KONTROLLTA’ DWAL     1
KAPITOLU 95
ORDINANZA DWAR IL-KONTROLL TA’ 
DWAL
Biex tipprovdi għat-tneħħija totali jew parzjali ta’ dwal f’Malta
b’regolament f’okkażjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ periklu pubbliku, jew
b’esperiment jew eżerċizzju għal dawk l-okkażjonijiet.
(4 ta’ Marzu, 1938)*
Saret liġi bl-ORDINANZA VIII ta’ l-1938, kif emendata bl-Ordinanza
XXV ta’ l-1962; u bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor.
Kontroll ta’ Dwal.
Setgħa biex isiru 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. F’kull okkażjoni li l-Prim Ministru jidhirlu li hija
okkażjoni ta’ emerġenza jew ta’ periklu pubbliku, u wkoll kull
meta jidhirlu li huwa meħtieġ li jsir esperiment jew eżerċizzju għal
dik l-okkażjoni, il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti kif
jidhirlu xieraq li jipprovdu, sew b’ordni espress jew b’talba għall-
kooperazzjoni, għat-tneħħija totali jew parzjali ta’ dwal f’Malta.
Il-persuni li jħarsu 
dawn ir-
regolamenti huma 
ħielsa minn kull 
responsabbiltà.
3. Il-persuna li tħares l-ordni espress jew it-talba għall-
kooperazzjoni hawn fuq imsemmijin tkun meħlusa minn kull
responsabbiltà li tiġi minn kuntratt jew xort’oħra għall-ħsara li tiġi
minħabba l-ħarsien ta’ l-ordni jew tat-talba, iżda dan kemm-il
darba dik il-persuna tkun għamlet dak kollu li kien xieraq biex ma
tiġrix dik il-ħsara.
Piena.
fuq imsemmi jeħel, meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira.
*Ara Proklama Nru. VIII ta’ l-4 ta’ Marzu, 1938.
