ĊENSIMENT  ġKAP. 118.   1
KAPITOLU 118
ATT DWAR IĊ-ĊENSIMENT
Sabiex jipprovdi biex minn żmien għal żmien ikun jista’ jsir Ċensiment. 
(28 ta’ Frar, 1948)*
Sar liġi bl-ATT II ta’ l-1948, kif emendat bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962;
bl-Avviżi Legali: 4 ta’ 1-1963, 46 ta' 1-1965; u bl-Atti XLIX ta’ 1-1981 u
VIII ta’ 1-1990.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
 "Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Setgħa biex isir 
ċensiment. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
3. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Prim
Ministru jkun jista’, b’ordni, minn żmien għal żmien, jordna illi jsir
ċensiment ta’ Malta, u kull ordni taħt dan l-artikolu jista’
jippreskrivi - 
(a) id-data li fiha għandu jsir iċ-ċensiment, u
(b) il-persuni li għandhom jagħtu jew li dwarhom għandha
tingħata l-informazzjoni għall-finijiet taċ-ċensiment, u
(ċ) it-tagħrif li għandu jkun hemm fil-prospetti:
Iżda, ebda tagħrif ma jista’ jkun mitlub li jitniżżel ħlief
tagħrif dwar dawk il-materji li huma msemmijin fl-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att. 
(2) Kull ordni maħruġ taħt dan l-artikolu jista’ jitħassar, jkun
emendat jew jitbiddel b’ordni li joħroġ wara.
Ħatra ta’ uffiċjal 
taċ-ċensiment. 
Emendat: 
XXV. 1962. 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
4. Il-Prim Ministru jkun jista’ jaħtar persuna li tkun kapaċi u
xierqa sabiex tkun uffiċjal taċ-ċensiment u dik il-ħatra tkun
ippubblikata fil-Gazzetta.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjal taċ-
ċensiment. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
5. (1) L-uffiċjal taċ-ċensiment ikollu d-dmir li jaħseb sabiex
jagħmel kull ma jinħtieġ biex jista’ jsir ċensiment skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull ordni jew regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att, u għal dan l-iskop jagħmel dak li jinħtieġ
għall-preparazzjoni u ħruġ tal-formuli u struzzjonijiet meħtieġa u
sabiex meta jkunu mimlijin il-formuli jintbagħtu lura.
(2) L-uffiċjal taċ-ċensiment, bis-saħħa tas-setgħat tiegħu u fil-
qadi ta’ dmirijietu taħt dan l-Att jew taħt xi ordni jew regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att, ikun taħt il-kontroll tal-Prim Ministru u
jkollu joqgħod għall-ordnijiet li huwa jagħtih.
L-ispejjeż jitniżżlu 
akkont tal-Fond 
Konsolidat. 
(3) L-ispejjeż kollha li jsiru bis-sensja tal-Prim Ministru dwar
iċ-ċensiment jew xort’oħra dwar it-tħaddim tas-setgħat jew il-qadi
tad-dmirijiet taħt dan l-Att għandhom jitħallsu mill-Fond
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 104 tat-2 ta’ Marzu, 1948.
 2      KAP. 118.ħ      ĊENSIMENT 
Konsolidat.
Setgħa tal-Prim 
Ministru li joħroġ 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
6. (1) Sabiex l-ordni maħruġ biex isir ċensiment ikun jista’
jitwettaq, il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti - 
(a) li jiddisponi għat-taqsim ta’ Malta f’distretti għall-
finijiet taċ-ċensiment u għall-ħatra ta’ persuni sabiex
jagħmlu xi xogħol dwar iċ-ċensiment f’dawk id-
distretti;
(b) li jordnaw lill-persuni li jkunu impjegati għall-finijiet
taċ-ċensiment sabiex jaqdu d-dmirijiet li jkunu
preskritti dwar iċ-ċensiment;
(ċ) li jordnaw lill-persuni impjegati għall-finijiet taċ-
ċensiment sabiex jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub u
bil-ġurament jew xort’oħra kif ikun preskritt dwar il-
qadi ta’ dmirijiethom u li jippreskrivu l-għamla ta’ dik
id-dikjarazzjoni;
(d) li jordnaw lid-Direttur jew persuna oħra inkarigata
minn ħabs, ċipp jew post ieħor ta’ kustodja u l-uffiċjal
li jkun inkarigat minn sptar jew istitut ieħor pubbliku
jew tal-karità f’Malta sabiex jagħmel prospett dwar in-
nies li jgħixu hemm u sabiex joqgħod għall-
istruzzjonijiet li jkunu lilu mogħtijin;
(e) li jordnaw li tingħata informazzjoni min-nies li
dwarhom il-prospetti għandhom isiru lill-persuni
obbligati li jagħmlu dawk il-prospetti;
(f ) dwar il-formuli li għandhom ikunu wżati fiċ-
ċensiment; 
(g) għall-ħlas li għandu jsir lill-persuni impjegati dwar iċ-
ċensiment;
(h) li jiddisponu dwar kull ħaġa oħra li dwarha jinħtieġ li
jiġi dispost sabiex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-ordni
jkunu jistgħu jseħħu.
Setgħa ta’ l-uffiċjal 
taċ-ċensiment li 
jagħti l-ġurament. 
(2) Għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet li jkollhom isiru skond
ir-regolamenti kif jingħad fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, l-uffiċjal taċ-ċensiment ikollu s-setgħa li jagħti l-
ġurament.
Rapport ta’ l-
uffiċjal taċ-
ċensiment.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
7. (1) L-uffiċjal taċ-ċensiment għandu mill-iktar fis li jista’
jkun wara li jsir iċ-ċensiment, iħejji jew jordna li jitħejja rapport bi
skedi meħud mill-prospetti taċ-ċensiment, li juri n-numru ta’ nies
magħdudin f’Malta f’daqqa u f’kull belt, raħal jew parroċċa ta’
Malta, u dan ir-rapport għandu jkun stampat u mqiegħed quddiem
il-Kamra tad-Deputati. 
Ebda rapport ma 
għandu jikxef 
tagħrif individwali.
(2) Ebda rapport, sommarju ta’ statistika jew pubblikazzjoni
oħra taħt dan l-Att ma għandu jkun fihom tagħrif miġjub f’xi
prospett individwali hekk imniżżel illi ħaddieħor ikun jista’
jidentifika t-tagħrif hekk pubblikat bħala tagħrif li hu dwar xi
persuna partikolari.
ĊENSIMENT  ġKAP. 118.   3
Setgħa ta’ 
enumeraturi. 
8. Kull enumeratur maħtur taħt ir-regolamenti magħmulin
taħt dan l-Att, ikun jista’, safejn ikun jinħtieġ għall-finijiet ta’ dan
l-Att, jidħol f’kull dar fid-distrett tiegħu fil-jum maħtur biex isir iċ-
ċensiment u f’kull żmien matul l-erba’ ġimgħat li jaħbtu minnufih
qabel dak il-jum, u jista’ jerġa’ jmur u jidħol fid-djar fid-distrett
tiegħu għal kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jikseb mingħand
kull min ikun igħix f’dik id-dar kull tagħrif ieħor jew spjegazzjoni
oħra li jkunu jinħtieġulu sabiex huwa jkun jista’ jlesti, jivverifika
jew isewwi xi għadd mogħti lilu jew meħud minnu dwar dik id-dar
jew in-nies li jgħixu f’dik id-dar.
Wiri ta' dokumenti 
pubbliċi. 
9. Kull min ikollu l-ħsieb jew il-kustodja ta’  records  jew
dokumenti pubbliċi, jew xi records jew dokumenti ta’ kumpannija
jew korporazzjoni, li minnhom tkun tista’ tinkiseb informazzjoni
dwar l-iskop ta’ ċensiment ordnat taħt dan l-Att, jew illi jkunu
jistgħu jgħinu fit-tlestija ta’ dak iċ-ċensiment, għandu jħalli lill-
ufiċjal taċ-ċensiment jew enumeratur, jew xi ħaddieħor awtorizzat
bil-miktub mill-uffiċjal taċ-ċensiment, jara dawk ir-records jew
dokumenti sabiex ikun jista’ minnhom jikseb l-informazzjoni li
jeħtieġ.
Reati u pieni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4; 
VIII. 1990.3. 
10. (1)  Jekk xi persuna - 
(a) tirrofta jew tonqos li tħares jew tikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ ordni jew
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att; jew
(b) li għandha taħt dan l-Att tagħmel dikjarazzjoni bil-
miktub dwar il-qadi tad-dmirijiet tagħha, tagħmel
dikjarazzjoni falza; jew
(ċ) li għandha d-dmir taħt ordni jew regolamenti
magħmulin taħt dan l-Att li tagħmel, tiffirma, jew
tikkunsinna xi dokument, tagħmel, tiffirma, jew
tikkunsinna, jew iġġiegħel li jsir, jiġi iffirmat, jew
ikkunsinnat dokument falz; jew
(d) li għandha d-dmir, taħt dak l-ordni jew regolamenti, li
twieġeb għal xi mistoqsija, tirrofta li twieġeb, jew
tagħti tweġiba falza, għal dik il-mistoqsija,
Kap. 9.
hija teħel, għal kull reat, ħief meta l-fatt ikun reat aktar gravi taħt
il-Kodiċi Kriminali jew xi liġi oħra, meta tinsab ħatja quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira. 
Piena għal 
pubblikazzjoni jew 
tagħrif mhux skond 
il-liġi.
(2) Jekk xi persuna -
(a) impjegata fix-xogħol ta’ ċensiment, mingħajr awtorità
skond il-liġi tippubblika jew tikkomunika lil persuna
oħra, ħlief fil-kors ordinarju ta’ dak l-impieg,
informazzjoni miksuba minnha fil-kors ta’ l-impieg
tagħha; jew
(b) li jkollha fil-pussess tagħha xi informazzjoni li hija
tkun taf li ġiet imxandra bi ksur ta’ dan l-Att,
tippubblika jew tikkomunika dik l-informazzjoni lil xi
persuna oħra; jew
(ċ) li billi turi b’qerq li tkun qiegħda taqdi dmirijiet taħt
dan l-Att, tikseb, jew tfittex li tikseb, informazzjoni li
 4      KAP. 118.ħ      ĊENSIMENT 
hija ma tkunx awtorizzata li tikseb,
hija teħel, meta tinsab ħatja quddiem l-imsemmija qorti, priġunerija
għal żmien mhux itwal minn sena, jew multa ta’ mhux iżjed minn
mitt lira jew dik il-priġunerija u l-multa flimkien.
SKEDA 
MATERJI LI DWARHOM IKUN JISTA’ JINTALAB TAGĦRIF 
1. Ismijiet, sess, età, mard u inkapaċità fiżika.
2. X’tagħmel il-persuna, il-professjoni, sengħa jew impieg
tagħha. 
3. Nazzjonalità, post tat-twelid, ilsien.
4. Post fejn toqgħod il-persuna u xi kwalità hu.
5. Jekk il-persuna hijiex miżżewġa, kif tiġi mill-kap tal-familja,
ulied.
6. Kull ħaġ’oħra li dwarha ikun mixtieq li jinkiseb tagħrif ta’
statistika biex ikun magħruf l-istat tal-popolazzjoni għal dik li
hija kundizzjoni ekonomika, soċjali jew ċivili.
