TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR  ġ K AP. 116.
KAPITOLU 116 
ORDINANZA LI TRAŻŻAN IL-KERA 
FUQ ID-DJAR 
Biex trażżan il-Kera fuq id-Djar, u biex iddaħħal xi disposizzjonijiet
dwar il-Kiri tagħhom.
(2 ta’ Ottubru, 1944)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XVI ta’ l-1944, u ġiet emendata bl-
Ordinanza XXIX ta’1-1947; bl-Atti: V ta’1-1947, I ta’ l-1957; bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza XIV ta' 1-1958; bl-Ordinanzi: VI ta' 1-1959,
XXV ta' l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ 1-1965; bl-Atti:
XXII ta’ 1-1976, XI ta' 1-1977, XIII ta’ 1-1983, VIII ta’ 1-1990 u XXXI
ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
V. 1947.5. 
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza li Trażżan il-
Kera fuq id-Djar.
Tifsir.
Emendat: 
XXIX. 1947.3; 
V. 1947.2;
I. 1957.2;
XXV. 1962.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Kap. 69.
2. F’din l-Ordinanza - 
"Bord" tfisser il-Bord imwaqqaf taħt l-Ordinanza li Tirregola it-
Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini. Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza, il-Bord
ikollu dawk is-setgħat u jimxi fuq l-istess regoli ta’ proċedura, sa
fejn jista’ jkun, li jinsabu fl-istess Ordinanza;
"dar" tfisser bini, sehem minn bini mikri għalih, jew kamra
mikrija għaliha, li jkunu mikrija l-aktar bħala dar jew imkien fejn
wieħed joqgħod u tfisser ukoll art imdaħħla mal-lok mikri, iżda ma
tfissirx bini, sehem minn bini jew kamra meta dawn ikunu
mqabblin flimkien ma’ raba’;
"dar ġdida" tfisser kull dar illi, mingħajr ma jingħaddu l-fittings,
it-tibjid u ż-żebgħa, u kull tibdil, saħansitra jekk fil-bini, ma kenitx
mibnija jew lesta sabiex titgħammar fil-31 ta’ Marzu, 1939;
"dar qadima" tfisser kull dar illi, mingħajr ma jingħaddu l-
fittings, it-tibjid u ż-żebgħa, u kull tibdil, saħansitra jekk fil-bini,
kienet mibnija jew lesta sabiex titgħammar fil-31 ta’ Marzu, 1939;
"dar ta’ proġett" tfisser dar ġdida ta’ proprjeta privata bil-ħsieb li
tkun mikrija separatament li għall-bini tagħha l-Gvern għamel
donazzjoni taħt proġett għall-bini ta’ djar;
"kera xieraq" tfisser - 
(i) dwar dar qadima, il-kera xieraq li wieħed
għandu jistenna li jħallas għal dar qadima billi
wieħed iqis il-kera li, mill-wieħed għall-ieħor,
kien jimxi fil-31 ta’ Marzu, 1939, kif jidher fir-
reġistri ta’ l-Uffiċċju dwar il-Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet dwar djar li jixxieħbu, fl-istess imkejjen
jew f’imkejjen li jixbħuhom:
*Ara 1-artikolu 1 ta’ l-Ordinanza kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt 1-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u 1-
Proklama Nru. VII tad-29 ta’ Settembru, 1944.
 2      KAP. 116.ħ    TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR 
Iżda meta, wara l-31 ta’ Marzu, 1939, ikunu
saru tibdil jew żidiet fil-bini ta’ dar, sew jekk
ġdida jew qadima, illi, fil-fehma tal-Bord, ikunu
għollew is-siwi tal-kera tad-dar u illi dwarhom
jew, kif jaħbat, dwar sehem minnhom, ebda
kumpens ma tħallas jew ma jistħoqq li jitħallas
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza ta’ l-
1943 dwar il-Ħsarat tal Gwerra*, u ebda ammont
ma tħallas jew ma jistħoqq li jitħallas bħala
donazzjoni mill-Gvern ta’ Malta, il-kera għandu
jiżdied b’għadd illi, fil-fehma tal-Bord, jaqbel
għaż-żieda fis-siwi tal-kera u illi qatt ma għandu
jħalli iżjed minn tlieta u kwart fil-mija fis-sena
fuq il-flus minfuqin għat-tibdil jew għaż-żidiet
(mingħajr ma jingħadd l-imgħax fuq self jew
dwar flejjes qegħdin) jew, kif jaħbat, fuq dak is-
sehem minnu li dwaru kumpens ma jkunx tħallas
u ma jkunx jistħoqq li jitħallas taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza ta’ l-1943 dwar
il-Ħsarat tal-Gwerra*, u ebda ammont ma tħallas
jew ma jistħoqq li jitħallas bħala donazzjoni
mill-Gvern ta’ Malta, kif ipprovat minn sid il-
kera hekk li jogħġob lill-Bord jew, fin-nuqqas
ta’ din il-prova, kif iffissat mill-Bord; u
(ii) dwar dar ġdida, għadd ta’ flus li jkun daqs id-
dħul bit-tlieta fil-mija fis-sena fuq is-siwi ta’ l-
art ħielsa u franka u bit-tlieta u kwart fil-mija
fuq l-infieq għall bini (mingħajr ma jingħadd
kull ammont li tħallas jew li jistħoqq li jitħallas
bħala donazzjoni mill-Gvern ta’ Malta u l-
imgħax fuq self jew dwar flejjes qegħdin) kif
ipprovat minn sid il-kera b’sodisfazzjon tal-Bord
jew, fin-nuqqas ta’ din il-prova, kif ikun iffissat
mill-Bord:
Iżda meta ħlas taħt l-Ordinanza ta’ l-1943
dwar il-Ħsarat tal-Gwerra*, isir jew ikun
jistħoqq mill- kont tal-ħsarat tal-gwerra dwar
bini li kien hemm qabel u li minnu jew li fuq l-
art fejn kien tinbena dar ġdida f’kollox jew
f’sehem, għall-għan li jingħadd il-kera xieraq ta’
dik id-dar ġdida id-dħul minn dak is-sehem tal-
flus minfuqin, hekk imħallas jew li jistħoqq
mill-kont tal-ħsarat tal-gwerra, qatt ma għandu
jiżboq il-kera xieraq ta’ sena tal-bini li kien
hemm qabel kif kien fil-31 ta’ Marzu, 1939, jew
it-tlieta u kwart fil-mija għal sena fuq dak is-
sehem tal-flus minfuqin, liema fosthom ikun l-
iżgħar għadd;
(iii) dwar dar ta’ proġett, somma fis-sena li għandha
tiġi iffissata bi ftehim kif maħsub fis-subartikolu
(4) ta’ l-artikolu 5;
*Revokata bl-Att XXIX ta’ 1-1980. (Kapitolu 289).
TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR  ġ K AP. 116.
"kerrej" tfisser ukoll subkonduttur, u "kirja" tfisser ukoll
sullokazzjoni;
"raba’" ma tfissirx il-ġnien ta’ dar jew bini, jew art fil-magħlaq
ta’ dar jew bini;
"sid il-kera" tfisser ukoll bniedem li jkollu jedd għall-kera taħt
sid il-kera ewlieni;
"tikri" tfisser ukoll tissulloka;
Kap. 110.
"Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet" tfisser l-uffiċjal
maħtur għal din il-kariga mill-Prim Ministru għall-għanijiet ta’ l-
Ordinanza dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet Mibnija.
It-tiswija, bini 
mill-ġdid u tibdil 
ta’ dar jew żidiet 
fiha, imħallsin taħt 
1-Ordinanza dwar 
il-Ħsarat tal-
Gwerra, ma 
jbiddlux ix-xorta 
tagħha. 
Miżjud: 
XXIX. 1947.4.
3. Kull tiswija jew bini mill-ġdid ta’ dar, li jkunu saru taħt
ħlas ta’ xogħlijiet għal ftit żmien jew taħt ħlas tan-nefqa ta’
xogħlijiet jew bi ħlas jew bit-tama ta’ ħlas ta’ valur, kull wieħed
minn dawn kif imfisser fl-Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-Ħsarat tal-
Gwerra*, jew kull żieda jew tibdil fil-bini ta’ dar ma jagħmlux hekk
illi jbiddlu s-sura qadima jew ġdida tad-dar, għalkemm il-pjanta
tat-tlugħ, imma mhux ix-xorta u l-qis ta’ fuq fuq tagħha, jkunu
setgħu ġew imbiddlin f’xi ħaġa importanti.
Kera xieraq. 
Emendat: 
I.1957.3; 
VI. 1959.3; 
XXII. 1976.4; 
XIII. 1983.4.
4. (1) Il-kera xieraq ta’ dar qadima jista’ jkun stabbilit għal xi
żmien jew darba għal dejjem.
(2) Il-kera xieraq ta’ dar qadima huwa stabbilit darba għal
dejjem- 
(a) mill-Bord taħt is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 5 jew
taħt l-artikolu 6;
(b) b’egħluq iż-żmien kif hemm fis-subartikolu (1) (i) ta’
l- artikolu 5.
(3) Il-kera xieraq ta’ dar qadima huwa stabbilit għal xi żmien
fil-każijiet xerqin - 
(a) mill-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet; jew 
(b) mill-Accountant  General  jew minn wieħed mill-
uffiċjali msemmijin fis-subartikolu (5) ta’ dan l-
artikolu.
(4) Fuq talba u magħha ħlas ta’ ħames ċenteżmi, l-Uffiċjal
għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet joħroġ, dwar kull dar qadima
għaliha ċertifikat fejn igħid liema huwa l-kera ta’ dik id-dar qadima
għaliha, li b’hekk ġie milqugħ fl-aħħar fil-kotba ta’ l-Uffiċċju tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, u l-kera hekk imsemmi għandu jitqies li
huwa l-kera xieraq għal xi żmien ta’ dik id-dar.
(5) Dwar djar qodma li kull jedd fihom, ħlief xi kiri, ikun
skond il-liġi tal-Gvern ta’ Malta, il-kera xieraq ikun stabbilit għal
xi żmien fuq il-kera ta’ dik id-dar fil-31 ta’ Marzu, 1939, jew fuq
il-kera ta’ dik id-dar li kien iseħħ fi żmien xahar minn dak il-jum,
f’kull każ kif dikjarat bil-miktub mill-Accountant General. Jekk dik
id-dar qadima ma kenitx mikrija fil-31 ta’ Marzu, 1939, jew fi
żmien xahar minn dak il-jum, f’dak il-każ il-kera xieraq ikun
*Revokata bl-Att XXIX ta’ 1-1980. (Kapitolu 289).
 4      KAP. 116.ħ    TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR 
stabbilit biss darba għal dejjem mill-Bord.
(6) Il-kera xieraq ta’ dar ġdida jista’ jiġi stabbilit biss darba
għal dejjem, u biss mill-Bord taħt is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 5.
(7) Il-kera xieraq ta’ dar ta’ proġett jista’ jiġi ffissat biss
definitivament u biss bi ftehim kif maħsub fis-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 5.
Tiġdid ta’ kirjiet u 
kirjiet ġodda. 
Emendat:
 I. 1957.4;
XIV.1958.2;
XXV. 1962.5; 
XI. 1977.2.
5. (1) Meta sid il-kera jkollu ħsieb jikri jew iġedded kirja ta’- 
(a) dar b’kera ogħla minn, jew b’kondizzjonijiet li ma
jaqblux ma’ l-oħrajn, il-kera u l-kondizzjonijiet li
bihom dik id-dar kienet mikrija fil-31 ta’ Marzu, 1939;
jew
(b) dar qadima li ma kenitx mikrija fil-31 ta’ Marzu,
1939-
 (i) sid il-kera u l-kerrej jistgħu jiftehmu dwar il-
kera u l-kondizzjonijiet, iżda ma jistgħux
jiftehmu li l-kera għandu jisboq il-kera xieraq
stabbilit għal xi żmien u lanqas illi l-kirja
għandha tkun fuq kondizzjonijiet aktar iebsa
minn dawk li bihom dik id-dar kienet mikrija fil-
31 ta’ Marzu, 1939, jew jekk ma kenux
issemmew ebda kondizzjonijiet, fuq
kondizzjonijiet aktar iebsa mill-kondizzjonijiet
tas-soltu. Matul it-tmienja u għoxrin jum tax-
xogħol wara l-jum tal-ftehim sew is-sid jew il-
kerrej jista’ jitlob lill-Bord għal tiswija tal-kera
jew tal-kondizzjonijiet hekk miftehmin u kull
tiswija li l-Bord jagħmel fuq hekk tkun tiswa
mill-jum meta sar il-ftehim, jew, inkella,
(ii) sid il-kera, qabel il-bidu jew tiġdid tal-kirja,
jista’ jersaq quddiem il-Bord sabiex dan jaqta’ l-
kera xieraq darba għal dejjem.
(2) Meta sid il-kera jkollu ħsieb jikri dar ġdida - 
(i) sid il-kera u l-kerrej jistgħu jiġu fi ftehim għal xi
żmien dwar il-kera u l-kondizzjonijiet, iżda hekk
illi dak il-ftehim isir ta’ darba għal dejjem biss
b’deċiżjoni tal-Bord fuq talba tas-sid jew tal-
kerrej, u din id-deċiżjoni għandha f’kull każ
ikollha saħħa mill-ewwel jum li fih beda jgħodd
il-ftehim. Is-sid jagħmel reat jekk ma jagħmilx
talba bħal din fi żmien xahrejn mill-ewwel jum
li fih beda jgħodd il-ftehim, kemm-il darba l-
kerrej ma jkunx għamel huwa it-talba qabel. Jew
inkella,
(ii) sid il-kera, qabel ma tibda l-kirja, jista’ jitlob
lill- Bord sabiex jiffissa l-kera xieraq darba
għal- dejjem.
(3) F’kull każ l-applikant lill-Bord għandu jikxef liema huma
1-pattijiet u kondizzjonijiet tal-kirja li tkun fi ħsiebu u, sa fejn jaf
hu, kull ma jista’ jgħodd sabiex jinqata’ l-kera xieraq tad-dar.
TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR  ġ K AP. 116.
(4) Qabel ma tingħata donazzjoni għall-bini ta’ dar ta’ proġett
jew waqt li tkun qiegħda tingħata d-donazzjoni għandu jsir ftehim
permezz ta’ att nutarili bejn il-Ministru li f’dak iż-żmien ikun
inkarigat mill-Kummissjoni dwar il-Ħsarat tal-Gwerra jew persuna
oħra li minn żmien għal ieħor tkun delegata minnu għalhekk u min
jirċievi d-donazzjoni, billi jiġi ffissat il-kera xieraq tad-dar ta’
proġett proposta.
Kap. 69. 
(5) Dwar dar, sew jekk ġdida jew qadima, imsewwija jew
mibnija mill-ġdid bi ħlas jew bit-tama ta’ ħlas ta’ valur kif imfisser
fl-Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-Ħsarat tal-Gwerra*, jew imsewwija
taħt ħlas ta’ xogħlijiet għal ftit żmien jew taħt ħlas tan-nefqa ta’
xogħlijiet, kull wieħed minn dawn kif imfisser fl-Ordinanza ta’ l-
1943 dwar il-Ħsarat tal-Gwerra*, meta sid il-kera ma jkunx irid
iżomm dik id-dar biex joqgħod fiha huwa nnifsu, il-kerrej li l-aħħar
kienet għandu mikrija kif il-kelma "kerrej" hija mfissra fl-
Ordinanza li Tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini, ikun ippreferut fil-
kiri l-ġdid fuq kull kerrej ieħor li ma jkunx jiġi minn sid il-kera fil-
linja tan-nisel ’l fuq jew ’l isfel, mid-demm jew bi żwieġ jew
adozzjoni jew ħuh jew oħtu:
Kap. 16. 
Iżda b’dan illi dik id-dar, fil-jum li fih din l-Ordinanza
tibda sseħħ , ma kenitx laħqet inkriet, u iżda wkoll illi, meta sid il-
kera jibgħat lill-kerrej li l-aħħar id-dar kienet mikrija għandu
tagħrifa kif jingħad fl-artikolu 1597 jew 1598 tal-Kodiċi Ċivili, dan
il-kerrej juri ħsiebu li jinqeda b’dan il-jedd ta’ preferenza, mogħti
lilu taħt dan is-subartikolu, fiż-żmien u kif jingħad fl-artikolu 1596
tal-Kodiċi Ċivili.
(6) Jekk xi ħadd jikser dak li jingħad fis-subartikolu (1) jew (3)
ta’ dan l-artikolu jew ma joqgħodx għalli jgħidu jew jekk sid il-
kera jagħmel ir-reat msemmi fis-subartikolu (2) (i), il-ħati jkun ħati
ta’ reat kontra din l-Ordinanza, u dak ir-reat jkun hemm għalih l-
piena msemmija fl-artikolu 14 ta’ din l-Ordinanza, ħlief illi l-inqas
piena ta’ flus li għandha tingħata tkun ta’ erbgħin lira.
Talbiet lill-Bord.
Emendat:
I. 1957.5.
6. Sid il-kera, jew il-kerrej jista’ f’kull żmien jitlob lill-Bord
sabiex dan jaqta’ liema huwa l-kera xieraq tad-dar li tissemma (li
ma tkunx dar ta’ proġett) kemm-il darba - 
(i) il-kera xieraq ta’ dik id-dar ma jkunx laħaq ġie
stabbilit mill-Bord; jew
(ii) il-kera xieraq għal xi żmien ta’ dar qadima ma
kienx ġie milqugħ minn sid il-kera u mill-kerrej
kif jgħid is-subartikolu (1)(i) ta’ l-artikolu 5 u ż-
żmien miftiehem fil-kuntratt tal-kera jkun għadu
għaddej; jew
(iii) il-proviso  (i) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7
ma jkunx igħodd.
Għoli żejjed ta’ 
kera. 
Emendat: 
I.1957.6. 
7. (1) Jekk, kull meta jkun wara li din l-Ordinanza tibda
sseħħ, il-kera ta’ xi dar ikun iżjed mill-kera xieraq sew kif maqtugħ
mill-Bord jew milqugħ skond is-subartikolu (1) (i) ta’ l-artikolu 5,
jew miftiehem kif maħsub fis-subartikolu (4) ta’ dak l-artikolu, il-
* Revokata bl-Att XXIX ta’ 1-1980 (Kapitolu 289).
 6      KAP. 116.ħ    TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR 
għadd ta’ din iż-żieda, jekk ukoll ikun hemm ftehim kontra dan sew
jekk magħmul qabel jew wara li din l-Ordinanza tibda sseħħ, ma
jkunx jista’ jiġi mfittex mingħand il-kerrej, u jekk ikun laħaq
tħallas mill-kerrej, ikun jista’ jiġi imfittex minnu jew minn xi ħadd
li jfittex f’ismu mill-bniedem li lilu jkun tħallas jew mill-werrieta
ta’ dan, u jista’, mingħajr ħsara għal kull mezz ieħor ta’ ġbir,
jitnaqqas mill-kera jew mill-flus li mill-kerrej jistħoqqu, jew li ’1
quddiem għad jistgħu jistħoqqu, lil sid il-kera:
Iżda illi:
Kuntratti ta’ kiri 
b’seħħ mill-31 ta’ 
Marzu, 1939, jew 
minn data qabel 
din.
(i) fil-każ ta’ dar li meta din l-Ordinanza bdiet
isseħħ kienet mikrija b’saħħa ta’ kuntratt ta’ kiri
magħmul fi, jew qabel, il-31 ta’ Marzu, 1939,
jew magħmul  bona fide  wara dak il-jum iżda
hekk illi għandu jseħħ minn dak il-jum jew minn
jum ta’ qabel, dan is-subartikolu m’għandux iġib
illi jista’ jiġi mfittex mingħand il-kerrej, jew illi
l-kerrej jew xi ħadd f’ismu jista’ jfittex, jew illi
jista’ jitnaqqas, xi kera li għandu jitħallas taħt
dak il-kuntratt ta’ kiri matul iż-żmien tal-kirja li
twaqqfet b’saħħa ta’ dak il-kuntratt;
Kuntratti ta’ kiri 
b’seħħ mill-1 ta’ 
April, 1939, jew 
minn jum wara, 
magħmulin qabel 
ma din 1-
Ordinanza tibda 
sseħħ.
(ii) fil-każ ta’ dar li meta din l-Ordinanza bdiet
isseħħ kienet mikrija b’saħħa ta’ kuntratt ta’ kiri
magħmul fi, jew wara, il-1 ta’ April, 1939, iżda
mhux hekk illi għandu  bona fide  jseħħ minn
qabel dak il-jum, dan is-subartikolu m’għandux
iġib illi jista’ jiġi mfittex mingħand il-kerrej jew
illi l-kerrej jew xi ħadd f’ismu jista’ jfittex, jew
illi jista’ jitnaqqas, xi kera li taħt il-kuntratt ta’
kiri għandu jitħallas, jew li tħallas, sa meta t-
talba meħtieġa tiġi mressqa fir-reġistru tal-Bord,
imma din it-tirżina ma għandha qatt tgħodd dwar
kera li tħallas, jew li jmissu tħallas, bil-quddiem
għal żmien itwal minn tliet xhur. Il-ħlas tal-kera
ta’ wara għandu jsir kif jgħid is-subartikolu (2)
li ġej.
(2) Meta l-proviso  (ii) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 jkun
igħodd, il-kera li mill-ewwel darba jagħlaq wara li tkun ġiet
imressqa talba fir-reġistru tal-Bord, għandu jkun il-kera xieraq għal
xi żmien stabbilit kif hemm fl-artikolu 4; imma jekk il-Bord
jagħmel xi tiswija f’dak il-kera, din it-tiswija tkun tgħodd mill-jum
minn mindu dak il-kera xieraq għal xi żmien beda jistħoqq.
(3) Jekk xi sid il-kera bid-dehen idaħħal xi kera li b’saħħa ta’
din l-Ordinanza sid il-kera ma għandux il-jedd li jfittex għalih,
huwa jkun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza, u jekk xi sid il-kera
jinsab ħati ta’ xi reat bħal dan, il-qorti li fiha huwa jkun insab ħati
tista’, mingħajr ħsara ta’ ebda jedd ieħor illi l-kerrej jista’ jkollu
sabiex jiġbor il-kera mħallas żejjed, tordna lil sid il-kera li jrodd
dak il-kera żejjed bl- imgħax mill-jum ta’ l-ordni.
Tirżin fuq it talba 
ta’ rigali. 
8. (1) Ħadd ma għandu jitlob jew jilqa’, bħala kondizzjoni ta’
l-għoti, tiġdid, jew issuktar ta’ kirja ta’ xi dar, il-ħlas ta’ xi rigal
jew ta’ flus oħra bħal dan jew il-għoti ta’ xi ħaġa li tkun minbarra l-
TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR  ġ K AP. 116.
kera, u meta jsir xi ħlas bħal dan jew tingħata ħaġa li tkun wara li
din l-Ordinanza tibda sseħħ, il-bniedem li jkun għamel il-ħlas jew
ta il-ħaġa jew il-werrieta tiegħu jkunu jistgħu jfittxu sabiex jieħdu
lura dawk il-flejjes jew is-siwi ta’ dik il-ħaġa.
(2) Kull bniedem li, wara li din l-Ordinanza tibda sseħħ, jitlob
xi ħlas jew il-għoti ta’ xi ħaġa li tkun bi ksur ta’ dan l-artikolu, ikun
ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza, u, jekk bniedem misjub ħati li
talab jew li laqa’ xi ħlas jew xi ħaġa li tkun kif imsemmi hawn
qabel ikun ħa dak il-ħlas jew dik il-ħaġa li tkun, il-qorti li tkun
sabitu ħati tista’ tordnalu li jrodd lill-bniedem li mingħandu jkun
ħadhom, jew lill-werrieta ta’ dak il-bniedem, il-għadd ta’ dawk il-
flejjes jew is-siwi ta’ dik il-ħaġa li tkun, bl-imgħax mill-jum li fih
kien ħadhom.
Djar mikrija bil-
għamara. 
Emendat: 
XXIX. 1947.5; 
V. 1947.3.
9. (1) Id-disposizzjonijiet li jinsabu f’din l-Ordinanza jkunu
jgħoddu għal kull dar mikrija bil-għamara mingħajr ma titqies dik
il-għamara, u d-differenza bejn il-kera hekk maqtugħ u l-kera
miftiehem bejn sid il-kera u l-kerrej titqies li tkun il-kera ta’ l-
għamara.
(2) Kull kerrej ta’ dar bil-għamara jekk hekk jidhirlu, jista’
f’kull żmien jitlob lill-Bord sabiex dan jaqta’ l-kera xieraq ta’ l-
għamara, iżda kull tiswija ta’ kera li l-Bord jaqta’ ma tibdiex
tgħodd ħlief mill-ewwel jum li fih għandu jitħallas il-kera li jaħbat
wara li t-talba tal-kerrej tkun ġiet mressqa fir-reġistru tal-Bord; u
iżda wkoll illi l-għażla hekk mogħtija ma tistax tkun użata aktar
minn darba mill-istess kerrej dwar l-istess kirja, sew kif mill-bidu
kien sar il-ftehim jew kif imġedda minn żmien għal żmien.
(3) Meta ssir talba bħal din, il-Bord għandu, f’kull każ, jaħtar
espert sabiex jistma kemm, wara li jinqatgħu l-ispejjeż, dik il-
għamara tista’ ġġib f’bejgħ bl-irkant li jsir bir-rieda ta’ sidha. Id-
dritt ta’ ħlas ta’ l-espert u l-ispejjeż li dan jagħmel joħroġhom fil-
waqt il-kerrej b’żieda ta’ kull dritt li dan ta’ l-aħħar ikun ħallas taħt
l-artikolu 10.
(4) Il-Bord jaqta’ l-kera xieraq ta’ l-għamara bil-ħmistax fil-
mija fis-sena tas-siwi stmat ta’ l-għamara:
Iżda f’ebda każ dan il-kera xieraq ta’ l-għamara m’għandu
jkun iżjed - 
(i) fil-każ ta’ dar qadima, li fiha ma jkunu saru wara
il-31 ta’ Marzu, 1939, ebda tibdil jew xi żidiet
fil-bini li ma jitħallsux mill-kont dwar il-ħsarat
tal-gwerra, mill-kera xieraq tad-dar bħala dar bla
għamara, iffissat skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza;
(ii) fil-każ ta’ dar qadima, li fiha jkunu saru wara l-
31 ta’ Marzu, 1939, tibdil jew żidiet fil-bini li
ma jitħallsux mill-kont dwar il-ħsarat tal-gwerra,
mill-kera xieraq tad-dar bħala dar bla għamara
miżjud bis-sebgħa fil-mija taż-żieda tal-kera,
jekk ikun hemm, illi l-Bord taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jista’
jiffissa jew ikun iffissa minħabba dak it-tibdil
 8      KAP. 116.ħ    TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR 
jew żidiet fil-bini;
(iii) fil-każ ta’ dar ġdida, mill-kera xieraq tad-dar
bħala dar bla għamara iffissat skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza miżjud bis-
sebgħa fil-mija:
Iżda wkoll illi meta jiġi biex jaqta’ l-kera ta’ dar bil-
għamara, il-Bord, fuq it-talba tal-kerrej u wara li jisma’ lis-sid tad-
dar, jista’ fid-dehen tiegħu, jordna illi sabiex isir il-kalkolu tal-kera
ta’ l-għamara ma għandhiex tingħadd xi biċċa jew biċċiet għamara
minnu msemmijin li ma jkunux la meħteġin tassew għat-tagħmir
tad-dar u lanqas ma jaqblu, għal dik li hi kwalità u siwi fis-suq,
mal-kotra tal-bċejjeċ l- oħra ta’ għamara fl-istess dar; u meta l-
Bord joħroġ amar bħal dak, sid il-kera jkun jista’ jekk irid, ineħħi
minn dik id-dar, spejjeż tiegħu u f’kull ħin xieraq li bih għandu
jgħarraf bil-miktub lill-kerrej mhux inqas minn erbgħa u għoxrin
siegħa qabel, il-biċċa jew il-bċejjeċ mhux magħdudin fil-kalkolu
tal-kera.
(5) Billi jżomm f’moħħu sa fejn il-kera taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu iqarreb jew le lejn il-kera qabel imħallas jew
miftiehem, il-Bord għandu jaqta’ jekk id-dritt u l-ispejjeż ta’ l-
espert għandhomx jitħallsu darba għal dejjem mill-kerrej jew minn
sid il-kera jew mit-tnejn f’dawk l-ishma li l-Bord isemmi.
Kap. 69. 
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 8, 9, 10, 11, 13, 15 u 27
u tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 25 ta’ l-Ordinanza li Tirregola t-
Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini ikunu jgħoddu għal djar mikrija bil-
għamara.
Drittijiet tal- 
preżentata. 
Emendat: 
XXIX. 1947.6; 
XIII. 1983.4. 
Kap. 69.
Kap. 12. 
10. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikolu 29 ta’ l-Ordinanza
li Tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini jkunu jgħoddu għat-talba
mressqa sew minn sid il-kera jew mill-kerrej, iżda f’kull każ ta’ dar
mikrija bil-għamara d-dritt ta’ reġistru tal-preżentata tar-rikors
għandu jkun ta’ lira u ħamsin ċenteżmu meta l-kera tad-dar mikrija
bil-għamara ma jkunx iżjed minn ħames liri fix-xahar, jew ta’ żewġ
liri meta l-kera tad-dar mikrija bil-għamara ikun iżjed minn ħames
liri fix-xahar, u f’każ jew l-ieħor barra dan għandhom jitħallsu d-
drittijiet tat-trasport għan-notifika tar-rikors, skond it-Tariffi li
jgħoddu għalhekk u li jinsabu mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Senserija. 
Miżjud: 
XXIX. 1947.7.
11. (1) Is-senserija dwar il-kiri ta’ dar, sew jekk bil-għamara
jew mingħajr għamara, qatt ma għandha tisboq nofs il-kera ta’
xahar kera tad-dar kif maqtugħ mill-Bord.
(2) Kull ftehim li bih bniedem, direttament jew indirettament,
jiftiehem li jħallas bħala senserija, tkun kif tkun imsemmija, xi
għadd ta’ flus jew ħaġa oħra iżjed mis-somma ffissata taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu li jaħbat sew sew qabel dan, ma
jkunx jiswa għal dak iż-żejjed.
(3) Kull bniedem illi, sew jekk bid-dehen jew bi żball, iħallas
iżżejjed kif imsemmi, jkollu l-jedd li jitlob ir-radd ta’ dak iż-żejjed
għalkemm ikun sar xi ftehim jew xi wegħda jew ikun hemm xi liġi
kontra hekk.
TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR  ġ K AP. 116.
(4) Kull azzjoni li tista’ tittieħed taħt is-subartikolu (3) ta’ dan
l-artikolu tkun preskritta bil-mogħdija ta’ ħames snin mill-jum li
fih ikun sar il-ħlas.
Preskrizzjoni ta’ 
talbiet mill-kerrej.
12. Kull talba minn kerrej kontra sid il-kera magħmula bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza tkun preskritta bil-
mogħdija ta’ sena mill-jum tat-tmiem tal-kirja, jew mill-jum li fih
din l-Ordinanza tieqaf mis-seħħ, liema jum fosthom jaħbat l-ewwel.
Reġistrazzjoni tal-
kuntratt jew 
donazzjoni.
 Miżjud:
I. 1957.7. 
Emendat: 
XIV. 1958.2; 
XXV. 1962.5. 
13. Il-Ministru li f’dak iż-żmien ikun inkarigat mill-
Kummissjoni dwar il-Ħsarat tal-Gwerra jew persuna oħra li minn
żmien għal ieħor tkun delegata minnu għal hekk għandu, minnufih
kif ikun prattikabbli wara l-esekuzzjoni ta’ kull att skond is-
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 5 ta’ din l-Ordinanza jew, skond il-
każ, wara li tingħata kull donazzjoni mill-Gvern skond xi proġett
dwar djar, iġiegħel notamenti ta’ dak l-att jew dik id-donazzjoni
b’dawk il-partikolaritajiet li l- Ministru jista’ minn żmien għal
ieħor jiddeċiedi li jiġi reġistrat fl-Uffiċċju għall-Valutazzjoni ta’
Artijiet u l-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ Artijiet għandu hekk
jirreġistra dak in-notament.
Piena għal kull 
reat.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
14. (1) Kull min ikun ħati li kiser amar ta’ din l-Ordinanza
jkun jista’ jeħel multa ta’ minn għoxrin lira sa mitejn lira, jew ħabs
għal mhux iżjed minn tliet xhur, jew sew dik il-multa kemm dak il-
ħabs flimkien:
Iżda illi l-qrati m’għandhomx jagħtu l-piena ta’ ħabs, ħlief
meta wieħed jonqos li jħallas multa, qabel ma l-Kamra tad-Deputati
ma tkunx għaddiet riżoluzzjoni għal dak il-għan dwar reati li jsiru
wara.
(2) Meta r-reat ikun sar minn soċjetà, assoċjazzjoni ta’ nies jew
xi xirka oħra magħrufa mill-liġi, kull bniedem illi, fiż-żmien li jsir
ir-reat kien direttur jew uffiċjal ta’ dik is-soċjetà, assoċjazzjoni jew
xirka magħrufa, jitqies li hu ħati ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma
jurix illi r-reat sar mingħajr ma huwa kien jaf li ser isir jew illi
huwa għamel ħiltu kollha sabiex dak ir-reat ma jsirx.
Ġuriżdizzjoni u 
preskrizzjoni ta’ 
akkuża.
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
XI. 1977.2; 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9.
15. (1) Kull reat kontra din l-Ordinanza għandu jiġi quddiem
il-Qorti tal-Maġistrati skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali: 
Iżda l-prosekutur ikollu jedd ta’ appell quddiem il-Qorti ta’
Appell Kriminali f’ kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-
artikolu 413 tal-Kodiċi Kriminali u wkoll kull meta fil-fehma
tiegħu s-sentenza li jkun fiha kundanna ma tkunx biżżejjed.
(2) Kull meta ċ-chairman tal-Bord jidhirlu li għandu jaħseb illi
reat kontra din l-Ordinanza sar minn xi parti fil-proċedimenti
quddiem il-Bord, huwa għandu minnufih jordna li l-Kummissarju
tal-Pulizija jiġi mgħarraf bir-reat li jkun hemm suspett li sar.
(3) Proċedimenti dwar reat kontra din l-Ordinanza jistgħu
jinbdew meta jkun, fi żmien sentejn mill-jum li fih ir-reat ikun sar. 
Saħħa ta’ l-
Ordinanza. 
Kap. 69.
16. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għandhom jiżdiedu
mad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Tirregola t-Tiġdid tal-Kiri
ta’ Bini, u, ħlief fejn ma jaqblux magħhom, ma għandhomx
 10      KAP. 116.ħ    TRAŻŻANIL-KERAFUQID-DJAR 
jiċħduhom.
Kif tapplika din l-
Ordinanza. 
Miżjud: 
XXXI.1995.3.
*17. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Ordinanza ma
għandhomx ikunu japplikaw għall-kiri ta’ fond li jsir fl-1 ta’ Ġunju,
1995 jew wara dik id-data.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan 1-artikolu - 
(a) kiri tinkludi sullokazzjoni; u
(b) it-tigdid ta’ kiri fl-1 ta’ Ġunju, 1995 jew wara dik id-
data (sew jekk dak it-tigdid ikun wieħed
konvenzjonali, legali, konswetudinarju jew xort’oħra)
ma għandux jitqies li jkun kiri li jsir fl-1 ta’ Ġunju,
1995 jew wara dik id-data.
*L-artikolu 5 ta’ l-Att XXXI ta’ l-1995 jipprovdi inter alia:
5. Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 17 ta’ l-Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar
ma għandha titqies li tnaqqas mis-setgħat li d-Direttur għall-Akkomodazzjoni
Soċjali għandu bis-saħħa ta’ 1-Att dwar id-Djar, (Kap. 125) u d disposizzjonijiet
ta’ 1-Ordinanza kif kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan 1-Att (1
ta’ Ġunju, 1995) għandhom ikomplu japplikaw, sakemm dan jibqa’ japplika,
għar-rigward tar-relazzjoni bejn dak id-Direttur u sid ta’ xi fond li dak id-Direttur
ikollu’ pussess tiegħu f’dik id-data, jew bejn dak id-Direttur u kull min ikun
qiegħed legalment jokkupa kull fond bħal dak. Id-disposizzjonijiet ta’ 1-
Ordinanza kif imsemmija qabel għandhom ukoll ikomplu jirregolaw ir-relazzjoni
bejn persuna li tkun qiegħda tokkupa dak il-fond u s-sid relattiv.
