GĦOLITA‘ PREZZIJIETBLARAĠUNI    ġKAP. 98.    1
KAPITOLU 98 
ORDINANZA DWAR IL-GĦOLI TA’ 
PREZZIJIET BLA RAĠUNI
Biex timpedixxi l-għoli ta' prezzijiet bla raġuni ta' xi ħwejjeġ essenzjali.
(3 ta’ Frar, 1939)*
Saret liġi bl-ORDINANZA IV ta' l-1939, kif emendata bl-Ordinanza
XXV ta' l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta' l-1963, 46 ta' 1-1965; u bl-Atti:
LVIII ta' l-1974 u XI ta' l-1977.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Prezzijiet bla Raġuni.
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 4 ta' 1-1963. 
2. F’din l-Ordinanza - 
fil-kelma "ħanut" jidħol kull post fejn ikunu maħżuna jew jiġu
offerti għal bejgħ ħwejjeġ essenzjali;
fil-kelmiet "ħwejjeġ essenzjali" jidħlu oġġetti ta’ ikel għal
bniedem, għalf għal annimali, annimali tal-qtil għall-ikel, oġġetti
wżati fil-preparazzjoni ta’ ikel għall-konsum u kull ħaġ’oħra li l-
Ministru responsabbli għall-iżvilupp industrjali jiddikjara li hija
essenzjali għall-ħajja tal-popolazzjoni.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta' l-1963; 
XI. 1977.2.
3. Il-Ministru responsabbli għall-kummerċ, meta jidhirlu li hu
meħtieġ għall-ġid tal-popolazzjoni ta’ Malta, jista’ jagħmel
regolamenti dwar dan li ġej:
(a) biex jiffissa l-ogħla prezz bl-ingrossa u bl-imnut ta’
ħwejjeġ essenzjali u jillimita l-qligħ fuq il-bejgħ
tagħhom;
(b) biex jordna li ebda ħaġa essenzjali m’għandħa tinbiegħ
bi prezz ogħla minn dak li hija kienet tinbiegħ f’data
msemmija fir-regolamenti, jew bi prezz li jkun ogħla
mill-prezz li hija kienet tinbiegħ fid-data hawn fuq
imsemmija, b’iżjed mill-ammont iffissat fir-
regolamenti;
(ċ) biex jordna li l-prezzijiet u l-indikazzjoni tal-kwalità
tal-ħwejjeġ essenzjali offerti għal bejgħ lill-pubbliku
għandhom jitqiegħdu b’mod li jkunu jidhru sewwa fuq
l-oġġetti kif jiġi stabbilit fir-regolamenti;
(d) biex jordna li kull persuna li għandħa l-proprjetà jew
il-pussess ta’ ħwejjeġ essenzjali jew li għandha
x’taqsam fl-importazzjoni, bejgħ, manifattura jew
produzzjoni tagħhom, għandħa tagħmel rapport tal-
ħwejjeġ essenzjali li jkollha għandha jew li jkunu ġew
ikkunsinnati lilha, jew ordnati minnha, lill-persuna jew
persuni awtorizzati mill-Ministru responsabbli għall-
kummerċ, f’dik il-formula u f’dak iż-żmien li dik il-
persuna jew persuni awtorizzati jordnaw; u 
*Ara Proklama Nru. V tat-3 ta' Frar, 1939.
 2      KAP. 98.ħ     GĦOLITA‘ PREZZIJIETBLARAĠUNI 
(e) ġeneralment, biex jagħmel provvedimenti sabiex ma
jsirux abbużi fil-bejgħ ta’ ħwejjeġ essenzjali.
Ħatra ta' Bord 
għall-Kontroll tal-
Prezzijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta' l-1963; 
A.L. 46 ta' l-1965;
LVIII.1974.68; 
XI. 1977.2. 
4. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar Bord imsejjaħ Bord
għall-Kontroll tal-Prezzijiet, li jkun jikkonsisti mill-persuni li huwa
jaħtar.
(2) Dan il-Bord għandu jikkonsulta lill-Ministru responsabbli
għall-kummerċ fuq kull ħaġa li tidħol fis-setgħat mogħtijin lilu
b’din l-Ordinanza, u jeżerċita dawk il-funzjonijiet l-oħra li jiġu
mogħtijin lilu b’regolamenti taħt l-aħħar artikolu qabel dan.
(3) Il-Prim Ministru jista’ jaħtar persuna waħda jew iżjed
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin "spetturi") biex jeżaminaw
użin u kejl, jissorveljaw il-bejgħ ta’ ħwejjeġ essenzjali, u jaraw li
jiġu mħarsa r-regolamenti magħmulin taħt din l-Ordinanza.
Ir-regolamenti 
ghandhom joħorġu 
fil-Gazzetta tal-
Gvern.
5. Ir-regolamenti kollha magħmulin taħt din l-Ordinanza
għandhom jiġu maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern u jibdew iseħħu
mid-data li jiġu hekk maħruġa:
Iżda, għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza din il-pubblikazzjoni
titqies li saret fil-belt jew raħal, hekk kif tiġi mwaħħla fuq it-tabella
ta’ l-avviżi ta’ l-Istazzjon tal-Pulizija ta’ dik il-belt jew raħal, kopja
tan-Notifikazzjoni tal-Gvern li jkun fiha r-regolament.
Setgħat ta' 1-
ispetturi. 
6. (1) Kull spettur jista’ jidħol f’ħanut u jaqbad minn dak il-
ħanut jew minn fuq karrettun jew vettura oħra li fuqhom ikunu
jinbiegħu fit-toroq ħwejjeġ essenzjali, jew mill-pussess ta’ persuna
li toffri ħwejjeġ essenzjali għal bejgħ, kull użin jew kejl li huwa
jkollu raġun jaħseb li mhux tajjeb, u jista’ jieħu kampjuni ta’
oġġetti ta’ ikel, u jeżamina fatturi, kotba jew korrispondenza li
jirreferixxu għal ħwejjeġ essenzjali.
(2) L-ispettur għandu jħallas għall-kampjuni kollha li jagħżel u
li jieħu l-prezz kurrenti tas-suq u għandu jagħti irċevuta għal kull
użin jew kejl maqbud minnu.
Reati. 7. (1) Kull min ifixkel jew jimpedixxi spettur fl-eżerċizzju
tas-setgħat tiegħu taħt din l-Ordinanza, jew jirrifjuta li jagħti lil
spettur, l-isem u l-indirizz tiegħu u partikularitajiet oħra għall-
finijiet ta’ identifikazzjoni, ikun ħati ta’ reat kontra din l-
Ordinanza.
(2) Kull min jonqos li jħares jew jikser id-disposizzjonijiet tar-
regolamenti magħmulin taħt din l-Ordinanza jkun ħati ta’ reat
kontra din l-Ordinanza.
(3) Kull min xjentement jagħmel dikjarazzjoni falza dwar
ħwejjeġ essenzjali, li jkunu għandu jew ordnati minnu, jew
ikkunsinnati lilu, f’rapport meħtieġ li jsir skond ir-regolamenti
magħmulin taħt din l-Ordinanza, ikun ħati ta’ reat kontra din l-
Ordinanza.
Pieni. 8. Kull min ikun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza jeħel,
meta jinsab hekk ħati, il-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn tliet xhur jew multa ta’ mhux anqas minn ħames liri u mhux
iżjed minn ħamsin lira, jew il-priġunerija u l-multa flimkien:
GĦOLITA‘ PREZZIJIETBLARAĠUNI    ġKAP. 98.    3
Iżda meta l-qorti jidhrilha li piena anqas tkun piena
biżżejjed għar-reat, il-qorti tista’ tnaqqas il-multa fid-diskrezzjoni
tagħha, imma fl-ebda każ il-multa m’għandha tkun ta’ anqas minn
ħamsa u għoxrin ċenteżmu:
Iżda wkoll, f’każ ta’ reċidiva f’reat kontra din l-Ordinanza,
il-qorti tista’ tordna illi l-liċenza għall-bejgħ ta’ ħwejjeġ essenzjali
mogħtija lill-ħati, taħt kull liġi li tkun, tiġi sospiża għal mhux iżjed
minn tliet xhur; u dan l-ordni għandu jiġi maħruġ fil-Gazzetta tal-
Gvern u kopja tiegħu għandha tiġi mwaħħla mal-bieb jew bibien
tal-ħanut fejn ir-reat ikun sar u għandha tibqa’ hekk imwaħħla
għaż-żmien kollu li jdum iseħħ l-ordni.
