ĦELSIEN MID-DISPOSIZZJONIJIET TA' L-ATT DWAR IL-
KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA IL-BIEB TAL-BOMBI  ġKAP.
KAPITOLU 119
ATT DWAR IL-ĦELSIEN MID- 
DISPOSIZZJONIJIET TA’ L-ATT DWAR IL-
KONSERVAZZJONI TA’ L-AREA TA’ BARRA
L-BIEB TAL-BOMBI
Biex jaħseb għall-ħelsien ta’ biċċa art mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi.
(28 ta’ April, 1948)*
Sar liġi bl-ATT X ta’ l-1948.
Titolu fil-qosor.
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Area ta’
barra l-Bieb tal-Bombi.
Ħelsien ta’ biċċa 
art mid-
disposizzjonijiet 
ta’ 1-Att dwar il-
Konservazzjoni ta’ 
l-Area ta’ barra l-
Bieb tal-Bombi.
Kap. 74.
2. Il-biċċa art li għandha faċċata lejn Spencer Hill  ta’ mhux
iżjed minn mija u erbgħa u tmenin (184) pied u fond ta’ mhux iżjed
minn mija u erbgħin (140) pied mil-linja ma’ tul Spencer Hill li
tidher bl-aħmar fuq il-pjanta ta’ l-art illi, wara li dan l-Att tressaq
quddiem l-Assemblea Leġislativa ta’ Malta, tqegħdet fuq il-Mejda
ta’ din l-Assemblea, ma taqax taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Area ta’ barra l-Bieb tal-Bombi:
Iżda kull bini li jittella’ fuq il-biċċa art hekk meħlusa ma
għandux ikollu, fl-ogħla tarf tal-ġebel jew materjal ieħor li bih ikun
mibni, għoli ta’ iżjed minn mitt (100) pied ’il fuq mill-invell tal-
baħar.
Kopja tal-pjanta 
tal-biċċa art 
għandha tiġi 
irreġistrata u 
merfugħa ma’ l-
Att.
3. Kopja tal-pjanta hawn fuq imsemmija, iffirmata mill-
Gvernatur, għandha titwaħħal mal-kopja ta’ dan l-Att li, skond l-
artikolu 38 tal-Letters Patent ta’ l-1947 għal Malta (Kostituzzjoni),
għandha tkun reġistrata u merfugħa fl-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-
Qorti ta’ l-Appell tal-Maestà Tiegħu.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 230 tat-30 ta’ April, 1948.
