PROVVISTIUS-SERVIZZI ġ K AP. 117.    1
KAPITOLU 117
ATT DWAR IL-PROVVISTI U S-SERVIZZI
Biex jipprovdi għall-manteniment ta’ provvisti u servizzi essenzjali
għall-ħajja tal-popolazzjoni u biex jikkontrolla l-produzzjoni, it-tqassim u
l-konsum ta’ oġġetti.
30 ta’ Diċembru, 1947
L-ATT IV ta’ 1-1947, kif emendat bl-Ordinanzi ta’ Emerġenza II u XV
ta’ 1-l958; b1-Ordinanzi XVII ta’ l-1961 u XXV ta’ l-l962; b1-Avviż Legali
4 ta’ 1-1963; bl-Att XIV ta’ 1-1965; bl-Avviżi Legali 46 ta’ 1-1965 u 148
ta’ l- 1975; u bl-Atti XI ta’ 1-1977, XLIX ta’ l-1981, XV ta’ l-1982 u XIII
ta’ l-1983.
 Titolu fil-qosor. 
s-Servizzi.
Tifsir.
Emendat: 
II.1958; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2;
XV. 1982.2. 
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tinħtieġx xort’oħra:
"bejgħ" tfisser ukoll kull disponiment taħt kull xorta ta’ titolu
sew jekk ta’ ħlas jew ta’ bla ħlas u kull trasferiment ta’ oġġetti
mill-pusses ta’ dak li jkun;
"intrapriża" tfisser kull intrapriża ta’ fejda pubblika jew fejda
privata, jew kull intrapriża industrjali jew kummerċjali, jew kull
intrapriża, organizzazzjoni, istituzzjoni jew servizz professjonali
jew edukattiv sew jekk l-attività  titmexxa minn persuna waħda jew
aktar;
"oġġetti essenzjali", "provvisti essenzjali", "servizzi essenzjali",
u "xogħol essenzjali" ifissru oġġetti, provvisti, servizzi jew xogħol
li skond ma jidhirlu l-Ministru responsabbli għall-kummerċ huma
essenzjali fl-interess pubbliku jew li huma essenzjali għall-ħajja
tal-popolazzjoni;
"rekwiżizzjoni" tfisser, għal dak li huma oġġetti, tieħu pussess
ta’ l-oġġetti jew iġġiegħel li jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ l-
awtorità  li tagħmel rekwiżizzjoni;
"stabbilit" jew "speċifikat" tfisser stabbilit jew speċifikat minn
regolament taħt dan l-Att.
(2) Kull riferenza għal xi ħwejjeġ jew oġġetti għandha
tiftiehem li tfisser ukoll riferenza għal xi sustanzi, materjali,
prodott, vetturi, bastimenti, jew annimali.
  2      KAP. 117. ħ          PROVVISTIUS-SERVIZZI
Setgħa għall- 
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Emendat: 
XVII. 1961.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 4 ta’ 1-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XI. 1977.2; 
XLIX. 1981.4; 
XV. 1982.3.
3. (1)  Il-Ministru responsabbli għall-kummerċ jista’
jagħmel, u, wara li jkun għamel, ibiddel, iħassar jew jarġa joħroġ
b’liġi regolamenti biex jitmantnew il-provvisti u s-servizzi
essenzjali għall-ħajja tal-popolazzjoni u biex jiġu kkontrollati l-
produzzjoni, it-tqassim, l-użu, u l-konsum ta’ oġġetti u, b’mod
partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħa tiegħu
msemmija hawn qabel, jista’ jagħmel regolamenti għal dawn il-
finijiet kollha jew għal xi waħda jew oħra minn dawn il-finijiet:
(a) għar-regular jew projbizzjon tal-produzzjoni,
trattament, tiżmim, ħżin, moviment, trasport,
importazzjoni, esportazzjoni, tqassim, bejgħ, xiri, użu,
jew konsum ta’ oġġetti ta’ kull xorta, u, b’mod
partikolari, għall kontroll ta’ prezzijiet li bihom dawn
l-oġġetti jistgħu jinbiegħu;
(b) għar-regular ta’ tmexxija ta’ intrapriża inkarigata
f’xogħol essenzjali, u, b’mod partikolari, għall-
kontroll ta’ spejjeż li jintalbu minn persuni inkarigati
mill-intrapriża għall-xogħol magħmul minnhom;
(ċ) sabiex wieħed iġiegħel lil persuni li qegħdin imexxu xi
kummerċ, negozju jew intrapriża jew impjegati f’xi
kummerċ jew negozju speċifikat biex iżommu dawk il-
kotba, kontijiet jew dokumenti kif jista’ jkun hemm
speċifikat u biex juru lil kull uffiċjal jew uffiċjali, kif
jista’ jkun hemm speċifikat, kull ktieb, kont jew
dokument dwar dak il-kummerċ, negozju jew
intrapriża u sabiex wieħed iġiegħel lil kull persuna
biex tforni dak l-uffiċjal jew lil dawk l-uffiċjali, kif
jista’ jkun hemm speċifikat, dawk l-istimi jew
rendikonti illi dan l-uffiċjal jew uffiċjali jistgħu
jeħtieġu;
(d) għal kull materja inċidentali u supplimentari li għaliha
l-Ministru responsabbli għall-kummerċ jidhirlu li hu
xieraq, għall-finijiet tar-regolamenti, li jipprovdi,
fosthom, b’mod partikolari, id-dħul u l-ispezzjon ta’
lokali, milqutin mir-regolamenti, minn persuni
awtorizzati għalhekk mill-Ministru responsabbli għall-
kummerċ sabiex jiżguraw li jsir dak kollu li hu
meħtieġ mir-regolamenti; u dawn ir-regolamenti
jistgħu jipprojbixxu l-egħmil ta’ kull ħaġa regolata
mir-regolamenti ħlief bl-awtorità  ta’ liċenza mogħtija
minn dik l-awtorità  jew persuna kif tista’ tkun
speċifikata, u tista’ ssir b’mod li tkun tgħodd sew
għall-intrapriżi b’mod ġenerali jew għal xi persuna
partikolari jew intrapriża jew klassi ta’ persuni jew
intrapriżi, u jew għall-intrapriża kollha jew għal biċċa
minnha, u b’mod li jkollha s-seħħ tagħha jew għal
kullimkien f’Malta jew għal xi post partikolari fiha;
(e) sabiex jitwaqqfu bordijiet jew tribunali biex jieħdu
konjizzjoni ta’ reati taħt ir-regolamenti kollha jew xi
regolamenti speċifikati u magħmulin taħt dan l-Att,
sabiex jistabbilixxu il-proċedura li fuqha għandhom
jimxu il-bordijiet jew it-tribunali msemmijin hawn fuq
PROVVISTIUS-SERVIZZI ġ K AP. 117.    3
biex jistabbilixxu il-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-bordijiet
jew tribunali; u biex jipprovdu, fejn ikun hemm
meħtieġ, għall-appell minn deċiżjonijiet ta’ bord jew
tribunal bħal dawn:
Iżda dawn il-bordijiet jew tribunali għandhom fil-
każijiet kollha jkunu ippreseduti minn imħallef jew
minn maġistrat jew minn persuna oħra li għal żmien
ta’ mhux inqas minn seba’ snin, tkun eżerċitat il-
professjoni ta’ avukat fil-qrati ta’ Malta;
(f) sabiex jipprovdi għar-rekwiżizzjonar ta’ oġġetti
essenzjali taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
stabbiliti u suġġett għal ħlas ta’ kumpens xieraq li,
meta ma jkunx hemm ftehim, ikun iffissat minn bord
jew tribunal maħtur għall-finijiet jew, meta ma jkunx
maħtur ebda wieħed minn dawn, mill-Qorti Ċivili;
(g)  sabiex jawtorizza lil xi uffiċjal biex imexxi impriża li
tkun teżisti kollha kemm hi jew xi biċċa minnha, jew
jawtorizza persuna biex tmexxi l-impriża kollha kemm
hi jew biċċa minnha, skond dawk l-istruzzjonijiet jew
istruzzjoni li jistgħu jingħataw lilha; u li, fil-waqt bis-
saħħa ta’ dan il-paragrafu, uffiċjal li jkun hekk
awtorizzat ikun qed imexxi impriża kollha kemm hi
jew biċċa minnha - 
(i) l-imsemmi uffiċjal jitqies li jkun qed jagħmilha
bħala aġent ta’ l-inkarigati mill-impriża, biss l-
inkarigati mill-impriża ma jkollhom ebda dritt li
jikkontrollaw it-tmexxija ta’ l-impriża jew ta’
biċċa mill-impriża; u
(ii) l-inkarigati mill-impriża ma jkunux marbutin,
jew kif jista’ jagħti l-każ, ma jkunx, dwar dawk
il-materji li jistgħu jkunu speċifikati, marbutin
minn ebda obbligazzjoni jew restrizzjoni ordnata
lilhom minn jew bis-saħħa ta’ liġi jew att ieħor
legali li jiffissa d-dmirijiet tagħhom;
(h) sabiex jistabilixxi l-pieni li l-ħati ta’ ksur tar-
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att, għandu jeħel;
dawn il-pieni jistgħu jkunu kollha jew xi waħda minn
dawn li ġejjin:
(i) priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn; 
(ii) multa ta’ somma ta’ mhux iżjed minn elf lira jew
multa ikkalkulata fuq il-profitt magħmul mill-
ħati dwar in-negozju bi ksur tar-regolamenti:
Iżda meta l-multa hija hekk ikkalkulata ma
tistax tkun iżjed mis-somma għal ħames darbiet
tal-profitt magħmul mill-ħati;
(iii) il-konfiska ta’ kull oġġett jew ħaġa li għandhom
x’jaqsmu mal-ħtija;
(iv) it-tiżmim jew taħsir ta’ liċenza, sew jekk
maħruġa taħt xi regolament taħt dan l-Att jew
  4      KAP. 117. ħ          PROVVISTIUS-SERVIZZI
xort’oħra:
Iżda dan is-subparagrafu ma għandux
jitqies li huwa ta’ ħsara għas-setgħat ta’ kull
awtorità  li żżomm jew tħassar jew tirrofta it-
tiġdid ta’ liċenzi maħruġin taħt kull liġi oħra jew
taħt regolamenti magħmulin taħt dan l-Att;
(v) il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi mogħtijin lil ħati
taħt kull regolament magħmul taħt dan l-Att
b’dak il-mod li jista’ jiġi stabbilit:
Kap. 446.
Kap. 9. 
Iżda regolamenti taħt dan il-paragrafu jistgħu ukoll
jipprovdu għall-iffissar ta’ l-inqas piena u, fil-limiti msemmijin
hawn fuq, l-ogħla piena illi l-ħati jista’ jeħel dwar ksur ta’
regolament wieħed jew iżjed jew ta’ klassi waħda ta’ regolamenti
jew ta’ iżjed minn klassi waħda ta’ regolamenti u regolamenti
jistgħu ukoll jipprovdu illi dwar regolament wieħed jew iżjed jew
dwar klassi waħda ta’ regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
7 u 22 ta’ l-Att dwar il-Probation u l-artikolu 21 tal-Kodiċi
Kriminali ma jkunux japplikaw.
(2) Regolamenti magħmulin taħt dan l-Att għandhom
jitqiegħdu fuq il-mejda ta’ Kamra tad-Deputati malli jista’ jkun
wara li jsiru; u, jekk il-Kamra tad-Deputati, fi żmien għoxrin
ġurnata li jibdew mill-ġurnata li fiha xi regolament jew regolamenti
minn dawn jitqiegħdu quddiemha, tiddeċiedi b’riżoluzzjoni li huma
għandhom jitħassru, jew jiġu emendati, dan ir-regolament jew
dawn ir-regolamenti ma jibqgħux ikollhom effett, jew ikunu hekk
emendati iżda bla ebda ħsara għal kull ħaġa li tkun saret qabel bis-
saħħa tagħhom jew għall-egħmil ta’ kull regolament ġdid. Meta
wieħed jikkalkola kull żmien għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu
ma għandu jittieħed kalkolu ta’ ebda żmien li fih l-Kamra tad-
Deputati tkun xolta jew prorogata jew li fih taġġorna għal iżjed
minn erbat ijiem.
Setgħa għall-ħatra 
ta’ uffiċjali. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
4. (1) Il-Prim Ministru jista’ minn żmien għal ieħor, jaħtar
persuna waħda jew iżjed minn persuna waħda jew korp ta’ persuni
jew iżjed minn korp wieħed ta’ persuni għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet kollha jew ta’ xi disposizzjoni ta’ regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att u sabiex dawn il-persuni jew korp ta’
persuni jġiegħlu li d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
jkollhom l-effett tagħhom; u jista’ wkoll jistabbilixxi l-isem li bih
din il-persuna jew korp ta’ persuni għandhom jiġu magħrufin
uffiċjalment.
(2) Meta persuna li jkollha kariga determinata tkun maħtura
għall-finijiet tas-subartikolu (1), kemm-il darba ma jkunx hemm
disposizzjoni espressament kontrarja, il-ħatra għal din il-kariga
għandha titqies li tgħodd ukoll għall-persuna li minn żmien għal
żmien tkun qiegħda tagħmel id-dmirijiet tal-kariga determinata.
Setgħat dwar 
oġġetti 
rekwisizzjonati. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2. 
5. Meta bis-saħħa ta’ dan l-Att ikun hemm rekwisizzjonati xi
oġġetti, kull uffiċjal jew uffiċjali, kif jista’ jkun hemm speċifikat,
jistgħu jużaw jew jiddisponu minnhom, jew jistgħu jawtorizzaw l-
użu jew disponiment ta’ dawn l-oġġetti għal dak l-iskop u b’dak il-
mod kif huma jidhrilhom li hu xieraq, u jistgħu iżommu, jew, bl-
PROVVISTIUS-SERVIZZI ġ K AP. 117.    5
awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-
kummerċ, ibiegħu jew b’mod ieħor jiddisponu mill-oġġetti
bħallikieku huma is-sidien tagħhom.
Restrizzjonijiet fuq 
xandir ta’ 
informazzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII. 1983.4.
6. (1) Ebda persuna li tikseb xi informazzjoni bis-saħħa ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolament magħmul taħt dan l-Att ma
għandha, barra meta tagħmel hekk biex tesegwixxi dak li jingħad
f’dan l-Att jew f’xi regolamenti magħmul taħt dan l-Att, tikxef dik
l-informazzjoni jekk mhux bil-permess mogħti mill-Prim Ministru.
(2) Persuna ħatja ta’ reat taħt is-subartikolu (1), tista’ teħel,
meta tinsab ħatja, il-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sena jew multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux iżjed
minn mitejn lira.
Liċenzi jistgħu 
jitħassru. 
7. Kull liċenza, permess jew permess mogħti għall-finijiet ta’
xi regolament magħmul taħt dan l-Att jistgħu jitħassru f’kull żmien
mill-awtorità  jew persuna li għandha s-setgħa li tagħtih.
Kif l-artikolu 24 
tal-Kodiċi 
Kriminali għandu 
jgħodd. 
Kap. 9.
8. L-artikolu 24 tal-Kodiċi Kriminali għandu jgħodd dwar il-
ħtijiet magħmulin taħt dan l-Att jew taħt kull regolament magħmul
taħtu kif jgħodd għal kontravvenzjonijiet.
Attentati ta’ reati u 
għajnuna lil min 
jagħmel ħtija.
9. (1) Kull min jipprova jagħmel xi reat jew jagħmel att bi
tħejjija ta’ reati kontra xi regolament taħt dan l-Att, jitqies ħati ta’
reat kontra dak ir-regolament.
(2) Ebda persuna, li tkun taf, jew li jkollha raġun biżżejjed biex
taħseb illi persuna oħra hija ħatja ta’ reat kontra xi regolament taħt
dan l-Att, ma għandha tagħti lil din il-persuna l-oħra għajnuna bil-
ħsieb li b’hekk iżżomm, tfixkel jew tindaħal fil-proċess jew piena
ta’ dik il-persuna għal dak ir-reat.
(3) Kull min ikun ħati taħt is-subartikolu (2) ikun jista’ jeħel l-
istess piena li hemm stabbilita għar-reat li għaliha dik il-persuna l-
oħra hija ħatja.
(4) Kull min iġiegħel jew jipprova jġiegħel lil ħaddieħor
jagħmel xi reat kontra xi regolament taħt dan l-Att, sew jekk
jirnexxilu jew le f’dak il-ħsieb, huwa stess ikun ħati ta’ reat taħt
dak ir-regolament.
Reati magħmulin 
minn assoċjazzjoni 
ta’ persuni.
10. Meta xi persuna, li tinsab ħatja ta’ reat kontra xi
regolament magħmul taħt dan l-Att, tifforma sehem minn
assoċjazzjoni ta’ persuni, kull persuna li fi żmien li jsir ir-reat
kienet direttur jew uffiċjal ta’ l-assoċjazzjoni, titqies li hija ħatja
ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax li dak ir-reat sar
mingħajr ma kienet taf hi, jew li għamlet kull ma setgħat biex dak
ir-reat ma jsirx.
Notifika ta’ avviżi.
regolament magħmul taħt dan l-Att, avviż li għandu jkun notifikat
lil xi persuna għall-finijiet ta’ xi regolament minn dawn, jista’ jiġi
notifikat lilha billi jinbagħat bil-posta f’ittra reġistrata indirizzata
lil dik il-persuna fl-aħħar post jew fil-post tas-soltu tagħha fejn
toqgħod, jew fil-post tan-negozju tagħha.
