TWAQQIFTAL-KARIGATA’ KUMMISSARJUTAT-TAXXIINTERNI ġ KAP.
KAPITOLU 121
ATT DWAR IT-TWAQQIF TAL-KARIGA TA’ 
KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI
Biex jaħseb għat-twaqqif tal-Kariga ta’ Kummissarju tat-Taxxi Interni.
(23 ta’ Awissu, 1948)*
Sar liġi bl-ATT XXX ta’ l-1948, kif emendat bl-Ordinanza XXV ta’ 1-
1962; u bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Trasferiment ta’ xi 
setgħat u dmirijiet 
mill-Kollettur tat- 
Taxxi u Lottu lill-
Kummissarji tat-
Taxxi Interni. 
Emendat: 
XXV.1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. (1) Il-ġbir ta’ kollha kemm huma t-taxxi, penali u flejjes
oħra li jitħallsu lill-Gvern bħala Taxxi tas-Suċċessjoni u d-
Donazzjoni, Taxxi tal-Boll u Taxxi fuq id-Divertimenti u t-
tmexxija ta’ l-uffiċċji amministrattivi relativi jkunu, mid-data li
fiha dan l-Att jibda jseħħ, f’idejn funzjonarju li jkollu l-isem ta’
"Kummissarju tat-Taxxi Interni" u li jkun maħtur mill-Prim
Ministru, u s-setgħat u dmirijiet kollha li s’issa kienu f’idejn il-
Kollettur tat-Taxxi u Lottu u li għandhom x’jaqsmu mal-
likwidazzjoni u ġbir tat-taxxi, penali u flejjes kif imsemmi hawn
qabel, u t-tmexxija ta’ l-uffiċċji amministrattivi relativi jkunu
f’idejn il-Kollettur tat-Taxxi Interni u jitħaddmu minnu, u, għall-
finijiet hawn qabel imsemmijin, il-liġijiet u ordnijiet jew
regolamenti kollha magħmulin taħthom, dwar il-likwidazzjoni u
ġbir tat-taxxi, penali u flejjes kif imsemmi hawn qabel u t-tmexxija
ta’ l-uffiċċji amministrattivi relativi għandhom jiftehmu daqs li
kieku fihom kien hemm riferenza għall-Kummissarju tat-Taxxi
Interni minflok għall-Kollettur tat-Taxxi u Lottu:
Iżda ebda ħaġa li tinsab hawnhekk ma għandha titqies li tolqot is-
setgħat u dmirijiet illi b’liġi huma mogħtijin lil xi funzjonarju,
minbarra l-Kollettur tat-Taxxi u Lottu, dwar l-imsemmijin taxxi,
penali u flejjes jew l-amministrazzjoni relativa.
#(2) Minbarra s-setgħat u d-dmirijiet speċifikati fis-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jkollu
jħaddem dawk is-setgħat u dmirijiet oħra illi, minn żmien għal
ieħor, jingħataw jew ikunu assenjati lilu b’liġi jew b’setgħa legali.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 497 ta’ 1-24 ta’ Awissu, 1948.
#Dan is-subartikolu ġie numerat mill-ġdid bħala subartikolu (2) peress illi is-
subartikolu (2) oriġinali ġie mħolli barra taħt l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
