TORBIJATA’L-IFRAT ġKAP. 97. 
KAPITOLU 97
ORDINANZA DWAR IT-TORBIJA TA' L-IFRAT 
Sabiex tagħmel provvedimenti għal liċenzi dwar gniedes tar-refgħa u
għal ħwejjeġ oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom.
(13 ta’ Diċembru, 1938)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXXII ta’ l-1938, kif emendata bl-
Ordinanza XVII ta’ l-1943; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XV ta’ l-1958; bl-
Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ 1-1963; u bl-Att XXXIII
ta’ l-1966.
Titolu fil-qosor. 
ta’ l-Ifrat.
Tifsir.
Emendat: 
XVII.1943.2.
2. F’din l-Ordinanza -
"baqra" tfisser fart mara;
"Direttur" ifisser id-Direttur tal-Biedja;
"gendus" ifisser fart raġel mhux imsewwi miżmum għar-refgħa;
"refgħa" tfisser it-tlaqqigħ ta’ gendus ma’ baqra u titqies li saret
malli jsir l-att tat-tlaqqigħ, ukoll jekk dan it-tlaqqigħ jibqa’
mingħajr effett; u "tagħti għar-refgħa" jfisser skond dan ta’ hawn
fuq;
"sid" dwar xi gendus jew baqra jfisser il-bniedem illi, għal dak
iż-żmien, ikollu pussess tal-bhima jew din tkun taħt idejh, sew jekk
bħala sid, bħala komproprjetarju, bħala kerrej jew xort’oħra.
Liċenza għal 
gniedes tar-refgħa, 
eċċ. 
Emendat: 
XVII. 1943.3.
3. (1) Is-sid ta’ gendus ma jistax juża dan il-gendus jew
jippermetti jew iħalli li jiġi wżat jew joffriħ biex jiġi wżat għar-
refgħa, ħlief jekk dan il-gendus - 
(a) ikollu tnax-il xahar jew iżjed; u
(b) ikun f’dak iż-żmien illiċenzjat għar-refgħa mid-
Direttur.
(2) Is-sid ta’ xi baqra ma jkunx jista’ jagħmel jew iħalli li dik
il-baqra tingħata għar-refgħa minn gendus li f’dak iż-żmien ma
jkollux sensja mid-Direttur tal-Biedja għar-refgħa, u lanqas ma
jkun jista’ jittanta li l-baqra tiegħu tingħata għar-refgħa minn dak
il-gendus.
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira, u l-qorti
tista’, barra minn dan, tordna l-qtil jew it-tiswija tal-gendus li bih
ikun sar ir-reat, bi spejjeż tas-sid.
(4) Id-Direttur jista’ jagħti, jirrifjuta jew iħassar liċenza skond
ir-regolamenti li jsiru taħt din l-Ordinanza.
(5) F’kull proċediment għal reat taħt dan l-artikolu, il-prova li
*Ara Proklama Nru. XXXVIII tat-13 ta' Diċembru, 1938.
 2      KAP. 97.ħ      TORBIJATA’L-IFRAT
fiż-żmien tar-reat kien hemm isseħħ għall-gendus liċenza taħt din l-
Ordinanza, tmiss lill-akkużat.
Il-mewt jew il-
mard ta’ gendus 
għandhom jiġu 
mgħarrfa. 
4. Meta l-gendus, illiċenzjat għar-refgħa kif jingħad hawn
fuq, imut jew jimrad jew xort’oħra ma jibqax tajjeb għar-refgħa,
sidu għandu minnufih igħarraf bil-fatt lid-Direttur.
Ħruġ ta' listi ta' 
gniedes bil-liċenza.
Emendat: 
XXXIII. 1966.2. 
5. Id-Direttur għandu, fix-xahar ta’ Lulju ta’ kull sena,
iwaħħal fuq it-tabella ta’ l-avviżi tad-Dipartiment tiegħu, lista ta’
gniedes bil-liċenza taħt l-artikolu 3, u għandu jsemmi fiha dwar
kull gendus, in-nisel, il-post fejn huwa miżmum, l-indirizz tas-sid,
u d-data tal-ħruġ jew tat-tiġdid tal-liċenza, flimkien ma’ lista tad-
distretti li fihom, fil-fehma tiegħu, hemm numru biżżejjed ta’
gniedes b’dik il-liċenza.
Setgħa ta’ dħul u 
ta’ spezzjon. 
6. Id-Direttur jew kull uffiċjal ieħor li jagħmel floku, għandu,
għall-finijiet ta’ l-esekuzzjoni ta’ din l-Ordinanza, is-setgħa - 
(a) li jidħol f’kull ħin xieraq, f’kull fond jew post fejn
ikollu raġun jaħseb li qegħdin isiru kontravvenzjonijiet
għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-
regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha;
(b) li jeżamina, sew waħdu jew flimkien ma’ persuna
oħra, li d-Direttur jaħtar, l-ifrat li jsib f’dak il-fond jew
post, u li huwa jkollu raġun jaħseb li qiegħed isir użu
jew li sar użu minnhom b’kontravvenzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-
regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħħa.
Għajnuna ta' flus. 
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XXV. 1962.2,4; 
A.L. 4 ta' l-1963. 
7. Id-Direttur, bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli
għall-biedja, jista’, taħt il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, jagħti
għajnuna ta’ flus lis-sidien ta’ gniedes illiċenzjati taħt l-artikolu 3.
Piena għal min 
juża għar-refgħa 
gniedes jew baqar 
infettati. 
8. Kull min xjentement juża għar-refgħa gniedes jew baqar
morda bil-marsuttin ta’ l-ifrat, bl-iskol, bl-afta, jew b’xi mard ieħor
infettiv jew kuntaġjuż, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħamsin lira, u l-qorti tista’ tordna, barra minn dan, il-qirda
tal-gniedes jew tal-baqar bi spejjeż tas-sid.
Pieni għal min 
ifixkel l-uffiċjal. 
9. Kull min ma jħallix lid-Direttur jew lil uffiċjal ieħor li jkun
jagħmel f’ismu, jidħol jew jispezzjona fond jew post, jew jimpedih
jew ifixklu fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu taħt din l-Ordinanza,
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
Piena ġenerali. 10. Kull min jikser jew jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, li għalihom ma hemm ebda piena speċjali, jew min
jikser jew jonqos li jħares ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza jeħel, meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux iżjed
minn ħames liri.
 Prosekuzzjoni. 11. L-azzjoni għal reat taħt din l-Ordinanza taqa’ bil-
preskrizzjoni wara tliet xhur minn dak inhar li jkun sar ir-reat:
Iżda meta baqra tkun ġiet użata kontra d-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, l-azzjoni ma taqax bil-preskrizzjoni ħlief
tmintax-il xahar wara li jkun sar ir-reat.
TORBIJATA’L-IFRAT ġKAP. 97. 
Regolamenti. 
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XXV.1962.2,4; 
A.L. 4 ta' l-1963.
12. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel
regolamenti - 
(a) biex jordna l-mod u l-forma li bihom għandha ssir it-
talba għal-liċenza;
(b) dwar il-kondizzjonijiet (kompriż il-ħlas tad-dritt) li
taħthom id-Direttur jista’ jagħti, jirrifjuta, jissospendi
jew iħassar liċenza;
(ċ) dwar is-self ta’ gniedes mis-Stud Farm tal-Gvern lil
persuni f’distrett fejn in-numru tal-gniedes illiċenzjati
taħt din l-Ordinanza ma jkunx biżżejjed;
(d) biex jistabbilixxi r-rata ta’ dritt li għandu jitħallas
għar-refgħa; u
(e) in ġenerali sabiex jiġu esegwiti d-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
