati mill-
Ordinanzi u regolamenti li taħthom ġew mogħtija.
Is-servizz fi gwerra 
jgħodd għall-
finijiet tal-
pensjoni.
Miżjud: 
XXXI. 1940.2.
Emendat: 
XIII. 1948.2;
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2;
LVIII. 1974.68; 
XXII. 1976.4.
23. Meta uffiċjal ikun serva fil-Forzi Armati ta’ Malta fi żmien
ta’ gwerra, iseħħu dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) matul iż-żmien ta’ dak is-servizz fl-imsemmija Forzi,
kompriż kull żmien wara t-tmiem tal-gwerra (f’dan l-
artikolu msejjaħ bħala "servizz militari"), huwa jitqies,
għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, li kien bil-leave bil-
paga sħiħa mis-servizz pubbliku li fih kien l-aħħar
impjegat, u li baqa’ fil-kariga effettiva li kien fiha l-
aħħar f’dak is-servizz, qabel is-servizz militari;
(b) matul iż-żmien bejn li jkun ħalla s-servizz pubbliku
sabiex iservi fl-imsemmija Forzi u d-data li fiha jibda
s-servizz militari tiegħu, huwa, għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, jitqies li jkun bil-leave mingħajr paga,
mhux mogħti għal raġunijiet ta’ interess pubbliku,
mis-servizz pubbliku li fih kien impiegat l-aħħar u li
baqa’ fil-kariga effettiva li kien fiha l-aħħar f’dak is-
servizz, qabel is-servizz militari; u matul iż-żmien,
bejn it-tmiem tas-servizz militari tiegħu u d-data li fiha
jerġa’ jidħol fis-servizz pubbliku huwa, għall-istess
finijiet, jitqies li jkun bil-leave kif jingħad hawn fuq
mis-servizz, u li baqa’ fil-kariga effettiva, li fiha jerġa’
jkun impjegat:
Iżda -
(i) dan l-artikolu ma jgħoddx meta ż-żmien il-
wieħed jew l-ieħor imsemmi fil-paragrafu (b)
jiskorri tliet xhur, jew żmien itwal li l-President
ta’ Malta jista’ jistabbilixxi f’xi każ speċjali;
jew jekk l-uffiċjal jonqos, wara li jkun iservi fl-
imsemmija Forzi, li jerġa’ jidħol fis-servizz
pubbliku ħlief fil-każ ta’ ċirkostanzi li taħthom
kien ikun jista’, bis-saħħa tal-liġi li tgħodd għas-
servizz pubbliku li fih hu kien l-aħħar impjegat
qabel is-servizz militari, jirtira bil-pensjoni jew
bi gratifikazzjoni; u basta li dawn iċ-ċirkostanzi
jinqalgħu mhux wara li jagħlaq iż-żmien ta’ tliet
xhur, jew żmien itwal li jista’ jiġi stabbilit kif
jingħad hawn fuq, wara t-tmiem tas-servizz
militari;
  16      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
(ii) jekk matul iż-żmien imsemmi fil-paragrafu (a) l-
uffiċjal ikun ikkwalifika għall-pensjoni, jew
ikun irċieva flus minflok il-jeddijiet għall-
pensjoni, għal servizz militari, il-paragrafu (a),
dwar dak iż-żmien, ikollu l-effett daqs li kieku l-
kelmiet "1eave mingħajr paga mhux mogħti għal
raġunijiet ta’ interess pubbliku" kienu mbiddla
fil-kelmiet "leave bil-paga sħiħa";
(iii) jekk matul is-servizz militari tiegħu l-uffiċjal
ikun ġie ferut jew maqtul, huwa ma jitqiesx,
għall-finijiet tar-regolamenti 14 u 15 tar-
regolamenti li jinsabu fl-Iskeda ma’ din l-
Ordinanza, li ġie ferut jew maqtul fil-qadi tad-
dmirijiet tiegħu;
(iv) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu li bis-saħħa
tagħhom l-uffiċjal għandu jitqies li kellu kariga
speċifikata u li kien bil-leave minn servizz
speċifikat, ma jgħoddux għaż-żmien li fih kellu
fil-fatt kariga oħra effettiva u kien bil-leave
minn xi servizz pubbliku;
(v) ħlief fejn f’xi każ partikolari l-President ta’
Malta jordna xort’oħra, dan l-artikolu ma
jgħoddx meta l-kariga fis-servizz pubbliku li l-
uffiċjal kellu l-aħħar qabel is-servizz militari ma
kenitx kariga pensjonabbli.
L-ISKEDA
REGOLAMENTI DWAR IL-PENSJONIJIET
REGOLAMENTI ĠENERALI
Titolu fil-qosor. 1. Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu Regolamenti dwar il-
Pensjonijiet.
Lil min u b’liema 
rati jingħataw il-
pensjonijiet.
Emendat: 
N.G. 140 ta’ l-
1949; 
A.L. 1 ta’ l-1962;
A.L. 3 ta’ l-1966; 
A.L. 65 ta’ l-1967;
IX. 1990.7.
2. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-
Pensjonijiet, iżjed ’il quddiem imsejħa l-Ordinanza, u ta’ dawn ir-
Regolamenti, lil kull uffiċjal li għandu kariga pensjonabbli f’Malta
u li jkun ilu fis-servizz ta’ Malta f’kariga ċivili għal għaxar snin
jew iżjed, tista’ tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn ħames
mija u erbgħin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’
servizz pensjonabbli, suġġetta għall-limitazzjoni msemmija fl-
artikolu 10 ta’ l-Ordinanza:
Iżda fil-każ ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija dik il-pensjoni
għandha tkun bir-rata ta’ waħda minn erba’ mija u ħamsin tal-
ħlasijiet pensjonabbli tiegħu għal kull xahar komplut ta’ servizz
pensjonabbli, salvi l-limiti msemmija fl-artikolu 10 ta’ l-
Ordinanza. 
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      17
Pensjonijiet lill-
imħallfin. 
Emendat:
N.G. 128 ta’ l-
1939; 
A.L. 3 ta’ l-1966; 
A.L. 55 ta’ l-1970;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
A.L. 20 ta’ l-1981; 
VIII. 1990.3;
XVI. 1997.9.
3. (1) Lil kull imħallef tal-Qrati Superjuri illi, wara mhux
anqas minn seba’ snin f’dik il-kariga jkollu jirtira minħabba mard
tal-moħħ jew tal-ġisem jew ikun laħaq l-età ’ ta’ sittin sena, tista’
tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn tliet mija u sittin tal-ħlas
tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz bħala mħallef
sakemm titlaħħaq l-ogħla rata ta’ żewġ terzi; iżda l-anqas rata ta’
pensjoni mogħtija lil imħallef m’għandhiex tkun anqas mir-rata ta’
mija u għoxrin minn tliet mija u sittin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli.
(2) Imħallef tal-Qrati Superjuri li, qabel ma jkun ġie maħtur
għall-kariga ta’ mħallef, ikun serva f’xi kariga oħra fis-servizz ta’
Malta u li b’kollox ma jkollux anqas minn għaxar snin servizz,
inkluż iż-żmien li fih ikun serva bħala mħallef, jista’ jagħżel
pensjoni bir-rata ta’ waħda minn tliet mija u sittin tal-ħlas tiegħu
pensjonabbli bħala mħallef għal kull xahar sħiħ tas-servizz tiegħu
fi kwalunkwe kariga.
(3) Lill-Avukat Ġenerali, wara mhux anqas minn seba’ snin
servizz f’dik il-kariga, jekk ikollu jirtira minħabba mard tal-moħħ
jew tal-ġisem jew meta jkun laħaq l-età  ta’ sittin sena, tista’
tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn tliet mija u sittin tal-ħlas
tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz tiegħu f’dik il-
kariga, sakemm titlaħħaq l-ogħla rata ta’ żewġ terzi:
Iżda l-anqas rata ta’ pensjoni mogħtija lill-Avukat Ġenerali
m’għandhiex tkun anqas mir-rata ta’ mija u għoxrin minn tliet mija
u sittin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli.
(4) Jekk l-Avukat Ġenerali, qabel ma jkun ġie hekk maħtur,
ikun serva f’xi kariga oħra fis-servizz ta’ Malta u b’kollox ma
jkollux anqas minn għaxar snin servizz, inkluż iż-żmien li fih serva
bħala Avukat Ġenerali, jista’ jagħżel pensjoni bir-rata ta’ waħda
minn tliet mija u sittin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli bħala Avukat
Ġenerali għal kull xahar sħiħ tas-servizz tiegħu fi kwalunkwe
kariga.
(5) Lil maġistrat tal-Qrati tal-Maġistrati li jkun ilu fis-servizz
ta’ Malta f’kariga ċivili għal għaxar snin jew iżjed, jekk ikollu
jirtira minħabba mard tal-moħħ jew tal-ġisem jew meta jkun laħaq
l-età ’ ta’ sittin sena, tista’ tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn
tliet mija u sittin tal-ħlas tiegħu pensjonabbli għal kull xahar sħiħ
ta’ servizz pensjonabbli, sakemm titlaħħaq l-ogħla rata ta’ żewġ
terzi. 
(6) L-Awditur Ġenerali u/jew, id-Deputat Awditur Ġenerali li,
minnufih qabel il-ħatra tagħhom bħala tali, kienu eliġibbli għal
pensjoni bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, jekk huma jiġġegħlu
jtemmu ż-żmien tal-kariga tagħhom minħabba mard tal-moħħ jew
tal-ġisem u malli jagħmlu dan jirtiraw mis-servizz, jew ikunu laħqu
l-età  ta’ sittin sena ma’ l-iskadenza ta’, jew wara, dak iż-żmien
mingħajr ma jkun dak iż-żmien ġie minnufih imġedded jew
imtawwal, jistgħu jagħżlu pensjoni bir-rata ta’ waħda minn tliet
mija u sittin tal-ħlas tagħhom pensjonabbli bħala Awditur Ġenerali
u/jew Deputat Awditur Ġenerali għal kull xahar sħiħ ta’ servizz
pensjonabbli fi kwalunkwe kariga fis-servizz ta’ Malta.
  18      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
Gratifikazzjoni u 
pensjoni mnaqqsa.
Sostitwit:
N.G. 357 ta’ l-
1947.
Emendat:
A.L. 7 ta’ l-1961;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68;
XXII. 1976.4.
4. (1) Kull uffiċjal li lilu tingħata pensjoni taħt l-Ordinanza
jista’ jiġi mogħti, skond ma jagħżel, kif jingħad iżjed ’il quddiem,
flok din il-pensjoni, pensjoni bir-rata ta’ tliet kwarti ta’ din il-
pensjoni flimkien ma’ gratifikazzjoni li tkun daqs tnax-il darba u
nofs l-ammont li hekk jitnaqqas mill-pensjoni:
Iżda jekk uffiċjal li jkun hekk għażel jirtira f’età  ta’ iżjed
minn sittin sena, din il-pensjoni għandha tkun bir-rata ta’ tliet
kwarti tal-pensjoni li tingħata taħt ir-regolament 2 biż-żieda ta’
wieħed u għoxrin mill-kwart li jifdal għal kull sena sħiħa ta’
servizz wara li jilhaq l-età  ta’ sittin sena, flimkien ma’
gratifikazzjoni li tkun daqs tnax-il darba u nofs l-ammont li bih il-
pensjoni hekk ikkalkolata tkun nieqsa biex tlaħħaq il-pensjoni li
tingħata taħt ir-regolament 2.
(2) Il-għażla msemmija fis-subregolament (1) ta’ dan ir-
regolament tista’ ssir, u jekk tkun saret tista’ titħassar, mhux wara
l-jum li jaħbat sew sew qabel il-jum li fih dak l-uffiċjal jirtira:
Iżda jekk l-uffiċjal ma jagħmilx il-għażla qabel il-jum li
jaħbat qabel il-jum li fih jirtira, il-President ta’ Malta jista’, jekk
ikun jidhirlu fiċ-ċirkostanzi kollha li jkun sewwa li jagħmel hekk,
iħallih li jagħmel il-għażla jew li jħassar dik il-għażla li jkun
għamel qabel f’kull żmien bejn dak il-jum u l-jum attwali tal-għoti
ta’ pensjoni taħt l-Ordinanza.
(3) Mingħajr ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
ta’ dan ir-regolament, jekk uffiċjal ikun għamel il-għażla, id-
deċiżjoni tiegħu ma tkunx tista’ titħassar għal dik li hija pensjoni li
jmiss tingħata lilu taħt l-Ordinanza.
(4) Jekk uffiċjal li ma jkunx għamel il-għażla jmut wara li
huwa jkun irtira għal kollox iżda qabel ma tkun ingħatatlu pensjoni
taħt l-Ordinanza, il-President ta’ Malta ikun jista’ jagħti
gratifikazzjoni u pensjoni mnaqqsa kif dispost fis-subregolament
(1) daqs li kieku l-uffiċjal qabel mewtu kien għamel il-għażla.
Gratifikazzjonijiet 
meta ż-żmien ta’ 
servizz ma 
jintitolax għal 
pensjoni.
5. Kull uffiċjal, li kieku xort’oħra kien ikun intitolat għal
pensjoni, illi ma jkunx għalaq għaxar snin servizz, jista’ jiġi mogħti
gratifikazzjoni, bir-rata ta’ nofs xahar ħlas pensjonabbli għal kull
sitt xhur sħaħ ta’ servizz.
Gratifikazzjoni lil 
uffiċjal mara meta 
tiżżewweġ.
Miżjud: 
XXII. 1956.6.
Emendat: 
A.L. 65 ta’ l-1967.
Sostitwit: 
A.L. 34 ta’ 1971.
Emendat:
LVIII. 1974.68.
6. Meta uffiċjal mara li tkun ilha fis-servizz tal-Gvern ta’
Malta, sew f’kariga pensjonabbli sew le, għal perijodu ta’ mhux
inqas minn ħames snin, titlaq kariga pensjonabbli, li ma tkunx qed
tokkupa bi prova, għaliex tkun izżewġet jew tkun sejra tiżżewweġ,
tista’ tingħatalha gratifikazzjoni ta’ mhux iżjed minn waħda minn
tnax tal-ħlas pensjonabbli ta’ xahar għal kull xahar sħiħ ta’ servizz
jew inkella ħlas pensjonabbli ta’ sena, liema jkun l-anqas, wara li
hija fi żmien sitt xhur mid-data li titlaq mis-servizz jew f’kull
żmien itwal li l-President ta’ Malta jista’ jagħti f’xi każ partikolari,
tipproduċi prova sodisfaċenti taż-żwieġ tagħha.
Bidu ta’ servizz.  7. Is-servizz jitqies li jibda fid-data li fiha l-uffiċjal jibda
jdaħħal salarju jew nofs salarju mill-Kaxxa ta’ Malta.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      19
Is-servizz 
m’għandux ikun 
maqtugħ.
Emendat:
A.L. 38 ta’ l-1980; 
IX. 1990.7.
8. Is-servizz li għalih tista’ tingħata pensjoni jew
gratifikazzjoni m’għandux ikun maqtugħ, ħlief fil-każijiet li fihom
is-servizz ikun ġie maqtugħ minħabba li tneħħiet il-kariga jew ġie
sospiż għal xi żmien l-impieg, u mhux minħabba imġieba ħażina
jew irtir volontarju mill-impieg:
Iżda, iż-żmien ta’ servizz qabel ma s-servizz ikun ġie
maqtugħ jista’ jiġi kkalkolat għall-pensjoni, flimkien maż-żmien
tas-servizz wara li dan ikun ġie maqtugħ -
(a) jekk iż-żmien kollu ta’ bejn servizz u ieħor l-uffiċjal
ikun għaddih f’impieg ieħor fis-servizz tar-
Repubblika; jew
Kap. 452.
(b) jekk il-qtugħ tas-servizz ikun minħabba temm tas-
servizz taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrjali, u kull kumpens
li għandu jitħallas skond dawk id-disposizzjonijiet
ikun jew ġie rinunzjat jew tħallas lura qabel ma jibda
s-servizz wara l-qtugħ, u jekk il-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku hekk tirrakkomanda fl-interess
pubbliku; jew
(ċ) fil-każ ta’ uffiċjal li, wara li jkun irriżenja mis-servizz,
sussegwentement jissejjaħ lura fl-interess tas-servizz
minħabba l-interess pubbliku, u dik is-sejħa lura tkun
hekk ċertifikata mill-Prim Ministru.
Salarji li jitqiesu 
għal kalkolu ta’ 
pensjoni jew 
gratifikazzjoni. 
Sostitwit: 
N.G. 178 ta’ l-
1944. 
Emendat:
XXII. 1956.6.
Sostitwit: 
A.L. 1 ta’ l-1962. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68; 
IX. 1990.7.
9. (1) Għall-fini biex jiġi kalkolat l-ammont tal-pensjoni jew
gratifikazzjoni ta’ uffiċjal li kellu perijodu ta’ mhux anqas minn
tliet snin ta’ servizz pensjonabbli qabel l-irtir tiegħu -
(a) fil-każ ta’ uffiċjal li jkun żamm l-istess kariga għal
żmien ta’ tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-irtir
tiegħu, għandhom jitqiesu l-ħlasijiet pensjonabbli
annwali sħaħ li jkun igawdi f’dik id-data dwar dik il-
kariga;
(b) fil-każ ta’ uffiċjal li f’xi żmien matul dak il-perijodu
ta’ tliet snin ikun ġie trasferit minn kariga għal oħra,
iżda li l-ħlasijiet pensjonabbli tiegħu ma jkunux
tbiddlu minħabba dak it-trasferiment jew trasferimenti,
ħlief bil-għoti ta’ xi żieda fl-iskala, għandhom jitqiesu
l-ħlasijiet pensjonabbli annwali sħaħ li jkun igawdi
fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-kariga li kellu f’dak
iż-żmien; 
(ċ) f’każijiet oħra għandu jitqies it-terz tat-total tal-
ħlasijiet pensjonabbli li jkun igawdi l-uffiċjal dwar is-
servizzi tiegħu matul it-tliet snin tas-servizz tiegħu
minnufih qabel id-data ta’ l-irtir tiegħu:
Iżda -
(i) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ogħla ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu jkun igawdi fid-data
ta’ xi trasferiment f’dak iż-żmien ta’ tliet snin
għandhom jitqiesu dawk il-ħlasijiet pensjonabbli
annwali; u
  20      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
(ii) jekk dak it-terz ikun anqas mill-ħlasijiet
pensjonabbli annwali li hu kien igawdi fid-data
ta’ l-irtir tiegħu, kieku baqa’ f’xi kariga li
minnha ġie trasferit f’xi żmien matul dak il-
perijodu ta’ tliet snin, u kien irċieva ż-żidiet
kollha fl-iskala li, fil-fehma tal-President ta’
Malta, kienu jingħataw lilu, għandhom jitqiesu l-
ħlasijiet pensjonabbli annwali li kien ikun hekk
igawdi.
(2) Għall-fini biex jiġu stabbiliti skond is-subregolament (1) il-
ħlasijiet pensjonabbli li l-uffiċjal kellu jew kien ikollu, skond il-
każ, huwa għandu jitqies -
(a) li kien fis-servizz bil-ħlasijiet pensjonabbli sħaħ matul
il-perijodu ta’ tliet snin minnufih qabel id-data ta’ l-
irtir tiegħu; u
(b) li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda minħabba reviżjoni
ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli ta’ kull kariga
tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha titħallas matul
dak il-perijodu ta’ tliet snin.
(3) Għall-fini ta’ kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni jew
gratifikazzjoni ta’ uffiċjal li kellu perijodu ta’ anqas minn tliet snin
servizz pensjonabbli qabel l-irtir tiegħu -
(a) għandha titqies il-medja tal-ħlasijiet pensjonabbli
annwali li kellu matul dak il-perijodu;
(b) għandu jitqies li kien fis-servizz bil-ħlasijiet
pensjonabbli sħaħ matul dak il-perijodu; u
(ċ) għandu jitqies li kellu l-benefiċċju ta’ kull żieda
minħabba reviżjoni ta’ salarji fil-ħlasijiet pensjonabbli
ta’ kull kariga tiegħu bħallikieku dik iż-żieda kellha
titħallas matul dak il-perijodu.
(4) F’ebda ċirkostanzi ma għandhom il-ħlasijiet pensjonabbli li
għandhom jitqiesu jkunu iżjed mill-ħlasijiet pensjonabbli annwali
sħaħ li kellu l-uffiċjal fid-data ta’ l-irtir tiegħu dwar il-kariga li
jkollu dak iż-żmien.
(5) Fil-każ ta’ uffiċjal li għalih japplika r-regolament 10(1)(e),
id-data ta’ l-irtir tiegħu għandha:
(a) meta dak l-uffiċjal jilħaq l-età  ta’ l-irtir; jew
(b) meta fil-każ ta’ dak l-uffiċjal li kien tkeċċa meta kien
membru tal-Korp tal-Pulizija, dak l-uffiċjal kieku ma
kinitx għat-tkeċċija tiegħu, kien jagħlaq ħamsa u
għoxrin sena servizz; jew
(ċ) meta dak l-uffiċjal imut,
qabel ma t-tkeċċja tiegħu tkun ġiet dikjarata nulla mill-awtorità
kompetenti, titqies li tkun id-data meta dak l-uffiċjal jilhaq l-età  ta’
l-irtir, jew fil-każ imsemmi fil-paragrafu (b) id-data meta jkun
għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz, jew id-data meta jmut, skond
liema tiġi l-ewwel, u l-ħlasijiet pensjonabbli tiegħu li għandhom
jitqiesu għandhom ikunu dawk li hu kieku kien qiegħed jirċievi
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      21
f’dik id-data li kieku ma kienx hekk tkeċċa.
Kalkolu ta’ 
pensjonijiet. 
Emendat:
N.G. 448 ta’ l-
1948;
N.G. 600 ta’ l-
1955;
XIV. 1958.2;
XXV.1962.2; 
XXII. 1976.4;
A.L. 21 ta’ l-1987;
A.L. 27 ta’ l-1988;
IX. 1990.7.
10. (1) Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’ pensjoni jew
gratifikazzjoni ta’ uffiċjal, il-perijodi li ġejjin għandhom jitqiesu
bħala servizz pensjonabbli:
(a) il-perijodi li fihom huwa kien jattendi għax-xogħol;
(b) il-perijodu li fih irċieva nofs salarju mill-Kaxxa ta’
Malta matul il-vjaġġ lejn Malta meta ġie maħtur l-
ewwel darba;
(ċ) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave b’salarju sħiħ jew b’nofs salarju;
(d) il-perijodi li fihom huwa ma kienx jattendi għax-
xogħol bil-leave mingħajr salarju, mogħti minħabba
raġunjiet ta’ ħtieġa pubblika bl-approvazzjoni tal-
President ta’ Malta, u li fihom hu ma kienx ikkwalifika
għal pensjoni jew gratifikazzjoni rigward servizz
pubbliku ieħor;
*(e) kull perijodu wara t-tkeċċija mis-servizz, meta dik it-
tkeċċija tiġi sussegwentement dikjarata li kienet
invalida minn awtorità  kompetenti, sa:
(i) ż-żmien tad-dħul tiegħu mill-ġdid fl-istess
posizzjoni; jew
(ii) id-data meta dak l-uffiċjal ikun għalaq 30 sena
servizz, jew fil-każ ta’ uffiċjal li jkun tkeċċa
meta kien membru tal-Korp tal-Pulizija ħamsa u
għoxrin sena servizz; jew
(iii) id-data meta dak l-uffiċjal ikollu jirtira
minħabba fl-età ; jew
(iv) id-data meta dak l-uffiċjal imut,
skond liema jiġi l-ewwel.
U l-perijodi li fihom huwa kien nieqes bil-leave, minbarra
dawk imsemmijin hawn fuq, għandhom jitnaqqsu mis-servizz kollu
ta’ l-uffiċjal sabiex jintlaħaq il-perijodu ta’ servizz pensjonabbli
tiegħu.
(2) Jekk perijodu ta’ servizz f’kariga ċivili li għaliha meta
wieħed jirtira mis-servizz tista’ tingħata pensjoni taħt ir-regolament
16, ikollu minnufih warajh servizz f’kariga pensjonabbli, dan il-
perijodu jista’ jingħadd.
(3) Meta perijodu ta’ servizz f’kariga li għaliha tista’ tingħata
gratifikazzjoni taħt ir-regolament 18 ikollu minnufih warajh servizz
f’kariga pensjonabbli, dan il-perijodu jista’ jingħadd ukoll.
(4) Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni jew
gratifikazzjoni ta’ uffiċjal illi, matul xi perijodu tas-servizz tiegħu
f’kariga pensjonabbli f’Malta, kien fil-lista attiva tal-Forzi Armati
ta’ Malta, il-perijodu sħiħ, jew biċċa minnu, li matulu ebda
kontribuzzjoni għal pensjoni ma tkun tħallset minn Malta, jew, jekk
tħallset, tkun ġiet mogħtija lura, jista’ jingħadd.
*Ara l-artikolu 8 ta’ l-Att IX ta’ l-1990.
  22      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
*(5) Għall-finjiet tas-subregolament (1)(e) u tar-regolament
9(5), il-kelma "tkeċċija" għandha titqies li tinkludi "irtir
obbligatorju għal raġuni ta’ interess pubbliku" u l-kelma "tkeċċa"
għandha tiftiehem bl-istess mod.
Servizz magħmul 
fil-kariga ta’ 
ħaddieħor.
11. Meta uffiċjal jaġixxi flok ħaddieħor f’kariga pensjonabbli
f’Malta, iż-żmien ta’ dan is-servizz jista’ jingħadd bħala servizz
pensjonabbli:
Basta li -
(a) iż-żmien illi fih l-uffiċjal ikun aġixxa ma jkunx biċċa
mis-servizz pensjonabbli ta’ l-uffiċjal li qabel kien fil-
kariga, u m’għandux jiġi kkalkolat bħala biċċa mis-
servizz pensjonabbli ta’ dan l-uffiċjal f’servizz ieħor
pubbliku;
(b) sewwa sew qabel dan iż-żmien ta’ servizz jew sewwa
sew warajh ikun hemm servizz fi kwalità  effettiva
f’kariga pensjonabbli f’Malta.
Tneħħija ta’ kariga 
jew 
organizzazzjoni 
mill-ġdid ta’ 
kariga. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
12. Jekk uffiċjal f’kariga pensjonabbli jirtira jew jitneħħa mis-
servizz minħabba t-tneħħija tal-kariga tiegħu, inkella sabiex jagħti
lok li ssir ahjar l-organizzazzjoni tad-dipartiment li miegħu
jagħmel, biex b’hekk jista’ jkun hemm iżjed effiċjenza u
ekonomija, lil dan l-uffiċjal tista’ tingħata pensjoni:
Iżda, madankollu, jekk huwa jkun ilu fis-servizz ta’ Malta
għal anqas miż-żmien ta’ għaxar snin, meħtieġ biex jikkwalifikah
għal pensjoni, jista’ jiġi mogħti pensjoni kkalkolata skond ir-
regolament 2 bħallikieku ma kien hemm ebda żmien ta’ kwalifika:
Iżda wkoll din il-pensjoni tingħata taħt il-kondizzjoni illi
hu jista’ jerġa jiġi msejjaħ għas-servizz f’Malta:
Iżda, barra minn dan, jekk dan l-uffiċjal ma jkunx tajjeb
għal impieg ieħor fis-servizz pubbliku, jew jekk ma jkunx hemm
raġuni ta’ tama, fil-fehma tal-President ta’ Malta, illi fi żmien qasir
jista’ jerġa’ jiġi impjegat, tista’ tiġi lilu mogħtija pensjoni mingħajr
il-kondizzjoni msemmija hawn fuq.
Rati ta’ pensjoni 
meta karigi jiġu 
mneħħija.
13. Lill-uffiċjal li l-kariga tiegħu tiġi mneħħija, tista’ tingħata
żieda fil-pensjoni bir-rata ta’ waħda minn sittin tal-ħlas tiegħu
pensjonabbli fis-sena għal kull perijodu sħiħ ta’ tliet snin servizz
pensjonabbli:
Iżda -
(a) iż-żieda m’għandha f’ebda każ taqbeż il-għaxra minn
sittin; u
(b) ebda żieda m’għandha ssir b’mod illi tikkwalifika
uffiċjal għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla minn dak
li għalih huwa kien ikun ikkwalifikat b’tul ta’ servizz
meta jilħaq l-età  li fiha huwa jista’ jiġi mġiegħel li
jirtira, jew għal pensjoni ta’ valur fis-sena ogħla mill-
maximum stabbilit fl-artikolu 10 ta’ l-Ordinanza.
*Ara l-artikolu 8 ta’ l-Att IX ta’ l-1990.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      23
Uffiċjali li jirtiraw 
minħabba ħsara fil-
persuna.
Emendat: 
N.G. 177 ta’ l-
1943; 
VI. 1958.2; 
XXV.1962.2;
A.L. 1 ta’ l-1962;
A.L. 3 ta’ l-1966;
A.L. 65 ta’ l-1967;
LVIII. 1974.68; 
IX .1990.7.
14. (1) Meta uffiċjal tiġrilu ħsara permanenti fil-persuna -
(a) fil-waqt li jkun qiegħed jagħmel ix-xogħol tiegħu; u
(b) mingħajr ħtija tiegħu; u
(ċ) minħabba ħsara li tagħha tkun speċifikatament kaġun
ix-xorta tax-xogħol tiegħu, jew bħala riżultat ta’
għemil tal-għadu jew ta’ lqigħ mill-għadu, 
u b’hekk l-irtir tiegħu mis-servizz isir meħtieġ jew ikollu jsir wisq
qabel iż-żmien li jmiss, jekk hu jkun ikkwalifikat għal pensjoni taħt
ir-regolament 2, lilu tingħata, b’żieda tal-pensjoni mogħtija lilu
taħt dan ir-regolament, pensjoni addizzjonali bir-rata tal-
proporzjon tal-ħlas pensjonabbli li jkun qiegħed jieħu fid-data li
ġratlu l-ħsara u li tkun taqbel għall-każ tiegħu kif imfisser fit-
tavola ta’ hawn taħt:
Meta l-ħila sabiex jipprovdi għall-manteniment tiegħu
nnifsu -
tonqos kemm xejn  ........................................... minn sittin ħamsa;
tonqos .............................................................. minn sittin għaxra;
tonqos sewwa  .................................................. minn sittin ħmistax;
tispiċċa għal kollox  ......................................... minn sittin għoxrin:
Iżda l-ammont tal-pensjoni addizjonali jitnaqqas sa dik is-
somma li l-President ta’ Malta jidhirlu xieraq f’dawn il-każijiet li
ġejjin:
(i) meta l-uffiċjal li tiġrilu l-ħsara jkun baqa’ fis-
servizz għal mhux anqas minn sena wara li tkun
ġratlu l-ħsara illi minħabba fiha irtira mis-
servizz;
(ii) meta uffiċjal li tiġrilu ħsara jkun, fid-data li
tiġrilu l-ħsara, jonqsu għaxar snin għall-età  li
fiha jista’ jkun imġiegħel jirtira; jew
(iii) meta l-ħsara li tkun ġratlu ma tkunx hija
waħedha l-kaġun ta’ l-irtir, iżda l-kaġun ta’ l-
irtir ikun ukoll minħabba l-età  jew mard mhux
ikkaġunat mill-ħsara:
Iżda wkoll, l-ammont kollu tal-pensjoni addizzjonali
m’għandux ikun iżjed mill-ammont stabbilit fl-artikolu 10(4) ta’ l-
Ordinanza.
Pensjonijiet lil 
uffiċjali b’servizz 
anqas minn għaxar 
snin.
*(2) Meta uffiċjal li tiġrilu din il-ħsara ma jkunx għamel żmien
hekk twil fis-servizz li jikkwalifikah għal pensjoni taħt ir-
regolament 2, iżda jkun ikkwalifikat għal gratifikazzjoni taħt ir-
regolament 5, lil dan l-uffiċjal, flok din il-gratifikazzjoni, tkun
tista’, b’dan kollu, tingħata pensjoni bir-rata ta’ waħda minn ħames
mija u erbgħin, jew fil-każ ta’ uffiċjal li jirtira mill-Korp tal-
Pulizija, waħda minn erba’ mija u ħamsin tal-ħlasijiet tiegħu
pensjonabbli għal kull xahar sħiħ ta’ servizz pensjonabbli flimkien
ma’ dik iż-żieda ta’ pensjoni li tista’ tingħata lilu taħt il-parti ta’
qabel ta’ dan ir-regolament li kieku kien ikkwalifikat għal pensjoni.
*Ara l-artikolu 8 ta’ l-Att IX ta’ l-1990.
  24      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
Pensjoni lil nisa 
romol ta’ uffiċjali 
maqtula waqt is-
servizz. 
Emendat: 
N.G. 177 ta’ l-
1943; 
A.L. 1 ta’ l-1962; 
A.L. 65 ta’ l-1967; 
IX. 1990.7.
15. (1) Meta mpjegat li jkollu mpieg pensjonabbli, mingħajr
ħtija tiegħu jiġi maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru jew imut
minħabba xi ħsara li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-
xogħol tiegħu jew jiġi maqtul jew imut minħabba xi ħsara li tiġrilu
b’egħmil il-għadu jew ta’ lqigħ mill-għadu fil-waqt li jkun qed
jaqdi dmiru, tista’ tingħata pensjoni lill-armla li jħalli sakemm ma
tiżżewwiġx, ta’ mhux iżjed minn għaxra fis-sittin tas-salarju
pensjonabbli ta’ żewġha fil-jum li tiġrilu l-ħsara jew ħamsa u tletin
lira fis-sena, liema jkun l-akbar għadd; u tista’ tingħata pensjoni lil
kull wild ta’ dak l-impjegat sa ma dak il-wild jagħlaq l-età  ta’
tmintax-il sena, ta’ mhux iżjed mis-sitta wieħed tar-rata li tingħata
lill-armla, sakemm il-pensjonijiet miġburin flimkien ta’ l-ulied ma
jisbqux ir-rata li tistħoqq lill-armla.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel igħoddu wkoll għall-każ ta’
uffiċjal li, wara li jirtira bil-pensjoni taħt ir-regolament 14, imut bl-
effetti diretti u immedjati tal-ħsara li tkun ġratlu.
(3) Jekk mart l-uffiċjal tmut qablu, jew jekk ebda pensjoni ma
tiġi mogħtija lilha taħt dan l-artikolu, u huwa jħalli warajh ulied li
kienu jkunu intitolati għal pensjoni li kieku ġiet mogħtija pensjoni
lill-armla, jistgħu jingħataw lilhom pensjonijiet tad-doppju ta’ l-
ammont tal-pensjonijiet li għalihom fiċ-ċirkostanzi huma kienu
jkunu intitolati.
(4) Jekk il-mejjet ma jħallix warajh armla jew ulied iltiema
mill-omm, iżda jħalli ’l ommu li kienet tiddependi minnu għall-
manteniment, is-somma tal-pensjoni li setgħet tiġi mogħtija lill-
armla, li kieku kien hemm, tista’ tingħata lill-omm, iżda din il-
pensjoni tispiċċa, jekk hija tkun armla u terġa’ tiżżewweġ.
Pensjoni għal 
impiegati li 
m’humiex 
pensjonabbli li 
servew għal 15-il 
sena. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit: 
A.L. 27 ta’ l-1988.
Emendat: 
VII. 1992.4.
16. Jekk impjegat ma jkunx ikkwalifikat għal pensjoni jew
gratifikazzjoni taħt ir-regolament 2, iżda jkun serva f’Malta għal
żmien kontinwu ta’ ħmistax-il sena jew iżjed, tingħata pensjoni ta’
meta wieħed jirtira jew pensjoni mnaqqsa u gratifikazzjoni taħt l-
istess ċirkostanzi, bl-istess rata u suġġetta għall-istess limiti bħal
dik il-pensjoni li kien ikun eliġibbli għaliha li kieku kien impjegat
f’kariga pensjonabbli.
Gratifikazzjoni lil 
uffiċjal mara. 
Miżjud: 
XII. 1956.6. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 65 ta’ l-1967;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 27 ta’ l-1988.
17. Meta uffiċjal mara, li tkun għamlet fis-servizz mhux anqas
minn ħames snin f’xi dipartiment pubbliku f’kariga li dwarha tista’
tingħata pensjoni ta’ rtir taħt ir-regolament 16, u wara li tkun ġiet
konfermata f’din il-kariga, titlaq is-servizz għaliex tkun iżżewġet
jew tkun sejra tiżżewweġ, tista’ jingħatalha gratifikazzjoni ta’
mhux iżjed minn erbgħa tlieta ta’ dik il-gratifikazzjoni li għaliha
kien ikollha dritt skond ir-regolament 6 li kieku kienet impjegata
f’kariga pensjonabbli, wara li tipproduċi fi żmien sitt xhur mid-data
ta’ meta tkun telqet mis-servizz jew f’dak iż-żmien itwal li l-
President ta’ Malta jogħġbu f’xi każ partikolari jippermetti, prova
sodisfaċenti taż-żwieġ tagħha.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      25
Gratifikazzjonijiet. 
Emendat: 
N.G. 338 ta’ l-
1957; 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68; 
XIII. 1983.5; 
A.L. 27 ta’ l-1988.
18. (1) Jekk persuna impjegata f’dipartiment pubbliku
f’kariga li għaliha, skond ir-regolament 16, meta tirtira, ma tistax
tiġi lilha mogħtija pensjoni, u ma tkunx ikkwalifikata għal pensjoni
jew għal gratifikazzjoni taħt dawn ir-regolamenti, tirtira mis-
servizz fi żmien wara li tagħlaq sittin sena jew tirtira minħabba
mard tal-moħħ jew tal-ġisem li ma jkunx ikkaġunat minn imġieba
ħażina tagħha li minħabba fih tibqa’ permanentement inkapaċi
għad-dmirijiet ta’ l-impieg tagħha, jew titneħħa mill-impieg tagħha
għal kull raġuni ħlief dik ta’ mġieba ħażina tagħha, jew tirriżenja
fuq talba tagħha stess iżda mhux biex tiskansa tkeċċija, u jekk l-
impieg tagħha huwa wieħed minn dawk li għalih kellha tagħti ż-
żmien tagħha kollu, u jekk hija tkun serviet fl-impieg għal mhux
anqas minn seba’ snin, u tkun għamlet is-servizz bil-fedeltà  u
b’mod meritevoli, il-President ta’ Malta jista’, jekk jidhirlu xieraq
jagħti lil din il-persuna gratifikazzjoni ta’ grazzja ta’ mhux iżjed
minn lira w nofs jew ġimgħa paga, liema minnhom tkun l-akbar,
għal kull sena servizz f’dan l-impieg.
 (2) Jekk persuna bħal din tmut fil-waqt li tkun impjegata kif
jingħad hawn fuq u, fid-data tal-mewt tagħha, kienet tkun intitolata
għal gratifikazzjoni ta’ grazzja li kieku irtirat minn dak l-impieg
minħabba mard tal-moħħ jew tal-ġisem, il-President ta’ Malta jista’
jekk jidhirlu xieraq, jagħti lir-rappreżentant legali tagħha
gratifikazzjoni ta’ grazzja ta’ mhux iżjed mill-ammont ta’
gratifikazzjoni li setgħet tingħata lil din il-persuna li kieku irtirat
minħabba mard.
Gratifikazzjoni u 
allowances fis-
sena f’każ ta’ ħsara 
fil-persuna. 
Emendat: 
N.G. 177 ta' l-
1943; 
VI. 1958.2; 
A.L. 1 ta' l-1962; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 65 ta’ l-1967; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 27 ta’ l-1988.
19. Meta bniedem li jkun impjegat f’xi dipartiment pubbliku,
taħt il-kondizzjonijiet tar-regolamenti 16 u 18, tiġrilu ħsara għal
dejjem:
(a) fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru; u
(b) mingħajr ma tkun ħtija tiegħu; u
(ċ) b’xi ħsara li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-
xogħol tiegħu jew minħabba egħmil il-għadu jew ta’
lqigħ mill-għadu; u
(d) it-tħollija tiegħu mix-xogħol tiġi b’hekk meħtieġa jew
imħeffa sewwa,
tista’ tingħatalu, minbarra il-pensjoni ta’ meta wieħed jirtira jew
gratifikazzjoni li lilu tistħoqq minħabba tul ta’ servizz,
gratifikazzjoni ta’ mhux iżjed minn l-hawn taħt l-imsemmi sehem
tas-salarju jew paga tiegħu għal sena, kif jaħbat, fil-jum tal-ħsara,
jew mitt lira, liema jkun l-iċken għadd, jiġifieri:
Meta l-ħila tiegħu biex jaqta’ l-għajxien tiegħu tiġi -
mfixkla ftit  ..........................................................tilt 
mfixkla  ................................................................tiltejn
mfixkla sew .........................................................is-salarju
 jew paga kollha.
Meta l-ħila biex tipprovdi għall-manteniment tagħha
tispiċċa għal kollox, din il-persuna tista’ tirċievi allowance fis-sena
ta’ ammont li jaqbeż bi ħmistax minn sittin tas-salarju tagħha r-rata
tal-pensjoni li għaliha kienet tkun ikkwalifikata minħabba t-tul ta’
  26      KAP. 93. ħ        PENSJONIJIET
servizz li kieku hija kienet intitolata għal pensjoni:
Iżda s-somma kollha m’għandhiex taqbeż ir-rata ta’ żewġ
terzi tas-salarju jew paga ta’ sena, skond il-każ li jkun, fid-data li
ġratilha l-ħsara.
Is-somma li tingħata taħt kull waħda minn dawn ir-rati ta’
hawn fuq tista’ titnaqqas b’dak l-ammont illi l-President ta’ Malta
jidhirlu xieraq f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) kemm-il darba l-persuna li tiġrilha l-ħsara tkun
baqgħet fis-servizz għal mhux anqas minn sena wara li
tiġrilha l-ħsara, li minħabba fiha tkun irtirat mis-
servizz; jew
(b) kemm-il darba l-età  tal-persuna li tiġrilha l-ħsara tkun
ħamsin sena jew iżjed fid-data li tiġrilha l-ħsara; jew
(ċ) meta l-ħsara ma tkunx hija biss ir-raġuni ta’ l-irtir mis-
servizz, imma l-kawża ta’ l-irtir tkun ukoll minħabba
l-età  jew mard mhux ikkaġunat mill-ħsara.
Pensjoni lil armla 
ta’ persuna 
maqtula waqt is-
servizz. 
Emendat: 
N.G. 177 ta’ l-
1943; 
VI. 1958.2; 
A.L. 1 ta' l-1962; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 65 ta' l-1967; 
XIII. 1983.5;
IX. 1990.7.
20. (1) Meta bniedem li jkun impjegat f’xi dipartiment
pubbliku taħt il-kondizzjonijiet tar-regolamenti 16 u 18 jiġi
mingħajr ħtija tiegħu maqtul fil-waqt li jkun qed jaqdi dmiru jew
imut minħabba xi ħsara li b’mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta
tax-xogħol tiegħu jew jiġi maqtul jew imut minħabba xi ħsara li
tiġrilu minħabba għemil il-għadu jew ta’ lqigħ mill-għadu fil-waqt
li jkun qed jaqdi dmiru, tista’ tingħata pensjoni lill-armla li jħalli
sakemm din ma tiżżewwiġx, ta’ mhux iżjed minn tmienja fis-sittin
tas-salarju jew paga ta’ żewġha għal sena, kif jaħbat, jew ħamsa u
għoxrin lira, liema jkun l-akbar għadd; u tista’ tingħata
gratifikazzjoni lil kull wild jew ulied tal-mejjet ta’ mhux iżjed
minn tmenin ċenteżmu immoltiplikati bil-ġabra tal-għadd tas-snin
ta’ għomorhom, billi l-għadd jinbeda minn għomorhom f’jum mewt
missierhom u jieqaf mal-ħmistax-il sena:
Iżda l-gratifikazzjoni ma għandhiex b’kollox tkun ta’ inqas
minn għoxrin lira u lanqas iżjed minn sittin lira.
(2) Id-disposizzjoni ta’ qabel din tgħodd ukoll fil-każ ta’
persuna illi wara li tkun tirċievi allowance fis-sena taħt ir-
regolament 19 tmut bl-effetti diretti u immedjati tal-ħsara li tkun
ġratilha.
(3) Jekk il-mara ta’ din il-persuna tmut qabel żewġha, jew jekk
ebda pensjoni ma tingħata lilha taħt dan l-artikolu, u huwa jħalli
warajh ulied li kienu jkunu ntitolati għal gratifikazzjoni kieku
kienet ġiet mogħtija pensjoni lill-armla, jistgħu jingħataw lilhom
gratifikazzjonijiet tad-doppju ta’ l-ammont tal-gratifikazzjonijiet li
għalihom fiċ-ċirkostanzi kienu jkunu ntitolati.
(4) Jekk il-mejjet ma jħallix warajh armla jew ulied iltiema
mill-omm, iżda jħalli ‘l ommu li kienet tiddependi minnu għall-
manteniment tagħha, il-ħlas ta’ flus li kien imiss lill-armla, li kieku
kien hemm, jista’ jingħata lil ommu, iżda dan il-ħlas jispiċċa fil-
każ ta’ omm armla li terġa’ tiżżewweġ.
PENSJONIJIET  ġ K AP. 93.      27
L-imġieba tajba 
hija meħtieġa. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
LVIII. 1974.68; 
XI. 1977.2; 
IX. 1990.7.
21. (1) Il-pensjonijiet, il-gratifikazzjonijiet u l-allowance
ikkalkolati bir-rati msemmijin hawn fuq, jingħataw biss fil-każ ta’
servizz li jkun sar tassew bil-fedeltà  u b’mod meritevoli.
(2) Meta l-fedeltà  u l-bżulija ta’ l-uffiċjal ma jilħqux l-ewwel
grad ta’ mertu, il-kalkolu jista’ jsir b’rati anqas minn dawk
imsemmijin hawn fuq.
