TWAQQIFTAL-KARIGATA’ DIRETTURTAL-LOTTUPUBBLIKU ġKAP. 122.
KAPITOLU 122
ATT GĦAT-TWAQQIF TAL-KARIGA TA’ 
DIRETTUR TAL-LOTTU PUBBLIKU*
Biex jaħseb għat-twaqqif tal-kariga ta’ Direttur tal-Lottu Pubbliku. 
(23 ta’ Awissu, 1948)#
Sar liġi bl-ATT XXXI ta’ l-1943, u ġie emendat bl-Ordinanza XXV ta’
l-1962 u bl-Avviż Legali 4 ta’ 1-1963.
Titolu fil-qosor.
Direttur tal-Lottu Pubbliku.
Trasferiment ta’ xi 
setgħat u dmirijiet 
mill-Kollettur tat- 
Taxxi u Lottu lid-
Direttur tal-Lottu 
Pubbliku. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Kap. 70.
+2. (1) Il-ġbir ta’ kollha kemm huma t-taxxi, penali, u flejjes
oħra li b’mezz ta’ l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku jew taħt l-Att
ta’ l-1948 dwar il-Lotteriji tal-Gvern¢, ikunu mid-data li fiha dan l-
Att jibda jseħħ f’idejn funzjonarju li jkollu l-isem ta’ "Direttur tal-
Lottu Pubbliku" u li jkun maħtur mill-Prim Ministru u s-setgħat u
dmirijiet kollha li s’issa kienu f’idejn il-Kollettur tat-Taxxi u Lottu
u li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iffissar, amministrazzjoni u ġbir tat-
taxxi, penali, u flejjes oħra kif imsemmi hawn qabel, ikunu f’idejn
id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u minnu mħaddmin, u, għall-finijiet
hawn qabel imsemmija, l-imsemmija liġijiet, u kull ordni jew
regolament magħmul taħthom, għandhom jiftehmu bħallikieku
fihom kien hemm riferenza għad-Direttur tal-Lottu Pubbliku
minflok għall-Kollettur tat-Taxxi u Lottu:
Iżda ebda ħaġa li tinsab hawnhekk ma għandha titqies li
tolqot is-setgħat u dmirijiet illi huma mogħtija, mill-imsemmija
liġijiet, ordnijiet jew regolamenti, lil xi funzjonarju, minbarra l-
Kollettur tat-Taxxi u Lottu, dwar l-imsemmija taxxi, penali u
flejjes.
(2) Minbarra s-setgħat u dmirijiet speċifikati fis-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu d-Direttur tal-Lottu Pubbliku jkollu wkoll dawk
is-setgħat u jħaddem dawk id-dmirijiet illi, minn żmien għal ieħor,
ikunu mogħtija jew assenjati lilu b’liġi jew b’setgħa legali.
*Ara ukoll l-Att dwar il-Poteri u l-Funzjonijiet tad-Direttur tal-Lottu Pubbliku
(Kapitolu 137).
#Ara 1-artikolu 3 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie mħolli barra taħt l-
Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u n-Notifikazzjoni tal-
Gvern Nru. 499 tal-21 ta’ Awissu, 1948.
+L-ewwel proviso tas-subartikolu (1) ta’dan l-artikolu ġie ommess għaliex kellu
1-effett tiegħu.
¢Revokat bl-Att dwar il-Lotteriji tal-Gvern (Kapitolu 292).
