TIRŻINFL-UŻUTAL-GEORGE CROSS ġKAP. 115.    1
 KAPITOLU 115 
ORDINANZA DWAR IT-TIRŻIN FL-UŻU TAL-
GEORGE CROSS 
 Biex tirregola 1-użu ta’ 1-emblema tal-George Cross.
(25 ta’ Awissu, 1943)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XVI ta’ l-1943, kif emendata bl-Avviżi
Legali: 4 ta' l-1963, 46 ta' l-1965; bl-Atti: LVIII ta' 1-1974, XI ta' 1-1977 u
VIII ta' l-1990.
Titolu fil-qosor. 
fl-Użu tal-George Cross.
Projbizzjoni ta’ 1-
użu ta’ 1-emblema 
tal-George Cross, 
eċċ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1990.3.
2. (1) Minn mindu tibda sseħħ din l-Ordinanza ħadd ma jkun
jista’ jagħmel użu jew jibqa’ jagħmel użu għal għanijiet tan-
negozju jew kummerċ tiegħu jew għal kull għan ieħor li jkun,
mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Prim Ministru, mill-emblema tal-
George Cross, jew xi sura li tista’ tixxebbah jew mill-kelmiet
"George Cross" sew jekk waħedhom jew flimkien ma’ xi kelma jew
kelmiet oħra, u, jekk xi ħadd jikser din id-disposizzjoni, huwa jkun
ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza, u, jekk jinsab ħati mill-Qorti
tal-Maġistrati, jeħel multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira, u
mhux iżjed minn mitejn lira, u jista’ jitlef l-oġġetti li fuqhom jew
dwarhom l-emblema jew kelmiet kienu ġew użati:
Iżda meta dik l-emblema jew dawk il-kelmiet kienu laħqu
ġew użati f’jum l-għoti tal-kunsens u, fi żmien xahar mill-jum li fih
din l-Ordinanza tibda sseħħ, issir talba bil-miktub lill-President ta’
Malta għall-awtorizzazzjoni sabiex jibqgħu jintużaw dik l-emblema
jew dawk il-kelmiet, jitqies illi l-persuna fil-kwistjoni għandha l-
awtorizzazzjoni provviżorja li tagħmel użu minn dik l-emblema
jew dawk il-kelmiet, skond il-każ, sa ma dik il-persuna ssir taf
b’dak li l-President ta’ Malta jkun qata’ fuq it-talba tagħha.
(2) Il-Prim Ministru jista’, f’kull żmien, fid-diskrezzjoni
assoluta tiegħu, ibiddel jew iħassar 1-awtorizzazzjoni minnu
mogħtija qabel taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Meta l-ħtija ssir 
minn kumpannija 
jew xirka. 
3. Meta kumpannija jew xirka tkun ħatja ta’ ksur ta’ l-artikolu
2, kull direttur, manager, segretarju u persuna oħra b’kariga fil-
kumpannija jew xirka li bid-dehen tkun ħadet sehem fil-ksur ta’ din
il-liġi, tkun ħatja kontra din l-Ordinanza u teħel l-istess piena.
Kunsens ta’ l-
Avukat Ġenerali 
għall-proċedimenti 
taħt din l-
Ordinanza. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. Ma jittieħdu ebda proċedimenti taħt din 1-Ordinanza
mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 410 tal-31 ta' Awissu, 1943.
 2       KAP. 115.ħ    TIRŻINFL-UŻUTAL-GEORGE CROSS
Projbizzjoni ta’ 
reġistrar ta’ "trade 
marks" li jkun 
fihom dik l-
emblema, eċċ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
Kap. 29.
5. Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 93 ta’ l-Ordinanza dwar il-
Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, il-Kontrullur ma jirreġistra
ebda "trade mark" li jkun fiha l-imsemmijin emblema jew kelmiet
mingħajr l-awtorizzazzjoni speċjali tal-Prim Ministru li d-deċiżjoni
tiegħu tkun finali.
