ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     1
KAPITOLU 94
ORDINANZA DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TAD-
DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
Biex tirrijorganizza xi Dipartiment u twaqqaf Dipartiment tas-Saħħa f’Malta.
1 ta’ Novembru, 1937
L-ORDINANZA XXX ta’ l-1937,* kif emendata bl-Ordinanza XI ta’ l-1943; bil-Proklama IX
ta’ l-1947; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza I ta’ l-1959; bl-Ordinanzi: V ta’ l-1959, XXVII ta’ l-
1961 u XXV ta’ l-1962; bl-Att I ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Att II ta’ l-1964;
bl-Avviz Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti XXIII u XXVI ta’ l-1968, XIV ta’ l-1969, XLI ta’ l-1972,
XIX ta’ l-1973, X, XXXII u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti LVII ta’
l-1975, XXVI ta’ l-1976, XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1983, X ta’ l-1984, XIII ta’ l-1986 u XII
ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu fil-qosor u Tifsir 1-2
Taqsima I.  Twaqqif u Organizzazzjoni tad-Dipartiment 
tas-Saħħa 3-6
Taqsima II. Kunsill tas-Saħħa 7-15
Taqsima III.  Ħatra, Dmirijiet u Setgħat ta’ l-Uffiċjali 
tad-Dipartiment 16-19
Taqsima IV. Il-Kunsill Mediku 20-23
Taqsima V. Bord Konsultattiv u Esekuttiv 24-28
Taqsima VI.  Bord dwar l-Ispiżjara 29-31
Taqsima VII.  Bord ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel 32-34
Taqsima VIII.  Bord dwar il-Professjonijiet Supplementari
għall-Mediċina 35-37
Taqsima IX.  Kumitati għat-Tmexxija ta’ Sptar 38-43
Taqsima X.  Bord ta’ Servizzi Ġenerali 44-45
Taqsima XI.  Ġenerali 46-49
Taqsima XII.  Disposizzjonijiet dwar Riservi 50
Skeda
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 530 ta’ l-1940.
  2      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XIV. 1969.2.
1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza huwa l-Ordinanza
dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Tifsir. 
Miżjud: 
I.1959.2. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.2; 
XXV. 1962; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIV. 1969.3; 
XIX. 1973.2; 
LVIII. 1974.68; 
LVII. 1975.2; 
VIII. 1983.2.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord Konsultattiv u Esekuttiv;
"id-dipartiment" ifisser id-Dipartiment tas-Saħħa;
"infermier iskritt fl-elenku" tfisser persuna li isimha jkun
imniżżel fl-Elenku ta’ l-Infirmiera;
"infermier reġistrat" tfisser persuna li isimha jkun imniżżel f’xi
parti tar-Reġistru ta’ l-Infirmiera;
"kirurgu-dentist" ifisser persuna liċenzjata mill-President ta’
Malta biex teżerċita bħala kirurgu-dentist f’Malta u reġistrata fir-
Reġistru tal-Kirurgi-Dentisti u jinkludi persuna liċenzjata mill-
President ta’ Malta biex teżerċita bħala dentist u reġistrata f’dak ir-
reġistru;
"il-Kumitat" ifisser il-Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar;
"il-Kunsill" ifisser il-Kunsill Mediku;
"livelli professjonali u etiċi" tinkludi l-livell ta’ l-imġieba
ġenerali tal-membri ta’ professjoni, kif ukoll l-imġieba ta’ dak il-
membru lejn il-klijent tiegħu jew il-pazjent taħt il-kura tiegħu jew
li jkun qed jassisti, waqt jew bħala konsegwenza ta’ l-eżerċizzju
tal-professjoni tiegħu;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-dipartiment;
"persunal konsulent" ifisser id-detenturi ta’ dawk il-karigi, li
jkollhom x’jaqsmu ma’ xogħol fi sptar, li Ministru minn żmien għal
żmien għandu jsemmi b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern;
"qabla" tfisser persuna liċenzjata mill-President ta’ Malta biex
teżerċita bħala qabla f’Malta u reġistrata fir-Reġistru tal-Qwiebel;
"tabib" ifisser persuna liċenzjata mill-President ta’ Malta biex
teżerċita l-professjoni medika f’Malta u reġistrata fir-Reġistru
Mediku;
"spiżjar" tfisser persuna liċenzjata mill-President ta’ Malta biex
teżerċita bħala spiżjar f’Malta u reġistrata fir-Reġistru ta’ l-
Ispiżjara;
"veterinarju" tfisser persuna liċenzjata mill-President ta’ Malta
biex teżerċita bħala veterinarju f’Malta u reġistrata fir-Reġistru tal-
Veterinarji.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     3
TAQSIMA I
TWAQQIF U ORGANIZZAZZJONI TAD-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
Dipartiment tas-
Saħħa. 
Emendat: 
XIV. 1969.5.
3. Għandu jkun hemm Dipartiment tas-Saħħa.
It-Tabib Prinċipali 
tal-Gvern huwa l-
Kap tad-
Dipartirnent tas-
Saħħa u 
Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika. 
Emendat: 
XIV. 1969.6.
4. Il-Kap tad-Dipartiment tas-Saħħa huwa t-Tabib Prinċipali
tal-Gvern u dan ex officio Suprintendent tas-Saħħa Pubblika. 
Uffiċjali oħra tad-
dipartiment. 
Emendat: 
XI. 1943.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
IV. 1969.7.
5. L-uffiċjali tad-dipartiment huma dawn:
(a) l- Uffiċjali Mediċi Prinċipali;
(b) l-Uffiċjali Mediċi Anzjani, l-Uffiċjali Mediċi tas-
Saħħa, s-Suprintendenti tas-Saħħa, l-Uffiċjali Mediċi
tal-Port, l-Uffiċjali Mediċi ta’ l-Iskejjel, il-Kirurgi-
Dentisti ta’ l-Iskejjel, l-Uffiċjali dwar is-Saħħa tat-
Tfal, l-Uffiċjali Mediċi Distrettwali, il-Persunal
Mediku Viżitatur u Residenti u persunal ieħor ta’ l-
isptarijiet u istituti li jagħmlu parti mid-dipartiment;
(ċ) l-Uffiċjal Anzjan tal-Laboratorju tas-Saħħa Pubblika,
il-Patoloġi, il-Batterjoloġi, l-Occupational Hygiene
Officer, l-Analisti u l-persunal ieħor tal-laboratorju;
(d) l-Uffiċjal ta’ l-Inġinerija Sanitarja, l-Ispetturi tas-
Saħħa, id-Dental Hygienists, il-Qwiebel, il-Health
Visitors u l-Infermiera; u
(e) dawk l-uffiċjali l-oħra li l-Prim Ministru jista’
jinnomina minn żmien għal żmien.
Istituti u servizzi 
taħt id-dipartiment. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIV. 1969.8; 
LVII. 1975.3. 
Sostitwit: 
XLIX. 1981.6.
 6. Id-dipartiment għandu jikkonsisti minn dawk l-
istabbilimenti u servizzi kif minn żmien għal żmien jiġi dikjarat
mill-Ministru li jagħmlu parti mid-dipartiment.
  4      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
TAQSIMA II
KUNSILL TAS-SAĦĦA
Kif hu magħmul il-
Kunsill tas-Saħħa. 
Emendat:
Prokl. IX. ta’ l-
1947; 
VII. 1959.3; 
XXVIII. 1969.3; 
XXV. 1962; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XLI. 1972.3. 
Sostitwit:
XXXII. 1974.2. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
7. (1) Għandu jkun hemm Kunsill tas-Saħħa.
(2) Dan il-Kunsill ikun magħmul minn -
(a) il-Ministru, li jkun chairman;
(b) l-Avukat Ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu, li jkun
jew id-Deputat Avukat Ġenerali jew Avukat Anzjan
tar-Repubblika;
(ċ) it-Tabib Prinċipali tal-Gvern;
(d) il-Professur tal-Mediċina;
(e) konsulent psikjatra;
(f) tabib b’esperjenza fil-mediċina dwar il-kommunità ;
(g) rappreżentant ta’ trade union li tirrapreżenta ħaddiema
industrjali;
(h) żewġ membri b’esperjenza fl-ekoloġija tal-bniedem, li
wieħed minnhom ikun membru tal-persunal li jgħallem
ta’ l-Università  ta’ Malta; u
(i) industrjalist.
(3) Il-membri msemmijin fis-subartikolu (2)(e), (f), (g), (h) u
(i) ikunu nominati mill-Ministru għal dak iż-żmien li l-Ministru
jiddeċidi minn żmien għal żmien.
(4) Il-Ministru għandu jinnomina uffiċjal tad-dipartiment biex
jkun segretarju.
(5) Il-membri tal-Kunsill huma onorarji u bla ħlas.
Setgħa li jinħatru 
sotto-kumitati. 
Miżjud: 
XXXII. 1974.3.
8. Il-Kunsill tas-Saħħa jkollu s-setgħa li jaħtar sotto-kumitati
u li jdaħħal fihom membri li mhumiex membri ta’ l-imsemmi
Kunsill.
Post battal fost il-
membri. 
Emendat: 
XXXII. 1974.4.
9. Il-Kunsill tas-Saħħa li għandu jiltaqa’ għall-anqas darba
kull tliet xhur, ma jitlifx is-setgħa li għandu għat-tmexxija ta’ l-
affarijiet tiegħu minħabba li jkun hemm post battal fost il-membri
ta’ dan il-Kunsill.
Il-Kunsill tas-
Saħħa għandu 
jagħti l-parir tiegħu 
lill-Gvern. 
Emendat: 
XXV. 1962.5.
10. Hu dmir tal-Kunsill tas-Saħħa li jagħti l-parir tiegħu meta
msejjaħ mill-Ministru -
(a) fuq ħwejjeġ li dwarhom il-liġi tgħid li għandu jittieħed
il-parir tal-Kunsill,
(b) fuq ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa
pubblika ta’ Malta. 
Il-Kunsill tas-
Saħħa jista’ 
jagħmel 
rakkomandaz-
zjonijiet.
11. Il-Kunsill tas-Saħħa jista’ jirrikmanda dawk il-miżuri,
inkjesti jew investigazzjonijiet xjentifiċi li, fil-fehma tiegħu, huma
utili fl-interess tas-saħħa pubblika.
Laqgħat tal-
Kunsill.
12. (1) Il-Kunsill tas-Saħħa għandu jiltaqa’ fiż-żmien u l-lok
imsemmijin fl-ordni li jsejjaħ il-laqgħa.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     5
 (2) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu bil-maġġoranza tal-
voti.
(3) Iċ-chairman għandu vot oriġinali, u, fil-każ ta’ voti ndaqs,
ukoll il-vot deċiżiv.
Quorum.
hemm preżenti mill-anqas erba’ membri:
Iżda, jekk il-Kunsill jiġi msejjaħ biex jikkunsidra xi
kwistjoni li fuqha l-parir tiegħu jkun meħtieġ bil-għaġla mill-
Gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċidi bil-maġġoranza tal-voti tal-
membri preżenti.
Il-membru uffiċjali 
anzjan jippresjedi 
meta ma jkunx 
preżenti ċ-
chairman. 
Sostitwit: 
Prokl. IX ta’ l- 
1947.
14. Meta ċ-chairman ma jkunx preżenti f’xi laqgħa, jippresjedi
l-membru uffiċjal anzjan.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
15. Il-Ministru jista’ jagħmel, ibiddel jew iħassar regolamenti
dwar it-tmexxija ta’ l-affarijiet tal-Kunsill tas-Saħħa.
TAQSIMA III
ĦATRA, DMIRIJIET, U SETGĦAT TA’ L-UFFIĊJALI 
TAD-DIPARTIMENT
Dmirijiet u setgħat 
tat-Tabib Prinċipali 
tal-Gvern. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIV. 1969.9.
16. (1) It-Tabib Prinċipali tal-Gvern hu konsulent prinċipali
tal-Gvern dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-saħħa pubblika
jew li għandha x’taqsam jew tkun konnessa mas-servizz tas-saħħa.
(2) Huwa għandu minn żmien għal żmien jispezzjona l-
isptarijiet u stabbilimenti u servizzi oħra li jagħmlu parti mid-
dipartiment tiegħu, kif ukoll, kull meta jiġi mitlub mill-Ministru,
istituti oħra tal-Gvern, u għandu jgħarraf lill-Ministru b’kull difett
jew nuqqas ta’ ħaġa meħtieġa li jkun osserva u jagħmel dawk ir-
rakkomandazzjonijiet li jidhirlu li għandhom isiru.
(3) Mill-aktar fis li jista’ jkun wara l-aħħar ta’ kull sena, it-
Tabib Prinċipali tal-Gvern għandu jagħmel lill-Ministru rapport fuq
il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ Malta u fuq kif huma mixjin l-
istabbilimenti u servizzi li jagħmlu parti mid-dipartiment tiegħu. 
(4) It-Tabib Prinċipali tal-Gvern jista’, għall-esekuzzjoni jew
eserċizzju tad-dmirijiet jew tas-setgħat assenjati jew mogħtija lilu
b’liġi jew regolamenti li issa qegħdin jew li ’l quddiem ikunu
jseħħu, jiddelega lil kull Uffiċjal Mediku Prinċipali jew lil kull
Uffiċjal Mediku Anzjan, jew lil kull uffiċjal ieħor tad-dipartiment
tiegħu kif ikun jinħtieġ skond il-bżonnijiet tas-servizz.
  6      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
Setgħat u dmirijiet 
ta’ l-Uffiċjali 
Mediċi Prinċipali. 
Sostitwit: 
XIV. 1969.10.
17. (1) Ikun id-dmir ta’ l-Uffiċjali Mediċi Prinċipali li jassistu
lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern u lill-Ministru fl-ippjanar, fit-
tmexxija, fl-iżvilupp u fl-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa.
(2) L-Uffiċjali Mediċi Prinċipali għandhom ukoll -
(a) jittrattaw fuq kwistjonijiet internazzjonali tas-saħħa u
impenji relattivi;
(b) jipproponu u jifformolaw kull miżura leġislattiva kif
tkun meħtieġa dwar servizzi tas-saħħa;
(ċ) jikkontrollaw, jissorveljaw u jikkoordinaw l-
organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-
saħħa; u
(d) jaqdu dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jiġu delegati
jew assenjati lilhom mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern
jew li jistgħu jkunu assenjati lilhom minn jew skond xi
liġi jew regolament.
Setgħat u dmirijiet 
ta’ Uffiċjali Mediċi 
Anzjani. 
Sostitwit:
XIV. 1969.11.
18. (1) L-Uffiċjali Mediċi Anzjani jkunu l-uffiċjali esekuttivi
fl-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u għandhom, fl-
esekuzzjoni tad-dmir tagħhom, ikunu responsabbli b’mod
partikolari għat-tmexxija ta’ -
(a) is-servizzi ambjentali u tas-saħħa pubblika, inklużi s-
servizzi tas-saħħa personali;
(b) is-servizzi tas-saħħa ta’ okkupazzjoni, inklużi l-
protezzjoni radjoloġika u l-kontroll ta’
kontaminazzjoni ta’ l-arja; u
(ċ) is-servizzi l-oħra ta’ saħħa tal-kommunità , inkluż is-
servizz mediku distrettwali.
(2) L-Uffiċjali Mediċi Anzjani għandhom ukoll jaqdu dawk id-
dmirijiet l-oħra li jistgħu jiġu delegati jew assenjati lilhom mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern jew minn xi Uffiċjal Mediku Prinċipali,
jew li jistgħu jiġu assenjati lilhom minn jew skond xi liġi jew
regolament.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
19. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar dawn il-
materji:
(a) il-kwalifiki li għandu jkollu, id-dmirijiet li għandu
jaqdi, u s-setgħat li għandu jeserċita l-persunal
professjonali, amministrattiv, jew kull persunal ieħor
tad-dipartiment;
(b) it-tmexxija u l-amministrazzjoni ta’ kull wieħed mill-
istabbilimenti jew servizzi li jagħmlu parti mid-
dipartiment;
(ċ) il-bon-ordni f’dawn l-istabbilimenti u servizzi.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     7
Sostitwita: 
I. 1959.3.
TAQSIMA IV
IL-KUNSILL MEDIKU
Il-Kunsill Mediku. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.2; 
VIII. 1983.3.
20. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Reġistratur tal-
Kunsill.
21. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Żmien ta’ kariga. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.6; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.3.
22. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-
Kunsill. 
Sostitwit: 
XXIII. 1968.3. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
23. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Miżjuda:
I. 1959.5.
TAQSIMA V
BORD KONSULTATTIV U ESEKUTTIV
Bord Konsultattiv 
u Esekuttiv. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Sostitwit: 
XXIII. 1968.4. 
Emendat: 
XIV. 1969.12; 
XIX. 1973.3;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.4; 
VIII. 1983.4.
24. (1) Għandu jkun hemm Bord li jissejjaħ il-Bord
Konsultattiv u Esekuttiv li għandu jeserċita u jaqdi l-funzjonijiet
mogħtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin -
(a) chairman, li ma jkunx tabib, nominat mill-President ta’
Malta;
(b) erba’ membri ex officio, li jkunu t-Tabib Prinċipali tal-
Gvern, żewġ tobba nominati mill-Ministru, li jkunu
Uffiċjali Mediċi Prinċipali jew Uffiċjali Mediċi
Anzjani u d-Dekan tal-Fakoltà  tal-Mediċina u
Kirurġija fl-Università  ta’ Malta;
(ċ) żewġ tobba nominati mill-President ta’ Malta;
(d) sitt membri eletti.
(3) Is-sitt membri eletti jkunu -
(a) ħames tobba, li minnhom għall-anqas wieħed għandu
jkun membru tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar ta’ San
Luqa, eletti b’votazzjoni sigrieta mit-tobba
ordinarjament residenti f’Malta; u
(b) kirurgu-dentist elett b’votazzjoni sigrieta mill-kirurgi-
dentisti ordinarjament residenti f’Malta.
(4) It-Tabib Prinċipali tal-Gvern, wara li jikkonsulta ruħu maċ-
chairman tal-Bord, għandu jinnomina uffiċjal tad-dipartiment biex
  8      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord.
(5) Il-Bord jista’ jiddiskuti, jiddeċiedi u b’kull mod jaġixxi
minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
Żmien ta’ kariga. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXVI. 1968.2; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.5; 
VIII. 1983.5.
25. (1) Iċ-chairman għandu jibqa’ fil-kariga u jitlaq mill-
kariga tiegħu skond il-pattijiet tal-ħatra tiegħu; iżda jista’ f’kull
żmien jirreżenja mill-kariga tiegħu b’avviż bil-miktub lill-
President ta’ Malta.
(2) Il-membri msemmija fl-artikolu 24(2)(d) ikunu eletti għal
żmien ta’ tliet snin.
(3) Il-membri nominati taħt l-artikolu 24(2)(b) jew (ċ)
għandhom jibqgħu fil-kariga għal dak iż-żmien u taħt dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jew il-President ta’ Malta,
skond il-każ, jidhrulu xierqa, u li jkun jista’ f’kull żmien itemm
kull nomina bħal dik.
(4) Kull membru nominat jew elett, skond il-każ, taħt l-artikolu
24(2)(ċ) jew (d) jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-kariga tiegħu
b’avviż bil-miktub liċ-chairman tal-Bord.
(5) Meta tinħoloq vakanza fil-komposizzjoni tal-Bord, għandha
ssir ħatra ġdida jew tinżamm elezzjoni, skond il-każ, fi zmien xahar
mid-data ta’ dik il-vakanza.
Dmirijiet tal-Bord.
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIII. 1968.5; 
XIV. 1969.13;
A.L. 148 ta’ l-
1975.
26. (1) Ikun id-dmir tal-Bord -
(a) li jagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa li għandha
x’taqsam jew tkun konnessa mas-servizz tas-saħħa tal-
Gvern, magħduda proposti għal żviluppi ġodda jew
għar-rijorganizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi;
(b) li jagħti parir lill-Ministru dwar il-pattijiet u
kondizzjonijiet ta’ servizz u t-trasferiment u
promozzjoni ta’ l-impjegati tal-Gvern speċifikati fl-
Iskeda;
(ċ) li jaħtar kumitati ta’ għażla biex jirrikmandaw ħatriet
mediċi (ħlief ħatriet magħmula flimkien ma’ l-
Università  ta’ Malta) li għandhom isiru mill-Prim
Ministru;
(d) li jagħti parir lill-Ministru dwar proċeduri dixxiplinarji
kontra tobba fis-servizz tal-Gvern fil-kariga tagħhom
bħala uffiċjali pubblici; u
(e) li jaqdi d-dmirijiet mogħtijin lilu b’xi liġi jew
regolament:
Iżda dwar il-kumitati ta’ għażla msemmija fil-paragrafu (ċ)
ta’ dan l-artikolu, kull kumitat bħal dan ikun magħmul kif ser
jingħad:
(i) żewġ membri, magħżula minn fost il-persuni
msemmija fl-artikolu 24(2)(b) u (ċ);
(ii) żewġ membri, magħżula minn fost il-persuni
msemmija fl-artikolu 24(2)(d); u
(iii) membru ieħor.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     9
(2) Biex jiġi evitat dubju, id-dmir tal-Bord li jagħti parir lill-
Ministru dwar il-pattijiet u kondizzjonijiet ta’ servizz u t-
trasferiment u promozzjoni ta’ l-impjegati tal-Gvern speċifikati fl-
Iskeda ma għandux jitqies li jolqot il-grad u d-drittijiet tagħhom
bħala mpjegati tal-Gvern anqas l-ħdim dwarhorn ta’ xi pjan ta’
negozjati li jkun stabbilit jew li minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit għall-konsiderazzjoni ta’ ħwejjeġ li jolqtu s-servizz
pubbliku.
(3) Meta xi ħaġa li tkun fil-kompetenza tal-Bord, tiġi quddiem
xi korp li jkun parti mill-pjan ta’ negozjati msemmi fis-subartikolu
(2) għal konsiderazzjoni, il-parir tal-Bord għandu jintalab dwar kull
ħaġa bħal din.
Setgħa tal-Prim 
Ministru li jagħmel 
regolamenti.
Miżjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
VII. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.6.
27. (1) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar il-
proċeduri dixxiplinarji kontra tobba fis-servizz tal-Gvern fil-kariga
tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi u, bla ħsara għall-ġeneralità  tas-
setgħa fuq imsemmija, dawn ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għal -
(a) il-ħatra ta’ kumitat biex imexxi inkjesta;
(b) il-komposizzjoni ta’ xi kumitat bħal dan, li jkun
magħmul minn għall-anqas żewġ tobba, li minnhom
wieħed ikun magħżul minn fost il-persuni msemmija
fl-artikolu 24(2)(b) u (ċ) tu ieħor minn fost il-persuni
msemmija fis-subartikolu (2)(d) ta’ dak l-artikolu;
(ċ) il-proċedura li għandha tiġi wżata mill-kumitat fl-
inkjesta;
(d) ir-rappreżentanza ta’ l-uffiċjal matul il-proċeduri;
(e) ir-regoli dwar il-provi li għandhom jiġu osservati; u
(f) it-tressiq tal-provi u tal-konklużjonijiet tal-kumitat
quddiem il-Bord għall-parir tiegħu.
Kap. 9.
*(2) Kull proċeduri meħuda skond kull regolamenti magħmula
bis-saħħa tas-subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara
għal xi proċeduri li jkunu jistgħu jittieħdu kontra l-persuna in
kwistjoni skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ xi
liġi oħra, u kull proċeduri meħuda skond xi waħda minn dawn il-
liġijiet ikunu bla ħsara għal xi proċeduri meħuda skond xi
regolamenti kif intqal fuq.
(3) Kull regolament magħmul bis-saħħa tas-subartikolu (1) ma
għandux jiġi mħassar, mibdul jew emendat ħlief bl-approvazzjoni
minn qabel tal-Kamra tad-Deputati murija b’Risoluzzjoni.
Rapport annwali. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
28. (1) Il-Bord jista’ jippubblika rapport annwali dwar il-
proċeduri tiegħu.
(2) Dan ir-rapport jista’ jinkludi notament ta’ dak il-parir
mogħti mill-Bord lill-Ministru li fil-fehma tal-Bord, wara li
jikkonsulta ruħu mal-Ministru, jkun ta’ interess pubbliku.
*Ir-riferenza għall-Att ta’ l-1948 dwar il-Kumitati ta’ Inkjesta ġiet mħollija
barra, billi dana l-Att ġie mħassar bl-Att XIX ta’ l-1977.
  10      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
Miżjuda: 
XXIII. 1968.7.
TAQSIMA VI
BORD DWAR L-ISPIŻJARA
Il-Bord dwar l-
Ispiżjara. 
Miżjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
XIV. 1969.14; 
XLI. 1972.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
LVII. 1975.4; 
XXXVI. 1976.6; 
VIII. 1983.6.
29. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Żmien ta’ kariga. 
Miżjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.7; 
VIII. 1983.7.
30. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
dwar l-Ispiżjara. 
Miżjud: 
XXIII. 1968.7. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.8.
31. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Miżjuda: 
XIX. 1973.4.
TAQSIMA VII
BORD TA’ L-INFERMIERA U L-QWIEBEL
Bord ta’ l-
Infermieri u l-
Qwiebel. 
Miżjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXVI. 1976.8; 
VIII. 1983.9.
32. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Żmien tal-kariga. 
Miżjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.9.
33. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
ta’ l-Infermieri u l-
Qwiebel. 
Miżjud: 
XIX. 1973.4. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
34. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     11
Miżjuda:
VIII. 1983.10.
TAQSIMA VIII
BORD DWAR IL-PROFESSJONIJIET SUPPLIMENTARI 
GĦALL-MEDIĊINA
Bord dwar il-
Professjonijiet 
Supplimentari 
għall-Mediċina. 
Miżjud: 
VIII. 1983.10.
35. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Żmien ta’ kariga. 
Miżjud: 
VIII. 1983.10.
36. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Dmirijiet tal-Bord 
dwar il-
Professjonijiet 
Supplimentari 
għall- Mediċina. 
Miżjud: 
VIII. 1983.10.
37. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Miżjuda:
I. 1959.5.
TAQSIMA IX
KUMITATI GĦAT-TMEXXIJA TA’ SPTAR
Kumitat għat-
Tmexxija ta’ l-
Isptar ta’ San 
Luqa. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XIV. 1969.15; 
X. 1974.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta' l-1975; 
XXXVI. 1976.10; 
VIII. 1983.11.
38. (1) Għandu jkun hemm Kumitat li jissejjaħ il-Kumitat
għat-Tmexxija ta’ Sptar dwar l-Isptar ta’ San Luqa, hawnhekk iżjed
’il quddiem f’din it-Taqsima msejjaħ " l-Isptar", li għandu jeżerċita
u jaqdi l-funzjonijiet mogħtija lilu b’din l-Ordinanza.
(2) Il-Kumitat ikun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) chairman, li ma jkunx tabib, maħtur mill-President ta’
Malta;
(b) Uffiċjal Mediku Prinċipali jew Uffiċjal Mediku
Anzjan li jiġi nominat mill-Ministru u t-Tabib
Suprintendent ta’ l-Isptar San Luqa bħala membri ex
officio;
(ċ) erba membri maħtura mill-President ta’ Malta li
minnhom wieħed ikun maħtur minn fost spiżjara,
pharmacy technicians, infermiera, qwiebel u membri
tal-professjonijiet supplimentari għall-mediċina
mpjegati fl-Isptar; 
(d) id-Dekan tal-Fakoltà  tal-Mediċina u tal-Kirurġija fl-
Università  ta’ Malta;
(e) tliet membri, eletti b’votazzjoni sigrieta mill-membri
tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar u minn fosthom.
(3) Il-Kumitat jista’ jiddiskuti, jiddeċiedi u b’kull mod jaġixxi,
minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
Żmien ta’ kariga. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XXXVI. 1976.11.
39. (1) Iċ-chairman għandu jibqa’ fil-kariga u jitlaq mill-
kariga tiegħu skond il-pattijiet tal-ħatra tiegħu; iżda jista’ f’kull
żmien jirriżenja mill-kariga tiegħu b’avviż bil-miktub lill-President
ta’ Malta.
(2) Il-membri eletti taħt l-artikolu 38(2)(e) għandhom jiġu
hekk eletti għal żmien ta’ tliet snin. 
  12      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
(3) Il-membri nominati taħt l-artikolu 38(2)(b) jew (ċ)
għandhom jibqgħu fil-kariga għal dak iż-żmien u taħt dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru jew il-President ta’ Malta,
skond il-każ, jidhrulu xierqa, u li jkun jista’ f’kull żmien itemm
kull nomina bħal dik.
(4) Kull membru nominat jew elett, skond il-każ, taħt l-artikolu
38(2)(ċ) jew (e) jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-kariga tiegħu
b’avviż bil-miktub liċ-chairman tal-Kumitat.
(5) Meta tinħoloq vakanza fil-komposizzjoni tal-Kumitat,
għandha ssir ħatra ġdida jew tinżamm elezzjoni, skond il-każ, fi
żmien xahar mid-data ta’ dik il-vakanza.
Segretarju tal-
Kumitat. 
Miżjud: 
I. 1959.5.
40. It-Tabib Prinċipali tal-Gvern, wara li jikkonsulta ruħu maċ-
chairman tal-Kumitat, għandu jaħtar uffiċjal tad-dipartiment bħala
Segretarju tal-Kumitat.
Dmirijiet tal-
Kumitat. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
V. 1959.6; 
L. 1962.69; 
A.L. 4 ta' l-1963; 
A.L. 46 ta' l-1965;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta' l-1975; 
XLIX. 1981.6.
41. (1) Ikun id-dmir tal-Kumitat, skond regolamenti
magħmula mill-Ministru u dawk id-direttivi li jistgħu jiġu mogħtija
lill-Kumitat minn żmien għal żmien mill-Ministru, b’mod ġenerali
li jmexxi l-Isptar f’isem il-Gvern u b’mod partikolari - 
(a) li jipprepara għall-sottomissjoni lill-Gvern abbozz
dettaljat ta’ estimi ta’ nefqa għall-Isptar dwar il-
perijodu li jibda b’dik il-ġurnata li tiġi stabbilita mill-
President ta’ Malta u li jtemm fil-31 ġurnata ta’
Diċembru li jaħbat wara u kull perijodu ta’ tnax-il
xahar li jiġi wara, kull perijodu bħal dan hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ "sena finanzjarja";
Kap. 174.
(b) li japplika, fl-aħjar interess ta’ l-Isptar, dawk il-flejjes
li jiġu provduti mill-Gvern għall-amministrazzjoni ta’
l-Isptar mill-Fond Konsolidat ta’ Dħul dwar kull sena
finanzjarja u li japprova ħlasijiet fil-limiti ta’ l-
ammont hekk provdut; l-applikazzjoni ta’ dawk il-
flejjes u kull ħlasijiet magħmula minnhom għandhom
ikunu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;
(ċ) li jkun responsabbli lejn il-Ministru għall-qadi xieraq
tad-dmirijiet rispettivi tagħhom mill-membri kollha
tal-persunal ta’ l-Isptar u l-ewwel nett li jinvestiga kull
ilment dwar ix-xogħol ġo l-Isptar ta’ kull membru tal-
persunal;
(d) li jżomm sewwa l-lokal li jifforma parti jew użat in
konnessjoni ma’ l-Isptar;
(e) li jżomm sewwa l-apparati, l-għamara u l-oġġetti l-
oħra mobbili meħtieġa għall-iskopijiet ta’ l-Isptar;
(f) li jipprovdi lill-Fakoltà  tal-Mediċina ta’ l-Università
ta’ Malta dawk il-faċilitajiet li jista’ jkun sar ftehim
fuqhom bejn il-Ministru u l-Kunsill ta’ l-Università
bħala meħtieġa għat-tagħlim u tiftix kliniku. 
(2) Il-Kumitat għandu jwieġeb għal kull mistoqsija u jobdi kull
talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti li l-Ministru jew xi uffiċjal
delegat minnu għalhekk jista’ jagħmel dwar ix-xogħol ta’ l-Isptar.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     13
Parir mill-Persunal 
Konsulent. 
Miżjud:
I 1959.5
42. Ikun id-dmir tal-persunal konsulent ta’ l-Isptar li jagħti
parir lill-Kumitat fuq kull ħaġa dwar id-dmirijiet tiegħu skond l-
artikolu ta’ qabel dan.
Ħatra ta’ Kumitati 
għat-Tmexxija ta’ 
Sptar. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68
43. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jaħtar Kumitati
oħra għat-Tmexxija ta’ Sptar biex imexxu sptarijiet oħra tal-Gvern
jew gruppi ta’ sptarijiet.
(2) Il-membri ta’ kull kumitat bħal dan għandhom jidħlu,
jibqgħu u jitilqu mill-kariga skond il-pattijiet ta’ dak l-ordni.
(3) Id-dmirijiet tal-Kumitat ikunu speċifikati fl-ordni u ma
għandhomx jeċċedu dawk mogħtija lill-Kumitat għat-Tmexxija ta’
Sptar bl-artikolu 41(1).
Miżjuda: 
I. 1959.5.
TAQSIMA X
BORD TAS-SERVIZZI ĠENERALI
Bord tas-Servizzi 
Ġenerali.
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXVIII. 1961.7; 
II. 1964.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIV. 1969.16; 
LVIII. 1974.68.
44. (1) Għandu jkun hemm Bord tas-Servizzi Ġenerali
magħmul mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern bħala chairman, u mid-
Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew rappreżentant tiegħu, miż-
żewġ Uffiċjali Mediċi Prinċipali, minn Uffiċjal Mediku Anzjan li
jiġi nominat mill-Ministru, mill-Uffiċjal Anzjan tal-Laboratorju
tas-Saħħa Pubblika, minn rappreżentant tal-Kamra ta’ l-Arkitetti u
Inġinieri Ċivili u minn persuna oħra, mhux fis-servizz tal-Gvern,
maħtura mill-President ta’ Malta.
(2) Għandu jkun hemm Segretarju għall-Bord tas-Servizzi
Ġenerali, li jkun maħtur mill-President ta’ Malta.
(3) Meta f’xi okkażjoni, il-Bord tas-Servizzi Ġenerali jixtieq
jikseb il-parir ta’ xi persuna dwar xi ħaġa jew ħwejjeġ partikolari,
il-Bord jista’ jagħżel bħala membru lil dik il-persuna biex tkun
membru għal dik il-laqgħa jew laqgħat skond ma jkun meħtieġ, u
dik il-persuna, waqt li tkun hekk magħżula bħala membru, jkollha
d-drittijiet u l-privileġġi kollha ta’ membru, ħlief li ma jkollhiex
jedd tivvota fuq kull kwistjoni.
Dmirijiet tal-Bord 
tas-Servizzi 
Ġenerali. 
Miżjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXIII 1968.8; 
XIX.1973.5; 
VIII. 1983.12. 
Kap. 31.
45. Id-dmirijiet tal-Bord tas-Servizzi Ġenerali jkunu li jaqdi
dawk il-funzjonijiet li qabel is-16 ta’ Jannar, 1959, kienu mogħtija
lill-Bord Mediku minn xi liġi fis-seħħ f’Malta ħlief dawk il-
funzjonijiet li huma mogħtija lill-Kunsill Mediku, lill-Bord
Konsultattiv u Esekuttiv, lill-Bord dwar l-Ispiżjara, lill-Bord dwar
l-Infermiera u l-Qwiebel u l-Bord dwar il-Professjonijiet
Supplimentari għall-Mediċina, b’din l-Ordinanza, bl-Ordinanza
dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha u bir-regolamenti magħmulin taħt xi waħda minn
dawn l-Ordinanzi.
  14      KAP. 94. ħ     ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦA
Miżjuda: 
I. 1959.5.
TAQSIMA XI
ĠENERALI
Kif jitmexxa x-
xogħol fil-Kunsill, 
eċċ. 
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
XXIII. 1968.9; 
XIX.1973.6; 
VIII. 1983.13.
46. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
Stat legali tal-
Kumitat għat-
Tmexxija ta’ Sptar.
Miżjud:
I. 1950.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
47. Kumitat għat-Tmexxija ta’ Sptar maħtur skond din l-
Ordinanza għandu, għalkemm ikun qiegħed jeżerċita funzjonijiet
f’isem il-Ministru, il-jedd li jwettaq kull dritt akkwistat u jkun
responsabbli dwar kull obbligu meħud fl-eżerċizzju ta’ dawk il-
funzjonijiet f’kollox bħallikieku l-Kumitat kien qiegħed jaġixxi
bħala prinċipal, u l-proċeduri kollha għat-twettiq ta’ dawk il-
jeddijiet u obbligi għandhom jinġiebu mill-Kumitat jew kontra
tiegħu.
Setgħat tal-
President ta’ Malta 
dwar nuqqas. 
Miżjud:
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.10; 
XIX. 1973.7; 
XVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.14; 
X. 1984.2; 
XIII. 1986.2. 
Kap. 31.
48. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
L-ewwel 
elezzjonijiet, l-
ewwel ħatriet.
Miżjud: 
I. 1959.5. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XXIII. 1968.11; 
XIX. 1973.8; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.13.
49. Mħassar bl-Att: XII. 2003.52.
TAQSIMA XII
DISPOSIZZJONIJIET DWAR RISERVI
Riserva. 
Emendat: 
I. 1959.6; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIII. 1968.12; 
XIV. 1969.19; 
XIX. 1973.9; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1983.15.
50. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ kull wieħed mill-
uffiċjali msemmijin fil-liġi mħassra b’din l-Ordinanza, kif ukoll id-
dmirijiet u s-setgħat mogħtija lil kull wieħed minnhom, jibqgħu
jseħħu sa dak iż-żmien illi l-President ta’ Malta jordna xort’oħra
skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 19.
(2) Kull regolament li jkun iseħħ qabel ma tibda sseħħ din l-
Ordinanza dwar it-tmexxija, l-amministrazzjoni, u l-bon-ordni ta’
kull stabbiliment li b’din l-Ordinanza huwa ddikjarat li jagħmel
parti mid-Dipartiment tas-Saħħa jibqa’ jseħħ sa dak iż-żmien li l-
President ta’ Malta jordna xort’oħra skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 19.
(3) It-Taqsima III ta’ din l-Ordinanza għandha tinqara bla ħsara
tad-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet IV, V, VI, VII, VIII u IX tagħha.
ORGANIZZAZZJONITAD-DIPARTIMENTTAS-SAĦĦAġ K AP. 94.     15
Miżjuda: 
I. 1959.7. 
Emendata: 
XXVII. 1961.8;
XIX. 1973.10; 
VIII. 1983.16.
SKEDA
(Artikolu 26)
Tobba
Kirurgi-Dentisti
