TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    1
KAPITOLU 123
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME
Sabiex jimponi taxxa fuq l-Income.  Emendat: 
XVII.1994.35.
1 ta’ Jannar, 1949
L-ATT LIV ta’ l-1948, kif emendat bl-Atti: VI ta’ l-1953, XX ta’ l-1955, V ta’ l-1958; bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza XV ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: VIII u XVI ta’ l-1959, XXV ta’ l-1960,
XXIV u XLI ta’ l-1961, XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: X u XIV ta’ l-
1963, V ta’ l-1964; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, XXVII ta’ l-1967,
VIII ta’ l-1969, XXVIII u XXXV ta’ l-1972, X u XX ta’ l-1973, XLIX u LVIII ta’ l-1974; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-l975; u bl-Atti: XLII ta’ l-1975, XXII, XXIV u XXXIX ta’ l-1976, XXVI
ta’ l-1977, XXVIII ta’ l-1978, XXI ta’ l-1980, IX u XL ta’ l-1981, IX u XIII ta’ l-1983, XIV ta’
l-1984, VIII ta’ l-1987, XXXI ta’ l-1988, XIX ta’ l-1989, VIII u XXXVI ta’ l-1990, VIII ta’ l-
1991, XIII ta’ l-1992, XVIII ta’ l-1993, I u XVII ta’ l-1994, XXII ta’ l-1995, XX ta’ l-1996, V u
XVII ta’ l-1998, IX ta’ l-1999,  XI ta’ l-2000, IV u IX ta’ l-2001, II ta’ l-2002 u II ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-3
Taqsima II.  Impożizzjoni tat-Taxxa fuq l-Income  4-11
Taqsima III.  Eżenzjonijiet  12-13
Taqsima IV.  Tnaqqis  14-26
Taqsima V.  Disposizzjonijiet Speċjali  27-52 
Taqsima VI.  Tnaqqis Personali  53-55
Taqsima VII.  Rata tat-Taxxa  56
Taqsima VIII  Rebate ta’ Taxxa  57-58 
Taqsima IX.  Persuni Taxxabbli  59-73 
Taqsima X.  Ħelsien minn taxxa doppja  74-95 
Taqsima XI.  Setgħa għall-Egħmil ta’ Regoli  96
     2     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income. 
Tifsir.
Emendat:
V. 1958.2; 
XV. 1958.2; 
XXV. 1960.2;
XXV.1962.2, 4, 5; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
VIII. 1969.2; 
XLIX. 1974.2; 
LVIII. 1974.68; 
XXII. 1976.4;
XXIV. 1976.2; 
XXVI.1977.2; 
XXVIII. 1978.2; 
XXI. 1980.2; 
IX. 1983.2; 
XVIII. 1993.2;
XVII. 1994.4;
XX. 1996.2;
XVII.1998.70;
IX.1999.14;
IX. 2001.21;
II. 2002.42;
II. 2003.7.
Kap. 372.
2. (1) F’dan l-Att, u f’kull regola magħmula skond dan l-Att,
kemm-il darba s-suġġett jew ir-rabta tal-kliem ma jeħtiġux
xort’oħra -
"l-Atti dwar it-Taxxi" tfisser dan l-Att u l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa flimkien;
"azzjonijiet bil-bonus" (bonus shares) tfisser u jinkludi l-valur
imħallas kollu ta’ ishma imqassam minn kumpannija lill-azzjonisti
tagħha sa’ l-ammont li għalih il-valur imħallas kollu jirrappreżenta
kapitalizzazzjoni ta’ profitti;
"bini jew struttura industrijali" tinkludi bini użat bħala lukanda.
Għall-finijiet ta’ din it-tifsira, il-kelma "lukanda" tinkludi kull
għadd ta’ kostruzzjonijiet mobbiliti u mgħammra kif imiss,
b’akkomodazzjoni fi kmamar tas-sodda għal wieħed jew tnejn,
kemm-il darba dawk il-kostruzzjonijiet ikunu raggruppati flimkien
u jkollhom in komun servizzi u kumditajiet anċillari ta’ lukanda
f’biċċa art singola u definita u jkunu mmexxija minn direzzjoni
waħda għall-akkomodazzjoni u għall-użu tal-guests bi ħlas; 
Kap. 194.
"il-blata kontinentali" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-
Att dwar il-Blata Kontinentali;
"Commonwealth" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"data tal-prospett ta’ taxxa" għar-rigward ta’ persuna għal xi
sena ta’ stima tfisser id-data preskritta b’mod konformi ma’, u
skond l-artikolu 10(1) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa
sa meta dik il-persuna tista’ tibgħat il-prospett ta’ l-income għal dik
is-sena ta’ stima;
Kap. 372.
"data ta’ settlement ta’ taxxa" għandha t-tifsira lilha mogħtija fl-
artikolu 42(1A) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa;
"dividend" tinkludi -
(a) azzjonijiet bil-bonus;
(b) kull tqassim magħmul minn soċjetà  "in akkomandita"
li l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, jew minn
soċjetà  "anonima", lis-soċji jew lill-azzjonisti tagħha,
rispettivament, u kull ammont akkreditat lilhom bħala
soċji jew azzjonisti; u
(ċ) kull tqassim magħmul minn għaqda koperativa lill-
membri tagħha u kull ammont akkreditat lilhom bħala
membri, magħdud kull patronage refund, ċertifikat ta’
bonus jew azzjoni bil-bonus, magħmul, imħallas jew
mogħti skond il-liġi li tikkontrolla dawk l-għaqdiet li
tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ f’Malta;
"imgħax fuq obbligazzjonijiet" tfisser imgħax li jitħallas minn
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    3
kumpannija taħt jew bis-saħħa ta’ debenture jew debenture trust
deed, sew jekk fil-għamla ta’ mortgage jew xi att ieħor jew
dokument ieħor li jammetti dejn;
"income" ħlief għall-finijiet ta’ l-artikolu 4(1) u tat-Taqsima IV
tinkludi qligħ kapitali kif imfisser fl-artikolu 5;
"income taxxabbli" tfisser l-income kollu ta’ persuna f’xi sena;
"income totali" tfisser l-ammont aggregat ta’ l-income ta’ kull
persuna kif speċifikat fit-Taqsima II ta’ dan l-Att, li jifdal wara li
jitqiesu l-eżenzjonijiet skond it-Taqsima III, u t-tnaqqis skond it-
Taqsima IV u magħdudin skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V:
Kap. 372.
Iżda, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
12(3)(b) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, kull income
li mhux meħtieġ li jintwera u li ma jintweriex skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi ma jagħmilx parti mill-
income totali;
"individwu miżżewweġ" tirreferi għal individwu raġel li jkollu
lil martu tgħix miegħu, jew individwu mara li jkollha lil żewġha
jgħix magħha, skond il-każ;
"kont intaxxat f’Malta" tfisser dawk il-profitti ta’ kumpannija li
ma jkunux inklużi fil-kont ta’ income barrani u:
(a) li jkunu ġew intaxxati; jew
(b) ikunu ġew eżentati mit-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi ta’ Malta u meta t-tqassim
ta’ dawk il-profitti mill-kumpannija jkun ukoll eżentat
mit-taxxa f’idejn l-azzjonisti;
"kont mhux intaxxat" ikun magħmul minn dawk il-profitti (jew
telf skond il-każ), li jirrappreżentaw it-total tal-profitti li jistgħu
jitqassmu (ammont pożittiv) jew it-total tat-telf akkumulat
(ammont negattiv) skond il-każ, u li minnu titnaqqas is-somma
totali ta’ l-ammonti allokati għall-kont ta’ income barrani u l-kont
intaxxat f’Malta;
"kont ta’ income barrani" għandha b’seħħ mis-sena li taħbat
minnufih qabel is-sena ta’ stima 1996, tfisser kull waħda mill-
kategoriji li ġejjin ta’ profitti li jistgħu jitqassmu li jinqalgħu f’dik
is-sena u fi snin sussegwenti tal-limitu li dawn jirriżultaw minn
income taxxabbli:
Kap. 330.
(a) profitti li jirriżultaw minn royalties u income ieħor ta’
din ix-xorta li jinqalgħu barra minn Malta u minn
dividendi, qliegħ kapitali, imgħax, kera u kull income
ieħor li jiġi minn investimenti sitwati barra minn Malta
li huma suġġetti għat-taxxa f’Malta u li jistgħu jiġu
riċevuti minn kumpannija residenti f’Malta li ma tkunx
kumpannija reġistrata skond l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta; u
Kap. 330.
(b) profitti li jirriżultaw minn investimenti, attiv jew passiv li
jkun jinsab barra minn Malta lil xi kumpannija li ma
tkunx reġistrata taħt l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta, u li jew ikollha liċenza ta’ bank
     4     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
f’Malta jew li jkollha liċenza mogħtija taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Istituzzjonijiet
Finanzjarji; u
(ċ) kull profitti jew qligħ ta’ kumpannija residenti
f’Malta, li huma suġġetti għat-taxxa f’Malta u li jkunu
attribwibbli għal stabbilimenti (inkluża fergħa) sitwata
barra minn Malta, u għal dawn il-finijiet profitti jew
qligħ għandhom ikunu kkalkolati bħallikieku l-
istabbiliment permanenti kien impriża indipendenti li
taħdem f’kundizzjonijiet simili u at arm's length; u
(d) profitti li jirriżultaw minn dividendi li jitħallsu mill-
kont ta’ income barra ta’ kumpannija oħra residenti
f’Malta; u
Kap. 403.
Kap. 330.
(e) profitti jew qligħ li jirriżultaw lil kumpannija residenti
f’Malta awtorizzata skond l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar
il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, li ma tkunx
kumpannija registrata skond l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, mill-kummerċ ta’
l-assigurazzjoni dwar riskji sitwati barra minn Malta: 
Iżda fil-każ ta’ kumpannija msemmija fil-paragrafu (e) ta’
din it-tifsira, kull profitti jew qligħ li, skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ din it-tifsira, kienu jkunu jistgħu jiġu allokati għall-kont
ta’ income barrani għandhom, għal kull sena finanzjarja, ma jkunux
hekk allokati kemm-il darba dawk il-profitti jew qligħ ma
jinqalgħux fis-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima 2000
u fi snin sussegwenti:
Iżda wkoll fil-każ ta’ kumpannija li tkun liċenzjata bħala
bank f’Malta jew li tkun parti minn grupp bankarju kif imfisser
hawn taħt, kull profitti li kien imisshom ikunu allokati, skond id-
disposizzjonijiet ta’ hawn fuq lill-kont ta’ income barrani, ma
jkunux hekk allokati għal xi sena finanzjarja kemm il-darba:
(a) iktar minn ħamsa u disgħin fil-mija (95%) tal-medja
tad-depożiti ta’ kuljum tagħha matul is-sena
finanzjarja jittieħdu minn persuni li m’humiex
residenti f’Malta; u
(b) meta l-kumpannija tkun parti minn grupp bankarju,
dak il-grupp jikkwalifika, fuq bażi konsolidata, il-
ħtieġa speċifikata fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq.
Għal finijiet ta’ dan il-proviso:
(a) "grupp bankarju" tinkludi biss kumpanniji reġistrati
f’Malta, li għall-anqas waħda minnhom tkun bank
liċenzjat f’Malta, u liema kumpanniji jkunu membri
ta’ grupp bankarju ta’ kumpanniji. Żewġ kumpanniji
jitqiesu li huma membri ta’ grupp bankarju ta’
kumpanniji jekk waħda minnhom tkun affiljata
b’għaxra fil-mija mal-kumpannija l-oħra jew jekk iż-
żewġ kumpanniji jkunu affiljati b’għaxra fil-mija ma’
terza kumpannija. Għal dan l-għan, kumpannija titqies
li tkun affiljata ma’ kumpannija oħra (kumpannija
parent):
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    5
(i) jekk u sakemm iktar minn għaxra fil-mija tal-
kapital azzjonarju ordinarju tagħha u iktar minn
għaxra fil-mija tal-jedd tal-vot tagħha jkunu
proprjetà , direttament jew indirettament, tal-
kumpannija parent; jew
(ii) il-kumpannija parent ikollha jedd tibbenefika
direttament jew indirettament minn iktar minn
għaxra fil-mija ta’ kull profitti li jkunu
disponibbli għal tqassim lill-azzjonisti ordinarji
tal-kumpannija affiljata; jew
(iii) il-kumpannija parent ikollha jedd tibbenefika
direttament jew indirettament minn iktar minn
għaxra fil-mija ta’ l-attiv tal-kumpannija
affiljata li jkun disponibbli għal tqassim lill-
azzjonisti ordinarji tagħha f’każ ta’ xoljiment:
Iżda minkejja d-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq,
kumpannija li tkun ġiet akkwistata minn bank bi ħlas
ta’ debitu u li xort’oħra ma tagħmilx parti min-negozju
tal-bank għandha titqies li ma tagħmilx parti minn
grupp bankarju;
Kap. 371.
(b) "il-medja tad-depożiti ta’ kuljum" għandha tinħadem
billi jittieħed it-total tad-depożiti fl-aħħar ta’ kull jum
għas-sena finanzjarja u jkun diviż bin-numru ta’ jiem
f’dik is-sena finanzjarja, u l-medja tad-depożiti ta’
kuljum li jsiru minn persuni li m’humiex residenti
f’Malta għandha tinħadem bl-istess mod. Il-kelma
"depożiti" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju;
(ċ) l-ammont tal-medja tad-depożiti konsolidati ta’ kuljum
ta’ grupp bankarju għandu jinkludi biss depożiti
aċċettati minn kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp
bankarju li jsiru minn persuni li ma jkunux dawk il-
kumpanniji:
Iżda fl-aħħarnett, fil-każ ta’ "kumpanniji b’kummerċ
internazzjonali" il-profitti li, skond id-disposizzjonijiet ta’ hawn
fuq kien imisshom ikunu allokati lill-kont ta’ income barrani,
m’għandhomx għal xi sena finanzjarja, ikunu hekk allokati;
"koppja miżżewġa" tirreferi għal żewġ konjuġi li jkunu
kkuntrattaw iż-żwieġ skond id-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż
fejn ikun sar iż-żwieġ;
"korp ta’ persuni" tfisser kull enti morali, magħduda kumpannija,
u kull għaqda, soċjetà  jew assoċjazzjoni oħra ta’ nies, sew jekk
korporata jew mhux korporata u sew jekk għandha personalità
ġuridika jew le;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
Kap. 372.
"il-Kummissarji Speċjali" tfisser il-Kummissarji Speċjali
maħturin mill-President ta’ Malta skond l-artikolu 34 ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa;
"kumpannija" tfisser -
     6     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Kap. 386.
Kap. 168.
(a) kull soċjetà  kostitwita skond l-Att dwar il-Kumpanniji
jew skond l-Ordinanza dwar is-Soċjetajiet
Kummerċjali, li tkun jew soċjetà  "in akkomandita", li
l-kapital tagħha jkun maqsum f’azzjonijiet, jew soċjetà
"anonima";
(b) kull korp ta’ persuni kostitwit, inkorporat jew reġistrat
barra minn Malta, u tax-xorta bħall-imsemmija
soċjetajiet;
(ċ) kull għaqda koperativa hekk reġistrata kif imiss skond
il-liġi xierqa li tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ
f’Malta;
"kumpannija b’kummerċ internazzjonali" tfisser kumpannija
registrata f’Malta li xogħolha jkun biss li tagħmel attivitajiet ta’
kummerċ ma’ persuni barra minn Malta li m’humiex residenti
f’Malta u li l-għanijiet tagħha jkunu espressament limitati għal
dawn l-attivitajiet ta’ kummerċ kif ukoll għal dak ix-xogħol u
attivitajiet li jkunu meħtieġa biex tmexxi l-operazzjonijiet tagħha
minn Malta. L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu attivitajiet
leġittimi ta’ kumpannija b’kummerċ internazzjonali:
(a) xiri għall-esportazzjoni ta’ oġġetti manifatturati,
immuntati jew proċessati f’Malta sakemm dak ix-xiri
ma jsirx mingħand persuna li tkun proprjetarja
direttament jew indirettament ta’ aktar minn ħmistax
fil-mija tal-kapital azzjonarju ordinarju ta’ l-istess
kumpannija b’kummerċ internazzjonali;
Kap. 330.
(b) kummerċ ma’ kumpanniji reġistrati f’Malta skond l-
Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta;
(ċ) kummerċ ma’ kumpanniji b’kummerċ internazzjonali
oħra; u
(d) it-tmexxija ta’ kumpanniji residenti f’Malta li l-
kummerċ tagħhom ikun ristrett għal assigurazzjoni
affiljata u meta dak il-kummerċ jitmexxa
esklużivament ma’ persuni mhux residenti f’Malta;
Kap. 370.
(e) il-provvediment ta’ tmexxija, amministrazzjoni jew
servizzi oħra lil skemi ta’ investiment kotlettiv residenti
f’Malta fejn dawk 1-iskemi jkunu miftuħa esklużivament
għal suq barra minn Malta u jkollhom liċenza jew ikunu
eżentati milli jkollhom liċenza taħt l-Att dwar is-Servizzi
ta’ Investiment; u
(f) il-provdiment ta’ servizzi ta’ maniġġar ta’ bastimenti
minn kumpanniji li l-attivitajiet u l-objettivi tagħhom
unikament jikkomprendu l-maniġġ ta’ bastimenti li jkunu
ta’ mhux inqas minn elf tunnellata netti u li jitħaddmu fil-
ġarr ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri:
Iżda kumpannija ma għandhiex tkun, fis-sena
minnufih qabel xi sena ta’ stima, kumpannija
b’kummerċ internazzjonali jekk tkun qed titlob
benefiċċju taħt xi disposizzjoni ta’ xi liġi, li ma tkunx
l-Atti dwar it-Taxxi, li jkollha l-effett li tnaqqas l-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    7
income tagħha li tħallas jew ir-rata ta’ taxxa għal dik
is-sena ta’ stima, u f’dak il-każ, minkejja d-
disposisizzjonijiet ta’ l-artikolu 52(8)(a), kull
deciżjoni li tkun ġiet avżata taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 52(5) ma tibqax valida. Il-proviso
għandha sseħħ minkejja li l-liġi rilevanti tkun tqis li
dak il-benefiċċju jingħata taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi;
"Malta" tfisser l-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
Gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, magħduda l-ibħra territorjali
tagħhom u l-blata kontinentali;
"persuna" tinkludi -
(a) korp ta’ persuni; u
(b) konjuġi responsabbli skond l-artikolu 49;
"persuna inkapaċitata" tfisser kull minuri, lunatiku, iblah,
persuna miġnuna jew persuna taħt tutela jew kurazija;
"pitrolju" tfisser il-hydrocarbons kollha naturali f’forma likwida
jew f’forma ta’ gass inkluż żejt mhux maħdum, gass naturali,
asfalt, ozokerite u minerali bħal dawn u gażolina naturali;
"preskritt" tfisser preskritt b’regola skond dan l-Att;
"profitti li jistgħu jitqassmu" tfisser il-profitti totali li jkunu
disponibbli biex jitqassmu minn kumpannija residenti f’Malta
skond il-liġijiet li matul dak iż-żmien ikunu fis-seħħ f’Malta, u l-
profitti li jistgħu jitqassmu għandhom, għall-finijiet ta’ dan l-Att,
ikunu allokati fil-kontijiet li ġejjin, jiġifieri, kont ta’ income
barrani, kont intaxxat f’Malta, u kont mhux intaxxat, u għall-
finijiet ta’ din it-tifsira l-kontijiet jinkludu biss il-profitti li jistgħu
jitqassmu kif muri fit-tifsiriet rispettivi;
"residenti f’Malta", meta applikat għal individwu, tfisser
individwu li jirrisjedi f’Malta ħlief għal dawk l-assenzi temporanji
illi l-Kummissarju jidhirlu raġonevoli u mhux inkonsistenti mal-
pretensjoni ta’ dak l-individwu li huwa residenti f’Malta; meta
applikata għal korp ta’ persuni, tfisser kull korp ta’ persuni li l-
kontroll u t-treġija tan-negozju tiegħu huma eżerċitati f’Malta, iżda
kumpannija inkorporata f’Malta fl-1 jew wara l-1 ta’ Lulju 1994
tkun residenti f’Malta u kull kumpannija oħra inkorporata f’Malta
tkun residenti f’Malta mill-1 ta’ Jannar 1995 meta l-kontroll u t-
treġija tan-negozju tal-kumpannija huma eżerċitati barra minn
Malta;
"scholarship" tinkludi borża ta’ studju, premju, għotja jew
fondazzjoni ta’ din ix-xorta, mogħtija jew imwaqqfa għal għanijiet
ta’ edukazzjoni;
"sehem b’ekwità " tfisser sehem tal-kapital ta’ l-azzjonijiet
nominali f’kumpannija meta dak is-sehem jagħti l-jedd lill-
azzjonist li jivvota, li jaqsam fil-profitti li jkun hemm għat-taqqsim
bejn l-azzjonisti u l-attiv li jkun hemm biex jitqassam fil-każ ta’
xoljiment ta’ dik il-kumpannija, u "azzjonijiet b’ekwità ", "azzjonist
b’ekwita" u "sehem f’azzjonijiet b’ekwità " għandhom jiftiehmu
f’dan is-sens;
     8     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
"sehem partiċipanti" tfisser sehem li jinħoloq meta:
(a) kumpannija jkollha sehem dirett ta’ għall-anqas għaxra
fil-mija ta’ l-azzjonijiet b’ekwità  ta’ kumpannija mhux
residenti f’Malta li l-kapital tagħha jkun għal kollox
jew f’parti maqsum f’azzjonijiet:
Iżda meta l-azzjonijiet li jkollha jagħtu
perċentaġġi differenti ta’ jedd dwar voti, profitt
disponibbli għal tqassim u attiv disponibbli għal
tqassim f’każ ta’ xoljiment, il-figura tal-perċentaġġ l-
iktar baxxa għandha tittieħed bħala l-perċentaġġ ta’ l-
azzjonijiet b’ekwità  li jkollha; jew
(b) kumpannija tkun azzjonist b’ekwità  f’kumpannija
mhux residenti f’Malta u l-kumpannija li tkun
azzjonist b’ekwità  jkollha l-jedd li tagħżel li tagħmel
sejħa għal, u takkwista, il-bilanċ kollu ta’ l-azzjonist
b’ekwità  sal-limitu permess bil-liġi tal-pajjiż fejn
ikunu miżmuma l-azzjonijiet b’ekwità ; jew
(ċ) kumpannija tkun azzjonist b’ekwità  f’kumpannija
mhux residenti f’Malta u l-kumpannija li tkun
azzjonist b’ekwità  jkollha l-jedd għall-ewwel rifjut
f’każ li jkun propost li l-azzjonijiet b’ekwità  kollha li
ma jkunux miżmuma minn dik il-kumpannija li tkun
azzjonist b’ekwità  jkunu disposti, mifdija jew
kanċellati; jew
(d) kumpannija tkun azzjonist b’ekwità  f’kumpannija li
ma tkunx residenti f’Malta u jkollha l-jedd jew li
toqgħod fuq il-Bord jew li taħtar persuna biex tkun
direttur tal-Bord ta’ dik il-kumpannija; jew
(e) kumpannija li tkun azzjonist b’ekwità  li tinvesti
somma minima ta’ ħames mitt elf lira Maltin (jew
somma ekwivalenti f’munita barranija) f’kumpannija
li ma tkunx residenti f’Malta; jew
(f) kumpannija li tkun azzjonist b’ekwità  f’kumpannija
mhux residenti f’Malta u meta tkun qed iżżomm dawk
l-azzjonijiet biex tmexxi ’1 quddiem in-negozju tagħha
stess:
Iżda ż-żamm ta’ azzjonijiet, sew jekk azzjonijiet b’ekwità
sew jekk le, f’kumpannija li ma tkunx residenti f’Malta, miżmuma
bħala stokk tan-negozju għall-fini ta’ kummerċ, ma titqiesx li hi
"sehem parteċipanti";
"sena ta’ stima" tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xaħar li jibda mill-
ewwel jum ta’ Jannar, 1949 u kull perijodu sussegwenti ta’ tnax-il
xahar;
Kap. 370.
"skema ta’ investment kollettiv" tfisser kull skema jew
arranġament b’liċenzja skond l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
Kap. 372.
"stima personali" għandha t-tifsira lilha mogħtija fl-artikolu
10(2) u (3) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa;
"taxxa" tfisser it-taxxa fuq l-income imposta bl-Atti dwar it-
Taxxi; 
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    9
"telf" dwar sengħa, negozju, professjoni, jew vokazzjoni tfisser
telf magħdud bl-istess mod bħal ma jingħadd il-qligħ;
Kap. 281.
Kap. 386.
"uditur pubbliku ċertifikat" tfisser individwu li jkollu warrant
biex jaġixxi ta’ uditur maħruġ skond l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy jew soċjetà  ta’ udituri reġistrati kif imiss skond l-
imsemmi Att, kemm-il darba dak l-individwu ma jkunx skwalifikat
u fil-każ ta’ soċjetà  ebda wieħed mis-soċji ma jkun individwu li hu
skwalifikat mill-ħatra bħala uditur jew milli jkollu dik il-ħatra għal
xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 153 ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji.
(2) Kliem u espressjonijiet użati f’dan l-Att li mhumiex
magħrufa mil-liġi ta’ Malta iżda huma magħrufa mil-liġi Ingliża
għandhom, safejn huwa meħtieġ biex iseħħ dan l-Att u,
kompatibbilment mad-disposizzjonijiet tiegħu, ikollhom it-tifsir li
huma għandhom fil-liġi Ingliża u għandhom hekk jiftiehmu.
Amministrazzjoni 
ta’ l-Att.
Miżjud:
XVII. 1994.5.
Kap. 372.
3. L-amministrazzjoni ta’ dan l-Att hi mogħtija lill-
Kummissarju, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandhom japplikaw għall-
Kummissarju fil-qadi tas-setgħat u tal-funzjonijiet tiegħu skond
dan l-Att.
TAQSIMA II 
IMPOŻIZZJONI TAT-TAXXA FUQ L-INCOME
Impożizzjoni tat-
taxxa fuq l-income.
Emendat
XXV. 1960.4; 
VIII. 1969.3; 
XXXV.1972.3; 
XLII. 1975.2;
XXVIII.1978.4; 
IX. 1983.4; 
VIII.1987.2;
XXXI.1988.2; 
XIX.1989.3; 
XXXVI. 1990.2; 
XVIII. 1993.3.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.6;
XX. 1996.3;
XI.2000.3;
IX. 2001.22;
II. 2003.8.
4.  (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, it-taxxa
fuq l-income għandha titħallas bir-rata jew rati speċifikati hawn
taħt għas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar, 1993 iżda biss dwar
qligħ kapitali li jkun sar fil-25 ta’ Novembru, 1992 jew wara u għal
kull sena ta’ stima sussegwenti fuq il-qligħ kapitali kif imfisser fl-
artikolu 5  li jkun dovut jew derivat minn Malta jew band’oħra, u
sew jekk jasal Malta jew le, u għas-sena ta’ stima li tibda mill-1 ta’
Jannar, 1949 u għal kull sena sussegwenti ta’ stima fuq l-income ta’
kull persuna li jkun dovut jew derivat minn Malta jew band’oħra, u
sew jekk jasal Malta jew le dwar -
(a) qligħ jew profitti minn xi sengħa, negozju, professjoni
jew vokazzjoni, ikun liema jkun il-perijodu ta’ żmien
li fih dik is-sengħa, negozju, professjoni jew
vokazzjoni jkunu nħadmu jew ġew eżerċitati, inkluż il-
profitt li jkun hemm minn bejgħ minn xi persuna ta’ xi
proprjetà  akkwistata minnha għall-iskop li tagħmel
profitt b’mezz ta’ bejgħ, jew mit-tmexxija ta’ xi
mpriża li tagħmel profitti jew mit-tħaddim ta’ xi
skema li jagħmel profitti;
(b) qliegħ jew profitti minn xi impieg jew kariga,
magħdud il-valur ta’ kull benefiċċju provdut bis-saħħa
ta’ xi impieg jew kariga; u -
(i) għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-Ministru
     10     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
responsabbli għall-finanzi jista’ b’regolamenti
jippreskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom persuna
għandha titqies li tirċievi benefiċċju mingħand
persuna oħra provdut bis-saħħa ta’ impieg jew
kariga u 1-valur ta’ dak il-benefiċċju;
(ii) meta skond l-imsemmija regolamenti persuna
titqies li tkun qed tirċievi xi benefiċċju provdut
bis-saħħa ta’ impieg jew kariga wara t-tmiem ta’
dak l-impieg jew dik il-kariga u dak il-
benefiċċju jiġi provdut bħala pensjoni, il-valur
stabbilit skond 1-imsemmija regolamenti
għandu jikkostitwixxi income taxxabbli skond
il-paragrafu (d).
Kap. 371.
(ċ) premiums, mgħax (li jinkludi kull qligħ minn xi
somma flus f’liema munita tkun li jkunu depożitati
għand xi persuna li tkun tiġġestixxi l-kummerc ta’
bankier taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju f’liema
kont ikun) jew skonti;
(d) pensjoni, charge jew somma fis-sena jew ħlas fis-sena;
(e) kera, royalties, premiums u kull profitt ieħor li jkun
hemm minn proprjetà ;
(f) Imħassar bl-Att XX.1996.3.
(g) qligħ jew profitti li ma jaqgħux taħt xi wieħed mill-
paragrafi ta’ qabel:
Iżda: 
(i) fil-każ ta’ income li jinqala’ barra minn Malta
minn persuna li ma tkunx ordinarjament
residenti f’Malta jew mhux domiċiljata f’Malta,
it-taxxa għandha titħallas fuq l-ammont li jasal
f’Malta;
(ii) ma titħallas ebda taxxa fuq qligħ kapitali li
jinqala’ barra minn Malta minn persuna li ma
tkunx ordinarjament residenti f’Malta jew mhux
domiċiljata f’Malta jew lil persuna li tkun
qiegħda tiġi ntaxxata bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu
fil-lira kif stipulata fl-artikolu 56(11);
(iii) fil-każ ta’ xi persuna li tkun qiegħda tiġi
ntaxxata bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu fil-lira kif
stipulata fl-artikolu 56(11), it-taxxa għandha
titħallas biss fuq kull income jew qligħ kapitali li
jinqala’ f’Malta u li jiġi riċevut f’Malta.
(2) Kull somma rjalizzata taħt xi sigurtà  dwar telf ta’ profitti
għandha tkun magħduda fl-iffissar ta’ profitti jew income.
(3) Meta persuna jkollha f’Malta impriża tal-biedja ta’ xi
manifattura jew xi mpriża oħra produttiva, ikollhom seħħ dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri:
(a) jekk dik il-persuna tbigħ xi prodott ta’ l-impriża f’suq
bl-ingrossa, barra minn Malta jew għal kunsinna barra
minn Malta, sew jekk il-kuntratt isir f’Malta jew barra
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    11
minn Malta, il-profitt kollu li jkun hemm mill-bejgħ
għandu jitqies li huwa income ta’ dik il-persuna li
jinġabar f’Malta jew li jkun derivat minn Malta:
Iżda jekk il-Kummissarju jara b’sodisfazzjon
tiegħu illi l-profitt żdied b’mezz ta’ trattament tal-
prodott barra minn Malta minbarra mill-immaniġġar,
gradazzjoni, taħlit, għażil, ippakkjar jew disponiment,
dik iż-żieda tal-profitti ma għandhiex titqies li hija
income li jinġabar f’Malta jew li jkun derivat minn
Malta;
(b) jekk dik il-persuna xort’oħra tiddisponi minn, tuża jew
titratta xi prodott ta’ l-impriża, barra minn Malta, il-
profitt, li kien jinkiseb li kieku dik il-persuna kienet
biegħet il-prodott bl-ikbar vantaġġ f’suq bl-ingrossa
barra minn Malta, għandu jitqies li huwa l-profitt minn
dak id-disponiment, trattament jew użu, u bħala l-
income ta’ dik il-persuna li jinġabar f’Malta jew li
jkun derivat minn Malta.
(4) Meta korp ta’ persuni imexxi każin jew istituzzjoni simili u
jdaħħal mill-membri mhux inqas minn nofs tad-dħul gross fuq il-
kont tad-dħul ta’ flus (magħdudin il-ħlas għall-ammissjoni u
sottoskrizzjonijiet), ma għandux jitqies li qed jagħmel negozju;
imma meta anqas minn nofs tad-dħul gross tiegħu jidħlu mill-
membri, kollu kemm huwa l-income minn operazzjonijiet sew mal-
membri kemm m’oħrajn (magħdudin il-ħlas ta’ l-ammissjoni u
sottoskrizzjonijiet) għandu jitqies li huma flus li jidħlu minn
negozju, u l-korp ta’ persuni jiġi ntaxxat jew dwar il-profitti minn
dak in-negozju jew dwar l-income li kien ikun iffissat li kieku ma
kienx jitqies li qed jagħmel negozju, liema jkun l-ikbar ammont.
F’dan is-subartikolu "membri" dwar korp ta’ persuni tfisser
dawk il-persuni li jkunu ntitulati għall-vot f’laqgħa ġenerali tal-
korp li fiha kontroll effettiv ikun eżerċitat fuq l-affarijiet tiegħu.
Ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiswa li tannulla
jew tnaqqas eżenzjoni mogħtija fl-artikolu 12 ħlief kif maħsub fis-
subartikolu (1)(l) tiegħu.
(5) Meta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 għandu jsir
balancing charge, l-ammont tiegħu għandu jitqies li jkun income
taxxabbli skond dan l-Att.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7), max-
xoljiment, għal kollox jew f’parti, ta’ kull soċjetà  jew fond ta’
pensjoni, tfaddil, prevvidenza jew soċjetà  oħra jew fond ieħor
approvat mill-Kummissarju għall-finijiet ta’ l-artkolu 53(1)(b)(ii),
għandhom jibdew iseħħu d-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) kull rifużjoni, ħlas lura, gratifikazzjoni, bonus,  ħlas,
kumpens jew għoti lura jew benefiċċju ieħor imħallas
jew dovut lil xi persuna minħabba x-xoljiment għandu,
minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f’dan l-Att jew
f’xi liġi, dokument, att, kuntratt, ftehim jew kitba oħra,
jitqies li jikkostitwixxi income suġġett għat-taxxa
f’idejn l-imsemmija soċjetà  jew fond ta’ pensjoni,
     12     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
tfaddil, prevvidenza jew soċjetà  oħra jew fond ieħor
fis-sena ta’ stima li fiha jkun ingħata jew ikun hekk
dovut u li ma jikkostitwix income suġġett għat-taxxa
f’idejn il-persuna li lilha jitħallas jew ikun dovut; u
(b) ebda ħlas lura, rifużjoni, gratifikazzjoni, bonus,  ħlas,
kumpens jew għoti lura jew benefiċċju ieħor ma
għandu jitħallas kif intqal qabel jekk qabel ma tkunx
tħallset it-taxxa dovuta skond id-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu.
(7) Is-subartikolu (6) ma japplikax - 
(i) għal xi benefiċċju, jew valur tiegħu, li jkun
suġġett għat-taxxa skond is-subartikolu (6) u li
jkun tħallas jew li jkollu jitħallas lil membri ta’
l-imsemmija soċjetà  jew fond ta’ pensjoni,
tfaddil, prevvidenza jew soċjetà  oħra jew kont
ieħor, jew lil benefiċjarji oħra li jagħmlu t-talba
tagħhom permezz tagħhom jew taħthom, skond
il-kondizzjonijiet li bihom l-imsemmija soċjetà
jew fond ta’ pensjoni, tfaddil, prevvidenza jew
soċjetà  oħra jew fond ieħor ikunu ġew approvati
mill-Kummissarju; jew
(ii) għal xi somma kapitali eżentata mit-taxxa skond
l-artikolu 12(1)(g).
Qligħ kapitali. 
Miżjud: 
XVIII. 1993.4.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.7;
XXII.1995.2;
XX. 1996.4;
V. 1998.8;
XVII.1998.70;
XI.2000.4;
IX. 2001.23.
5.(1) (a) Qligħ kapitali derivat minn persuna mit-trasferiment
ta’ attiv għandu jiġi ntaxxat skond ma hemm fl-
artikolu 4(1). Minkejja kull ħaġa li tinsab x’imkien
ieħor f’dan l-Att, dak il-qligħ għandu jiġi aċċertat kif
stipulat f’dan l-artikolu u b’dak il-mod li jista’ jiġi
stabbilit. Il-qligħ kapitali li għalih igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huwa:
(i) qligħ jew profitt li jinqala’ mit-trasferiment ta’
proprjetà  jew użufrutt ta’ kull proprjetà
immobbli jew assenjament jew ċessjoni ta’ kull
jedd fuq dik il-proprjetà ; u
(ii) qligħ jew profitt li jinqala’ mit-trasferiment ta’
proprjetà  jew użufrutt ta’, jew mill-assenjament
jew ċessjoni ta’ kull jedd fuq titoli, avvjament
ta’ negozju, drittijiet ta’ l-awtur, privattivi, trade
marks u l-ismijiet ta’ ditti kummerċjali; u
(b) F’dan l-artikolu - 
Kap. 370.
"trasferiment" tinkludi kull assenjament, bejgħ,
enfitewsi jew sub-enfitewsi, qsim, donazzjoni, bejgħ
bi ħlas gradwali u kull trasferiment b’kull titolu inkluż
fidi, likwidazzjoni jew kanċellament ta’ unitajiet jew
azzjonijiet fi skema ta’ investiment kollettiv kif
imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment u maturity jew surrender ta’ poloz ta’ l-
assigurazzjoni linked long term, iżda ma tinkludix
trasferiment causa mortis; u
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    13
Kap. 370.
"titoli" tfisser ishma u stocks u kull dokument tali li
b’kull mod ikollu sehem fil-profitt ta’ kumpannija u li
l-imgħax tiegħu mhuwiex limitat b’xi rata ta’ imgħax
fissa, unitajiet fi skema ta’ investiment kollettiv kif
imfissra fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment, u unitajiet u strumenti oħra bħalhom dwar
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni linked long term.
(2) Għall-fini li jiġi aċċertat x’inhu l-qligħ jew il-profitt li jsir
minn trasferiment ta’ proprjetà  immobbli skond is-subartikolu
(1)(a)(i) - 
(a) għandhom jitnaqqsu b’dak il-mod u f’dak l-ammont li
jista’ jiġi stabbilit, l-ispiża li ssir għall-akkwist, l-
element ta’ inflazzjoni, kull ċens imħallas fuq il-
proprjetà  u li dwaru ma jsir ebda tnaqqis għal min
iħallas it-taxxa skond kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-
Att, il-manutenzjoni, il-benefikati, spejjeż ohra li
żiedu l-valur tal-proprjetà  immobbli minn meta tkun
ġiet akkwistata u spejjeż oħra li għandhom x’jaqsmu
b’mod dirett mat-trasferiment;
(b) kull trasferiment ta’ proprjetà  immobbli permezz ta’
permuta għandu jitqies bħallikieku kienu qegħdin isiru
atti ta’ trasferiment separati bejn il-partijiet f’dak l-att;
(ċ) meta proprjetà  immobbli tingħata b’enfitewsi jew sub-
enfitewsi għal żmien li qabeż il-ħamsin sena, jew li
jista’ jiġi estiż għal dawk il-perijodi, għandhom
japplikaw dawn ir-regoli li ġejjin:
(i) meta l-premium jeċċedi l-ammont minfuq fl-
akkwist skond il-paragrafu (a), dak l-eċċess
għandu jitqies bħala qligħ jew profitt;
(ii) meta l-ammont minfuq fl-akkwist skond il-
paragrafu (a) jeċċedi l-premium dak l-eċċess
għandu jitnaqqas minn kull qligħ jew profitt li
jirriżulta skond ma hemm fis-subparagrafu (iii);
(iii) ma għandu jitqies ebda ċens jew żieda fiċ-ċens li
tidħol fit-trasferiment sakemm dak iċ-ċens jew
żieda fiċ-ċens ma tinfediex, jew sakemm id-
directum dominium jew subdirectum dominium
skond il-każ, ma jiġix trasferit u f’dak il-każ kull
qligħ jew profitt jitqies li jkun il-prezz għall-
fidwa jew bejgħ li minnu jitnaqqas kull tnaqqis
skond ma hemm fis-subparagrafu (ii);
(d) (i) trasferiment ma jinkludix kuntratt ta’ qsim fejn
ebda kumpens ma jkun dovut lil xi wieħed minn
dawk li jaqsmu l-proprjetà , u mat-trasferiment
ta’ proprjetà  minn xi wieħed li jkun jaqsam l-
ammont minfuq fl-akkwist għandu jitqies bħala
l-ammont minfuq fl-akkwist tal-proprjetà
involuta filwaqt ta’ l-akkwist minn dak il-
wieħed li jkun qasam;
(ii) għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu għandha titqies
biss dik il-proprjetà  immobbli li tkun proprjetà
     14     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
komuni u li tinqasam, u meta jingħataw flus jew
jiġu trasferiti mobbli oħra li jkunu kollha
proprjetà  komuni lil wieħed minn dawk li
jaqsmu bħala kunsiderazzjoni għat-tnaqqis fis-
sehem ta’ l-immobbli mogħtija jew trasferiti lilu,
il-qasma għandha titqies bħala waħda li fiha
jkun tħallas kumpens;
(iii) meta persuna tirċievi kumpens fuq kuntratt ta’
qsim hija għandha titqies li tkun għamlet qligħ
kapitali ekwivalenti għal daqskemm tkun iż-
żieda fil-valur tal-proprjetà  bejn iż-żmien tal-
akkwist minn dawk li jkunu qasmu bejniethom u
ż-żmien tal-qasam, b’dan illi t-taxxa fuq il-qligħ
kapitali għandha biss titħallas fi żmien il-qasma
fuq dak is-sehem tal-qligħ kapitali magħmul
hekk kif mhux magħdud fiż-żieda fil-valur tal-
proprjetà  mogħtija lil dak il-wieħed li jkun
qasam bejn iż-żmien tal-akkwist minn dawk li
jaqsmu u l-qasma, u meta dak il-wieħed li jkun
qasam jittrasferixxi l-proprjetà  mogħtija lilu l-
ammont minfuq fl-akkwist għandu jitqies bħala
l-ammont minfuq fl-immobbli meta dawn jiġu
akkwistati minn dawk kollha li jaqsmu qabel ma
jkunu qasmu;
(iv) meta wieħed li jkun qasam iħallas kumpens fi
żmien il-qasma, huwa għandu jitqies li ma jkunx
għamel qligħ kapitali fi żmien il-qasma, u meta
dak il-wieħed li jkun qasam jittrasferixxi
proprjetà  immobbli mogħtija lilu fil-qasma, l-
ammont minfuq fl-akkwist għandu jitqies bħala
dak is-sehem tas-somma ta’ l-ammont minfuq fl-
akkwist tas-sehem ta’ min qiegħed jaqsam fl-
immobbli kollha maqsuma flimkien mal-
kumpens imħallas mal-kuntratt tal-qasma,
daqskemm huwa ekwivalenti għas-sehem mill-
valur tal-immobbli trasferit għall-valur totali ta’
immobbli mogħtija lil dak il-wieħed li jkun
qasam fil-kuntratt ta’ akkwist;
(e) donazzjoni għandha titqies daqslikieku bejgħ magħmul
bil-valur kummerċjali tal-proprjetà  fil-waqt tat-
trasferiment. Iżda ma għandha titħallas ebda taxxa
meta d-donazzjoni ssir minn persuna lil:
(i) konjuġi, dixxendenti u axxendenti f’linja diretta
u l-konjuġi tagħhom, jew fin-nuqqas ta’
dixxendenti lil ħutu subien jew bniet u d-
dixxendenti tagħhom, jew
(ii) istituzzjonijiet filantropiċi approvati għall-
finijiet ta’ l-artikolu 12(1)(e);
(f) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12(1)(e), meta l-proprjetà  msemmija fil-
paragrafu (e) titneħħa minn min ikun irċeviha
b’donazzjoni fi żmien ħames snin minn meta tkun
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    15
saret id-donazzjoni, min ikun irċieva d-donazzjoni
għandu jintalab iħallas fuq il-qligħ aċċertat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu billi jikkunsidra l-
ammont minfuq fl-akkwist tal-proprjetà  meta din ġiet
akkwistata minn min ikun għamel id-donazzjoni; jekk
il-proprjetà  tinbiegħ minn min ikun irċieva d-
donazzjoni wara li jgħaddu ħames snin l-ammont
minfuq fl-akkwist għandu jitqies li jkun il-valur tal-
proprjetà  hekk kif dikjarat fl-att tad-donazzjoni;
(g) qligħ u profitti li għandhom x’jaqsmu ma’ trasferiment
b’donazzjoni jfissru d-differenza fil-valur kummerċjali
tal-proprjetà  meta ssir id-donazzjoni u l-ammont
minfuq fl-akkwist tal-proprjetà  meta din ġiet
akkwistata minn min ikun għamel id-donazzjoni.
(3) Għall-fini tal-aċċertament tal-qligħ jew profitt li jsir minn
xi trasferiment ta’ proprjetà  skond is-subartikolu (1)(a)(ii):
(a) l-ammont minfuq fl-akkwist ta’ ishma qabel il-25 ta’
Novembru, 1992 għandu jiġi valorizzat jew fuq il-
Metodu ta’ Ekwità  ta’ valutazzjoni ta’ ishma (valur
nett tal-attiv) bażat fuq l-aħħar kontijiet mogħtijin lill-
Kummissarju fit-18 ta’ Diċembru, 1992 billi jitqies il-
valur ta’ proprjetà  immobbli eżistenti fil-kontijiet
imsemmija u dan jiġi aġġustat skond ma hemm fis-
subartikolu (2)(a), jew fuq il-prezz tax-xiri attwali,
skond liema hu l-ogħla;
(b) ishma elenkati kwotati fi Stock Exchange fil-25 ta’
Novembru, 1992 għandhom jiġu valorizzati skond il-
prezz eżistenti f’dik id-data; u f’każ ta’ ishma kkwotati
fi flus barranin, għandha tintuża r-rata tal-kambju
(middle rate tal-Bank Ċentrali) tad-data msemmija;
(ċ) ishma akkwistati wara l-25 ta’ Novembru, 1992
għandhom jiġu valorizzati fuq l-ammont minfuq fl-
akkwist tagħhom: 
Iżda dwar ishma akkwistati taħt xi skema share
option dawn għandhom jiġu valorizzati skond regoli li
jistgħu jsiru mill-Ministru responsabbli għall-finanzi;
(d) meta mat-trasferiment ta’ ishma il-jeddijiet marbutin
ma’ dawk l-ishma jinbidlu b’liema mod ikun, il-valur
tat-trasferiment ta’ dawk l-ishma għandu jitqies
daqslikieku ma saret ebda bidla bħala dik;
(e) kull trasferiment li jikkonsisti fi skambju għandu
jitqies bħallikieku jkunu qegħdin isiru żewġ
trasferimenti separati; u
(f) id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(d), (e), (f) u (g)
għandhom ikunu jgħoddu mutatis mutandis għal dan
is-subartikolu.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(d) għandhom ikunu
jgħoddu mutatis mutandis meta l-attiv maqsum ikun jinkludi kull
attiv skond is-subartikolu (1)(a)(i) u (ii).
     16     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a)(i) ma għandhomx
ikunu jgħoddu għal qligħ jew profitt li għandu x’jaqsam mat-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli:
(a) meta kopja ta’ l-att ta’ trasferiment relattiv li jkollu
data qabel il-25 ta’ Novembru, 1992 jew tal-konvenju
relattiv ta’ trasferiment jew xiri li jkollu wkoll data
qabel il-25 ta’ Novembru, 1992, magħmul favur min se
jakkwista, ikun ġie debitament reġistrat għand id-
Dipartiment tat-Taxxi Interni sa l-1 ta’ Diċembru,
1992 u jkun inħareġ ċertifikat mill-Kummissarju dwar
dik ir-reġistrazzjoni u f’każ ta’ att ta’ trasferiment, l-
att ikun ġie insinwat kif imiss fir-Reġistru Pubbliku sa
l-1 ta’ Diċembru, 1992;
(b) meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li l-proprjetà  jew
sehem indiviż mill-proprjetà  kienet proprjetà  ta’ min
għamel it-trasferiment u okkupata minnu bħala r-
residenza tiegħu stess għal perijodu ta’ mill-anqas tliet
snin li jiġu minnufih qabel id-data ta’ trasferiment u
sakemm il-proprjetà  titneħħa fi żmien tnax-il xahar
minn meta jitbattal il-fond;
(ċ) għall-finijiet tal-paragrafu (b) "residenza tiegħu stess"
tfisser ir-residenza prinċipali li jkollu min iħallas it-
taxxa jew il-konjuġi tiegħu li tkun dar ta’ residenza li
kienet ir-residenza unika jew prinċipali tal-
proprjetarju. Garaxx imniffed ma’ dar jew blokk
appartamenti jew li jinsab taħthom, jew garaxx ta’
mhux aktar minn tletin metru kwadru li jkun jinsab
f’distanza ta’ ħames mitt metru mid-dar ta’ residenza,
u li jiġi trasferit bl-istess att flimkien mar-residenza
prinċipali għandu jitqies bħala li jagħmel sehem mir-
residenza. Il-perijodu ta’ residenza jinkludi l-
okkupazzjoni fiżika tal-fond u kull nuqqas minn Malta
bħalma hu minħabba f’xi mpieg estern, mard, vakanza
jew studju. Jekk xi parti mid-dar tintuża esklusivament
għal għanijiet kummerċjali f’xi żmien matul sentejn
qabel it-trasferiment din ma għandhiex titqies bħala
"residenza tiegħu stess" u din il-parti għandha
tinqasam fuq il-bażi ta’ l-area okkupata għal dan il-
għan bħala proporzjon ta’ l-area kollha tad-dar
residenzjali relattiva;
Kap. 88.
(d) meta l-proprjetà  tkun ittieħdet mill-Gvern u l-President
ta’ Malta jkun ħareġ dikjarazzjoni dwar hekk skond l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi qabel il-25 ta’ Novembru, 1992;
(e) meta l-proprjetà  tiġi trasferita bejn il-konjuġi wara li
ssir firda bil-qorti jew bil-kunsens tat-tnejn;
(f) meta l-proprjetà  kienet tagħmel sehem mill-komunjoni
ta’ l-akkwisti bejn il-konjuġi jew kienet mod ieħor
proprjetà  komuni bejniethom u tiġi trasferita lil xi
konjuġi max-xoljiment tal-komunjoni jew tinqasam
bejn il-konjuġi, jew bejn il-konjuġi li jibqa’ ħaj u l-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    17
werrieta tal-konjuġi mejjet; u
(g) meta l-proprjetà  tiġi trasferita b’enfitewsi għal ħamsin
sena jew inqas.
(h) meta l-proprjetà  immobbli jew il-parti indiviża tal-
proprjetà  immobbli tkun ġiet akkwistata causa mortis
minn min jittrasferixxi, jew tkun ġiet akkwistata minn
min jittrasferixxi fi qsim ta’ proprjetà  immobbli
akkwistata causa mortis minn dawk li jkunu qasmu.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(a)(ii) ma
għandhomx japplikaw għal qligħ jew profitt li għandu x’jaqsam
ma’:
(a) it-trasferiment ta’ bonds u stocks tal-Gvern ta’ Malta; 
Kap. 345.
(b) it-trasferiment ta’ titoli elenkati f’borża rikonoxxuta
taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji barra titoli fi
skema ta’ investiment kollettiv;
Kap. 345.
(ċ) trasferiment ta’ titoli elenkati f’borża rikonoxxuta taħt
l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji li jkunu titoli fi skema
ta’ investiment kollettiv miżmuma f’fond preskritt kif
imfisser fl-artikolu 41A(b); 
(d) trasferiment ta’ unitajiet u strumenti oħra bħalhom
dwar kummerċ ta’ l-assigurazzjoni linked long term
meta l-benefiċċji huma għal kollox stabbiliti
b’riferenza għall-valur ta’, jew income minn, titoli li
għalihom japplika jew il-paragrafu (b) jew (ċ);
(e) proprjetà  trasferita fiċ-ċirkostanzi msemmija fis-
subartikolu (5)(e) u (f).
(7) Meta persuna jkollha jedd għall-allowances kapitali skond
l-artikolu 14(1)(f) u (j) dwar attiv li jkun inbiegħ bi prezz li jeċċedi
l-ammont minfuq fl-akkwist tiegħu u kull benefikat magħmul
dwaru, l-ammont minfuq fl-akkwist għandu jinħadem fuq l-ammont
minfuq fl-akkwist u l-ammont minfuq f’kull benefikat magħmul
dwaru.
(8) Meta attiv imsemmi fis-subartikolu (1)(a) li jkun użat
f’negozju għal perijodu ta’ mill-inqas tliet snin jiġi trasferit u fi
żmien sena jitqiegħed floku attiv li jiġi unikament użat għal għan
simili fin-negozju, kull qligħ kapitali li jintgħamel mat-trasferiment
ma għandux jiġi ntaxxat iżda l-ammont minfuq fl-akkwist ta’ l-attiv
ġdid għandu jitnaqqas bil-qligħ imsemmi. Meta l-attiv jitneħħa
mingħajr ma jitqiegħed xejn minfloku, fil-qligħ totali għandu
jitqies ukoll il-prezz tat-trasferiment kif ukoll l-ammont minfuq fl-
akkwist imnaqqas kif imsemmi qabel.
(9) Meta attiv ikun trasferit minn kumpannija għal kumpannija
oħra u dawk il-kumpanniji:
(a) jkunu meqjusa bħala grupp ta’ kumpanniji għall-
finijiet ta’ l-artikolu 16; jew
(b) ikunu kkontrollati u l-istess azzjonisti jkunu
proprjetarji li jibbenefikaw direttament jew
indirettament minnhom b’iktar minn ħamsin fil-mija,
     18     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
għandu jitqies li la kien hemm telf u lanqas qligħ minn dak it-
trasferiment. Sabiex ikun aċċertat il-qligħ kapitali meta dak l-attiv
ikun sussegwentement trasferit minn kumpannija għal oħra li ma
tkunx taqa’ skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) jew (b), jew
lil persuna oħra, skond il-każ, il-kost bażiku u d-data ta’ l-akkwist
ta’ l-attiv li għandu jiġi kkunsidrat ikun il-kost oriġinali u d-data
meta jkun ġie akkwistat qabel ma sar it-trasferiment mill-ewwel
kumpannija, li tkun kumpannija fi ħdan il-grupp.
(10) (a) Telf kapitali għandu jinħadem bl-istess mod bħala
qligħ kapitali.
(b) Kull telf li jirriżulta mill-operazzjonijiet li jsiru skond
is-subartikolu (1) ma għandhiex issir it-tpaċija
tagħhom mal-qligħ kapitali ta’ snin ta’ stima ta’ wara
sakemm it-telfien sħiħ jiġi hekk assorbit.
(ċ) Djun li ma jistgħux jinġabru li jsiru dwar dawk l-
operazzjonijiet li jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju bħala li ma jistgħux jinġabru matul is-
sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima, minkejja
li dawk id-djun li ma jistgħux jinġabru kienu dovuti u
kellhom jitħallsu qabel il-bidu tas-sena msemmija,
għandhom jitħallew jitnaqqsu mill-qligħ kapitali fis-
sena li jkunu saru u jekk ma jkun hemm ebda qligħ
f’dik is-sena, dawn għandhom jitmexxew ’il quddiem
u ssir it-tpaċija tagħhom ma’ qligħ li jsir fil-futur:
Iżda kull ammont li jinġabar dwar ammonti li qabel ikunu
indikati bħala djun li ma jistgħux jinġabru għandu jitqies bħala
qligħ għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u jiġu ntaxxati kif dovut għas-
sena li fiha dawn jiġu rikuperati.
(11) Kull qligħ jew profitt minn kull operazzjoni li hi taxxabbli
skond l-artikolu 4(1)(a) ma għandux ikun taxxabbli bħala qligħ
kapitali dwar l-istess operazzjoni skond dan l-artikolu.
(12) (a) Il-valur kummerċjali ta’ attiv għandu jkun il-prezz li
dak l-attiv iġib meta jinbiegħ f’suq ħieles filwaqt tat-
trasferiment;
(b) meta l-valur kummerċjali ta’ attiv jenħtieġ sabiex jiġi
stabbilit mill-Kummissarju huwa jista’ jieħu l-opinjoni
jew l-għajnuna ta’ stimatur, perit arkitett jew kull
persuna li tagħmel xi valutazzjoni oħra; u
(ċ) min jagħmel l-istima jew il-valutazzjoni f’isem il-
Kummissarju għandu jitqies, bil-għan li jwettaq ix-
xogħol mogħti lilu, li jkun persuna impjegata fid-
Dipartiment tal-Kummissarju u li jkollha kariga
uffiċjali skond dan l-Att.
(13) (a) Meta persuna tittrasferixxi attiv li, fiż-żmien ta’ l-
akkwist tiegħu, kien jagħmel sehem indiviż minn attiv
ikbar (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan il-paragrafu
msejjaħ "l-attiv sħiħ"), kull tnaqqis permess sabiex
wieħed jasal għall-qligħ magħmul minn dak it-
trasferiment ikun daqs il-proporzjon tan-nefqa li tkun
saret sabiex l-attiv sħiħ ikun ġie akkwistat u ta’ kull
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    19
tnaqqis ieħor li jkun dovut skond dan l-artikolu li kieku
dik il-persuna tkun ittrasferiet l-attiv sħiħ, hekk kif il-
konsiderazzjoni għat-trasferiment tkun relatata fi
żmien it-trasferiment mal-valur kummerċjali ta’ l-attiv
sħiħ.
(b) Tnaqqis tal-kapital tal-ishma ta’ kumpannija għandu
jitqies bħala trasferiment ta’ dak il-proporzjon ta’
kemm ikollu l-proprjetarju daqskemm hu l-proporzjon
tat-tnaqqis tal-kapital tal-kumpannija u għandu
jikkostitwixxi qligħ jew telf għall-għan ta’ dan l-
artikolu fis-sena meta jsir dak it-tnaqqis.
(ċ) Ma’ kull trasferiment sussegwenti tal-ishma
msemmija, l-ammont minfuq fl-akkwist tagħhom
għandu jitqies li jkun dik il-parti li jifdal ta’ l-ammont
minfuq fl-akkwist li ma jkunx tqies meta jkun sar it-
tnaqqis tal-kapital.
(14) Meta jsir trasferiment li jkun jinvolvi l-iskambju ta’ ishma
mar-ristrutturazzjoni tal-kumpannija meta jsiru mergers,
demergers, amalgamazzjonijiet u rijorganizzazzjonijiet, għandu
jitqies li ma kien hemm ebda telf jew qligħ minn dak it-trasferiment
u li l-ammont minfuq fl-akkwist meta jsir trasferiment sussegwenti
għandu jitqies bħala l-ammont minfuq fl-akkwist tal-ishma
oriġinali.
(15) Meta negozju jew soċjetà  f’isem kollettiv, li jkunu jirrendu
u jiġu inkorporati f’kumpannija ta’ responsabbilità  limitata, li tkun
proprjetà  benefika sa limitu ta’ mhux anqas minn ħamsa u sebgħin
fil-mija ta’ l-istess persuni li kienu proprjetarji tan-negozju jew tas-
soċjetà  f’isem kollettiv, u jkun hemm trasferiment ta’ l-attiv,
għandu jitqies li ma jkun sar ebda telf jew qligħ mit-trasferiment.
Iżda meta dak l-attiv jiġi sussegwentement trasferit mill-
kumpannija, l-ammont minfuq bażiku ta’ l-attiv li għandu jitqies
ikun l-ammont minfuq oriġinali eżistenti qabel ma jkun seħħ l-
ewwel trasferiment.
Kap. 364.
(16) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-valur ta’ użufrutt u tan-
nuda proprietas għandu jinħadem skond id-disposizzjonijiet
stipulati fl-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Barrani fis-servizzi 
ta’ l-investiment u 
fl-assigurazzjoni. 
Miżjud: 
XVII. 1994.8.
Emendat:
XVII.1998.70.
6. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "barrani fis-servizzi ta’
l-investiment" tfisser kull individwu li jkun impjegat ta’, jew jagħti
servizzi lil kumpannija fis-servizzi ta’ investiment, kif imfisser fl-
artikolu 15  u ''barrani fl-assigurazzjoni'' tfisser kull individwu li
jkun impjegat ta’, jew jagħti servizzi lil, kumpannija ta’ l-
assigurazzjoni kif imfissra fis-subartikolu (4), u/jew:
(a) ma jkunx ordinarjament residenti u ma jkunx
domiċiljat f’Malta; jew
(b) ma kienx residenti f’Malta għal perijodu minimu ta’
tlett snin minnufih qabel is-sena ta’ stima li fiha jibda
dak l-impieg ma’, jew jagħti servizzi lil, xi kumpannija
fis-servizzi ta’ investiment jew kumpannija ta’ l-
assigurazzjoni kif jintqal qabel u kemm-il darba matul
l-imsemmija tlett snin dak l-individwu kien impjegat
     20     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
full-time f’kariga simili barra minn Malta.
(2) Barrani fis-servizzi ta’ l-investiment jew barrani fl-
assigurazzjoni, matul iż-żmien li jibda mis-sena li taħbat qabel l-
ewwel sena ta’ stima li fiha jkun għall-ewwel darba suġġett għat-
taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sa u inkluża s-sena li
taħbat qabel l-għaxar sena ta’ stima, ma jkunx suġġett għal taxxa
fuq l-income dwar l-ispejjeż li ġejjin li jkunu saru għall-benefiċċju
tal-barrani fis-servizzi ta’ l-investiment jew barrani fl-
assigurazzjoni jew tal-familja immedjata tiegħu mill-kumpannija
fis-servizzi ta’ investiment jew kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li
tagħha jkun impjegat jew li lilha jipprovdi servizzi ta’ investiment
jew ta’ assigurazzjoni:
(a) spejjeż ta’ ġarr biex joqgħod jew jitlaq minn Malta; 
(b) spejjeż ta’ akkommodazzjoni li jsiru f’Malta;
(ċ) spejjeż ta’ vjaġġar dwar żjajjar minn barrani fis-
servizzi ta’ l-investiment jew barrani fl-assigurazzjoni
u mill-familja immedjata tiegħu għal u minn Malta;
(d) provvediment ta’ karrozza għall-użu f’Malta tal-
barrani fis-servizzi ta’ l-investiment;
(e) sussidju ta’ mhux iktar minn mitejn u ħamsin lira kull
xahar kalendarju;
(f) spejjeż mediċi u assigurazzjoni medika; u
(g) drittijiet ta’ l-iskola dwar it-tfal tal-barrani li jipprovdi
servizzi ta’ l-investiment jew ta’ assigurazzjoni.
(3) Barrani fis-servizzi ta’ l-investiment jew barrani fl-
assigurazzjoni jitqies li m’huwiex residenti f’Malta għall-finijiet
ta’ l-artikolu 12(1)(ċ).
Kap. 403.
Kap. 404.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kumpannija ta’ l-
asssigurazzjoni tfisser kumpannija awtorizzata skond l-artikolu 7
ta’ l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni, manager fl-
assigurazzjoni awtorizzat skond l-artikolu 13 ta’ l-imsemmi Att u
kumpannija li tmexxi kummerċ bħala broker fl-assigurazzjoni
iskritta skond l-artikolu 13 ta’ l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni
u Intermedjarji oħra. 
Sena ta’ stima 
1973.
Miżjud: 
XXXV. 1972.4. 
Emendat: 
XXXI. 1988.3; 
XXXVI. 1990.3.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.9.
7. (1) Ma għandha titħallas ebda taxxa fuq income ta’ xi
persuna li, kieku ma kienx għad-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu,
dak l-income kien ikun taxxabbli għas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’
Jannar, 1973.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), xorta tiġi imposta taxxa għas-sena ta’ stima 1973 dwar kull
azzjonijiet bil-bonus u dividend għoli ħafna iktar mis-soltu
mqassmin minn xi kumpannija b’riżoluzzjoni meħuda bejn is-27 ta’
Lulju, 1972 u l-31 ta’ Diċembru, 1972, u dwar kull income kbir
ħafna aktar mis-soltu li huma taxxabbli skond xi paragrafu ta’ l-
artikolu 4(1) meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li dak l-income
inqala’ jew inkiseb minn xi persuna bejn is-27 ta’ Lulju, 1972 u l-
31 ta’ Diċembru, 1972 liema persuna setgħet tistabbilixxi l-ammont
tagħhom.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    21
(3) L-income li jibqa’ taxxabbli għas-sena ta’ stima 1973 skond
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandu jitqies billi l-
imsemmija azzjoni bil-bonus u l-parti eċċessiva tad-dividend u ta’
l-income li jkunu ikbar mis-soltu jitqiesu bħala li huma l-ogħla
parti ta’ l-income taxxabbli li, kieku ma kienx għad-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu, kien ikun taxxabbli għas-
sena ta’ stima 1973.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (2) kull dividend dikjarat bejn
is-27 ta’ Lulju, 1972 u l-31 ta’ Diċembru, 1972 li jkun iżjed minn
għoxrin fil-mija ta’ l-ogħla dividend dikjarat mill-imsemmija
kumpannija bejn l-1 ta’ Jannar, 1969 u s-26 ta’ Lulju, 1972 għandu,
sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju, jitqies li hu ikbar mis-soltu.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet hawn qabel imsemmija ta’
dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jibqgħu
japplikaw għas-sena ta’ stima 1973.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw fil-każ ta’ xi individwu li, f’xi sena ta’ stima sas-sena ta’
stima 1972, kellu dritt għal tnaqqis skond l-artikolu 53(4), (5) jew
(6) kif kien fis-seħħ fiż-żmien relattiv:
Iżda t-tnaqqis personali għas-sena ta’ stima 1973 għandu
f’kull każ bħal dan jiżdied b’ammont li jkun daqs x’kien ikun l-
income taxxabbli ta’ l-individwu għall-imsemmija sena li kieku ma
kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu.
(7) F’kull każ kif imsemmi fis-subartikolu (6), ma għandha
titħallas ebda soprataxxa għas-sena ta’ stima 1973.
(8) Meta, dwar is-sena ta’ stima 1973 - 
(i) kumpannija jkollha dritt li tnaqqas it-taxxa minn
dividend imħallas lil xi persuna skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59(1); jew
(ii) tkun ġiet imħallsa taxxa bit-tnaqqis mill-income
ta’ xi persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 59(6), jew ta’ l-artikolu 73,
dik it-taxxa għandha, bla ħsara għal xi disposizzjonijiet oħra ta’
dan l-Att, tiġi mpattija mat-taxxa ta’ l-imsemmija persuna dwar dik
is-sena ta’ stima kif jagħżel il-Kummissarju.
Kap. 372.
(9) Meta jibqa’ xi eċċess wara li t-taxxa tiġi mpattija kif
provdut fis-subartikolu (8), dan għandu jitħallas lura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa.
(10) Id-disposizzjonijiet li jinsabu fis-subartikolu (1) ma
għandhomx japplikaw għall-income ta’ xi korp ta’ persuni li
jinqala’ minn attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ jew li huma
anċillari għat-tiftix ta’ żejt, għal xogħol bankarju, xandir bis-smigħ
jew bit-televiżjoni, kiri ta’ films jew xogħol ta’ assigurazzjoni
(barra minn kummissjonijiet li jinqalgħu mill-bejgħ ta’
assigurazzjoni minn korpijiet ta’ persuni li jirrisjedu f’Malta).
     22     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar ċertu 
income li qabel ma 
kienx dikjarat.
Miżjud:
XXXV. 1972.5.
Emendat:
XX. 1973.2;
XXVI. 1977.4;
IX. 1983.5; 
XIII. 1983.4.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.10.
Kap. 239 - 
Revokat.
8. (1) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
u fl-Ordinanza dwar it-Taxxa tas-Suċċessjoni u Donazzjoni, iktar
’il quddiem f’dan l-artikolu msejħa "l-Ordinanza" jew fl-Att dwar
it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom japplikaw għall-income ta’ kull persuna li ma
jkunx iddikjarat f’xi prospett mibgħut lill-Kummissarju qabel is-27
ta’ Lulju, 1972 dwar xi sena ta’ stima sas-sena ta’ stima 1972, u
għal kull income li ma jingħatax lill-Kummissarju sa l-imsemmija
data minn xi persuna li ma tkunx bagħtet prospett għal ebda sena
ta’ stima sas-sena ta’ stima 1972: kemm-il darba jiġi eskluż kull
income bħal dak - 
(a) li jkun sar suġġett għat-taxxa f’xi stima -
(i) li saret finali u konklużiva qabel is-27 ta’ Lulju,
1972; jew
(ii) li tkun fissata mill-Kummissarju qabel is-27 ta’
Lulju, 1972 dwar kull persuna li ma kenitx
domiċiljata f’Malta matul l-1971; jew
(b) li kien imiss jew li kien inqala’ minn xi persuna li ma
kellhiex income taxxabbli għal xi sena ta’ stima sas-
sena ta’ stima 1972.
(2) L-income li għalih japplika dan l-artikolu għandu jiġi
stabbilit billi ssir riferenza għall-attiv kapitali li kien jeżisti fil-31
ta’ Diċembru, 1971, li jkun kumulu tiegħu jew li minnu jinħoloq l-
imsemmi income: u l-valur ta’ dak l-attiv fl-imsemmija data għandu
jittieħed li jkun il-prezz ta’ l-akkwist, jew l-ammont jew il-valur
attwali tiegħu, liema minnhom ikun l-anqas.
(3) L-income li għalih japplika dan l-artikolu għandu jitqies li
hu income taxxabbli għas-sena ta’ stima 1974, separat u distint
minn kull income taxxabbli ieħor għall-imsemmija sena ta’ stima.
(4) Ir-rata ta’ taxxa li tapplika għal income taxxabbli skond dan
l-artikolu tkun ta’ tliet ċenteżmi fil-lira.
Kap. 370.
(5) B’dak kollu li hemm f’kull disposizzjoni oħra ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi, barra dak li hemm fl-artikolu 31 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, il-Kummissarju fi kwalunkwe żmien
wara l-1 ta’ Ottubru, 1972, jista’ jiffissa stima fuq l-income
taxxabbli msemmi fis-subartikolu (3) u jipproċedi għall-ġbir tat-
taxxa dovuta.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għall-income speċifikat fis-subartikolu (1) kemm-il
darba l-attiv kapitali msemmi fis-subartikolu (2)(a) ma jiġix
dikjarat fuq il-formula preskritta li għandha tingħata lill-
Kummissarju fi żmien disa’ xhur li jibdew mill-1 ta’ Ottubru, 1972.
(7) Id-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu (6) ma titqiesx li
ġiet mogħtija lill-Kummissarju kemm-il darba l-formula preskritta
ma tiġix mimlija għal kollox u b’eżattezza.
(8) Taxxa mposta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
ma titqiesx li hi parti minn xi taxxa mħallsa jew li għandha titħallas
skond dan l-Att għall-finijiet ta’ l-artikoli 59, 76 u 89.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    23
Kap. 239 - 
Revokat. 
(9) Ebda proċedimenti skond dan l-Att jew skond l-Ordinanza
jew skond l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni, ma
għandhom jittieħdu kontra xi persuna dwar l-income imsemmi fis-
subartikolu (1), lanqas ma għandha tapplika taħthom xi penali
fiskali dwar l-imsemmi income, jekk dik il-persuna kienet suġġetta
li jittieħdu proċedimenti kontriha jew li tiġi applikata għaliha xi
penali fiskali minħabba xi għemil jew ġrajja li tiġri qabel is-27 ta’
Lulju, 1972.
Kap. 239 - 
Revokat. 
(10) Ebda taxxa ħlief it-taxxa speċifikata fis-subartikolu (4) ma
għandha tinġabar skond dan l-Att jew skond l-Ordinanza jew skond
l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni, fuq income li
dwaru qed tingħata immunità  minn proċedimenti bis-subartikolu
(9).
Kap. 239 - 
Revokat. 
(11) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (9) u (10) għandhom
japplikaw għat-taxxi, penalitajiet u proċedimenti stabbiliti fl-
Ordinanza jew fl-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni biss
safejn l-attiv imsemmi fis-subartikolu (2) -
(i) kien imħolli barra minn denunzja li fiha kellu
jiġi dikjarat għall-finijiet ta’ l-Ordinanza, jekk l-
imsemmija denunzja kienet ippreżentata lill-
Kummissarju qabel is-27 ta’ Lulju, 1972, jew
(ii) ġie trasferit b’suċċessjoni miftuha mal-mewt ta’
persuna jew meta persuna tkun għamlet il-voti
reliġjużi barra minn Malta u ma tkun ġiet
ippreżentata ebda denunzja dwar dan lill-
Kummissarju qabel is-27 ta’ Lulju, 1972, kemm-
il darba ż-żmien stabbilit fl-artikolu 33(a)(iii) ta’
l-Ordinanza għall-ippreżentar ta’ l-imsemmija
denunzja jkun skada qabel l-imsemmija data,
jew
(iii) ġie trasferit b’disposizzjoni gratuwita inter vivos
u ma tkun ġiet ippreżentata ebda denunzja dwar
dan lill-Kummissarju qabel is-27 ta’ Lulju,
1972, kemm-il darba ż-żmien stabbilit fl-
artikolu 33(ċ) ta’ l-Ordinanza għall-ippreżentar
ta’ l-imsemmija denunzja jkun skada qabel l-
imsemmija data.
(12) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma tapplika għat-taxxa
mwaħħla skond l-Ordinanza dwar xi likwidazzjoni magħmula qabel
is-27 ta’ Lulju, 1972.
(13) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu, meta l-attiv kapitali msemmi fis-subartikolu (2) jibqa’ ma
jiġix dikjarat minn xi persuna jew għal kollox jew f’parti fiż-żmien
speċifikat fis-subartikolu (6) -
(a) ir-rata ta’ taxxa msemmija fis-subartikolu (4) għandha
tiġi sostitwita bir-rata ta’ tletin ċenteżmu fil-lira dwar
dak l-income mhux dikjarat jew parti minnu; u
(b) jekk dik il-persuna tinsab ħatja ta’ akkuża billi hi
kienet xjentement naqset li tiddikjara l-imsemmi
kapital attiv, teħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
     24     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
u mhux iżjed minn elf lira, u priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn.
Kap. 219. (14) L-ammont ta’ kull imposta mħallas skond l-Att dwar
Imposta fuq Kontijiet għall-Portatur sal-31 ta’ Diċembru, 1971
għandu jitnaqqas minn kull taxxa stabbilita skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar kull depożitu fil-kont
għall-portatur relattiv u dwar kull imgħax li jinqala’ minnu, hekk
iżda li dak it-tnaqqis ma jkunx iżjed mit-taxxa li għandha tiġi
stabbilita skond dan l-artikolu dwar dak id-depożitu:
Iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha titqies
li tagħti s-setgħa lill-Kummissarju li jintaxxa xi depożitu f’kont
għall-portatur ma’ xi bank ħlief permezz ta’ stima li tiġi iffissata
dwar il-persuna li jkollha t-titolu għal dak il-kont.
(15) Kull persuna tista’, b’avviż bil-miktub ippreżentat lill-
Kummissarju fiż-żmien speċifikat fis-subartikolu (6), tagħżel li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx għall-income
imsemmi fis-subartikolu (1):
Iżda, f’każijiet bħal dawn, ebda ħaġa li tinsab f’dan l-Att
ma ttellef lill-Kummissarju milli f’kull żmien jiffissa stima fuq dak
l-income skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli l-oħra ta’ dan l-
Att.
Aktar 
disposizzjonijiet 
speċjali dwar ċertu 
income li qabel ma 
kienx dikjarat.
Miżjud:
XX. 1973.3.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.11. 
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-
artikolu 8 għandu japplika wkoll għall-income ta’ kull persuna li
dwaru ma jkunx intbagħat prospett lill-Kummissarju dwar is-sena li
tiġi qabel kwalunkwe sena ta’ stima sas-sena ta’ stima 1972, jekk - 
(a) il-Kummissarju jkun sodisfatt li l-imsemmija persuna
tkun bagħtitlu qabel is-27 ta’ Lulju, 1972, prospett
għal xi sena oħra ta’ stima iżda mhux għas-sena ta’
stima in kwistjoni; u
(b) l-income kien dovut lil jew miksub minn xi persuna
barra minn kumpannija.
(2) F’kull każ li jaqa’ skond is-subartikolu (1), jew skond l-
imsemmi subartikolu u skond l-artikolu 8(1), l-anqas ammont ta’
taxxa li għandu jitħallas ikun l-ogħla minn dawn iż-żewġ ammonti
li ġejjin:
(a) it-taxxa maħduma skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 8(2), (3), (4) u (5), jew
(b) l-ammont totali ta’ taxxa mwaħħla skond l-artikolu
56(1), (2), (3) u (10) għall-aħħar sena ta’ stima li
dwarha stima jew stimi ta’ taxxa li kienu kollha finali
u konklużivi fis-27 ta’ Lulju, 1972, kienu saru sa l-
imsemmija data, multiplikat bin-numru ta’ snin li
dwarhom ma jkun intbagħat ebda prospett kif intqal
qabel.
(3) Kull persuna tista’ tagħżel li ma tużax id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
Kap. 372.
(4) Jekk persuna ma tagħmilx l-għażla kif provdut fis-
subartikolu (3), il-ħtiġiet ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    25
Amministrazzjoni tat-Taxxa ma jiġux infurzati fil-każ tagħha dwar
xi sena ta’ stima li għaliha japplikaw id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1).
Dikjarazzjoni 
Spontanja ta’ 
Income Mhux 
Dikjarat.
Miżjud:
XXII.1995.3.
Emendat:
XX. 1996.5.
9A. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi, persuna, minbarra l-prospett għas-sena ta’ stima 1995, tista’
tippreżenta wkoll dikjarazzjoni spontanja fuq il-formola preskritta
u l-income ta’ dik il-persuna skond l-artikoli 4 u 5 għas-snin ta’
stima li jiġu qabel is-sena ta’ stima msemmija għandu jitqies bħala
l-income kif maħdum skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu.
(2) Id-dikjarazzjoni spontanja għandha turi bħala income skond
l-artikolu 4(1) għas-snin ta’ stima 1994, 1993, 1992 u 199l ammont
bażat fuq dikjarazzjoni vera ta’ l-income dikjarat minn dik il-
persuna skond l-imsemmi artikolu 4(1) (iżda eskluż kull income
minn investiment kif imfisser fl-artikolu 41 u qligħ kapitali skond
l-artikolu 5) għas-sena ta’ stima 1995 kif ġej:
(a) għas-sena ta’ stima 1994, ammont li jkun ekwivalenti
għal 80% ta’ l-income relattiv dikjarat fil-prospett
għas-sena ta’ stima 1995, bl-esklużjoni ta’ kull income
minn investiment kif imfisser fl-artikolu 41 u qligħ
kapitali skond l-artikolu 5 kif imsemmi qabel;
(b) għas-sena ta’ stima 1993, ammont ekwivalenti għal
90% ta’ l-ammont dikjarat skond il-paragrafu (a);
(ċ) għas-sena ta’ stima 1992, ammont ekwivalenti għal
90% ta’ l-ammont dikjarat skond il-paragrafu (b); u
(d) għas-sena ta’ stima 1991, ammont ekwivalenti għal
90% ta’ l-ammont dikjarat skond il-paragrafu (ċ):
Iżda meta persuna matul xi waħda mis-snin ta’ stima mill-
1991 sa l-1994 ma kinetx reġistrata bħala persuna li tħallas it-taxxa
u ma kellhiex income taxxabbli skond dan l-Att, hija għandha
tiddikjara biss skond il-paragrafi (a) sa (d), li ma tkunx irċeviet
income għas-snin ta’ stima hemm imsemmija li jiġu qabel is-sena
ta’ stima meta l-ewwel kellha tħallas it-taxxa skond dan l-Att.
(3) Fid-dikjarazzjoni spontanja għandu wkoll ikun hemm
dikjarazzjoni dwar kull qligħ kapitali mhux dikjarat skond l-
artikolu 5 dwar kull sena ta’ stima li fiha dak il-qligħ ma jkunx ġie
hekk dikjarat.
(4) Meta tkun saret dikjarazzjoni spontanja skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu:
(a) l-income tal-persuna li tkun qed tagħmel id-
dikjarazzjoni u li tkun suggetta għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att minbarra dan l-artikolu
għandu jitqies li jkun l-income dikjarat minn dik il-
persuna fil-prospett għas-sena ta’ stima relattiva:
Iżda:
(i) meta għar-rigward ta’ xi sena ta’ stima l-income
ta’ dik il-persuna jkun inħadem fi stima li tkun
finali u konklużiva l-income hekk maħdum
     26     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
għandu jitqies li jkun l-income hekk dikjarat; u
(ii) meta xi income skond l-artikolu 4(1) ikun ġie
jew ikun rapportat minn prinċipal jew minn
persuna oħra li tkun qed tħallas dak l-income
lill-Kummissarju f’xi prospett meħtieġ għall-
għanijiet tar-Regoli ta’ l-1972 dwar Tnaqqis ta’
Taxxa (P.A.Y.E.), jew skond dawk ir-regoli
jkollu jiġi hekk rapportat, dak l-income għandu
jitqies bħala dikjarat minn dik il-persuna;
(b) l-istima għas-sena ta’ stima relattiva għandha ssir fuq
il-bażi ta’ l-income dikjarat jew li jitqies li jkun
dikjarat skond il-paragrafu (a):
Iżda fil-każ meta l-prospett ma jkunx ġie
preżentat lill-Kummissarju sal-31 ta’ Marzu, 1995, l-
istima għas-sena ta’ stima relattiva għandu jsir fuq il-
bażi li ġejja:
(i) Jekk il-prospett ikun għar-rigward ta’ xi waħda
mis-snin ta’ stima 199l sa 1994, l-income għas-
sena ta’ stima relattiva għandu jitqies, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a)(ii), li
jkun dak li jiġi hekk dikjarat minn dik il-persuna
fil-prospett relattiv jew l-income stabbilit skond
is-subartikolu (2), skond liema jkun l-ogħla;
(ii) Jekk il-prospett ikun għar-rigward ta’ sena ta’
stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1991, l-
income għas-sena ta’ stima relattiva għandu
jitqies, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (a)(ii), li jkun dak li jiġi hekk dikjarat
minn dik il-persuna fil-prospett relattiv jew
somma li tkun daqs l-income stabbilit skond is-
subartikolu (2)(d), skond liema jkun l-ogħla; u
(ċ) kull taxxa addizjonali skond l-artikolu 56(12) għar-
rigward ta’ xi sena ta’ stima li dwarha ma jkunx hemm
stima finali u konklużiva, għandha titħassar.
(5) Għall-għanijiet tas-subartikoli (2), (4) u (7), income skond
l-artikolu 4(1) u qligħ kapitali skond l-artikolu 5, ifisser l-income
kif aġġustat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(6) L-income dikjarat f’dikjarazzjoni spontanja skond dan l-
artikolu għandu jitqies li jkun income taxxabbli separat għas-sena
ta’ stima 1995, u għandu, kif suġġett biss għat-tnaqqis kif hemm
provdut fis-subartikolu (7), ikun suġġett għat-taxxa bir-rata ta’ 25
ċenteżmu fil-lira.
(7) Għandu jitnaqqas biss mill-income dikjarat dwar kull sena
ta’ stima skond is-subartikolu (2), l-income dikjarat jew meqjus
bħala dikjarat skond is-subartikolu (4), minn min iħallas it-taxxa
għas-sena ta’ stima rispettiva li jkun income skond l-artikolu 4(1) li
ma jkunx income minn investiment kif imfisser fl-artikolu 41 jew
qligħ kapitali skond l-artikolu 5:
Iżda:
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    27
(a) meta dwar xi sena ta’ stima l-income skond l-artikolu
4(1)(a) kif dikjarat skond is-subartikolu (4) ikun
wieħed ta’ telf, dak l-income għandu jitqies għall-
għanijiet ta’ dan l-artikolu li ma jkun xejn; u
(b) meta dwar xi sena ta’ stima l-income dikjarat skond is-
subartikolu (4) skond l-artikolu 4(1) (eskluż income
minn investiment kif imfisser fl-artikolu 41 jew qligħ
kapitali skond l-artikolu 5) ikun iktar mill-income
dikjarat skond is-subartikolu (2) dwar l-istess sena ta’
stima, l-income dikjarat skond is-subartikolu (4)
għandu jitqies li jkun daqs dak dikjarat skond is-
subartikolu (2) dwar l-istess sena ta’ stima.
(8) It-taxxa fuq l-income li titħallas skond dan l-artikolu
għandha titħallas fi tlett pagamenti rateali kif ġej: 
(a) 50 fil-mija sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru,
1995 flimkien mas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni
spontanja lill-Kummissarju;
(b) 20 fil-mija sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Marzu, 1996;
u
(ċ) 30 fil-mija sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru,
1996.
Kap. 372.
(9) Il-Kummissarju għandu jibgħat bil-posta reġistrata lil kull
persuna li tagħmel dikjarazzjoni spontanja valida skond dan l-
artikolu, avviż li jkun fih l-ammont ta’ l-income taxxabbli separat
tiegħu għas-sena ta’ stima 1995 u l-ammont ta’ taxxa li għandha
titħallas fuqu minnu, u d-disposizzjonijiet tat-Taqsima VII u ta’ l-
artikolu 32 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa għandhom
ikunu japplikaw għal dak l-avviż.
(10) Id-dikjarazzjoni spontanja msemmija fis-subartikoli ta’
qabel ta’ dan l-artikolu għandhom jitqiesu li ma jkunux ġew
preżentati għand il-Kummissarju kemm-il darba:
(a) il-formola preskritta ma tkunx ġiet mimlija
kompletament u bl-eżatt u ppreżentata in duplikat lill-
Kummissarju mhux iktar tard mill-15 ta’ Diċembru,
1995;
(b) il-prospetti kollha għas-snin ta’ stima sa u inkluża s-
sena ta’ stima 1995 ma jkunux ġew ippreżentati lill-
Kummissarju sa meta ssir id-dikjarazzjoni; u
(ċ) il-ħlas ta’ l-ewwel pagament rateali ta’ taxxa isir kif
stabbilit fis-subartikolu (8).
(11) Meta l-Kummissarju jirriżultalu li persuna li tkun
ippreżentat dikjarazzjoni spontanja valida skond dan l-artikolu tkun
iddikjarat bin-nieqes l-income tagħha għas-sena ta’ stima 1995 jew
tkun iddikjarat bin-nieqes xi income li kellu jiġi dikjarat skond is-
subartikolu (3) jew tkun skond il-proviso għas-subartikolu (2)
iddikjarat li ma tkun irċeviet ebda income għal ebda sena ta’ stima
li matulha kienet suġġetta għat-taxxa, il-Kummissarju għandu
jerġa’ jikkalkola l-income taxxabbli separat fuq il-bażi ta’ l-income
kif stmat mill-ġdid għas-sena ta’ stima 1995, u, jew kif kellu jiġi
     28     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
dikjarat skond is-subartikolu (3), u, jew bla ma jittieħed każ tad-
disposizzjonijiet tal-proviso għas-subartikolu (2) skond kif ikun il-
każ, u jagħmel taxxa fuqu bir-rata ta’ 65 ċenteżmu fil-1ira. Il-
Kummissarju għandu wara dan joħroġ avviż ta’ stima ġdida u kull
avviż ta’ qabel maħruġ skond dan l-artikolu għandu jitħassar u kull
taxxa diġa imħallsa dwar l-avviż ta’ qabel jew flimkien mal-
preżentata tad-dikjarazzjoni spontanja għandha ssir tpaċija dwarha
ma’ kull taxxa dovuta skond dan is-subartikolu.
Kap. 372. (12) Id-disposizzjonijiet relevanti tat-Taqsima VII ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa għandhom japplikaw għat-taxxa
dovuta skond is-subartikolu (11):
Kap. 372.
Iżda persuna jkollha jedd li tagħmel oġġezzjoni u appell kif
stabbilit fl-artikoli 33, 35 u 37 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa, kontra avviż ta’ stima maħruġ skond is-subartikolu (11).
(13) (a) It-taxxa li titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu ma għandhiex titqies li tkun tagħmel sehem
minn xi taxxa mħallsa jew li titħallas skond dan l-Att
għall-għanijiet ta’ l-artikoli 59, 76 u 89.
(b) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha tolqot
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 43, 44 u 45.
(14) Meta persuna tagħmel dikjarazzjoni spontanja skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-Kummissarju ma għandux
jagħti każ tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(g) dwar il-
kalkolu ta’ kull telf li jkun sar matul xi sena li tiġi qabel is-sena ta’
stima 1995 dwar is-sena ta’ stima 1995 u snin ta’ stima li jiġu wara.
(15) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli b’mod ġenerali għat-
tħaddim tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u jista’ b’mod
partikolari jipprovdi b’dawk ir-regoli dwar kif għandha tkun il-
formola ta’ prospetti, talbiet, dikjarazzjonijiet u avviżi skond dan l-
artikolu.
Assi reġistrati taħt 
l-Iskema ta’ 
Reġistrazzjoni ta’ 
Investiment.
Miżjud:
II. 2002.43.
Kap. 345.
Kap. 123 u 372.
Kap. 239.
Kap. 294.
Kap. 364.
9B. (1) F’dan l-artikolu:
"assi kwalifikattivi" tfisser assi reġistrati skond skema magħmula
taħt l-artikolu 39 ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju;
"liġijiet relevanti" tfisser l-Atti dwar it-Taxxi, l-Ordinanza dwar
it-Taxxi tas-Suċċessjoni u Donazzjoni (Kap. 70 ta’ l-Edizzjoni
Riveduta tal-Liġijiet ta’ Malta, Edizzjoni ta’ l-1942), l-Att dwar it-
Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni, l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti, u l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti;
"taxxa" tfisser kull taxxa jew imposta li tinġabar skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet relevanti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), ikunu
eżenti minn taxxa li kieku kienet titħallas taħt xi disposizzjoni tal-
liġijiet relevanti:
(a) kull income, inkluż qligħ kapitali, miksub minn assi
kwalifikattiv f’kull żmien qabel id-data meta l-assi
jiġu reġistrati bħala assi kwalifikattivi;
(b) kull income, inkluż qligħ kapitali, sal-limitu li assi
kwalifikattivi jkunu jirrapreżentaw dak l-income jew
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    29
parti mhux dikjarata minn dak l-income jew akkumulu
ta’ dak l-income, miksub minn xi persuna matul is-
sena minnufih qabel xi sena ta’ stima li dwarha dik il-
persuna tkun ipprovdiet il-prospett tagħha ta’ l-income
lill-Kummissarju qabel l-1 ta’ Settembru, 2001, jew
matul is-sena li tiġi minnufih qabel xi sena ta’ stima li
tibda fl-1 ta’ Jannar, 2001, jew qabel dik id-data li
dwarha dik il-persuna ma kellhiex għalfejn tibgħat il-
prospett tagħha ta’ l-income;
(ċ) kull trasferiment inter vivos jew causa mortis ta’ assi,
kull dokument ta’ trasferiment ta’ dawk l-assi u kull
trasferiment ta’ dawk l-assi li jkun sar jew li jiġri fl-1
ta’ Settembru, 2001, jew qabel dik id-data jew dwar il-
parti mhux dikjarata jew il-korrispettiv ta’ dak it-
trasferiment jew dik it-trasmissjoni, sal-limitu li assi
kwalifikattivi ikunu jirrapreżentaw dawk l-assi jew il-
valur b’korrispettiv għal dak it-trasferiment jew dik it-
trasmissjoni. 
(3) L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income imsemmija fis-
subartikolu(2)(a) u (b) għandha tkun tapplika sakemm dak l-
income ma jkunx ġie dikjarat f’xi prospett tat-taxxa fuq l-income
mogħti lill-Kummissarju, u l-ebda taxxa ma tkun ġiet stmata fir-
rigward relattiv f’xi stima li ssir taħt l-Atti dwar it-Taxxi u li tiġi
notifikata qabel l-1 ta’ Settembru, 2001, u l-eżenzjoni mit-taxxa
msemmija fil-paragrafu (ċ) ta’ l-istess subartikolu tkun tapplika
sakemm l-ebda prospett, dikjarazzjoni jew avviż tat-trasferiment
relattiv, trasmissjoni jew assenjament ma jkun ġie mogħti lill-
Kummissarju u l-ebda taxxa ma tkun tħallset jew ġiet stmata fir-
rigward relattiv fi stima ta’ taxxa li ssir u tiġi avżata qabel id-data
msemmija taħt xi disposizzjoni tal-liġijiet relevanti jew sakemm il-
valur jew il-korrispettiv jew it-trasferiment jew it-trasmissjoni ma
jkunux ġew dikjarati u rappreżentati kif hawn qabel imsemmi mill-
assi kwalifikattiv.
(4) Ħadd ma għandu jkun marbut li jagħmel jew jibgħat, jew
jitqies li qatt kien marbut jagħmel jew jibgħat, xi prospett,
dikjarazzjoni, att jew avviż li kieku kien ikun mitlub li jagħmel jew
jibgħat skond xi dispożizzjoni tal-liġijiet rilevanti rigward income,
trasferiment, trasmissjoni, assenjament jew dokument li jkun eżenti
mit-taxxa skond is-subartikolu (2), u kull responsabbiltà  li kieku
kien ikollu taħt dawk il-liġijiet rilevanti għan-nuqqas li jagħmel
jew jibgħat xi prospett, dikjarazzjoni, att jew avviż bħal dak titqies
li qatt ma kienet teżisti, u kull persuna li taħt xi skema magħmula
mill-Gvern jew xi enti pubblika jew taħt xi liġi, tkun xi tkun inkluż
dan l-Att, qabel dik ir-reġistrazzjoni ġiet ikkonsidrata li tkun
intitolata għal xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ ieħor minħabba
li ma tkunx iddikjarat dawk l-assi eliġibbli (jew dħul minnhom) in
konnessjoni ma' xi talba għal tali benefiċċju, eżenzjoni jew
vantaġġ, ma għandhiex titqies li għamlet xi reat minħabba li ma
tkunx hekk iddikjarat dawk l-assi (jew dħul minnhom) u ma
għandhiex tkun mitluba li tirrifondi dak il-benefiċċju, dik l-
eżenzjoni jew dak il-vantaġġ ieħor miksub qabel dik id-
dikjarazzjoni:
     30     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Iżda jekk persuna bħal dik, wara d-data tar-reġistrazzjoni ta'
dawk l-assi eliġibbli (jew dħul minnhom) tkompli għal perjodu
wara d-dikjarazzjoni tieħu dak il-benefiċċju, dik l-eżenzjoni jew
dak il-vantaġġ bla ma tkun intitolata għalihom, din għandha titqies
li qatt ma ġiet meħlusa minn dik il-ħtija għar-reat, u titlef id-dritt li
ma tiġix mitluba tirrifondi xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ
hekk miksub qabel ir-reġistrazzjoni:
Iżda wkoll xejn f'dan l-artikolu ma għandu jitqies li jeżenta
lil xi persuna milli tirrifondi xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ
ieħor mitlub lura mill-awtorità  kompetenti qabel ma tkun saret dik
id-dikjarazzjoni.
Bażi ta’ stima. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
10. It-taxxa għandha tkun imposta, imħallsa u miġbura għal
kull sena ta’ stima fuq income taxxabbli ta’ persuna għas-sena
minnufih qabel is-sena ta’ stima.
Perijodi ta’ kontjar.
Emendat: 
XXII. 1976.4. 
Sostitwit: 
XXVI. 1977.5. 
Emendat: 
IX. 1981.2.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
11. (1) Kull persuna għandha kull sena tagħlaq il-kontijiet tas-
sengħa jew tan-negozju tagħha li hi meħtieġa żżomm skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sal-ġurnata li tiġi minnufih qabel is-
sena ta’ stima li taħbat minnufih wara.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), il-
Kummissarju jista’ jagħti permess lil kull persuna li għaliha
japplika dan is-subartikolu biex tagħlaq l-imsemmija kontijiet sa
data li ma tkunx il-ġurnata li tiġi minnufih qabel sena ta’ stima u,
meta jkun ingħata permess kif intqal qabel, il-qligħ jew profitti
għal dik is-sena ta’ stima u snin ta’ stima ta’ wara għandhom jiġu
magħdudin fuq l-income tas-sena li tispiċċa fid-data fis-sena li tiġi
minnufih qabel is-sena ta’ stima li fiha l-Kummissarju jkun ta l-
permess li l-kontijiet jistgħu jingħalqu.
(3) Is-subartikolu (2) japplika għal kull -
(a) kumpannija;
(b) soċjetà  kummerċjali en nom collectif,  jew soċjetà
kummerċjali en commandite li  l-kapital tagħha ma
jkunx maqsum f’azzjonijiet;
(ċ) enti morali imwaqqaf b’liġi;
(d) impriża li skond l-artikolu 30(7)(d) għandha tiġi
trattata bħala korp ta’ persuni separat.
(4) Fil-għoti tal-permess tiegħu għall-finijiet tas-subartikolu
(2), il-Kummissarju jista’ jimponi dawk il-kondizzjonijiet li
jidhirlu meħtieġa u xierqa, u meta l-persuna li tkun talbet il-
permess għal tibdil fid-data tal-kontijiet taċċetta l-kondizzjonijiet
stabbiliti mill-Kummissarju u d-data tal-kontijiet tas-sengħa jew
negozju tinbidel skond dan, dawk il-kondizzjonijiet għandhom
japplikaw minkejja xi disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel regoli
li jippreskrivu -
(a) il-metodu li bih tibdil fid-data tal-kontijiet jista’ jiġi
awtorizzat mill-Kummissarju għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu; u
(b) il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu mposti jew meħtieġa
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    31
mill-Kummissarju fl-awtorizzazzjoni tat-tibdil hawn
fuq imsemmi.
TAQSIMA III 
EŻENZJONIJIET 
Eżenzjonijiet. 
Emendat: 
XX. 1955.2; 
XV. 1958.2; 
XXV.1960.5; 
XXIV.1961.2; 
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
X. 1963.2;
XIV. 1963.2; 
XXXI.1966.2; 
XXVII. 1967.20;
VIII. 1969.4; 
XLIX. 1974.3; 
XLII.1975.3; 
XXII. 1976.4; 
XXXIX. 1976.8;
XXVIII. 1978.5;
XXI. 1980.3; 
IX. 1981.3; 
IX. 1983.6;
XIV. 1984.3; 
VIII.1987.3; 
XXXI.1988.4; 
XIX. 1989.4;
XXXVI. 1990.4;
VIII. 1991.2; 
XIII. 1992.2.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.12;
XX. 1996.6;
XVII.1998.70;
IX. 2001.24;
II. 2002.44;
II. 2003.9.
Kap. 318.
Kap. 370.
12. (1) Ikunu eżenti mit-taxxa -
(a) l-income ta’ l-Università  ta’ Malta;
(b) l-allowances u l-benefiċċji li jistgħu jiġu speċifikati
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi b’avviż
ippubblikat fil-Gazzetta u li jitħallsu skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali, jew bħala konsegwenza ta’ xi
miżura mħabbra fid-Diskors annwali tal-Budget;
(ċ) (i) kull imgħax jew royalties li jkunu dovuti lil jew
derivati minn xi persuna mhux residenti f’Malta:
Iżda l-eżenzjoni skond dan is-sub-paragrafu
ma tapplikax dwar xi sena li fiha l-imsemmija
persuna tkun taħdem f’sengħa jew negozju
f’Malta bil-mezz ta’ stabbiliment permanenti
sitwat hemmhekk u meta r-royalties jew it-talba
għad-debitu li dwarha jitħallas l-imgħax ikunu
effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment
permanenti;
(ii) kull qligħ jew profitti li jkunu dovuti lil jew
derivati minn xi persuna li ma tkunx residenti
f’Malta mat-trasferiment ta’ xi unitajiet fi skema
ta’ investiment kollettiv kif imfissra fl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, ta’ xi
unitajiet jew strumenti oħra bħalhom dwar
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni linked long term
inklużi surrender jew maturity ta’ poloz ta’ l-
assigurazzjoni linked long term u ta’ xi
azzjonijiet jew sigurtajiet f’kumpannija (li biex
ikun evitat kull dubju jinkludi fidi, likwidazzjoni
jew kanċellament) li ma tkunx kumpannija li l-
attiv tagħha jkun jikkonsisti biss jew
prinċipalment fi proprjetà  immobbli sitwata
f’Malta:
Kemm-il darba dik il-persuna mhux residenti tkun
is-sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, royalty,  qligħ jew
profitti skond il-każ u dik il-persuna ma tkunx il-
proprjetà  ta’, jew ikkontrollata minn, direttament jew
indirettament, lanqas ma taġixxi f’isem, persuna li
tkun ordinarjament residenti u domiċiljata f’Malta;
(d) l-income ta’ xi fond tal-pensjoni, fond ta’ providenza
jew fond ieħor approvat mill-Ministru responsabbli
għall-finanzi;
     32     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(e) l-income ta’ kull istituzzjoni, trust,  tħollija jew
fondazzjoni, ta’ karattru pubbliku, u ta’ kull
organizzazzjoni jew korp ta’ persuni oħra bħal dawn,
ukoll ta’ karattru pubbliku, li jkun jagħmel xogħol
filantropiku u li jew jikkwalifika għal eżenzjoni skond
dan il-paragrafu skond regoli magħmula għal hekk
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi skond l-
artikolu 96 jew ikun imsemmi mill-Ministru bħala li
jkun jagħmel xogħol filantropiku għall-finijiet ta’ dan
il-paragrafu u ma jkunx hemm dwaru dikjarazzjoni
mill-Ministru li ma għadux hekk imsemmi;
(f) l-income ta’ xi partit politiku nkluż l-income ta’ każini
aderenti għal partiti politiċi;
(g) pensjonijiet għal feriti u diżabbilitajiet mogħtija dwar
feriti jew diżabbilitajiet kaġunati bil-gwerra u kull
pensjonijiet mogħtija lil qraba dipendenti ta’ membri
tal-forzi armati tal-Commonwealth maqtula waqt is-
servizz fil-gwerra;
(h) kull somma kapitali mdaħħla bħala kommutazzjoni ta’
pensjoni, gratifikazzjoni ta’ rtir jew mewt, jew
imdaħħla bħala kumpens konsolidat għal mewt jew
korrimenti;
(i) l-income li jkun hemm minn scholarship li jkollha
persuna li tkun qed tirċievi tagħlim full-time
f’università , f’kulleġġ jew stabbiliment edukattiv bhal
dawn:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax għal income,
ikun kif ikun imsejjaħ, imħallas minn fondi maħruġa
jew mod ieħor provduti minn min jħaddem lill-persuna
li tirċevih u li dik il-persuna kienet tirċievi minħabba
l-impieg tagħha kieku ma kellhiex dak l-ischolarship;
u kull income li għalih dan il-paragrafu ma japplikax
għandu jitqies li hu income suġġett għat-taxxa skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b);
Kap. 452. (j) l-income ta’ xi trade union reġistrata skond l-Att dwar
l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali safejn dak l-
income ma jkunx ġej minn xi sengħa jew negozju
immexxi minn dik it-trade union;
(k) il-profitti ta’ sid ta’ bastiment mhux residenti kif
imfisser fl-artikolu 28, kemm-il darba l-pajjiż li lilu
jappartjeni s-sid ta’ bastiment mhux residenti jestendi
eżenzjoni simili lil sidien ta’ bastimenti li ma jkunux
residenti f’dak il-pajjiż imma li jkunu residenti
f’Malta;
(l) l-income ta’ każin jew istituzzjoni simili li l-
Kummissarju jkun sodisfatt li jkunu organizzati u
mmexxija esklużivament għal ġid soċjali, titjib ċiviku,
divertiment jew rikreazzjoni, jew għal kull skop ieħor
ħlief qligħ, li ebda parti ta’ l-income tagħhom ma
titħallas lil, jew xort’oħra disponibbli għall-benefiċċju
personali ta’, xi sid, membru jew azzjonista, sakemm
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    33
dak il-każin jew istituzzjoni simili ma jitqisux li
jmexxu negozju skond il-artikolu 4(4);
(m) Imħassar bl-Att XX.1996.6.
(n) l-income ta’ soċjetà  filarmonika li l-Kummissarju jkun
sodisfatt li tikkostitwixxi każin tal-banda in bona fede,
kemm-il darba dik is-soċjetà  jkollha fond regolari
reġistrat mal-Pulizija bħala każin u illi dak il-fond
ikun f’użu ta’ kull jum bħala post ta’ rikreazzjoni mill-
membri tiegħu;
(o) l-income ta’ każin jew istituzzjoni simili li l-
Kummissarju jkun sodisfatt li jikkostitwixxi sports
club in bona fide,  kemm-il darba l-ebda parti ta’ l-
income tagħhom ma titħallasx lil, jew tkun xort’oħra
disponibbli għal benefiċċju personali ta’, xi sid,
membru jew azzjonista u kemm-il darba wkoll max-
xoljiment ta’ dik il-każin jew istituzzjoni, ebda fondi
ma jiġu distribwiti lil jew disponibbli favur dak is-sid,
membru jew azzjonista;
(p) kull dividend imħallas jew li għandu jitħallas minn
qligħ jew profitti taxxabbli bir-rata provduta fl-
artikolu 56(11);
(q) l-income ta’ għaqda koperativa;
(r) Imħassar bl-Att XX.1996.6.
(s) l-income ta’ skema ta’ investiment barra minn dak
kollettiv li jirreferi għalih l-artikolu 41A(a);
(t) kull assistenza finanzjarja, kif stabbilita mill-Qrati ta’
Malta jew kif miftiehem b’att pubbliku ta’
separazzjoni personali taħt l-awtorità  tal-Qrati ta’
Malta, riċevuta minn xi individwu mingħand il-
konjuġi relattiv mifrud jew mifruda għar-rigward tal-
manteniment ta’ xi wild:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem li
tagħti xi eżenzjoni milli jiġi ippreżentat prospett dwar xi income
bħal dak, jew li teżenta f’idejn minn jirċevihom xi dividendi,
imgħax, somom fis-sena, emolumenti, pensjonijiet jew qligħ jew
profitti oħra mħallsa kollha kemm huma jew f’parti mill-income
hekk eżentat.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeżenta kull
persuna jew klassi ta’ persuni b’effett retroattiv jew le mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kollha kemm huma jew x’uħud
minnhom, fuq xi raġuni li huwa jidhirlu biżżejjed. Kull eżenzjoni
bħal dik tista’ ssir suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet jew għall-
ħlas ta’ dik ir-rata jew ta’ dawk ir-rati oħra ta’ taxxa, sew jekk
ikollhom x’jaqsmu ma’ income sew jekk le, jew kemm għal dawk
il-kondizzjonijiet kif ukoll għall-ħlas, kif il-Ministru jidhirlu
xieraq.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jiddisponi illi l-imgħax li għandu
jitħallas fuq xi self addebitat fuq il-flus li jidħlu fil-Fond
     34     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Konsolidat ikun eżentat mit-taxxa, sew b’mod ġenerali jew biss
dwar l-imgħax li għandu jitħallas lil persuni mhux residenti
f’Malta, u dak l-imgħax għandu, mid-data u sa fejn huwa speċificat
fl-ordni, ikun eżentat skond hekk.
Kap. 202.
(4) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ b’ordni
pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern jiddisponi illi l-imgħax li jitħallas
fuq kull obbligazzjonijiet, stock ta’ obbligazzjonijiet jew titoli oħra
maħruġa mill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta skond l-Att
dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta, bħala garanzija għal
xi self awtorizzat ta’ l-imsemmija Korporazzjoni, jkun eżenti mit-
taxxa, sew għal kollox jew f’parti u safejn jidhirlu xieraq, u dak l-
imgħax għandu, mid-data u safejn ikun speċifikat fl-ordni, ikun
hekk eżenti.
Residenti 
temporanji. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
13. It-taxxa ma titħallasx dwar xi income li jkun ġej minn barra
minn Malta għal xi persuna li tkun f’Malta għal xi skop temporanju
biss u mhux b’xi ħsieb li tistabbilixxi r-residenza tagħha fiha u li
ma tkunx attwalment irrisidiet f’Malta xi darba jew drabi għal
perijodu li flimkien iġib b’kollox sitt xhur fis-sena li taħbat qabel
is-sena ta’ stima.
TAQSIMA IV 
TNAQQIS 
Tnaqqis permess. 
Emendat: 
XX. 1955.3;
V. 1958.3; 
XV. 1958.2;
XXV. 1960.6;
XXV. 1962.2,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
X. 1973.2; 
XLII. 1975.4; 
XXVI.1977.6; 
XXVIII. l978.6; 
XXI. 1980.4; 
IX. 1981.4; 
XIII. 1983.4;
XXXVI. 1990.5; 
XVIII. 1993.5.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.7;
IV. 2001.35;
IX. 2001.25;
II. 2002.45;
II. 2003.10.
14. (1) Bl-iskop li jkun aċċertat l-income kollu ta’ persuna,
għandhom jitnaqqsu l-flejjes kollha li jkunu ntefqu u l-ispejjeż
kollha li jkunu saru minn dik il-persuna matul is-sena li taħbat
qabel is-sena ta’ stima safejn dak l-infiq u dawk l-ispejjeż ikunu
servew kollha u biss fil-produzzjoni ta’ l-income, inklużi - 
(a) somom li jitħallsu minn dik il-persuna bħala imgħax
fuq xi flejjes li hija tissellef, meta l-Kummissarju jkun
sodisfatt illi l-imgħax kellu jitħallas fuq kapital
impjegat biex akkwistat l-income;
(b) kera mħallas minn kerrej ta’ art jew bini minnu
okkupati bl-iskop li jakkwista l-income;
(ċ) kull somma minfuqa għal tiswijiet ta’ fondi, impjanti
jew makkinarju impjegat fl-akkwist ta’ l-income,  jew
għat-tiġdid, tiswija jew alterazzjoni ta’ xi għodda,
utensili jew oġġett hekk impjegat;
(d) krediti ineżiġibbli li jkunu saru f’xi sengħa, negozju,
professjoni jew vokazzjoni, li jkunu pruvati
b’sodisfazzjon tal-Kummissarju li saru mejta matul is-
sena minnufih qabel is-sena ta’ stima għalkemm l-
imsemmijin krediti ineżiġibbli jkunu skadew u
kellhom jitħallsu qabel il-bidu ta’ l-imsemmija sena:
Iżda s-somom kollha miġburin matul l-imsemmija
sena akkont ta’ ammonti qabel imħassrin mill-kotba
jew mgħoddija bħala krediti ineżiġibbli għandhom,
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    35
għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu bħala ntrojti tas-
sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni għal dik
is-sena;
(e) kull somma kontribwita minn prinċipal għal pensjoni,
tifdil, soċjetà  jew fond ta’ previdenza jew soċjetà  jew
fond oħrajn li jkunu approvati mill-Kummissarju kif
ikun preskritt;
(f) tnaqqis dwar tqagħbir ordinarju ta’ xi impjant u
makkinarju, u fondi li jkunu xi bini jew struttura
industrjali, li jkun ġej mill-użu jew l-impieg ta’ dik il-
proprjetà  fil-produzzjoni ta’ l-income; u meta dik il-
proprjetà  tkun użata b’pattijiet li l-piż tat-tqagħbir
ordinarju tagħha jkun fuq il-persuna li tagħmel użu
mill-proprjetà  fil-produzzjoni ta’ l-income, iżda dik il-
proprjetà  ma tkunx proprjetà  tagħha, hija jkollha l-jedd
għal kull tnaqqis li hija kien ikollha jedd għalih li
kieku dik il-proprjetà  kienet tagħha:
Iżda - 
(i) l-ammont li għandu jitnaqqas dwar il-fondi li
jkunu bini jew struttura industrjali ma għandux
ikun iżjed minn tnejn fil-mija ta’ kemm ikunu
qamu, minbarra kemm tkun qamet l-art li fuqha
jkun inbena l-bini jew l-istruttura;
(ii) meta t-tnaqqis kollu li jista’ jingħata skond dan
il-paragrafu u skond il-paragrafu  (j)  ma jkunx
jista’ jsir kollu f’xi sena minħabba li ma jkunx
hemm profitti jew qligħ taxxabbli għal dik is-
sena mill-għajn ta’ income li  dwaru jingħataw
jew minħabba li l-profitti jew qligħ taxxabbli
minn dik l-għajn ikun inqas mit-tnaqqis li ma
jkunx sar, għandu jiżdied mat-tnaqqis għat-
tqagħbir ordinarju dwar dik l-għajn għas-sena ta’
wara u jitqies li hu parti minn dak it-tnaqqis, jew
jekk ma jkunx hemm tnaqqis bħal dak dwar dik
l-għajn għal dik is-sena, jitqies li hu t-tnaqqis
għal dik is-sena u jibqa’ sejjer hekk għas-snin ta’
wara;
(iii) it-tnaqqis kollu magħmul skond dan il-paragrafu
u skond il-paragrafu (j), miżjud mat-tqagħbir
ordinarju, jekk ikun hemm, jew ma’ dik il-parti
minnu skond il-każ, li jkun ġara qabel il-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, ma għandux jeċċedi kemm
ikunu qamu oriġinarjament, jew dik il-parti
minnu skond il-każ, ta’ dak l-impjant,
makkinarju jew fondi, meta jitqies safejn ikunu
ġew użati għal kollox u biss fil-produzzjoni ta’ l-
income, u 
(a) it-tqagħbir ordinarju li jkun ġara
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
għandu jiġi ikkalkolat bir-rati
preskritti, u
     36     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(b) kemm tkun qamet l-art li fuqha l-bini
jew struttura tkun ġiet mibnija għandu
fil-każijiet kollha jkun eskluż minn
kemm ikun qam il-fond
oriġinarjament;
(g) l-ammont ta’ telf li xi persuna iġġarrab, waħidha jew
bi sħab, f’xi sengħa, negozju, professjoni jew
vokazzjoni matul is-sena li taħbat qabel is-sena ta’
stima illi, li kieku kien profitt, kien ikun taxxabbli
skond dan l-Att; u fil-kalkolu ta’ dak it-telf għandu
jitqies it-tnaqqis kollu li setgħa jingħata skond il-
paragrafi l-oħra ta’ dan is-subartikolu, barra mill-
paragrafi (f) u (j), li kieku kien profitt; u meta l-
ammont ta’ telf li jiġġarrab u li jiġi ikkalkolat kif
intqal qabel ikun hekk li ma jistax kollu kemm hu
jitnaqqas mill-qligħ kapitali jew mill-income minn
għejjun oħra għas-sena li taħbat qabel is-sena ta’ stima
l-ammont għandu, safejn seta’ jiġi mnaqqas għal
kollox, mill-qligħ kapitali jew mill-income għall-
imsemmija sena, jinġieb ’il quddiem u jitnaqqas minn
dak illi kieku kien ikun l-income totali għas-snin
sussegwenti li jiġu wara xulxin:
Iżda ebda ħaġa f’dan il-paragrafu ma għandha
tiftiehem li tippermetti t-tnaqqis ta’ xi telf, li jkun
iġġarrab barra minn Malta, illi kieku kien profitt, u
kien ġie miġmum barra minn Malta, ma kienx ikun
taxxabbli skond dan l-Att;
(h) kull spiża għal tiftix xjentifiku minfuqa minn persuna
li tkun imqabbda f’sengħa, negozju, professjoni jew
vokazzjoni, u li l-Kummissarju jkun sodisfatt li hemm
prova li ġiet minfuqa għall-użu u ġid tas-sengħa,
negozju, professjoni jew vokazzjoni:
Iżda kull nefqa bħal dik li tirrappreżenta impieg ta’
kapital, kemm-il darba ma tkunx nefqa li dwarha
tnaqqis huwa permess skond il-paragrafi (f) u (j),
tinfirex indaqs matul is-sena li fiha tkun intefqet u l-
ħames snin li jaħbtu wara:
Iżda wkoll ebda tnaqqis ma jkun permess skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu fil-każ ta’
spiża bħal dik fuq impjant jew makkinarju jew fondi, li
dwarha xi tnaqqis huwa permess skond il-paragrafi (f)
u (j):
*Iżda wkoll, jekk ir-riċerka xjentifika ssir f’Malta, it-
tnaqqis dovut taħt dan il-paragrafu jista’, jekk dik il-
persuna hekk tagħżel, jkun permess li jsir b’mija u
ħamsin fil-mija ta’ l-ammont attwali tan-nefqa li ssir; u
meta persuna teserċita l-għażla li jkollha kif hawn aktar
qabel imsemmi, it-tnaqqis kollu miżjud ma għandux, għal
*Dan il-proviso għandu jibda jseħħ b’effett mis-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’
Jannar, 2002.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    37
xi sena ta’ stima, jkun ta’ iktar minn ħamsa fil-mija mid-
dħul ta’ dik il-persuna għal dik is-sena; u jekk dan it-
tnaqqis miżjud totali jkun tali li l-ammont sħiħ tiegħu ma
jkunx jista’ jiġi permess bħala tnaqqis fis-sena li fiha kien
ikun, ħlief għal-limitazzjoni msemmija ta’ ħamsa fil-
mija, jista’ jitnaqqas, dak is-sehem li ma jkunx jista’ jiġi
hekk permess għandu jiżdied ma’ kull tnaqqis dovut taħt
il-provvedimenti ta’ dan il-paragrafu għas-sena li tiġi
wara u jitqies bħala sehem minn dak it-tnaqqis jew, jekk
ma jkunx hemm tnaqqis bħal dak għal dik is-sena, jitqies
bħala t-tnaqqis għal dik is-sena, u jibqa’ għaddej b’dan il-
mod fil-perjodi li jiġu wara.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "riċerka xjentifika"
għandha tinkludi:
(i) riċerka bażika li tikkomprendi attivitajiet li jsiru
għall-avvanz ta’ konoxxenza xjentifika jew
tekonoloġika;
(ii) riċerka applikata meta tkun prevista xi
applikazzjoni speċifika;
(iii) xogħol ta’ żvilupp li jkun jinvolvi l-użu tar-
riżultati ta’ riċerka bażika u applikata kif hawn
aktar qabel imsemmi għall-fini tal-ħolqien ta’
materja, apparat, prodotti jew proċessi ġodda
jew it-titjib ta’ dawk eżistenti.
(i) kull spiża fuq patents jew patent rights minfuqa minn
persuna mqabbda f’sengħa, negozju, professjoni jew
vokazzjoni u ippruvata b’sodisfazzjon tal-
Kummissarju li ġiet minfuqa għall-użu u ġid tas-
sengħa, negozju, professjoni, jew vokazzjoni:
Iżda kull nefqa bħal dik li tirrappreżenta impieg
ta’ kapital tinfirex sakemm il-patent jew patent rights
jibqgħu iseħħu b’mod xieraq li jogħġob lill-
Kummissarju:
Iżda wkoll kull somma riċevibbli minn xi bejgħ
ta’ dawk il-patents jew patent rights jew kull sehem
minnhom u r-royalties kollha jew income ieħor
riċevibbli dwar hekk għandhom ikunu nklużi bħala
income totali għas-sena li fiha jkunu riċevibbli;
(j) dwar impjant u makkinarju l-ewwel użat u impjegat
fis-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima,
tnaqqis inizjali ta’ kwint tan-nefqa kapitali fuqu, u
dwar fondi li jkunu bini jew struttura industrjali l-
ewwel użati u mpjegati fis-sena li taħbat minnufih
qabel is-sena ta’ stima, tnaqqis inizjali ta’ minn għaxra
wieħed tan-nefqa kapitali fuqu:
Iżda t-tnaqqis magħmul skond dan il-paragrafu
jkun ristrett, imnaqqas u miġjub ’il quddiem kif
stabbilit fit-tieni u fit-tielet proviso tal-paragrafu (f):
Iżda t-tnaqqis maħsub b’dan il-paragrafu dwar l-
impjant u l-makkinarju ma għandux jibqa’ japplika
     38     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
b’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi stabbilita
mill-Ministru b’Ordni fil-Gazzetta.
(k) kull somma jew spejjeż li jiġu ippruvati għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju li jkunu tħallsu jew li
jkunu saru minn jew f’isem kandidat għall-elezzjoni
bħala membru tal-Kamra tad-Deputati akkont ta’ jew
dwar it-tmexxija jew id-direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni:
Kap. 354.
Iżda dak it-tnaqqis jingħata biss fil-każ ta’
kandidat elett u ma għandux ikun iżjed mill-ogħla
ammont ta’ spiża li tista’ ssir minn kandidat wieħed
skond l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jew mill-
ammont li fil-fatt ikun intefaq minn dak il-kandidat,
liema minnhom ikun l-inqas;
(l) kull nefqa li ssir minn persuna li tkun taħdem f’xi
kummerċ, negozju, professjoni jew vokazzjoni għall-fini
tal-promozzjoni ta’ tali kummerċ, negozju, professjoni
jew vokazzjoni, inkluża kull nefqa fuq riċerka dwar is-
suq u l-ksib ta’ informazzjoni dwar is-suq, reklamar jew
mezzi oħra ta’ prokurar ta’ kummerċ, għoti ta’ kampjuni,
u parteċipazzjoni f’fieri u esibizzjonijiet;
(m) kull nefqa ta' natura kapitali fuq jeddijiet ta’ proprjetà
intellettwali li tiġġarrab minn persuna li tkun f’xi
sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni u li
dwarha tinġieb prova għas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju li din tkun saret għall-użu u l-benefiċċju
ta’ dik is-sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni:
Iżda kull tali nefqa ta’ xorta kapitali għandha
tinfirex fuq is-sena li matulha tkun saret u s-sentejn li
jiġu minnufih wara:
Iżda meta persuna mqabbda b’sengħa jew negozju tikseb
qligħ jew profitti għal kollox jew f’parti - 
Kap. 156.
Kap. 194.
(i) mill-bejgħ jew tneħħija ta’ pitrolju prodott
f’Malta skond liċenza mogħtija qabel l-1 ta’
Jannar, 1981, skond l-Att dwar il-Produzzjoni
tal-Pitrolju jew skond dak l-Att u skond l-Att
dwar il-Blata Kontinentali, l-income totali ta’
dik il-persuna jiġi aċċertat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23:
(ii) minn xogħlijiet f’Malta dwar il-produzzjoni ta’
pitrolju u l-bejgħ jew it-tneħħija ta’ dak il-
pitrolju, sew jekk skond liċenza mogħtija kif
intqal qabel wara l-1 ta’ Jannar, 1981, jew skond
kuntratt dwar il-qsim tal-produzzjoni ta’ pitrolju
jew xi arranġament ieħor l-income totali ta’ dik
il-persuna għandu jiġi aċċertat b’dak il-mod li
jista’ jiġi preskritt,
u d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu u ta’ l-artikolu 24
m’għandhomx japplikaw;
(2) (a) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel
regoli li jippreskrivu l-metodu tal-kalkular jew stimar
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    39
tat-tnaqqis permess skond dan l-artikolu, u jista'
b'dawk ir-regoli jistabbilixxi wkoll l-ammont tat-
tnaqqis.
(b) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ b’dawk ir-
regoli ukoll jippreskrivi dwar kull kreditu u tnaqqis
ieħor li ma jkunx dak elenkat fis-subartikolu (1), u
jista’ wkoll b’dawk ir-regoli jistabbilixxi l-klassi ta’
persuni li dawk il-krediti jew tnaqqis ta’ taxxa jkunu
japplikaw għalihom u l-metodu ta’ kalkolu jew stima
ta’ dawk il-krediti jew tnaqqis ta’ taxxa u l-ammonti
tagħhom.
(3) Fejn issir nefqa minn persuna qabel ma din tibda topera s-
sengħa jew negozju tagħha, u n-nefqa -
(a) issir mhux aktar minn tmintax-il xahar qabel dak iż-
żmien; u
(b) ma għandux isir tnaqqis dwarha biex jiġi stabbilit l-
income mis-sengħa jew min-negozju ta’ dik il-persuna,
iżda li kien jiġi mnaqqas skond is-subartikolu (1) li
kieku saret wara dak iż-żmien, 
dik in-nefqa kif jiġi preskritt għandha tigi meqjusa bħallikieku saret
fil-ġurnata meta s-sengħa jew in-negozju ssir l-ewwel darba minn dik
il-persuna.
Ħlasijiet ġħall-
manteniment.
Miżjud:
XX. 1996.8.
Emendat:
II. 2002.46.
14A. Minkejja kull ħaġa għall-kuntrarju li tinsab f’dan l-Att,
jekk individwu jipprova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li fis-
sena qabel sena ta’ stima jkun għamel ħlas għall-manteniment kif
stabbilit mill-qrati ta’ Malta jew kif miftiehem b’att pubbliku ta’
separazzjoni personali taħt l-awtorità  tal-qrati ta’ Malta lill-parti
miżżewġa lilu li ma tkunx baqgħet tgħix miegħu, dak l-individwu
għandu jingħata bħala tnaqqis kontra l-income tiegħu l-iċken minn
dawn l-ammonti -
(a) l-ammont attwalment imħallas skond l-ordni tal-qorti
jew att pubbliku;
(b) l-income taxxabbli ta’ l-individwu għas-sena.
Miżati ta’ skejjel.
Miżjud:
II. 2002.47.
14B. Minkejja kull ħaġa li tgħid xort’oħra li tinsab f’dan l-Att,
jekk individwu jġib prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li
fis-sena li tiġi minnufih qabel xi sena ta’ stima, huwa jkun ħallas
miżati ta’ skejjel li jirrigwardaw it-tfal tiegħu li jkunu jattendu f’xi
skola msemmija mill-Ministru, huwa għandu jingħata tnaqqis fir-
rigward ta’ l-income tiegħu li jkun l-inqas minn dawn l-ammonti-
(a) l-ammont attwalment imħallas kif jiġi ċertifikat mill-
kap ta’ l-iskola relattiva;
(b) tliet mitt lira għar-rigward ta’ kull tifel jew tifla li
jkunu attendew dik l-iskola sekondarja jew mitejn lira
għar-rigward ta’ kull tifel jew tifla li jkunu attendew
dik l-iskola primarja:
Iżda fejn il-ġenituri ta’ tifel li jattendi jew ta’ tifla li
tattendi skola msemmija jgħixu separati u flimkien jikkontribwixxu
għall-ħlas tal-miżati ta’ l-iskola, it-tnaqqis permess rigward dak it-
     40     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
tifel jew tifla għandu jiġi mqassam bejn il-ġenituri fil-proporzjon
ta’ l-ammont tal-kontribuzzjoni tagħhom.
Kumpannija fis-
servizzi ta’ 
investimment. 
Miżjud:
XVII. 1994.13.
Emendat:
II. 2003.11.
Kap. 370.
15. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kumpannija fis-servizzi
ta’ investiment tfisser kumpannija li jkollha liċenzja għal servizzi
ta’ investiment maħruġa skond l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar Servizzi
ta’ Investiment jew kumpannija rikonoxxuta minn awtorità
kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ l-artikolu 9A ta’ dak l-Att
imsemmi, u li l-attivitajiet tagħha jkunu jikkonsistu biss fil-
provvediment ta’ treġija, amministrazzjoni, safekeeping jew
konsulenza ta’ investiment lil skemi ta’ investiment kollettiv kif
imfisser fl-imsemmi Att.
(2) Sabiex jiġi aċċertat l-income totali ta’ kumpannija fis-
servizzi ta’ investiment, l-ammonti speċifikati fil-paragrafi minn
(a) sa (e) għandhom, fuq l-għażla tal-kumpannija, jingħataw bħala
tnaqqis biż-żieda ma’, jew minflok, skond il-każ, l-ammonti li
jingħataw skond l-artikolu 14(1) u jkunu suġġetti għall-
kundizzjonijiet stipulati f’dak l-artikolu. Għal dan l-għan:
(a) kera, spejjeż ta’ enerġija, manutenzjoni ta’ bini,
assigurazzjoni ta’ bini u spejjeż oħra li għandhom
x’jaqsmu ma’ okkupazzjoni ta’ bini li jkunu saru matul
iż-żmien li jibda mis-sena li taħbat qabel l-ewwel sena
ta’ stima li fiha l-kumpannija fis-servizzi ta’
investiment tkun għall-ewwel darba suġġetta għat-
taxxa skond dan l-Att sa u inkluża s-sena li taħbat
qabel l-għaxar sena ta’ stima jingħataw bħala
addizzjonali ta’ mija fil-mija ta’ dik l-ispiża;
(b) tnaqqis ta’ mija fil-mija jissostitwixxi t-tnaqqis li
hemm provdut għalih skond l-artikolu 14(1)(f) u (j)
dwar spiża li tkun saret matul iż-żmien li jibda mis-
sena li taħbat qabel l-ewwel sena ta’ stima li fiha l-
kumpannija fis-servizzi ta’ investiment tkun għall-
ewwel darba suġġetta għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sa u inkluża s-sena li
taħbat qabel il-ħames sena ta’ stima u, b’żieda, infieq
dwar il-bini ta’ l-uffiċċju jikkwalifika għal dak it-
tnaqqis daqslikieku l-bini kien bini industrijali;
(ċ) l-ammonti investiti minn kumpannija fis-servizzi ta’
investiment akkont tagħha stess fi skema ta’
investiment kollettiv amministrata minn dik il-
kumpannija jingħataw bħala tnaqqis jekk dak l-
investiment isir matul iż-żmien li jibda mis-sena li
taħbat qabel l-ewwel sena ta’ stima li fiha il-
kumpannija fis-servizzi ta’ investiment tkun għall-
ewwel darba suġġetta għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sa u inkluża s-sena li
taħbat qabel il-ħames sena ta’ stima:
Iżda dawk il-fondi investiti ma jridux jitneħħew
minn dak l-investiment fi skema ta’ investiment
kollettiv sa sentejn minn meta jkun sar dak l-
investiment:
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    41
Iżda wkoll dak it-tnaqqis addizzjonali ma
jeffetwax l-ammont li għandu jittieħed bħala l-kost ta’
l-akkwist ta’ dak l-investiment għall-finijiet ta’ kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, iżda wkoll dak it-
tnaqqis ma jinġiebx ’il quddiem bħala parti minn telf
biex jitpatta mal-passiv tal-kumpannija dwar qligħ
kapitali li jinqala’ mit-trasferiment ta’ l-investimenti
tagħha fl-iskema ta’ investiment kollettiv;
(d) rimunerazzjoni mħallsa minn kumpannija fis-servizzi
ta’ investiment lill-impjegati tagħha residenti f’Malta
tingħata bħala addizzjonali ta’ mija fil-mija ta’ dik ir-
rimunerazzjoni jekk dak l-infieq isir matul iż-żmien li
jibda mis-sena li taħbat qabel l-ewwel sena ta’ stima li
fiha l-kumpannija tkun għall-ewwel darba suġġetta
għat-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att sa u
inkluża s-sena li taħbat qabel l-għaxar sena ta’ stima;
(e) għandhom jingħataw bħala tnaqqis kull spejjeż oħra u
nfieq ieħor li jsir mill-kumpannija fis-servizzi ta’
investiment għal kollox u esklużivament sabiex tmexxi
n-negozju tagħha u li xort’oħra ma kienux jingħataw
bħala tnaqqis skond id-disposizzjonijiet l-artikolu
14(1).
(3) Meta kumpannija fis-servizzi ta’ investiment tagħmel infieq
qabel ma tibda tmexxi n-negozju tagħha, u l-infieq:
(a) ikun sar mhux qabel ħames snin minn dak iż-żmien; u
(b) ma jkunx jista’ jitnaqqas sabiex jiġi aċċertat l-income
totali tal-kumpannija fis-servizzi ta’ investiment, iżda
kien ikun jista’ hekk jitnaqqas skond l-artikolu l4(1)
jew skond is-subartikolu (2)(e) li kieku sar wara dak
iż-żmien, 
dak l-infiq għandu jkun meqjus li sar fil-ġurnata li fiha dak in-
negozju jkun għall-ewwel darba tmexxa mill-kumpannija fis-
servizzi ta’ investiment, u s-subartikolu (2)(a) sa (d) għandu
japplika għal dak l-infieq.
(4) It-tnaqqis addizzjonali speċifikat fis-subartikolu (2)
jirrappreżenta t-tnaqqis massimu li jista’ jingħata għall-finijiet ta’
dak is-subartikolu; u kumpannija fis-servizzi ta’ investiment
m’għandhiex għalfejn titlob l-ammont kollu ta’ dak it-tnaqqis
massimu dwar xi sena ta’ stima.
(5) It-tnaqqis addizzjonali kif provdut f’dan l-artikolu ma
jitteħidx kont tiegħu sabiex ikun stabbilit l-ammont ta’ telf, jekk
ikun hemm, li jkun disponibbli għal ċessjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 16 sa 22 (disposizzjonijiet dwar
eżenzjoni għal gruppi).
     42     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Kumpanniji 
awtorizzati biex 
jaġixxu ta’ 
managers ta’ l-
assigurazzjoni.
Miżjud:
XVII.1998.70.
Kap.403.
15A. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15 dwar kumpanniji fis-
servizzi ta’ investiment għandhom, meta applikabbli, japplikaw
mutatis mutandis għal kumpanniji li huma awtorizzati li jaġixxu ta’
managers ta’ l-assigurazzjoni skond l-artikolu 13 ta’ l-Att dwar il-
Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni. 
Tifsir ta’ grupp. 
Miżjud:
XVII. 1994.13. 
16. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli minn 17 sa
22, hawnhekk iżjed ’il quddiem kollettivament imsejħa (inkluż dan
l-artikolu) "id-disposizzjonijiet dwar eżenzjoni għal gruppi", żewġ
kumpanniji residenti f’Malta iżda li l-ebda waħda minnhom ma
tkun residenti għal finijiet ta’ taxxa f’xi pajjiż ieħor jitqiesu li
huma membri ta’ grupp ta’ kumpanniji jekk waħda tkun sussidjarja
ta’ l-oħra b’wieħed u ħamsin fil-mija jew it-tnejn ikunu sussidjarji
b’wieħed u ħamsin fil-mija ta’ tielet kumpannija residenti f’Malta.
Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet dwar eżenzjoni għal
gruppi, kumpannija titqies li hi sussidjarja ta’ kumpannija oħra
b’wieħed u ħamsin fil-mija, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"kumpannija parent":
(a) jekk u sakemm iktar minn ħamsin fil-mija tal-kapital
azzjonarju ordinarju tagħha u iktar minn ħamsin fil-
mija tal-jedd tal-vot ikun il-proprjetà , direttament jew
indirettament, tal-kumpannija parent; u
(b) il-kumpannija parent ikollha l-jedd li tibbenefika,
direttament jew indirettament, minn iktar minn ħamsin
fil-mija ta’ l-attiv tal-profitti li jkunu disponibbli għal
tqassim lill-azzjonisti ordinarji tal-kumpannija
sussidjarja; u
(ċ) il-kumpannija parent ikollha l-jedd li tibbenefika,
direttament jew indirettament, minn iktar minn ħamsin
fil-mija ta’ l-attiv tal-kumpannija sussidjarja li jkun
disponibbli għal tqassim bejn l-azzjonisti ordinarji
f’każ ta’ xoljiment.
Ċessjoni ta’ 
eżenzjoni bejn 
membri ta’ gruppi.
Miżjud: 
XVII. 1994.13.
17. (1) Bla ħsara għal, u skond, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-artikoli minn 18 sa 22, telf li jista’ jingħata jista’,
fil-każ imsemmi fis-subartikolu (2), ikun ċedut minn kumpannija,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-kumpannija li tagħmel iċ-
ċessjoni", u, meta ssir talba minn kumpannija oħra, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "il-kumpannija li tagħmel it-talba", jingħata
lill-kumpannija li tagħmel it-talba bħala tnaqqis imsejjaħ
"eżenzjoni għal-gruppi". Talba magħmula bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu qed tissejjaħ hawnhekk iżjed ’il quddiem "talba bħala
grupp".
(2) Eżenzjoni għal gruppi tista’ tingħata meta l-kumpannija li
tagħmel iċ-ċessjoni u l-kumpannija li tagħmel it-talba jkunu t-tnejn
membri ta’ l-istess grupp matul is-sena li taħbat qabel is-sena ta’
stima li għaliha tintalab l-eżenzjoni.
(3) Għal kull sena ta’ stima, jista’ jkun hemm żewġ kumpanniji
jew iktar li jagħmlu t-talba bħala grupp dwar l-istess kumpannija li
tagħmel ċessjoni.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    43
(4) Ħlas ta’ eżenzjoni għal grupp - 
(a) ma jitteħidx kont tiegħu fil-kalkolu ta’ profitti jew telf
ta’ xi waħda mill-kumpanniji għall-finijiet ta’ taxxa
imposta b’dan l-Att; u
(b) ma jitqiesx, għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att,
bħala tqassim.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "ħlas ta’ eżenzjoni għal
gruppi" tfisser ħlas li jsir minn kumpannija li tagħmel it-talba lill-
kumpannija li tagħmel iċ-ċessjoni skond ftehim bejniethom dwar
ammont ċedut bħala eżenzjoni għal gruppi, li jkun ħlas li ma jkunx
iktar minn dak l-ammont.
Telf li jista’ jkun 
ċedut bħala 
eżenzjoni għal 
gruppi.
Miżjud: 
XVII. 1994.13.
18. (1) (a)Jekk f’xi sena li taħbat qabel sena ta’ stima l-
kumpannija li tagħmel iċ-ċessjoni tkun għamlet telf li jista’
jingħata, l-ammont tat-telf jista’ jitpatta għall-finijiet tat-taxxa ma’
l-income totali tal-kumpannija li tagħmel it-talba għas-sena ta’
stima korrispondenti u, meta applikabbli, għal snin ta’ stima
sussegwenti kemm-il darba fis-sena li fiha l-kumpannija li tagħmel
iċ-ċessjoni tkun għamlet telf iż-żewġ kumpanniji jkollhom perijodi
ta’ kontijiet li jibdew u jispiċċaw fl-istess dati:
Iżda meta l-kumpannija li tagħmel iċ-ċessjoni tagħmel il-
kontijiet u tħallas it-taxxa f’munita differenti minn dik tal-
kumpannia li tagħmel it-talba kull telf ċedut għandu jitpatta ma’ l-
income totali tal-kumpannija li tagħmel it-talba kif intqal qabel,
wara li dak l-ammont jinqaleb fil-munita li fiha l-kumpannija li
tagħmel it-talba tagħmel il-kontijiet tagħha u tħallas it-taxxa. Dak
il-qlib tal-munita jsir b’referenza għall-medja tar-rata jew tar-rati
ta’ kambju bejn dik il-munita jew muniti u l-lira Maltija li tiġi fl-
aħħar jum tal-perijodu ta’ kontijiet li għaliha jirreferi t-telf kif
maħruġ mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
(b) Kumpannija li tagħmel ċessjoni tista’ ċċedi telf li jista’
jingħata bħala eżenzjoni għal gruppi li jkun iktar mill-income totali
tal-kumpannija li tagħmel it-talba fis-sena li taħbat qabel sena ta’
stima, f’liema każ il-kumpannija li tagħmel it-talba tista’ ġġib ’il
quddiem u tpatti dak it-telf skond id-disposizzjonijiet l-artikolu
14(1)(g) daqslikieku kien telf fil-kummerċ tagħha stess.
(ċ) Meta t-telf li jista’ jingħata, li kieku kien profitt, kien ikun
allokat lill-kont intaxxat f’Malta tal-kumpannija li tagħmel iċ-
ċessjoni, il-kumpannija li tagħmel it-talba tista tnaqqas biss dak it-
telf mill-income totali tagħha li kien ikun allokat għall-kont tagħha
intaxxat f’Malta u dak it-telf jista’ biss jinġieb ’il quddiem kontra
l-income totali tal-kumpannija li tagħmel it-talba li jinqala’ fi snin
sussegwenti u li kieku kien ikun allokat għal kont tagħha intaxxat
f’Malta.
(d) Meta it-telf li jista’ jingħata, li kieku kien profitt, kien ikun
allokat lill-kont ta’ income barrani tal-kumpannija li tagħmel iċ-
ċessjoni, il-kumpannija li tagħmel it-talba tista’ tnaqqas biss dak it-
telf li kien ikun allokat lill-kont tagħha ta’ l-income barrani u dak
it-telf jista’ biss jinġieb ’il-quddiem kontra l-income totali tal-
kumpannija li tagħmel it-talba li jinqala fi snin sussegwenti u li
kieku kien ikun allokat lill-kont tagħha ta’ l-income barrani.
     44     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
kumpannija li tkun jew - 
(a) inkorporata ġdida u fiż-żminijiet kollha wara li tkun
inkorporata tissodisfa il-kundizzjonijiet biex titqies
membru ta’ l-istess grupp ta’ kumpanniji bħal
kumpannija oħra fis-sena li taħbat qabel is-sena ta’
stima u jkollha l-perijodu tal-kontijiet tagħha jagħlqu
fl-istess data bħal dik tal-kumpannija l-oħra f’dik is-
sena li taħbat qabel is-sena ta’ stima; jew
(b) tkun xoljiet matul il-perijodu tal-kontijiet tagħha u
sakemm tkun hekk xoljiet tissodisfa l-kundizzjonijiet
biex titqies membru ta’ l-istess grupp bħal kumpannija
oħra fis-sena li taħbat qabel is-sena ta’ stima u d-data
tal-bidu tal-perijodu tal-kontijiet tagħha tkun l-istess
bħal tal-kumpannija l-oħra f’dik is-sena li taħbat qabel
is-sena ta’ stima,
din titqies għall-finijiet tas-subartikolu (1)(a) li jkollha perijodu ta’
kontijiet li jibda u jispiċċa fl-istess data bħal dik tal-kumpannija l-
oħra u għal dik is-sena tingħata eżenzjoni għal gruppi sħiħa.
Eżenzjoni għal 
gruppi - kontra 
evitar ta’ taxxa. 
Miżjud:
XVII. 1994.13.
19. Jekk, barra minn dan l-artikolu, kumpannija tkun membru
ta’ grupp ta’ kumpanniji u jkun hemm arranġamenti li l-għan
waħdani jew ewlieni tagħhom ikun biex titnaqqas ir-responsabbilità
għal ħlas ta’ taxxa mill-kumpannija, u bis-saħħa ta’ l-imsemmija
arranġamenti dik il-kumpannija ma tibqax membru ta’ dak il-grupp
ta’ kumpanniji, f’dak il-każ il-kumpannija titqies li m’hijiex
membru ta’ dak il-grupp ta’ kumpanniji għal kull sena li taħbat
qabel is-sena ta’ stima li matulha dawk l-arranġamenti jkunu
jeżistu.
Esklużjoni ta’ 
eżenzjoni doppji. 
Miżjud:
XVII. 1994.13. 
20. (1) Eżenzjoni ma tingħatax iktar minn darba, sew billi
tingħata eżenzjoni għal gruppi u billi tingħata xi xort’oħra ta’
eżenzjoni (dwar kull sena ta’ stima) lill-kumpannija li tagħmel iċ-
ċessjoni, jew billi tingħata eżenzjoni għal gruppi iktar minn darba,
dwar l-istess ammont.
(2) Skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), żewġ
kumpanniji jew iktar li jagħmlu talba, ma jistgħux dwar xi telf
wieħed, jiksbu fit-total iktar eżenzjoni milli tkun tista’ tinkiseb
minn kumpannija waħda li tagħmel talba.
Talbiet u 
aġġustamenti. 
Miżjud: 
XVII. 1994.13.
21. Talba għal eżenzjoni għal gruppi:
(a) m’hemmx għalfejn tkun għall-ammont kollu li jkun
hemm, 
(b) għandha tinkludi l-kunsens tal-kumpannija li tagħmel
iċ-ċessjoni mogħtija f’dik il-forma li tista’ tkun
meħtieġa mill-Kummissarju, u
(ċ) għandha ssir mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara
t-tmiem tal-perijodu tal-kontijiet tal-kumpannija liema
data tkun matul is-sena li taħbat minnufih qabel is-
sena ta’ stima li għaliha ssir it-talba.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    45
Tifsir. 
Miżjud: 
XVII. 1994.13. 
22. Għall-fini tad-disposizzjonijiet dwar eżenzjoni għal
gruppi: 
(a) referenza għal "telf li jista’ jingħata" għandha
tiftiehem għat-telf imsemmi fl-artikolu 14(1)(g), sa
fejn dan ikun sar fis-sena li taħbat qabel is-sena ta’
stima u ma jkunx telf li dwaru ma jkunx ingħata
eżenzjoni miġjub’il quddiem minn snin ta’ qabel; u
(b) referenzi għal "income totali" għandu jkollha l-istess
tifsir kif mogħti lilha fl-artikolu 2 iżda dak l-income
jkun kalkolat qabel ma jsir xi tnaqqis dwar eżenzjoni
għal gruppi.
Profitti mill-
produzzjoni tal-
pitrolju.
Miżjud: 
V. 1958.4. 
Emendat: 
XV. 1958.2;
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
VIII. 1969.5;
X. 1973.3;
XXVIII. 1978.7; 
XXXVI. 1990.6.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.9.
23. (1) Meta persuna mqabbda f’sengħa jew negozju tikseb
qligħ jew profitti għal kollox jew f’parti mill-bejgħ jew tneħħija ta’
pitrolju prodott f’Malta jew ta’ jeddijiet u interessi li jkollhom
x’jaqsmu ma’ dan il-pitrolju, f’dan il-każ, safejn jirrigwarda l-qligħ
jew profitti miksuba minn din il-persuna mill-bejgħ jew tneħħija ta’
dan il-pitrolju jew ta’ jeddijiet u interessi li jkollhom x’jaqsmu
miegħu, l-income totali ta’ dik il-persuna għandu jkun aċċertat billi
jitnaqqsu l-flejjes kollha li jkunu ntefqu u l-ispejjeż kollha li jkunu
saru matul is-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima minn
dik il-persuna u li jkunu servew kollha u biss għall-produzzjoni ta’
l-income u attribwibbli kif jixraq għalih, kemm jekk isiru f’Malta
jew band’oħra, inkluż, iżda mingħajr b’xi mod ma tirrestrinġi l-
ġeneralità  ta’ ’l fuq imsemmi, dan li ġej:
(a) kirjiet ta’ ċnus imħallsa jew li għandhom jitħallsu
għat-tgawdija mill-persuna ta’ kull jedd f’xi art jew
fuq xi art f’Malta jew f’xi parti jew fuq xi parti tal-
blata kontinentali, esklużi kull spiża li tirrappreżenta
impieg ta’ kapital li tkun saret għall-akkwist ta’
jeddijiet ta’ proprjetà  u servitù :
Iżda f’każijiet ta’ akkwist ta’ jeddijiet ta’
proprjetà  u servitù  tkun permessa bħala tnaqqis renta
xierqa fis-sena;
(b) royalties ta’ flus jew ta’ ħwejjeġ oħra u/jew
eżazzjonijiet oħra ta’ xorta bħal din;
(ċ) il-kost intanġibbli ta’ l-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-
iżvilupp, inkluża l-ispiża kollha li ssir mill-persuna
f’esplorazzjoni ġeoloġika għal pitrolju f’Malta, u l-
preparazzjoni ta’ l-area tal-bjar u t-tħaffir tagħhom, u
l-kost tas-servizzi kollha meħtieġa għalhekk, iżda
eskluża l-ispiża għall-akkwist ta’ attiv fiżiku ta’ ħajja
utili li tkun minn ras għal ras iżjed minn sena. Jekk il-
persuna tkun trid hekk, il-kost intanġibbli ta’ l-
esplorazzjoni, it-tħaffir u l-iżvilupp jew xi parti minnu
li jsir f’xi sena għandu jiġi kapitalizzat u mifdi skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (f);
(d) it-telf li jiġri minn bejgħ ta’ oġġetti mixtrija mill-
persuna għax-xogħlijiet tagħha f’Malta iżda li ma
jkunux użati jew addebitati għal dawn ix-xogħlijiet
(kull profitt li jiġi minn dan il-bejgħ għandu jitqies li
     46     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
huwa income)  u  l-kost lill-persuna għas-servizzi
mogħtija mill-persuna għat-tmexxija tax-xogħlijiet
tagħha f’Malta;
(e) spejjeż ta’ amministrazzjoni u tat-tmexxija, l-overhead
charges u l-kirjiet jew ħlasijiet oħra għall-użu ta’ xi
proprjetà ;
(f) tnaqqis fis-sena dwar il-konsum, deprezzament u
fidwa ta’ attiv tanġibbli u intanġibbli wżat fil-
produzzjoni ta’ l-income matul is-sena li taħbat
minnufih qabel is-sena ta’ stima; it-tnaqqis jiġi
kalkolat bir-rati li ġejjin fuq il-valur deprezzat ta’ l-
attiv:
(i) bini, toroq u pontijiet, mollijiet u xtut il-baħar u
attiv ieħor ta’ xorta bħal dawn.................... 4%; 
(ii) oġġetti mobbli ta’ l-uffiċċju........................ 5%; 
(iii) impjant u makkinarju, tankijiet, pipelines,
vetturi mħaddma b’muturi, tagħmir għat tħaffir,
bċejjeċ tal-port u attiv ieħor ta’ xorta bħal
dawn...............................................................1
2.5%; 
(iv) kost intanġibbli ta’ esplorazzjoni, tħaffir u 
żvilupp..................................................... 25%:
 Iżda ebda tnaqqis ma jsir skond dan il-paragrafu
(f) dwar nefqa li  l-persuna tkun trid taqta’ skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ).
Il-valur deprezzat ta’ attiv għas-sena ta’ stima
jkun in-nefqa totali lill-persuna ta’ dak l-attiv li tkun
saret matul is-snin kollha li jaħbtu qabel is-sena ta’
stima barra t-tnaqqis fis-sena, jekk ikun hemm,
mogħtija fis-snin kollha ta’ stima ta’ qabel.
Meta f’xi sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’
stima attiv li jikkwalifika għal tnaqqis skond il-
paragrafu (f) jintilef, jinbiegħ, jew xort’oħra jitneħħa,
ebda tnaqqis tas-sena ma għandu jingħata dwar dak l-
attiv għal dik is-sena ta’ stima, iżda minflok dan
jingħata tnaqqis li jissejjaħ "tnaqqis tal-bilanċ", dwar
dak l-attiv daqs l-eċċess tal-valur deprezzat ta’ dan l-
attiv fuq id-dħul, jekk ikun hemm, li jiġri fuq it-telf,
bejgħ jew tneħħija tiegħu; iżda meta d-dħul li jiġri
minħabba t-telf, bejgħ jew tneħħija ta’ dan l-attiv ikun
iżjed mill-valur deprezzat tiegħu, l-eċċess limitat
għad-differenza bejn il-kost u l-valur deprezzat ta’ dan
l-attiv, għandu jiżdied mal-qligħ jew profitti tal-
persuna għas-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’
stima;
(g) kull somma ta’ kontribuzzjoni maħruġa mill-persuna
bħala prinċipal għal pensjoni, tifdil, soċjetà  jew fond
ta’ prevvidenza jew soċjetà  jew fondi oħra li jkunu
approvati mill-Kummissarju kif ikun preskritt;
(h) krediti ineżiġibbli pruvati għas-sodisfazzjon tal-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    47
Kummissarju li jkunu saru ineżiġibbli matul is-sena li
taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima, minkejja li
dawn il-krediti ineżiġibbli kienu dovuti u kellhom
jitħallsu qabel il-bidu ta’ dik is-sena:
Iżda s-somom kollha miġbura matul dik is-sena
akkont ta’ ammonti qabel imħassra mill-kotba jew
mgħoddija bħala krediti ineżiġibbli għandhom għall-
finijiet ta’ dan l-Att jitqiesu bħala introjti tas-sengħa
għal dik is-sena;
(i) in-nefqa għal stħarriġ ta’ ċittadini ta’ Malta sabiex
jitmexxew ix-xogħlijiet tal-persuna f’Malta:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
għal kull raġuni li jidhirlu biżżejjed, jippermetti
tnaqqis ta’ ħlasijiet ta’ natura volontarja li jkunu
servew kollha u biss fis-sena li taħbat minnufih qabel
is-sena ta’ stima mill-persuna għall-produzzjoni ta’ l-
income u attribwibbli kif jixraq lill-istess income.
(2) Kull spiża li tkun saret fil jew wara l-1 ta’ April, 1969,
kollha u biss għall-finijiet ta’ sengħa jew negozju li għalihom dan
l-artikolu 23 igħodd u attribwibbli kif jixraq lill-istess minn
persuna li tkun sejra tmexxi din is-sengħa jew negozju għandha
titqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu 23 bħallikieku tkun saret
minn dik il-persuna fl-ewwel ġurnata li fiha hija fil-fatt tkun
mexxietha.
(3) Ebda ħaġa li hemm imsemmi qabel dan ma għandha
tifiehem li tawtorizza l-inklużjoni ta’ imgħax fuq kapital fil-flejjes
kollha li jkunu ntefqu u fl-ispejjeż.
(4) Meta f’xi sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima l-
flejjes kollha li jkunu ntefqu u l-ispejjeż imsemmija fis-subartikolu
(1) li jkunu servew kollha u biss għall-produzzjoni ta’ l-income tas-
sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima u attribwibbli kif
jixraq għalih ikun iżjed minn dak l-income, l-eċċess għandu jinġieb
’il quddiem u jitnaqqas meta wieħed jasal għall-income kollu tas-
sena jew snin ta’ wara ta’ stima sa l-aktar għaxar snin.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Att - 
Kap. 156.
Kap. 194.
(a) kull liċenza mogħtija skond l-Att dwar il-Produzzjoni
tal-Pitrolju, jew skond dak l-Att u skond l-Att dwar il-
Blata Kontinentali għandha titqies li toħloq kummerċ
jew negozju separat u distint minn kull kummerċ jew
negozju ieħor;
(b) kull persuna li tingħata aktar minn liċenza waħda li hi
imsemmija fil-paragrafu (a) għandha titqies li
tikkostitwixxi numru ta’ persuni separati suġġetti għat-
taxxa skond dan l-Att li jkun daqs in-numru ta’ dawk
il-liċenzi mogħtija lilha;
(ċ) meta jsiru nfiq u spejjeż in komuni dwar kummerċ jew
negozji separati hekk kif imsemmija fil-paragrafu (a)
jew bejn persuni separati hekk kif imsemmija fil-
paragrafu (b), dawk l-infiq u l-ispejjeż għandhom
jinqasmu bi proporzjon hekk kif ikun meħtieġ
     48     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att.
Dikjarazzjoni ta’ 
bilanċ, balancing 
allowance u 
balancing charge. 
Miżjud:
XXV. 1960.7. 
Emendat: 
XLII. 1975.5; 
XXVI. 1977.7;
XXVIII. 1978.8.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.14.
24. (1) Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(f)
u (j), ikun ġie permess xi tnaqqis f’xi sena ta’ stima biex jiġi
aċċertat l-income totali ta’ xi persuna u xi wieħed mill-każijiet li
ġejjin jiġri fis-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima fil-każ
ta’ xi proprjetà  li dwarha jkun ġie permess xi tnaqqis kif intqal,
jiġifieri, jew il-proprjetà  jew xi parti minnha -
(a) tinbiegħ jew xort’oħra tiġi trasferita b’titolu oneruż,
kemm jekk tkun għadha fl-użu kemm jekk le; jew
(b) tiġi distrutta; jew
(ċ) titneħħa mill-użu bħala mqagħbra jew qadima jew
xort’oħra inutili jew mhux aktar meħtieġa,
Kap. 372.
u l-każ fil-kwistjoni jiġri qabel ma l-għajn ta’ l-income li dwaru
jkun ingħata t-tnaqqis ma jibqax jeżisti jew jappartjeni lill-
imsemmija persuna, hija għandha, fis-sena ta’ stima, tagħti lill-
Kummissarju, fl-istess ħin li tagħti l-prospett tagħha ta’ l-income
skond l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa,
dikjarazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "dikjarazzjoni
ta’ bilanċ"), dwar dik il-proprjetà l i juri l-partiti li ġejjin, jiġifieri:
(i) l-ammont ta’ nefqa ta’ kapital dwar il-ksib
tagħha; u
(ii) id-deprezzament totali li jkun sar minħabba t-
tqagħbir ordinarju mid-data ta’ l-akkwist ta’ dik
il-proprjetà  meta jitqies l-ammont totali tat-
tnaqqis kollu permess qabel skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(f) u (j) u ta’
kull tnaqqis jew ħlasijiet permessi jew
magħmula qabel skond is-subartikolu (2)(a) jew
(b); u
(iii) l-ammont ta’ flejjes dwarha għal kull bejgħ,
assigurazzjoni, salvataġġ jew kumpens u, meta l-
proprjetà  tkun ġiet trasferita bi bdil, il-valur
tagħha, jew, jekk tneħħiet mill-użu, il-valur tat
tneħħija tagħha.
(2) Biex jiġi aċċertat l-income totali ta’ persuna li tinħtieġ
skond is-subartikolu (1) li tagħti dikjarazzjoni ta’ bilanċ lill-
Kummissarju, ikun permess tnaqqis (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ balancing allowance) jew, skond il-każ, għandha ssir
żieda (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa balancing charge) u
dak il-balancing allowance jew balancing charge għandu jiġi
kalkulat b’riferenza għad-dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet ta’
bilanċ mogħtija minn dik il-persuna dwar is-sena li taħbat minnufih
qabel is-sena ta’ stima, kif ġej:
(a) l-ammont ta’ balancing  allowance ikun l-ammont li
bih l-ammont tal-partita (i) tad-dikjarazzjoni ta’ bilanċ
ikun iżjed mis-somma ta’ l-ammonti tal-partita (ii) u
tal-partita (iii) ta’ dik id-dikjarazzjoni; jew
(b) l-ammont tal-balancing charge ikun l-ammont li bih
is-somma ta’ l-ammonti tal-partita (ii) u tal-partita (iii)
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    49
tad-dikjarazzjoni ta’ bilanċ tkun iżjed mill-ammont
tal-partita (i) ta’ dik id-dikjarazzjoni:
Iżda: 
(i) il-balancing charge ma għandu f’ebda każ ikun
iżjed mill-ammont totali ta’ kull tnaqqis mogħti
qabel skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
14(1)(f) u (j) u magħdud fil-partita (ii) tad-
dikjarazzjoni ta’ bilanċ;
(ii) meta l-proprjetà  li dwarha jkun dovut balancing
allowance jew ikun imissu jsir balancing charge
kienet użata biss f’parti għal-produzzjoni ta’ l-
income, dik il-parti biss tal-balancing allowance
li  xort’oħra kienet tkun mogħtija, jew tal-
balancing  charge li xort’oħra kien imissu jsir
għandha tkun mogħtija jew għandu jsir, skond il-
każ, meta jitqies safejn tkun intużat għall-
imsemmi għan.
(3) Meta proprjetà , li dwarha jkun ġara xi wieħed mill-każijiet
imsemmija fis-subartikolu (1), tkun rimpjazzata minn sidha u
balancing charge għandu jsir minnu minħabba f’dak il-każ jew, li
ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, kien ikollu
jsir minnu minħabba f’hekk, f’dak il-każ, jekk huwa b’avviż bil-
miktub lill-Kummissarju jagħżel hekk, id-disposizzjonijiet li ġejjin
ikollhom seħħ, jiġifieri:
(a) jekk l-ammont tal-balancing charge li kieku kien isir
ikun akbar min-nefqa ta’ kapital għall-ksib tal-
proprjetà  l-ġdida - 
(i) il-balancing  charge ikun ammont daqs id-
differenza; u
(ii) ebda balancing allowance skond is-subartikolu
(2) u ebda tnaqqis skond l-artikolu 14(1)(f) u (j)
ma jkunu permessi dwar dik il-proprjetà  ġdida
jew nefqa ta’ kapital għall-ksib tagħha; u
(iii) biex jiġi kunsidrat jekk xi balancing charge u,
f’każ affermattiv, kemm jinħtieġ li jsir dwar in-
nefqa ta’ kapital għall-ksib ta’ dik il-proprjetà
ġdida, l-ammont aggregat tat-tnaqqis kollu,
permess qabel dwar dik il-proprjetà  skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-
artikolu 14(1)(f) u (j), għandu jitqies li jkun daqs
l-ammont kollu ta’ dik in-nefqa;
(b) jekk in-nefqa ta’ kapital għall-ksib tal-proprjetà  ġdida
tkun daqs, jew akbar mill-ammont tal-balancing
charge li kieku kien isir - 
(i) il-balancing charge ma għandux isir; u
(ii) l-ammont ta’ kull tnaqqis dwar in-nefqa
msemmija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 14(1)(f) u (j) għandu jiġi kalkulat
bħallikieku n-nefqa ta’ kapital għall-ksib ta’ dik
il-proprjetà  ġdida kienet tnaqqset bl-ammont tal-
     50     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
balancing charge li kieku kien isir; u
(iii) biex jiġi kunsidrat jekk xi balancing allowance
jew xi balancing charge u, f’każ affermattiv,
kemm, għandux isir dwar in-nefqa ta’ kapital
għall-ksib ta’ dik il-proprjetà  ġdida, l-ammont
totali tat-tnaqqis kollu, permess qabel dwar dik
il-proprjetà  skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu u skond l-artikolu 14(1)(f) u (j), għandu
jitqies li kien ġie miżjud b’ammont daqs l-
ammont tal-balancing charge li kieku kien isir:
Iżda meta l-proprjetà  l-ġdida tkun f’parti biss użata għall-
produzzjoni ta’ l-income, dik il-parti biss minn nefqa kapitali li
tkun saret biex tinkiseb il-proprjetà  għandha tiġi kalkolata għall-
finijiet ta’ dan is-subartikolu skond kif ikun xieraq meta jitqies
safejn dik il-proprjetà  tkun użata għal kollox u esklusivament
għall-produzzjoni ta’ l-income.
(4) Meta xi persuna tkun ikkunsinnat dikjarazzjoni ta’ bilanċ,
il-Kummissarju jista’ -
(a) jaċċetta d-dikjarazzjoni u jagħmel balancing
allowance jew balancing charge għal hekk; jew
(b) jirrofta li jaċċetta d-dikjarazzjoni u, skond l-aħjar
dehen tiegħu, jistabbilixxi l-ammont tal-balancing
allowance jew tal-balancing  charge u jagħmel
balancing allowance jew balancing charge għalhekk.
(5) Meta persuna ma tkunx ikkunsinnat dikjarazzjoni ta’ bilanċ
u l-Kummissarju jkun tal-fehma illi l-balancing charge kien ikollu
jsir fuq dik il-persuna dwar kull proprjetà  bhal dik, f’dak il-każ il-
Kummissarju jista’ skond l-aħjar dehen tiegħu, jistabbilixxi l-
ammont ta’ dak il-balancing charge u jistmah skond hekk.
Kap. 372.
(6) Ebda ħaġa fis-subartikoli (4) u (5) ma għandha tostakola li
d-deċiżjoni tal-Kummissarju fl-eżerċizzju tas setgħa mogħtija lilu
b’dawk is-subartikoli tiġi attakkata f’appell skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 37 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(7) Għall-fini ta’ dan l-artikolu - 
(a) l-espressjoni "proprjetà " tfisser impjant u makkinarju,
u fondi li jkunu bini jew struttura ndustrjali li jkunu
proprjetà  ta’, u mpjegati minn, xi persuna fil-
produzzjoni ta’ l-income tagħha;
(b) in-nefqa ta’ kapital għall-ksib ta’ xi proprjetà  tkun l-
ammont li, fil-fehma tal-Kummissarju, dik il-proprjetà
kienet tqum kieku mixtrija fis-suq fiż-żmien tal-ksib
tagħha;
(ċ) il-prezz dwar kull proprjetà  mibjugħa jew l-valur ta’
kull proprjetà  xort’oħra trasferita b’titolu oneruż ikun
l-ammont li, fil-fehma tal-Kummissarju, dik il-
proprjetà  kienet iġġib kieku mibjugħa jew xort’oħra
trasferita b’titolu oneruż fis-suq fiż-żmien li ġiet
mibjugħa jew trasferita;
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    51
(d) il-valur tat-tneħħija ta’ proprjetà  li titneħħa mill-użu
jkun l-ammont li, fil-fehma tal-Kummissarju, dik il-
proprjetà  kienet iġġib kieku mibjugħa jew xort’oħra
trasferita b’titolu oneruż fis-suq fiż-żmien li titneħħa
mill-użu.
(8) Meta f’xi sena ta’ stima ma jistax jingħata effett sħiħ għal
xi balancing allowance billi ma jkun hemm ebda profitti jew qligħ
taxxabbli għal dik is-sena mill-għajn ta’ l-income li dwaru jintalab
dak it-tnaqqis jew għaliex il-profitti jew qligħ taxxabbli minn dik
il-għajn ikunu anqas mit-tnaqqis, f’dak il-każ sakemm l-għajn ta’ l-
income li dwaru għandu jsir it-tnaqqis ikompli jeżisti u jibqa’
proprjetà  tal-persuna li jkollha l-jedd għall-imsemmi tnaqqis, il-
bilanċ ta’ dak it-tnaqqis għandu jiżdied mat-tnaqqis u jitqies li
jagħmel parti mit-tnaqqis, jekk ikun hemm, għas-sena ta’ stima li
taħbat sew sew wara, u jekk ebda tnaqqis bħal dak ma għandu jsir
għal dik is-sena, għandu jitqies li jikkostitwixxi t-tnaqqis għal dik
is-sena, u hekk għas-snin ta’ stima ta’ wara.
Applikabbiltà  ta’ l-
artikoli minn 14 sa 
24.
Miżjud: 
XVII. 1994.15.
25. Għall-finijiet ta’ l-artikoli minn 14 sa 24, it-tnejn inklużi,
spejjeż li jsiru fil-produzzjoni ta’ u tnaqqis li jista’ jingħata dwar,
profitti li huma allokati lill-kont ta’ income barrani għandhom l-
ewwel jitnaqqsu mill-income li minnu jkunu nkisbu dawk il-
profitti.
Tnaqqis li ma 
jkunx permess. 
Emendat: 
V. 1958.5; 
XXII. 1976.4; 
XXIV.1976.3; 
XXVI. 1977.8; 
XXVIII. 1978.9.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.10;
II. 2002.48.
26. Għall-iskop li jkun aċċertat l-income kollu ta’ persuna,
ebda tnaqqis ma jkun permess dwar - 
(a) spejjeż domestiċi jew privati minbarra ħlasijiet għall-
manteniment kif hemm provdut għalihom fl-artikolu 14A
u miżati ta’ l-iskola kif hemm provdut għalihom fl-
artikolu 14B;
(b) kull infiq u spejjeż safejn ma jkunux saru għal kollox u
biss għall-produzzjoni ta’ l-income u, fil-każ ta’ qligħ
jew profitti taxxabbli skond l-artikolu 4(1)(b), li
lanqas ma jkunu saru neċessarjament fil-qadi tad-
dmirijiet ta’ l-impieg relattiv jew tal-kariga relattiva;
(ċ) kull telf, diminuzzjoni, eżawriment jew irtir ta’
kapital, kull somma mpjegata jew bil-ħsieb li tkun
impjegata bħala kapital, jew kull nefqa, għal skop ta’
kapital, jew bħala impieg ta’ kapital ħlief kif hu
provdut fl-artikoli 14 u 23;
(d) il-kost ta’ miljoramenti;
(e) kull telf jew nefqa li tkun tista’ tinġabar taħt xi sigurtà
jew kuntratt ta’ indennizz;
(f) kera ta’ fondi jew sehem minn fondi mhux imħallas
għall-iskop tal-produzzjoni ta’ l-income;
(g) ħlasijiet ta’ natura volontarja. 
     52     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
TAQSIMA V 
DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI
Kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni. 
Emendat: 
XXII.1976.4. 
Sostitwit: 
XXI. 1980.5.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Sostitwit:
XVII.1998.70.
Emendat:
II. 2003.12.
27. (1) Meta xi persuna tikseb qligħ jew profitti għal kollox
jew f’parti mill-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni bħala assiguratur,
għaldaqshekk, safejn dak il-qligħ jew dawk il-profitti jinkisbu minn
dik il-persuna mill-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni, l-income totali ta’
dik il-persuna għandu, mis-sena ta’ stima 2000, jiġi aċċertat kif
ġej-
(a) fil-każ ta’ persuna li tmexxi kummerċ ġenerali, barra
minn persuna li tmexxi kummerċ fit-tul, l-income
totali għandu jiġi aċċertat billi jittieħdu għas-sena li
tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima -
(i) il-proviżjonijiet tekniċi fil-bidu tas-sena;
(ii) ir-riżerva ta’ ekwalizzazzjoni fil-bidu tas-sena;
(iii) il-premiums gross miktuba;
(iv) ħlas lura riċevut minn rijassigurazzjoni;
(v) income minn investimenti riċevuti u li
għandhom jiġu riċevuti u income ta’ imgħax
maqlugħ;
(vi) profitti jew qligħ mill-bejgħ jew disponiment ta’
investimenti;
(vii) qligħ kapitali suġġett għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(viii) differenzi realizzati fuq il-kambju;
(ix) income tekniku ieħor inklużi kummissjonijiet,
allowances u drittijiet riċevuti u li għandhom
jiġu riċevuti;
(x) profitti jew qligħ li ma jaqgħux skond xi wieħed
mis-sub-paragrafi ta’ qabel, 
u wara li jingħaddu flimkien dawn ta’ hawn fuq
jitnaqqsu minnhom it-total ta’ dawn li ġejjin:
(xi) il-proviżjonijiet tekniċi fl-aħħar tas-sena;
(xii) ir-riżerva ta’ ekwalizzazzjoni fl-aħħar tas-sena;
(xiii) tnaqqis permess skond it-Taqsima IV ta’ dan l-
Att, inklużi -
(1) claims imħallsa;
(2) premiums tar-rijassigurazzjoni mħallsa;
(3) telf mill-bejgħ jew disponiment ta’
investimenti;
(b) fil-każ ta’ persuna li tmexxi kummerċ fit-tul, jew
esklużivament jew b’żieda ma’ kummerċ ġenerali, l-
income totali li jinkiseb mill-kummerċ ġenerali għandu
jiġi aċċertat kif provdut fil-paragrafu (a) u l-income
totali li jinkiseb minn kummerċ fit-tul għandu jiġi
aċċertat billi jittieħdu għas-sena li tiġi minnufih qabel
is-sena ta’ stima -
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    53
(i) l-income minn investimenti riċevuti u li
għandhom jiġu riċevuti u income ta’ imgħax
maqlugħ, barra minn dawk ta’ xi fond fit-tul;
(ii) qligħ kapitali suġġett għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li ma jkunx qligħ
li jinkiseb minn xi fond fit-tul;
(iii) kummissjonijiet, allowances u drittijiet riċevuti
u li għandhom jiġu riċevuti li ma jkunux
akkreditati lil xi fond fit-tul;
(iv) qligħ jew profitti mill-bejgħ jew disponiment ta’
investimenti li ma jkunux relatati ma’ xi fond
fit-tul;
(v) differenzi realizzati fuq il-kambju li ma jkunux
relatati ma’ xi fond fit-tul;
(vi) is-surplus f’xi fond fit-tul li jiġi aċċertat billi
jittieħdu:
(1) il-proviżjonijiet tekniċi fil-bidu tas-sena;
(2) il-premiums gross miktuba;
(3) ħlas lura riċevut minn rijassigurazzjoni;
(4) income minn investimenti riċevuti u li
għandhom jiġu riċevuti u income minn
imgħax maqlugħ, relatat mal-fond fit-tul;
(5) profitti jew qligħ mill-bejgħ jew
disponiment ta’ investimenti, qligħ
kapitali suġġett għat-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u differenzi
realizzati fuq il-kambju relatati mal-fond
fit-tul;
(6) income tekniku ieħor inklużi
kummissjonijiet, allowances u drittijiet
riċevuti u li għandhom jiġu riċevuti,
u wara li jingħaddu flimkien dawn ta’ hawn fuq
jitnaqqas minnhom it-total ta’ dawn li ġejjin:
(7) it-tnaqqis permess skond it-Taqsima IV
relatat ma’ l-income tal-fond fit-tul,
inklużi - 
(i) claims, maturities u surrenders
imħallsa;
(ii) premiums ta’ rijassigurazzjoni
mħallsa;
(iii)drittijiet tekniċi oħra inklużi
kummissjonijiet u allowances imħallsa
jew li għandhom jitħallsu;
(8) telf mill-bejgħ jew disponiment ta’
investmenti ta’ fond fit-tul akkont ta’
detenturi ta’ polza; u
     54     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(9) il-proviżjonijiet tekniċi fl-aħħar tas-sena;
(vii) qligħ jew profitti li ma jaqgħux skond xi wieħed
mill-paragrafi ta’ hawn fuq li ma jkunux qligħ
jew profitti li jinkisbu minn xi fond fit-tul,
u jitnaqqsu mit-total ta’ dawn ta’ hawn fuq -
(viii) it-tnaqqis permess skond it-Taqsima IV ta’ dan
l-Att u li ma jkunux ġew kalkolati meta ġie
stabbilit is-surplus fil-fond fit-tul; u
(ix) kull deficit li jirriżulta mill-komputazzjoni tas-
subartikolu (1)(b)(vi):
Iżda meta l-persuna ma tkunx residenti f’Malta u l-qligħ
jew profitti jinqalgħu f’parti minn Malta u f’parti minn barra minn
Malta, l-income totali li fuqu għandha titħallas it-taxxa għandha -
(a) fil-każ ta’ persuna li tkun qed tmexxi kummerċ
ġenerali jkun aċċertat kif provdut fis-subartikolu
(1)(a)(i) sa (xiii) fuq il-kummerċ li jitmexxa fi jew
minn Malta;
(b) fil-każ ta’ persuna li tkun qed tmexxi kummerċ fit-tul
ikun aċċertat billi jittieħed is-surplus fil-fond fit-tul
maħdum skond is-subartikolu (1)(b)(vi) tal-kummerċ
li jinqala’ fi jew minn Malta;
(ċ) sabiex jiġi stabbilit l-income totali kif intqal qabel kull
income minn investimenti barra minn Malta bħala
sustenn tal-kummerċ f’Malta, meta dak l-income ma
jkunx jista’ jiġi aċċertat malajr, għandu jinħadem billi
jittieħed proporzjon ta’ l-income minn investimenti
globali tal-persuna fis-sena li taħbat minnufih qabel is-
sena ta’ stima li jkun daqs il-proporzjon li l-imsemmija
investimenti kellhom ma’ l-investimenti globali ta’ dik
il-persuna.
(2) (a) Meta, dwar kuntratt ta’ kummerċ fit-tul, ikun dovut
ammont determinabbli minn assiguratur fl-ewwel jew
wara l-ewwel ta’ Jannar 1999 u d-detentur tal-polza
jkun persuna residenti f’Malta, l-assiguratur għandu
jħallas taxxa bir-rata ta’ ħmistax fil-mija (15%) tal-
profitt attribwibbli għal dak il-kuntratt liema profitt
għandu jitqies li jkun inqala’ matul il-perijodu mill-
ewwel ta’ Jannar 1999 jew id-data tal-bidu tal-kuntratt,
liema tkun l-aħħar data, sad-data li fiha l-ammont ikun
dovut.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "ammont determinabbli"
tfisser ammont li jitħallas minn assiguratur fil-każ ta’ maturity,
surrender jew f’xi ċirkostanza oħra, barra minn claim f’każ ta’
mewt, speċifikata fil-kuntratt, skond il-każ, meta l-ammont totali li
għandu jitħallas jista’ jiġi stabbilit għal kollox jew f’parti fid-data
li fiha jkun dovut sew jekk il-ħlas isir f’somma f’daqqa jew
xort’oħra.
(b) (i) Il-profitt imsemmi fil-paragrafu (a) għandu jiġi
kalkolat billi jittieħed it-total ta’ l-ammont
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    55
determinabbli li għandu jitħallas mill-
assiguratur u jitnaqqas minnu l-ammont totali ta’
premiums imħallsa fil-perijodu msemmi fil-
paragrafu (a), u f’dawk il-każijiet fejn il-kuntratt
beda qabel l-ewwel ta’ Jannar 1999, jitnaqqas
ukoll l-ammont li jkun daqs il-valutazzjoni tal-
kuntratt mill-attwarju f’dik id-data. Il-profitt
hekk kalkolat ma għandux ikun milqut b’xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att u ebda persuna
ma għandha teħel aktar taxxa fuq dawk il-
profitti.
(ii) L-assiguratur għandu, mhux aktar tard mill-
wieħed-u-tletin jum ta’ Marzu ta’ l-1999 jibgħat
bil-miktub lill-Kummissarju lista ta’ kuntratti ta’
l-assigurazzjoni relatati ma’ kummerċ fit-tul,
minbarra kuntratti ta’ term insurance, li jkunu
għadhom fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar ta’ l-
1999 li turi, dwar kull wieħed minn dawk il-
kuntratti, il-valutazzjoni ta’ l-attwarju f’dik id-
data. Il-lista ma għandhiex tispeċifika l-identità
tad-detentur ta’ polza jew tal-benefiċċjarji bis-
saħħa tagħha.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "term
insurance" tfisser kuntratt ta’ l-assigurazzjoni li jkun
jipprovdi biss għall-ħlas mill-assiguratur ta’ somma ta’
flus jew ħlas ieħor meta tiġri mewt matul żmien li jkun
speċiflkat fil-kuntratt, u li ma jkunx jista’ jiġi
mtawwal minn xi parti fil-kuntratt.
Kap. 372.
(ċ) L-assiguratur għandu jagħti kont lill-Kummissarju
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, iżda
ma għandux jispeċifika l-identità  tad-detenturi tal-
polza jew tal-benefiċjarji. Kull ammont ta’ taxxa dovut
li għandu hekk jitħallas ikun dejn dovut mill-
assiguratur lill-Kummissarju li għandu jitħallas mhux
iktar tard mill-erbatax-il jum wara l-aħħar tax-xahar li
matulu l-ammont ikun dovut kif intqal qabel u jista’
hekk jinġabar. Meta l-assiguratur jonqos li jħallas it-
taxxa hawn fuq imsemmija, id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 73(4)  u ta’ l-artikolu 40(1) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandhom japplikaw
mutatis mutandis.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2),
persuna li ma tkunx residenti li tmexxi kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni fit-tul li tikseb qligħ jew profitti li jinqalgħu f’parti
minn Malta u f’parti minn barra minn Malta u li tkun temmet milli
toħroġ kuntratti ġodda ta’ l-assigurazzjoni fit-tul qabel l-ewwel ta’
Jannar, 1999 tista’ tagħżel li jkollha l-income taxxabbli mill-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni fit-tul kalkolat billi jittieħed, għas-
sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima, l-income minn
investimenti li għandu x’jaqsam ma’ dak il-kummerċ nieqsa kull
nefqa amministrattiva inkluża kull kummissjoni li jsiru għar-
rigward ta’ dak il-kummerċ fil-proporzjon li l-premiums riċevuti
     56     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
f’Malta kellhom għall-premiums totali riċevuti minn dik il-persuna
f’Malta u band’oħra:
Iżda dik l-għażla tkun waħda irrevokabbli u għandha tiġi
avżata bil-miktub lill-Kummissarju sa mhux aktar tard mill-31 ta’
Marzu, 1999:
Iżda wkoll, meta dik il-persuna toħroġ kuntratti ġodda ta’ l-
assigurazzjoni fit-tul fl-1 ta’ Jannar, 1999 jew wara dik id-data, l-
għażla għandha ttemm milli tibqa’ sseħħ għar-rigward tas-sena ta’
stima li tiġi wara s-sena li fiha l-ewwel kuntratt ġdid ikun maħruġ u
għar-rigward ta’ snin ta’ stima sussegwenti.
(4) (a) Għall-finijiet tal-kalkolu tas-surplus jew tad-deficit li
joħroġ mill-kalkolu msemmi fis-subartikolu (1)(b)(vi),
ma għandhom jitqiesu ebda income u tnaqqis li jkollu
x’jaqsam ma’ kummerċ ta’ l-assigurazzjoni linked long
term sakemm dawn ikollhom x’jaqsmu mas-sehem
linked ta’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni.
(b) Kull taxxa li titħallas skond is-subartikolu (2) għandha
tiġi kalkolata, fil-każ ta’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni
linked long term, b’referenza għall-profitt attribwibbli
għas-sehem unlinked ta’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni u
kull referenza għal "ammont determinabbli" u
"premiums" għandha tiftiehem bħala referenza għall-
ammont dovut u għal premiums imħallsa fuq is-sehem
unlinked ta’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni.
(5) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b), id-
disposizzjonijiet li hemm fit-Taqsima IV għandhom
japplikaw għal persuni msemmija fis-subartikolu (1)
iżda meta jkun qed jiġi stabbilit xi tnaqqis ikun
permess taħt dan l-artikolu għandu jkun hemm eskluż
kull tnaqqis li jkun permess taħt kull Taqsima oħra ta’
dan l-Att.
(b) Persuni msemmija fis-subartikolu (1) ma jistgħu la
jitolbu ħelsien bħala grupp u lanqas iċedu ebda telf taħt
id-disposizzjonijiet ta’ ħelsien bħala grupp ta’ dan l-
Att.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 41, il-frażi
"sehem linked ta’ kuntratt ta’ l -assigurazzjoni" tfisser is-sehem ta’
kuntratt ta’ l-assigurazzjoni li jkun linked long term li l-benefiċċji
tiegħu jkunu stabbiliti b’referenza għall-valur ta’, jew id-dħul
minn, proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni (kemm jekk tkun speċifikata
fil-kuntratt kemm jekk le) jew b’referenza għal kambjamenti fi, jew
f’indiċi ta’, il-valur ta’ proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni (kemm jekk
hekk speċifikati kemm jekk le) u "sehem unlinked ta’ kuntratt ta’ l-
assigurazzjoni" tfisser is-sehem ta’ kuntratt ta’ l-assigurazzjoni
linked long term li l-benefiċċji tiegħu ma jkunux hekk stabbiliti.
Kap. 403.
Kap. 404.
(7) Kliem u espressjonijiet użati f’dan l-artikolu u f’taqsimiet
oħra ta’ dan l-Att li jirreferu għal kummerċ ta’ l-assigurazzjoni,
għandu jkollhom, safejn ma humiex imfissrin b’dan l-Att, l-istess
tifsir mogħti lilhom bl-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni,
bl-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra, u b’kull
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    57
regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa tagħhom.
Kif tiġi ttrattata t-
taxxa meta  ikun 
hemm 
amalgamazzjoni-
jiet, diviżjonijiet 
fil-kumpanniji, 
eċċ.
Miżjud:
II. 2003.13.
27A. Minkejja d-disposizzjonijiet li hemm fl-Atti dwar it-Taxxi,
il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jkunu jirregolaw kif għandha tiġi
ttratta t-taxxa ta’ kumpanniji u tal-membri tagħhom u ta’ korpi jew
persuni simili oħra għar-rigward ta’ amalgamazzjonijiet u
diviżjonijiet ta’ kumpanniji, trasferiment ta’ attiv bejn il-
kumpanniji u skambju ta’ azzjonijiet li jirrigwardaw kumpanniji u
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu:
(a) "amalgamazzjoni" tfisser ħidma li permezz tagħha:
- xi kumpannija waħda jew iktar, li max-xoljiment
tagħha mingħajr ma jsir stralċ, tittrasferixxi kull
attiv u passiv li jkollha lil xi kumpannija oħra li
tkun teżisti bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti
tagħha ta’ titoli li jkun jirrappreżentaw il-kapital
ta’ din il-kumpannija l-oħra, jekk dan ikun
japplika, ħlas bi flus likwidi li jkun jeċċedi dak
il-perċentwali li jista’ jiġi preskritt tal-valur
nominali, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-
valur ta’ l-ikkuntjar par ta’ dawk it-titoli,
- żewġ kumpanniji jew aktar, li meta jsir ix-
xoljiment tagħhom mingħajr ma jsir stralċ,
jittrasferixxu kull attiv u passiv li jkollhom lil xi
kumpannija oħra eżistenti li jkunu jiffurmaw, bi
skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta’
titoli li jirrappreżentaw il-kapital ta’ dik il-
kumpannija ġdida, u, jekk dan ikun japplika,
ħlas bi flus likwidi li ma jkunx jeċċedi dak il-
perċentwali li jista’ jiġi preskritt tal-valur
nominali, jew fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-
valur ta’ ikkuntjar par ta’ dawk it-titoli,
- kumpannija, li meta jsir ix-xoljiment tagħha
mingħajr ma jsir ebda stralċ, tittrasferixxi kull
attiv u passiv li jkollha lill-kumpannija li jkollha
t-titoli kollha li jirrappreżentaw il-kapital
tagħha;
(b) "diviżjoni" tfisser ħidma li permezz tagħha
kumpannija, meta jsir ix-xoljiment tagħha mingħajr
ebda stralċ, tittrasferixxi kull attiv u passiv li jkollha
lil xi żewġ kumpanniji jew iktar li jeżistu jew ġodda,
bi skambju għall-ħruġ pro rata lill-azzjonisti tagħha ta’
titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li
jkunu qed jirċievu l-attiv u l-passiv u, jekk dan ikun
japplika, ħlas bi flus likwidi li ma jkunx jeċċedi dak il-
perċenteali li jista’ jiġi ordnat mill-valur nominali jew,
fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur ta’ ikkontjar
par ta’ dawk it-titoli;
(ċ) "trasferiment ta’ attiv" tfisser ħidma li permezz tagħha
kumpannija tittrasferixxi mingħajr ma jsir l-istralċ
tagħha fergħat jew fergħa waħda jew aktar ta’ l-attività
tagħha lil xi kumpannija oħra bi skambju għat-
trasferiment ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-
     58     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
kumpannija li tkun qed tirċievi it-trasferiment;
(d) "skambju ta’ azzjonijiet" tfisser ħidma li permezz
tagħha kumpannija tikseb holding fil-kapital ta’
kumpannija oħra hekk illi tikseb maġġoranza tad-
drittijiet ta’ votazzjoni f’dik il-kumpannija bi skambju
għall-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpannija hawn l-aħħar
imsemmija, bi skambju għat-titoli tagħhom, ta’ titoli li
jkunu jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija
preċedenti, u, jekk ikun japplika, ħlas bi flus likwidi li
ma jkunx jeċċedi dak il-perċentwali li jista’ jiġi
preskritt tal-valur nominali jew, fin-nuqqas tal-valur
nominali, tal-valur ta’ ikkuntjar par tat-titoli li
jinħarġu bi skambju;
(e) "kumpannija li tittrasferixxi" għandha tkun tfisser il-
kumpannija li tkun qed tittrasferixxi kull attiv u passiv
li jkollha jew li tkun qed tittrasferixxi xi fergħa waħda
jew iktar fergħat ta’ l-attività  tagħha;
(f) "kumpannija riceventi" għandha tkun tfisser il-
kumpannija li tkun qed tirċievi kull attiv u passiv jew
kull fergħa jew fergħa waħda jew iktar ta’ l-attività  tal-
kumpannija li tittrasferixxi;
(g) "kumpannija akkwiżita" għandha tfisser il-kumpannija
fejn jinkiseb holding minn kumpannija oħra permezz
ta’ skambju ta’ titoli;
(h) "kumpannija li tikseb" għandha tfisser il-kumpannija li
tikseb holding permezz ta’ skambju ta’ titoli;
(i) "fergħa ta’ attività '' għandha tkun tfisser l-attiv u l-
passiv kollu ta’ diviżjoni ta’ kumpannija li minn
perspettiva organizzattiva jikkostitwixxu negozju
indipendenti, jiġifieri enti li tkun kapaċi tiffunzjona
bil-mezzi tagħha nnifisha.
Sidien ta’ 
bastimenti mhux 
residenti.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.11. 
28. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(1)(k)
meta persuna mhux residenti f’Malta jkollha n-negozju ta’ sid il-
bastimenti jew noleġġatur u xi bastiment li jappartjeni lilu jew
noleġġat minnu jidħol f’port ta’ Malta, il-profitti kollha tiegħu li
jkollu mill-ġarr tal-passiġġieri, valiġġa, bhejjem ħajjin jew
merkanzija mbarkata f’Malta għandhom jitqiesu li jipprovjenu
minn Malta:
Iżda dan l-artikolu ma jkunx igħodd għal merkanzija li
tinġieb f’Malta biss għal trasbord.
(2) Meta għal xi perijodu ta’ kontjar dik il-persuna tipproduċi
ċ-ċertifikat imsemmi fis-subartikolu (3), il-profitti li jkun hemm
f’Malta min-negozju tagħha merkantili għal dak il-perijodu, qabel
ma jitnaqqsu xi allowances għad-deprezzament, ikunu somma li
għandha l-istess proporzjon għas-somom riċevibbli dwar il-ġarr ta’
passiġġieri, valiġġa, bhejjem ħajjin, u merkanzija mbarkati f’Malta
daqs il-proporzjon għall-istess perijodu kif jidher f’dak iċ-ċertifikat
tal-profitti totali għas-somma totali riċevibbli minnu dwar il-ġarr
ta’ passiġġieri, valiġġa, bhejjem ħajjin u merkanzija. 
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    59
(3) Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ minn jew f’isem awtorità  tat-
taxxa ta’ l-income  li dwarha l-Kummissarju jkun sodisfatt illi
tgħodd u tintaxxa l-profitti kollha tal-persuna mhux residenti li
jkollu min-negozju merkantili, fuq bażi materjalment mhux
differenti minn dik preskritta b’dan l-Att, u għandu jiċċertifika għal
kull perijodu ta’ kontjar dwar dak in-negozju - 
(a) il-proporzjon tal-profitti jew, meta ma jkunx hemm
profitti, tat-telf, kif magħdudin għall-iskop tat-taxxa
ta’ l-income   minn dik l-awtorità , mingħajr ma ssir
ebda allowance permezz ta’ deprezzament, għas-
somom totali riċevibbli dwar il-ġarr ta’ passiġġieri,
valiġġa, bhejjem ħajjin jew merkanzija; u
(b) il-proporzjon ta’ l-allowance għal deprezzament kif
magħduda minn dik l-awtorità  għall-imsemmijin
somom totali riċevibbli dwar il-ġarr ta’ passiġġieri,
valiġġa, bhejjem ħajjin u merkanzija.
(4) Meta fiż-żmien ta’ l-istima d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ma jistgħux, għal xi raġuni, jkunu applikati b’mod
sodisfaċenti, il-profitti li jsiru f’Malta jistgħu jingħaddu fuq
perċentaġġ xieraq tas-somma kollha riċevibbli minħabba l-ġarr ta’
passiġġieri, valiġġa, bhejjem u merkanzija mbarkati f’Malta:
Iżda meta xi persuna tkun ġiet intaxxata għal xi sena ta’
stima b’riferenza għal dak il-perċentaġġ, hija jkollha l-jedd li titlob
f’kull żmien fi żmien sitt snin wara li tagħlaq dik is-sena ta’ stima
illi r-responsabbiltà  tagħha għat-taxxa għal dik is-sena terġa’ tiġi
ikkalkulata fuq il-bażi maħsub għaliha fis-subartikolu (2).
(5) Meta l-Kummissarju jiddeċidi illi l-miġja, f’port ta’ Malta,
ta’ bastiment li jkun jappartjeni lil xi sid ta’ bastiment jew
noleġġatur partikolari mhux residenti hija każwali u illi miġjiet
oħra ta’ dak il-bastiment jew bastimenti oħrajn ta’ l-istess sid huma
improbabbli, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jkunux
igħoddu għall-profitti ta’ dak il-bastiment u ebda taxxa ma għandha
titħallas fuqhom.
Impriżi ta’ trasport 
bl-ajru, tat-
telegrafija bil-fili u 
mingħajr fili.
Sostitwit: 
XLIX. 1974.4.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
29. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar persuni mhux
residenti f’Malta li jkollhom in-negozju ta’ sid il-bastiment jew
noleġġatur, magħduda d-disposizzjonijiet dwar l-aġenti tagħhom,
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull persuna mhux
residenti f’Malta li jkollha negozju ta’ trasport bl-ajru jew negozju
tat-trasmissjoni ta’ messaġġi bit-telegrafija bil-fili jew mingħajr
fili, u għal kull aġent ta’ dik il-persuna.
     60     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Income  
ekklesjastiku u 
income  li għandu 
x’jaqsam miegħu. 
Miżjud:
XLII. 1975.6. 
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
XXVI. 1977.9;
XXVIII. 1978.10; 
XXI. 1980.6;
IX. 1981.5; 
XL. 1981.2; 
XIII. 1983.4; 
XIV. 1984.4; 
VIII. 1987.4; 
XXXVI. 1990.4.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.12;
IX.1999.14.
30. (1) Minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f’dan l-Att, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw fil-każ ta’
kull waħda minn dawn li ġejjin:
(a) djoċesi, magħdud, dwar kull income   li  hu dovut lilu
jew vestit fih minħabba l-kariga tiegħu, l-isqof tad-
djoċesi; 
(b) parroċċa;
(ċ) knisja li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni ta’ parroċċa u li
ma għandhiex titqies li taqa’ skond il-paragrafu (d);
(d) kommunità  ekklesjastika kif imfissra fis-subartikolu
(9);
(e) provinċja jew taqsima simili ta’ xi ordni reliġjuż;
u kull ħaġa msemmija qabel qed tissejjaħ "entità " f’dan l-artikolu: 
Iżda l-Kummissarju jista’ f’dawk iċ-ċirkostanzi u taħt dawk
il-kondizzjonijiet li huwa jidhirlu xierqa, iqis bħala entità  waħda,
kull tnejn jew aktar mill-entitajiet imsemmija qabel.
(2) Għandu jitqies bħala taxxabbli f’idejn kull entità  li għaliha
japplika dan l-artikolu l-income  dovut lil jew derivat minn dik l-
entità  kif ukoll l-income  dovut lil jew derivat minn kull istituzzjoni,
trust, fondazzjoni, tħollija jew organizzazzjoni jew korp ta’ persuni
oħra bħal dawn li tkun assoċjata, marbuta jew tagħmel magħha.
(3) Id-dħul gross totali fuq il-kont tad-dħul ta’ kull entità  li
għaliha japplika dan l-artikolu, aċċertat skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (2), għandu jitqies li huwa dħul minn sengħa jew
negozju u l-entità  tkun taxxabbli skond hekk:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(g) ma
għandhomx japplikaw dwar kull entità  bħal dik.
(4) Fil-każ ta’ kommunità  ekklesjastika, għandu jiżdied mad-
dħul gross totali fuq il-kont tad-dħul kull income  riċevut minn kull
membru individwali tagħha li għalih kellu l-jedd fid-dritt tiegħu
matul is-sena li taħbat minnufih qabel is-sena ta’ stima:
Iżda kull parti minn dak l-income  li jkun iżjed minn elf lira
għandu jiġi eskluż.
(5) Entità  tkun suġġetta għat-taxxa dwar l-income  tagħha għas-
sena li taħbat minnufih qabel xi sena ta’ stima fuq l-ikbar minn
dawn iż-żewġ ammonti li ġejjin:
(a) l-income   minn kull għejjun aċċertat skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (4); 
(b) dik il-parti ta’ l-income   tagħha suġġetta għat-taxxa
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(d), (e) u
(f) li magħha jingħadd, fil-każ ta’ kommunità
ekklesjastika, l-income  li membru individwali tagħha
jirċievi b’jedd fid-dritt tiegħu; sabiex jiġi aċċertat l-
ammont totali ta’ l-income  kif intqal qabel -
(i) id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)
għandhom jiġu meqjusa;
(ii) ma jingħata ebda tnaqqis dwar spejjeż jew
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    61
ħlasijiet oħra jekk mhux għal ċens ta’ l-art u
piżijiet oħra fuq il-proprjetà  immobiljari;
(iii) tiġi eskluża dik il-parti ta’ l-income   li  membru
individwali ta’ kommunità  ekklesjastika jirċievi
b’jedd fid-dritt tiegħu li tkun iżjed minn elf lira.
(5A) Kommunità  ekklesjastika tkun intitolata għal tnaqqis ieħor
kontra l-income tagħha kif stabbilit fis-subartikolu (5) li jkun
ekwivalenti għal elf lira dwar kull individwu li kien membru tagħha
matul is-sena, minnufih qabel is-sena ta’ stima:
Iżda ebda tnaqqis bħal dan ma jingħata skond dan is-
subartikolu dwar xi membru individwali li jirċievi rimunerazzjoni
jew income ieħor mill-kommunità  ekklesjastika li tagħha jkun
membru individwali.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4), (5) u (5A) ma
jolqtux ir-responsabbiltà  għat-taxxa ta’ xi membru individwali ta’
kommunità  ekklesjastika fuq kull income  li hu jirċievi b’jedd fid-
dritt tiegħu.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) parroċċa li tkun f’idejn kommunità  ekklesjastika
titqies li hi entità  separata mill-imsemmija kommunità ;
(b) meta jkun hemm iktar minn kommunità  ekklesjastika
waħda ta’ l-istess ordni reliġjuż, kull waħda minn
dawk il-kommunitajiet titqies bħala entità  separata
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk tkun hekk meqjusa
bl-istatut ta’ l-ordni;
(ċ) il-provinċja jew taqsima simili ta’ ordni reliġjuż
għandha titqies li hi entità  separata minn kull waħda
mill-kommunitajiet li jaqgħu taħt dak l-ordni;
(d) meta entità  li għaliha japplika dan l-artikolu tkun
tħaddem għal kont tagħha impriża kummerċjali jew ta’
negozju, kif ukoll skola, stamperija, sptar jew cinema,
l-entità  u l-impriża għandhom iħallsu t-taxxa
separatament u l-entità  biss tiġi trattata skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u l-impriża titqies u
tiġi trattata bħala korp ta’ persuni separat għall-finijiet
kollha ta’ dan l-Att:
Iżda -
(i) ebda profitti jew income   ieħor li jkun ġej mill-
imsemmija mpriża favur l-entità  ma għandhom
jiġu magħduda mad-dħul gross ta’ l-entità  għall-
għan ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att;
(ii) ma jkun permess ebda tnaqqis meta jinħadem l-
income   totali ta’ l-impriża dwar xi ħlasijiet li
jsiru lill-entità  akkont ta’ xi spejjeż jew drittijet
ikunu li jkunu;
(e) id-dħul gross totali fuq il-kont ta’ dħul fil-każijiet
kollha għandhom jinkludu income   suġġett għat-taxxa
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4.
     62     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(8) Meta xi income  dovut lil, jew li jkun b’xi mod vestit fi, il-
kap ta’ djoċesi minħabba l-kariga tiegħu u ma jkunx fil-fatt qligħ
jew profitti personali ta’ dak il-kap, dak l-income  flimkien ma’ l-
income  dovut lil, jew vestit fi, id-djoċesi, għandu, għall-finijiet ta’
dan l-artikolu, jitqies li jkun income  ta’ entità  separata waħda taħt
l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-kap tad-djoċesi; u l-income
dovut lill-Arċisqof ta’ Malta u lill-Isqof ta’ Għawdex, minħabba il-
kariga tagħhom għandu, minkejja kull disposizzjoni oħra tal-liġi,
jitqies li hu elfejn u tmin mitt lira u elf u ħames mitt lira fis-sena
rispettivament, jew dik is-somma akbar li l-Ministru responsabbli
għall-finanzi, minn tagħrif mogħti jew b’mod ieħor miksub,
jiddetermina li jkun l-income  riċevut minnhom minħabba l-kariga
tagħhom, u l-imsemmi income  għandu jiżdied għall-finijiet tal-
likwidazzjoni ma’ l-income  personali tagħhom:
Iżda l-Kummissarju għandu jagħti lil kull persuna jew
entità  oħra dak il-ħelsien mit-taxxa li, fil-fehma tiegħu, ma jħallix
l-ammonti msemmija ta’ elfejn u tmin mitt lira u elf u ħames mitt
lira (jew xi somom akbar determinati kif intqal qabel) milli jiġu
ntaxxati sew f’idejn l-imsemmija isqfijiet kemm f’idejn persuna
jew entità  oħra fl-istess sena ta’ stima.
(9) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 56(4) -
"kommunità  ekklesjastika" tfisser numru ta’ individwi
li jgħixu flimkien f’kommunità  skond ir-regoli ta’
ordni reliġjuż rikonoxxut bħala hekk mill-
Kummissarju;
"membru individwali", dwar kommunità  ekklesjas-
tika, tfisser kull individwu, lajk jew reliġjuż, li kien
jagħmel parti minn dik il-kommunità  fil-wieħed u
tletin ta’ Diċembru matul is-sena minnufih qabel is-
sena ta’ stima.
Income minn xi 
dividendi jinkludi 
t-taxxa fuqhom. 
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
XXVI. 1977.10. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
31. L-income  ta’ persuna li jkun hemm minn dividend imħallas
minn kumpannija suġġetta għat-taxxa skond dan l-Att għandu, meta
dik it-taxxa tkun ġiet imnaqqsa minnu, ikun l-ammont gross qabel
ma jsir dak it-tnaqqis; meta ma jkunx sar dak it-tnaqqis, l-income li
jkun hemm ikun l-ammont tad-dividend miżjud b’ammont akkont
ta’ dawk it-taxxi li jikkorrispondi sal-punt li għalih il-profitti, li
minnhom l-imsemmi dividend ikun ġie mħallas, ikunu ġew milquta
b’dawk it-taxxi.
Tassazzjoni bi 
tnaqqis dwar ċertu 
income  minn 
investiment. 
Miżjud: 
XVII. 1994.16.
Emendat:
II. 2003.14.
32. Minkejja kull ħaġa kuntrarja f’dan l-Att, l-artikoli 32A sa
42, it-tnejn inklużi, u li flimkien ma’ dan l-artikolu qed jissejħu
"disposizzjonijiet dwar income  minn investiment", għandhom
japplikaw meta r-rabta tal-kliem hekk teħtieġ.
Min jagħmel ħlas 
għandu jirreġistra.
Miżjud:
II. 2003.15.
32A. Min jagħmel ħlas għandu jirreġistra bħala tali mal-
Kummissarju b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    63
Min jagħmel ħlas 
obbligat li jnaqqas 
it-taxxa minn 
income  minn 
investiment. 
Miżjud: 
XVII. 1994.16.
33. (1) Min jagħmel ħlas għandu jnaqqas minn kull ħlas ta’
riċevitur ta’ income  minn investiment, isir kif isir il-ħlas, rata ta’
ħmistax-il ċenteżmu fuq kull lira ta’ dak il-ħlas.
(2) Kull min hekk jagħmel ħlas għandu jagħti kont lill-
Kummissarju ta’ l-ammonti kollha hekk imnaqqsa, iżda m’għandux
jispeċifika l-identità  tar-riċevitur u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), kull ammont imnaqqas ikun
dejn dovut minn dik il-persuna li tagħmel il-ħlas lill-Kummissarju
li jitħallas mhux iktar tard mill-erbatax-il jum wara t-tmiem tax-
xahar li matulu jkun sar il-ħlas u għandu hekk jinġabar.
(3) Min jagħmel il-ħlas għandu mal-ħlas ta’ income   minn
investiment jagħti lir-riċevitur ċertifikat fil-forma aċċettabbli mill-
Kummissarju li juri l-ammont gross imħallas minn min jagħmel il-
ħlas, u t-taxxa mnaqqsa.
(4) Meta min jagħmel il-ħlas ta’ income   fuq investiment lil
persuna mhux residenti Malta (u allura mhux riċevitur kif imfisser
fl-artikolu 41(ċ)), min jagħmel il-ħlas ikun obbligat li jikseb
ċertifikat li l-persuna ma tkunx residenti mingħand il-persuna li
tirċievi l-ħlas f’dik il-forma li tkun meħtieġa mill-Kummissarju.
Meta r-riċevitur 
jagħżel li jitħallas 
gross, min jagħmel 
il-ħlas ma jnaqqasx 
taxxa.
Miżjud: 
XVII. 1994.16.
Emendat:
II. 2003.16.
34. (1) Min jagħmel il-ħlas m’għandux inaqqas taxxa skond l-
artikolu 33 meta r-riċevitur jagħżel skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 35, li jitħallas income  minn investiment mingħajr ma jsir
dak it-tnaqqis.
(2) Min jagħmel il-ħlas għandu jagħti rendikont lill-
Kummissarju tal-ħlasijiet kollha ta’ income  minn investiment li
jkunu saru matul xi sena li dwarha tkun saret l-għażla. Ir-rendikont
għandu jingħata lill-Kummissarju sal-31 ta’ Jannar li jiġi wara s-
sena li fiha saret l-għażla, jew fi żmien tletin jum minn dik it-talba,
skond liema tkun l-aħħar data. Dak ir-rendikont għandu jinkludi d-
dettalji ta’ l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa
tar-reċivitur kif ukoll l-ammont ta’ income  ta’ investiment imħallas
gross minn min jagħmel il-ħlas lir-riċevitur matul dik is-sena:
Iżda l-Kummissarju jista’ biss jitlob dak ir-rendikont għal
sena sħiħa li tkun għalqet li dwarha tkun saret għażla skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35:
Iżda wkoll min jagħmel il-ħlas ma jkunx meħtieġ jagħti
rendikont lill-Kummissarju wara li jgħaddu disa snin wara t-tmiem
tas-sena li fiha l-income  mill-investiment ikollu jitħallas.
Għażla tar-
riċevitur li jitħallas 
mingħajr tnaqqis 
ta’ taxxa. 
Miżjud:
XVII. 1994.16.
Emendat:
II. 2003.17.
35. (1) Riċevitur jista’ jagħżel li jitħallas income   minn
investiment mingħajr ma jsir tnaqqis ta’ taxxa u dik l-għażla
għandha ssir bil-miktub u tintbagħat lil min jagħmel il-ħlas.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), l-
għażla tibda sseħħ fi żmien erbatax-il jum minn meta min jagħmel
il-ħlas ikun irċieva l-avviż. Dik l-għażla tista’ tkun revokata jekk
ikun irid ir-riċevitur b’avviż bil-miktub u dik ir-revoka tibda sseħħ
fi żmien erbatax-il jum minn meta min jagħmel il-ħlas ikun irċieva
l-avviż.
(3) Għażla li ssir mal-ftuħ ta’ kont il-bank li fuqu jitħallas
     64     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
income  minn investiment, jew max-xiri ta’ bonds, stokk ta’ self,
debentures, jew xi strument ieħor li dwaru jitħallas income  ta’
investiment, ma’ xi operazzjoni li tkun toriġina għal qligħ kapitali
fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-artikolu 41(a)(v), tibda sseħħ
immedjatament. 
Obbligu tar-
riċevitur li 
jiddikjara meta 
jagħmel l-għażla. 
Miżjud:
XVII. 1994.16.
Emendat:
IX.1999.14.
Kap. 372.
36. Meta tkun saret għażla skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 35, riċevitur għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, jiddikjara
l-income  minn investiment li dwaru tkun saret l-għażla fuq il-
prospett tat-taxxa tiegħu għas-sena ta’ stima rilevanti u meta ssir l-
imsemmija dikjarazzjoni kull taxxa dovuta tkun stabbilita
daqslikieku d-disposizzjonijiet dwar income  minn investiment ma
sarux.
Taxxa miżmuma 
taħt l-artikolu 
33(1). 
Miżjud:
XVII. 1994.16.
Sostitwit:
II. 2002.49.
37. Meta tkun inżammet xi taxxa taħt l-artikolu 33(1), dik it-taxxa
m’għandhiex tkun disponibbli bħala kreditu għar-rigward tal-passiv
tat-taxxa tal-persuna li tirċievi jew bħala rifużjoni, skond il-każ, għas-
sena ta’ stima rilevanti.
Preżunzjoni ta’ 
tnaqqis. 
Miżjud: 
XVII. 1994.16. 
38. Ħlief dwar sena ta’ stima li dwarha tkun saret għażla li
għaliha japplika l-artikolu 35, ikun preżunt, safejn jolqot ir-
responsabbilità  għat-taxxa ta’ riċevitur, li jkunu saru t-tnaqqis u l-
ħlas li kellhom isiru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 33.
Fejn tapplika l-
preżunzjoni ma 
jkunx hemm ħtieġa 
ta’ dikjarazzjoni. 
Miżjud:
XVII. 1994.16.
Emendat:
II. 2002.50.
39. Meta tapplika l-preżunzjoni msemmija fl-artikolu 38:
(a) riċevitur li jkun individwu ma jkunx obbligat li jikxef
l-eżistenza ta’ l-income  minn investiment f’xi prospett
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; u
(b) ebda persuna ma titwaħħal iktar taxxa dwar l-income
minn investiment skond dan l-Att.
Sa fejn tasal ir-
responsabbiltà  ta’ 
min iħallas. 
Miżjud:
XVII. 1994.16.
Sostitwit:
II. 2003.18.
Kap. 372.
40. (1)  Meta min iħallas jonqos milli jnaqqas u jħallas xi
taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-income fuq l-investment, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 73(4) ta’ dan l-Att u ta’ l-artikolu
40(1) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 39 ta’ dan l-Att u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa ma għandhomx ikunu japplikaw, u min iħallas ma jkun
obbligat b’ebda dmir ta’ segretezza professjonali dwar talba għal
informazzjoni mill-Kummissarju meta l-income fuq l-investiment
imsemmi fl-artikolu 41(a)(iv) u 41(a)(vii)  jinkiseb mingħand
persuna li ma tkunx persuna fiżika u li ma tkunx residenti f’Malta
jitħallas lil min jirċevih iżda:
(a) l-attiv li minnu l-income fuq l-investiment jinkiseb ma
jkunx attiv kwalifikanti kif imfisser fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9B; u
(b) min jirċevih ma jkunx iddikjara, skond id-
disposizzjonijiet tal-liġijiet rilevanti kif imfissra fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9B, income u
trasferimenti msemmija fl-artikolu 9B(2)(a) sa (ċ)
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    65
għar-rigward ta’ l-attiv li minnu jinkiseb l-income fuq
l-investiment.
Tifsir tad-
disposizzjonijiet 
dwar income minn 
investiment. 
Miżjud: 
XVII. 1994.16.
Emendat:
XVII.1998.70;
XI.2000.5;
IX. 2001.26;
II. 2003.19.
Kap. 371.
41. Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet dwar l-income   minn
investiment, il-frażijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsir mogħti
lilhom hawn taħt:
(a) "income  minn investiment" tfisser biss il-kategorija ta’
l-income  li ġejjin:
(i) imgħax li jitħallas minn persuna li tmexxi
kummerċ bankarju skond l-Att dwar il-Kummerċ
Bankarju, dwar somma ta’ flus, li tkun
depożitata magħha f’liema munita tkun li tkun u
f’liema kont ikun li jkun (ħlief imgħax li
jitħallas dwar xi kont għall-portatur);
(ii) imgħax, skonti u premiums li jitħallsu mill-
Gvern ta’ Malta jew minn xi aġenzija tiegħu;
(iii) imgħax, skonti u premiums li jitħallsu minn
korporazzjoni jew awtorità  stabbilita b’liġi;
(iv) imgħax, skonti jew premiums li jitħallsu dwar
ħruġ għall-pubbliku minn kumpannija, enti jew
persuna legali oħra tkun kif tkun istitwita u sew
residenti f’Malta sew xort’oħra; u
(v) (1)  qliegħ kapitali li jinqala’ mit-trasferiment
ta’ azzjonijiet jew unitajiet fi skema ta’
investiment kollettiv meta 1-iskema ta’
investiment kollettiv tifdi, tillikwida jew
tikkanċella dawk l-azzjonijiet jew
unitajiet, liema qliegħ kapitali għandu jiġi
kalkolat b’referenza għall-prezz li bih 1-
azzjonijiet jew l-unitajiet kienu nħarġu jew
ingħataw mill-iskema ta’ investiment
kollettiv jew għal valur stabbilit b’dak il-
mod u fuq il-bażi ta’ dawk il-kriterji li
jistgħu jiġu preskritti:
Iżda din il-partita ma għandhiex tapplika għal:
(i) qliegħ kapitali li jinqala’ mit-
trasferiment ta’ azzjonijiet jew
unitajiet miżmuma f’fond preskritt
ta’ skema ta’ investiment kollettiv; u
(ii) qliegħ kapitali li jinqala’ mit-
trasferiment ta’ azzjonijiet u
unitajiet miżmuma f’fond ta’ skema
ta’ investiment kollettiv li mhix
residenti f’Malta jekk dak il-fond
mhux fond preskritt u t-trasferiment
ma jsirx permezz tas-servizzi ta’
financial intermediary awtorizzat;
(2) qliegħ kapitali li jinqala’ minn surrender
jew maturity ta’ unitajiet u strumenti oħra
bħalhom relatati ma’ kummerċ ta’ l-
     66     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
assigurazzjoni linked long term meta l-
benefiċċji huma mill-inqas ħamsa u tmenin
fil-mija stabbiliti b’referenza għall-valur
ta’ unitajiet jew azzjonijiet fi, jew income
minn, skemi ta’ investiment kollettiv:
Iżda fil-kalkolazzjoni ta’ dak il-qliegħ kapitali -
(i) ma għandux jingħata kont ta’ dik il-
parti mill-benefiċċji msemmija li
tkun stabbilita b’referenza għall-
valur ta’ unitajiet jew azzjonijiet fi
skema ta’ investiment kollettiv li
kienu miżmuma f’fond preskritt
għal perijodu kontinwu li jtul għall-
ħajja kollha tal-kuntratt ta’
assigurazzjoni linked għal żmien
twil rilevanti jew tliet snin mid-data
tal-maturità  jew ċessjoni relattiva
skond liema perijodu jkun l-inqas;
(ii) l-ispiża għall-akkwist għandha tiġi
kkalkolata b’referenza għat-total
kollu ta’ premiums imħallsa għar-
rigward tas-sehem linked tal-
kuntratt ta’ 1-assigurazzjoni jew
għal valur stabbilit b’dak il-mod u
fuq il-bażi ta’ dawk il-kriterji li
jistgħu jiġu preskritti;
(vi) profitti mqassma minn skema ta’ investiment
kollettiv li mhix residenti f’Malta li jitħallsu
permezz tas-servizzi ta’ financial  intermediary
awtorizzat minn profitti li jkunu ġew allokati
f’dik l-iskema għal investiment kollettiv għal
fond li mhux fond preskritt;
(vii) imgħax li jitħallas minn persuna li tmexxi
kummerċ bankarju skond il-liġi barra minn
Malta, dwar somma ta’ flus, li tkun depożitata
magħha f’liema munita tkun li tkun u f’liema
kont ikun li jkun u l-pagament ta’ income minn
investiment isir permezz ta’ financial
intermediary awtorizzat skond kif provdut fl-
artikolu 41A(ċ)(i), (ii) jew (iii);
(b) "min jagħmel ħlas" tfisser il-persuna li tkun
responsabbli jew, jekk mhux il-każ, il-persuna li
tagħmel ħlas ta’ income  minn investiment;
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    67
Kap. 371.
Kap. 330. 
(ċ) "riċevitur" tfisser:
(i) persuna li tkun residenti f’Malta matul is-sena li
fiha l-income   minn investiment ikollu jitħallas
lilha jew li jkollu jitħallas lil persuna skond is-
sub-paragrafi (ii) jew (iii) (barra minn persuna li
matul dik is-sena mexxiet kummerċ bankarju
skond l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, jew
persuna li tmexxi l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni
jew xi kumpannija oħra li tkun proprjetà  ta’ u
kkontrollata minn, direttament jew
indirettament, dawk il-persuni, jew kumpannija
li tkun reġistrata skond l-artikolu 24 ta’ l-Att
dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji); jew
(ii) riċevitur, gwardjan, tutur, kuratur, sekwestratur
ġudizzjarju jew kumitat li jaġixxi f’isem persuna
msemmija fis-sub-paragrafu (i); jew
(iii) fiduċjarju jew fondazzjoni li skond jew bis-
saħħa tagħha xi flus jew proprjetà  hi x’inhi tkun
għal dak iż-żmien titħallas jew tkun applikata lil
jew għall-benefiċċju ta’ persuna msemmija fis-
sub-paragrafu (i).
Income 
ta’investiment ta’ 
skema ta’ 
investiment 
kollettiv.
Miżjud:
IX. 2001.27.
Emendat:
II. 2003.20.
41A. Għall-għanijiet tad-disposizzjonijiet dwar income minn
investiment u minkejja kull ħaġa għall-kuntrarju fi tinsab fihom:
(a) fejn xi income imsemmi fl-artikolu 41(a) jitħallas lil
skema ta’ investiment kollettiv għandu jitqies bħala
income minn investiment sakemm biss -
(i) ikun imiss li jsir rendikont dwaru minn dik l-
iskema għal investiment kollettiv bħala profitti
ta’ fond preskritt; u
(ii) ma jitħallasx minn skema ta’ investiment
kollettiv oħra;
(b) "fond preskritt" tfisser skema ta’ investiment kollettiv
jew, f’każ ta’ skema ta’ investiment kollettiv li tkun
maqsuma f’sub-funds, sub-fund ta’ dik 1-iskema, li
tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
preskritti għall-għan ta’ din it-tifsira;
(ċ) "min jagħmel ħlas" tinkludi financial  intermediary
awtorizzat u l-obbligi kollha ta’ min jagħmel ħlas
għandhom japplikaw għal dak l-intermedjarju għar-
rigward tal-ħlasijiet kollha ta’ income minn
investiment li jsiru permezz tas-servizzi tiegħu.
Pagament ta’ income minn investiment isir permezz ta’
financial intermediary awtorizzat meta pagament bħal
dan:
(i) isir lill-intermediary li f’ismu jkun reġistrat l-
investiment għall-benefiċċju ta’ riċevitur;
(ii) isir direttament lir-riċevitur li jitlob li financial
intermediary awtorizzat jiġbor ammont ta’ taxxa
li tkun daqs ħmistax fil-mija ta’ l-income
imsemmi biex jitħallas lill-Kummissarju;
     68     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(iii) isir permezz ta’ arranġament approvat mill-
Kummissarju li jagħmilha possibbli li tinġabar
it-taxxa fuq id-dħul imsemmi permezz ta’
financial intermediary awtorizzat;
(d) "financial  intermediary awtorizzat" tfisser persuna li
jkollha liċenza għal servizzi ta’ investiment maħruġa
taħt 1-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment li huwa
reġistrat mal-Kummissarju u li jissodisfa dawk il-
kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti;
(e) "riċevitur" tinkludi skema ta’ investiment kollettiv
residenti f’Malta;
(f) min jagħmel ħlas għandu jnaqqas taxxa minn kull ħlas
ta’ income minn investiment imsemmi fil-paragafu (a)
ta’ dan l-artikolu b’rata ta’ ħmistax-il ċenteżmu fuq
kull lira ta’ dak il-ħlas jew b’rata jew rati oħra, ta’
mhux iktar mir-rata msemmija u mhux inqas minn
għaxar ċenteżmi fuq kull lira ta’ dak il-ħlas, kif jista’
jiġi preskritt; 
(ġ) skema ta’ investiment kollettiv ma għandhiex jedd li
tagħżel li titħallas income minn investiment mingħajr
ma jsir tnaqqis ta’ taxxa;
(ħ) fl-ebda każ ma għandha ssir rifużjoni lil skema ta’
investiment kollettiv għar-rigward ta’ taxxa mnaqqsa
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan 1-artikolu minn
income minn investiment imħallas lil dik l-iskema ta’
investiment kollettiv.
Setgħat tal-
Ministru.
Miżjud:
IX. 2001.27.
41B.  Il-Ministru jista’ b’regolamenti jistabbilixxi kif id-
disposizzjonijiet dwar 1-income minn investiment għandhom
japplikaw għal titoli ta’ tip jew kategorija partikolari, jagħmel
dawk il-modifiki għat-tħaddim tagħhom kif jidhirlu 1i jkun meħtieġ
għar-tigward ta’ titoli ta’ tip jew kategorija partikolari, u
jippreskrivi kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta skond kull waħda minn
dawk id-disposizzjonijiet..
Disposizzjonijiet 
kontra l-evitar ta’ 
taxxa.
Miżjud:
XVII. 1994.16.
42. Meta, fil-fehma tal-Kummissarju, isiru sensiela ta’
operazzjonijiet bil-għan waħdieni jew ewlieni li jitnaqqas l-
ammont tat-taxxa li għandu jitħallas minn persuna bit-tħaddim tad-
disposizzjonijiet dwar income  minn investiment, dik il-persuna
tkun taxxabbli daqslikieku l-imsemmija disposizzjonijiet ma
kienux japplikaw, u kull taxxa miżmuma dwar income  riċevut taħt
waħda jew iżjed mill-imsemmija operazzjonijiet tista’ tittieħed
bħala kreditu kontra r-responsabbilità  għat-taxxa tal-persuna li
tirċievi dak l-income , jew tingħata bħala ħlas lura, skond il-każ,
għas-sena ta’ stima rilevanti.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "sensiela ta’ operaz-
zjonijiet" tfisser żewġ operazzjonijiet jew iżjed korrispondenti jew
ċirkolari, li jsiru mill-istess persuna, jew direttament jew
indirettament, skond il-każ.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    69
Xi profitti mhux 
imqassmin jitqiesu 
li ġew imqassmin. 
Emendat: 
VI. 1953.2;
XXVIII. 1978.11; 
VIII. 1987.5.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
43. (1) Meta l-Kummissarju jkun tal-fehma li xi kumpannija
(barra minn kumpannija inkorporata jew reġistrata barra minn
Malta u mhux residenti hemmhekk) ma tkunx qassmet bħala
dividendi l-profitti tagħha jew xi parti mill-profitti tagħha, u li l-
effett li ma jkunx sar dak it-tqassim ikun li tiġi evitata jew
imnaqqsa taxxa li xort’oħra kienet titħallas mill-azzjonisti, hu jista’
jordna b’avviż bil-miktub li dawk il-profitti jew parti minnhom li
ma jkunux ġew imqassma, jitqiesu għall-finijiet ta’ dan l-Att, li
ġew imqassma bħala dividend mill-kumpannija f’dak l-ammont, u
f’dik id-data jew f’dawk id-dati, kif jidhirlu xieraq, u li l-azzjonisti
jiġu ntaxxati fuqhom skond hekk:
Iżda -
(a) ebda ordni ma jinħareġ kif intqal qabel jekk il-
kumpannija tipprova li l-għan ewlieni jew li wieħed
mill-għanijiet ewlenija għaliex ma kienx hemm
tqassim kien -
(i) biex jiġi provdut għall-iżvilupp jew għall-
espansjoni tas-sengħa jew tan-negozju tagħha
minn għejjun interni, sew waħedhom jew
flimkien ma’ għejjun oħra; jew
(ii) biex jitħallas lura xi self, overdraft jew kapital
ieħor li jissellef minn għejjun esterni (li ma
jkunux direttament jew indirettament marbutin
ma’ l-azzjonisti tal-kumpannija) u wżati fl-
espansjoni tas-sengħa jew negozju tal-
kumpannija;
(b) ebda ordni maħruġ skond dan is-subartikolu ma
għandu jkollu effett -
(i) meta jkun magħmul dwar xi profitti taxxabbli
f’idejn il-kumpannija dwar xi sena ta’ stima
qabel dik li tibda fl-1 ta’ Jannar, 1976, jekk tkun
saret likwidazzjoni għal dik is-sena jew, meta
ma tkun saret ebda likwidazzjoni kif intqal
qabel, jekk l-ordni jsir wara l-31 ta’ Diċembru,
1979;
(ii) meta jkun magħmul dwar xi profitti hekk
taxxabbli f’idejn il-kumpannija dwar xi sena ta’
stima qabel dik li tibda fl-1 ta’ Jannar, 1984,
jekk dan isir wara l-31 ta’ Diċembru, 1986; u
(iii) meta jkun magħmul dwar xi profitti hekk
taxxabbli għal xi sena oħra ta’ stima, jekk isir
wara li jgħaddu tmien snin minn meta tispiċċa s-
sena ta’ stima li fiha l-profitti li għalihom
jirreferi l-ordni kienu suġġetti għat-taxxa;
(ċ) meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu
xi dividend ikun meħtieġ li jiġi meqjus bħala riċevut
minn xi azzjonist ta’ kumpannija (f’dan il-proviso
msemmija "l-ewwel kumpannija") u l-azzjonist f’dan
il-każ ikun ukoll kumpannija (f’dan il-proviso
msemmija "it-tieni kumpannija") dak id-dividend ma
jkunx suġġett għat-taxxa bħala income   tat-tieni
     70     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
kumpannija, iżda għandu jitqies bħala mqassam mit-
tieni kumpannija, bħala dividend fid-data stabbilita
mill-Kummissarju kif intqal qabel, u l-azzjonisti tat-
tieni kumpannija jiġu ntaxxati fuqu skond hekk; u
meta xi azzjonist tat-tieni kumpannija jkun ukoll
kumpannija, f’dak il-każ dwar is-somma li għandha
titqies bħala mqassma lil dak l-azzjonist, id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-proviso għandhom
japplikaw mutatis mutandis daqslikieku riferenzi
fihom għall-ewwel kumpannija kienu riferenzi fihom
għat-tieni kumpannija u daqslikieku riferenzi fihom
għat-tieni kumpannija kienu riferenzi fihom għal dak
l-azzjonist, u jibqa’ sejjer hekk sakemm bl-
applikazzjoni tal-prinċipji ta’ dan il-proviso, ma jibqa’
ebda parti tal-profitti mhux imqassma li għaliha l-
ordnijiet tal-Kummissarju jirreferu bħala parti li
għandha tiġi meqjusa li ġiet imqassma lil kumpannija.
(2) Meta dwar xi persuna jkun ġie stabbilit l-ammont tat-taxxa,
jew meta l-persuna ikollha l-istima tagħha riveduta, skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u dik il-persuna tonqos milli
tħallas, fid-data li jmiss, it-taxxa, jew sehem mit-taxxa, attribwibbli
għas-sehem tagħha ta’ xi profitti mhux imqassmin li jitqiesu bħala
mqassmin, dik it-taxxa, jew is-sehem minnha, minnufih issir dejn
dovut lill-Gvern mill-kumpannija li minħabba n-nuqqas tagħha li
tqassam il-profitti l-ordnijiet tal-Kummissarju skond is-subartikolu
(1) kienu ġew mogħtija, u tkun tista’ tinġabar bħala dejn.
(3) Meta xi profitti mhux imqassmin taxxabbli bis-saħħa tas-
subartikolu (1) jiġu mbagħad imqassmin, ma għandhomx jitqiesu
bħala income  taxxabbli f’idejn ir-riċeventi tagħhom.
(4) Meta xi porzjon mhux imqassma tal-profitti taxxabbli bis-
saħħa tas-subartikolu (1) tkun tqieset, b’avviż mogħti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, li ġiet imqassma bħala dividend
lill-azzjonisti ta’ dik il-kumpannija, il-kumpannija għandha, fi
żmien wieħed u għoxrin jum mid-data tan-notifika ta’ l-imsemmi
avviż tagħti lil kull azzjonista ċertifikat li jsemmi l-ammont tad-
dividend li jkun tqies li ġie mqassam lil dak l-azzjonista u l-
ammont tat-taxxa illi l-kumpannija kien ikollha l-jedd li tnaqqas
minn dak id-dividend skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59
kieku dak id-dividend kien ġie mħallas.
Kap. 372.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma żżomm illi id-deċiżjoni tal-
Kummissarju, fl-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lilu bis-subartikolu
(1), jsir appell minnha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u
37 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar xi 
profitti meqjusin li 
ġew imqassmin.
Miżjud:
XXXVI. 1990.8.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
44. (1) Kumpannija (barra minn kumpannija inkorporata jew
reġistrata barra minn Malta u mhux residenti hemmhekk) tista’
titlob lill-Kummissarju bil-miktub biex kull profitti li l-
Kummissarju jkun ordna biex jitqiesu li ġew imqassmin skond l-
artikolu 43 jitqiesu li ġew imqassmin kif ġej:
(a) għoxrin fil-mija ta’ l-imsemmija profitti f’dik id-data
jew f’dawk id-dati li l-Kummissarju jkun ordna;
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    71
(b) tmenin fil-mija ta’ l-imsemmija profitti fis-sena
minnufih qabel is-sena ta’ stima 1991:
Iżda meta likwidazzjoni magħmula fuq azzjonist bħala
konsegwenza ta’ l-imsemmija profitti meqjusin bħala mqassmin
tkun saret finali u konklużiva, il-likwidazzjoni ma terġax tinfetaħ
permezz tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu:
Iżda wkoll applikazzjoni magħmula minn kumpannija
għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu ma tkunx valida jekk issir wara
t-30 ta’ Ġunju, 1991.
(2) Fil-każ ta’ meta kumpannija tiġi notifikata mill-
Kummissarju b’ordni li profitti jkunu tqiesu li ġew imqassmin
skond l-artikolu 43 dwar xi sena minnufih qabel xi waħda mis-snin
ta’ stima 1984 sa 1989 u wara t-23 ta’ Novembru, 1990, il-
kumpannija tista’ titlob lill-Kummissarju bil-miktub biex il-profitti
mhux imqassmin għas-snin imsemmija jitqiesu mill-Kummissarju
li ġew imqassmin kif ġej:
(a) għoxrin fil-mija ta’ l-imsemmija profitti f’dik id-data
jew f’dawk id-dati li l-Kummissarju jordna;
(b) tmenin fil-mija ta’ l-imsemmija profitti fis-sena
minnufih qabel is-sena ta’ stima 1991:
Iżda applikazzjoni magħmula minn kumpannija għall-
finijiet ta’ dan is-subartikolu ma tkunx valida jekk issir wara li
jkunu għaddew tletin ġurnata mid-data tan-notifika ta’ l-ordni biex
il-profitti jitqiesu li ġew imqassmin jew it-30 ta’ Ġunju 1991, liema
tiġi l-aktar tard.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, meta
applikazzjoni ssir skond dan l-artikolu, il-profitti meqjusin mill-
Kummissarju bħala li ġew imqassmin jiġu ntaxxati fuq il-
kumpannija bir-rata addizzjonali ta’ taxxa li ġejja:
(a) 25ċ fuq kull lira ta’ profitti meqjusin li ġew imqassmin
għal xi sena li taħbat qabel is-sena ta’ stima 1990;
(b) 2ċ5 fuq kull lira ta’ profitti meqjusin li ġew imqassmin
għas-sena ta’ stima 1991.
(4) (a) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, meta l-profitti
meqjusin li ġew imqassmin jiġu sussegwentement
imqassmin lill-azzjonisti mill-kumpannija, id-dividend
ikun l-ammont gross kif imfisser fl-artikolu 31
mingħajr ma tittieħed in konsiderazzjoni t-taxxa li tiġi
ntaxxata addizzjonalment fuq il-kumpannija skond is-
subartikolu (3).
(b) It-taxxa pagabbli mill-kumpannija skond is-
subartikolu (3) ma għandhiex tittieħed għal tpattija
skond l-artikolu 60 meta l-profitti meqjusin li ġew
imqassmin jiġu sussegwentement imqassmin lill-
azzjonisti.
     72     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Disposizzjonijiet 
speċjali oħra dwar 
profitti meqjusin li 
ġew imqassmin. 
Miżjud:
XXXVI. 1990.8. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
45. Kull tqassim magħmul minn kumpannija wara l-1 ta’
Jannar, 1990 dwar il-profitti tagħha għal xi sena li taħbat qabel is-
sena ta’ stima 1989 jiġi kkunsidrat li ma jkunx ġie mqassam meta
jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta’ profitti mhux imqassmin għall-
finijiet ta’ l-artikolu 43.
Meta Kumpannijia 
tiġi konvertita 
f’soċjetà.
Miżjud:
IX.1999.14.
Kap. 386.
45A. Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji, kumpannija tiġi konvertita f’soċjetà , minbarra soċjetà
in akkomandita li jkollha l-kapital tagħha diviż f’ishma, il-
Kummissarju għandujqis kull bilanċ fil-kont mhux intaxxat li jkun
hemm eżistenti fil-jum meta l-kumpannija tkun temmet milli tibqa’
kumpannija, bħala li jkun ġie mqassam bħala dividend f’dak il-jum
u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 61 sa 66 għandhom ikunu
japplikaw skond hekk għal dawk il-profitti.
Self lill-azzjonisti. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
46. (1) Jekk xi ammonti jiġu avanzati jew xi attivi mqassmin
minn kumpannija lil xi azzjonisti tagħha permezz ta’ akkont jew
self, jew xi ħlas isir mill-kumpannija f’isem jew għall-ġid
individwali ta’, xi azzjonisti minn tagħha, daqshekk, jekk ikun
hemm, minn dawk l-akkontijiet, self jew ħlas, illi, fil-fehma tal-
Kummissarju, jirrappreżenta tqassim ta’ income  għandu, għall-
finijiet kollha ta’ dan l-Att, jitqies li hu dividend imħallas mill-
kumpannija lil dawk l-azzjonisti mill-profitti li hija ddaħħal.
(2) Meta l-ammont ta’ xi akkont, self jew ħlas jitqies, skond l-
aħħar subartikolu qabel dan, li hu dividend imħallas minn
kumpannija lill-azzjonisti tagħha, u f’xi sena wara dik li fiha d-
dividend hekk jitqies li hu mħallas, il-kumpannija tikkumpensa xi
dividend imqassam minnha f’dik is-sena ta’ wara, b’saldu ta’ l-
ammont kollu kemm hu jew f’sehem dak l-akkont, self jew ħlas,
dak id-dividend għandu, sa l-ammont li bih jiġi hekk kumpensat,
jitqies li mhux dividend għall-finijiet ta’ dan l-Att.
Xi tqassim lil 
azzjonisti jew lil 
soċji li jitqiesu li 
huma dividendi 
jew profitti. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
47. Tqassim lil azzjonisti ta’ kumpannija jew lil soċji f’soċjetà
minn likwidatur fil-kors tal-likwidazzjoni tal-kumpannija jew tas-
soċjetà , sal-punt li fih huwa jirrappreżenta income  derivat mill-
kumpannija jew minn soċjetà  (sew jekk qabel kemm matul il-
likwidazzjoni) għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li huwa
dividend imħallas lill-azzjonisti mill-kumpannija mill-profitti
derivati minnha, jew profitti mqassma lis-soċji, skond il-każ.
Disposizzjonijiet 
speċjali għall-
għadd ta’ l-income  
derivat mill-bejgħ 
jew disponiment 
ieħor tal-
merkanzija tan-
negozju. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.18.
48. (1) Meta xi merkanzija tan-negozju tinbiegħ flimkien ma’
attivi oħra ta’ negozju, is-sehem mill-ħlas attribwibbli għall-
merkanzija tan-negozju għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, ikun
deċiż mill-Kummissarju u s-sehem mill-ħlas hekk deċiż għandu
jitqies li huwa l-prezz imħallas għall-merkanzija tan-negozju mix-
xerrej.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull merkanzija tan-negozju
li tkun ġiet disposta xort’oħra milli f’bejgħ titqies li tkun ġiet
mibjugħa, u kull merkanzija tan-negozju hekk disposta u kull
merkanzija li tkun imbiegħet bi ħlas li ma jkunx flus għandha
titqies li tkun ġiebet il-prezz tas-suq tal-ġurnata li fiha tkun ġiet
hekk disposta jew mibjugħa, imma, meta ma jkunx hemm prezz tas-
suq, il-merkanzija tan-negozju għandha titqies li irrendiet il-prezz
illi l-Kummissarju jiddeċidi.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    73
Kap. 372.
(3) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha titqies li
ittiefes il-jedd ta’ persuna intaxxata li tappella kontra stima ta’
taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 37 ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar ċertu 
income miksub 
minn arċinjani fid-
dar fuq bażi part-
time. 
Miżjud:
XXII.1995.4.
48A. (1) Meta persuna li tkun reġistrata għall-finijiet tat-Taxxa
dwar il-Valur Mizjud tqabbad lil xi ħadd sabiex dan jagħmel xi
ħdim ta’ maljar bl-idejn, bizzilla, xogħol tal-ganċ u rakkmu ġewwa
d-dar b’rimunerazzoni għal xi sena li tiġi qabel sena ta’ stima li ma
tkunx ta’ aktar minn Lm200 it-taxxa dovuta dwar l-income imħallas
lil dak l-artiġjan fid-dar u t-tnaqqis li jista’ jsir dwar dan mill-
persuna li tkun qegħda tħaddem għandhom ikunu regolati skond
dawk ir-regoli li jistgħu isiru skond dan l-artikolu:
Iżda x-xogħol magħmul minn dawk l-artiġjani fid-dar
għandu f’kull każ ikun magħmul bl-idejn u mhux bil-makna.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel ordni li biha jestendi d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għar-rimunerazzjoni ta’ dawk
il-ħaddiema li jistgħu jiġu hekk preskritti fl-ordni skond dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti f’dak l-ordni.
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar 
income derivat 
skond l-artikolu 
4(1)(a) ta’ l-Att.
Miżjud:
II. 2002.51.
48B.  Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel
regolamenti li jippreskrivu l-mod kif l-income taxxabbli, li jaqa’ taħt l-
artikolu 4(1)(a), ta’ dawk il-persuni kif jista’ jiġi preskritt għandu jiġi
kalkolat jew stmat taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti
fir-regolamenti msemmija.
Koppji miżżewġa. 
Emendat: 
XLIX. 1974.5.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Sostitwit:
XX. 1996.13.
Emendat:
IX. 1999.14. 
49. (1) L-income ta’ koppja miżżewġa, meta ż-żewġ konjuġi
jkunu jgħixu flimkien, għandu jkun ikkuntjat f’isem il-konjuġi
responsabbli hekk magħżul jew magħżula mill-konjuġi nfushom
għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u kull prospett u kull
dikjarazzjoni li tirrigwarda sena ta’ stima li għaliha l-income ikun
hekk taxxabbli, għandhom jiġu ffirmati miż-żewġ konjuġi:
Iżda jekk il-prospett jew id-dikjarazzjoni jkunu ffirmati
mill-konjuġi responsabbli biss, jew mill-konjuġi l-ieħor f’isem il-
konjuġi responsabbli, dawn għandhom fil-każijiet kollha jkunu
presunti juris et de jure li jkunu saru bil-kunsens taż-żewġ konjuġi:
Iżda wkoll, jekk iż-żewġ konjuġi jonqsu milli jaħtru l-
konjuġi responsabbli, il-Kummissarju għandu fid-diskrezzjoni
tiegħu jiddeċiedi liema mill-konjuġi għandu jkun il-konjuġi
responsabbli.
(2) Fejn koppja miżżewġa tkun meħtieġa li tissottometti
prospett komuni skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), iż-
żewġ konjuġi jkunu responsabbli in solidum għall-qadi ta’ kull
obbligazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, u
f’nuqqas ta’ dan il-Kummissarju jkollu d-dritt, fid-diskrezzjoni
tiegħu, li jieħu azzjoni għat-twettiq tal-qadi ta’ dawk l-
obbligazzjonijiet kontra l-wieħed jew l-ieħor miż-żewġ konjuġi jew
kontra ż-żewġ konjuġi:
Iżda f’ebda każ ma tista’ tittieħed xi azzjoni kriminali
kontra konjuġi għal xi att jew nuqqas li għalih huwa jew hija jista’
ma jkunx jew tista’ ma tkunx direttament responsabbli.
     74     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(3) Meta koppja miżżewġa tagħżel li r-raġel jew il-mara
għandu jkun jew għandha tkun il-konjuġi responsabbli, dik l-għażla
għandha tibqa’ effettiva għal perijodu minimu ta’ ħames snin
konsekuttivi kemm-il darba l-Kummissarju, fid-diskrezzjoni
esklużiva tiegħu u għal raġuni xierqa, ma jawtorizzax bidla wara
petizzjoni ffirmata mir-raġel jew mill-mara u sottomessa lill-
Kummissarju mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-ewwel jum tas-
sena ta’ stima li dwarha tintalab dik il-bidla.
Kalkolu ta’ taxxa 
separat fuq ċertu 
income derivat 
minn koppji 
miżżewġa.
Miżjud:
XXXVI.l990.9 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII. 1994.19.
Sostitwit:
XX. 1996.13.
Emendat:
V. 1998.8;
XI. 2000.6;
II. 2002.52.
50. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 49, meta f’xi
sena minnufih qabel is-sena ta’ stima l-konjuġi li ma jkunx jew ma
tkunx il-konjuġi responsabbli jikseb jew tikseb income suġġett
għat-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(a) jew tal-
paragrafu (b) ta’ l-imsemmi subartikolu sakemm dan ma jirreferix
għal xi drittijiet li jinkisbu mill-kariga ta’ direttur jew tal-paragrafu
(d) ta’ l-imsemmi subartikolu safejn dan jirreferi għal pensjoni li
wieħed jirċievi mill-impieg ta’ qabel, il-konjuġi responsabbli jista’
jagħżel jew tagħżel bil-miktub li t-taxxa fuq l-income taxxabbli
dwar income bħal dak derivat mill-konjuġi l-ieħor tiġi kkalkolata
separatament. F’każ bħal dan l-income tal-konjuġi ma jiġix
magħdud flimkien ma’ l-income totali tal-konjuġi responsabbli għal
dik is-sena ta’ stima:
Iżda meta ssir dik l-għażla, għaldaqshekk, minkejja kull
ħaġ’oħra li tinsab f’dan l-Att, kull income tal-konjuġi, minbarra l-
income imsemmi f’dan is-subartikolu u suġġett għat-taxxa skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(a), (b) u (d), għandu jiġi
magħdud flimkien ma’ l-income totali tal-konjuġi li jkollu l-ogħla
income suġġett għat-taxxa skond dawk id-disposizzjonijiet jew
meta dak l-income totali tal-konjuġi jkun indaqs, dan għandu jiġi
magħdud flimkien ma’ l-income totali tal-konjuġi responsabbli, u,
t-taxxa dovuta għandha tiġi kalkolata skond hekk.
(2) It-taxxa kkalkolata separatament għal kull sena ta’ stima
dwar l-income imsemmi fis-subartikolu (1) tiġi addebitata f’isem
il-konjuġi responsabbli.
(3) L-ebda għażla msemmija fis-subartikolu (1) ma tista’ ssir
dwar income li hu suġġett għat-taxxa skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b) jew (d) meta dak l-income jkun
jikkonsisti biss minn income li hu meqjus li jikkostitwixxi benefiċċju li
jiġi minn impieg jew negozju skond ir-regolamenti msemmija fl-
artikolu 4(1)(b)(ii).
Meta għandha 
titħallas it-taxxa 
fuq arretrati ta’ 
pensjoni.
Miżjud:
II. 2003.21.
50A.   Minkejja kull ħaġa kuntrarja li hemm f’dan l-Att, meta
matul is-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima 2004 jew
matul snin ta’ stima sussegwenti persuna tircievi income li fuqu
titħallas it-taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(d),
sakemm dan ikun jirreferi għal income miġbur matul xi sena ta’
stima aktar kmieni, dak l-income għandha titħallas fuqu t-taxxa fis-
sena li jkun jirreferi għaliha:
 Iżda kull tali income li jirriferi għal xi sena ta’ stima qabel
is-sena ta’ stima 1999 għandha titħallas it-taxxa fuqu fis-sena ta’
stima 1999.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    75
Evitar ta’ taxxa. 
Sostitwit:
XXVIII. 1978.12. 
Emendat: 
XXXVI. 1990.10.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XX. 1996.14.
51. (1) Meta xi skema li tnaqqas l-ammont ta’ taxxa li għandu
jitħallas minn xi persuna tkun artifiċjali jew fittizja jew li fil-fatt
ma ngħatalhiex effett, il-Kummissarju għandu jinjora l-iskema u l-
persuni konċernati jiġu intaxxati skond hekk.
(2) Meta xi persuna, bħala riżultat dirett jew indirett ta’ xi
skema li l-uniku għan tagħha jew l-għan ewlieni tagħha jkun li
jinkiseb xi vantaġġ li għandu effett li jevita, inaqqas jew jipproponi
l-ħlas tat-taxxa li għandha titħallas, jew li jinkiseb xi ħlas lura jew
tpattija ta’ taxxa, tkun kisbet jew tkun f’qagħda li tikseb dak il-
vantaġġ, il-Kummissarju għandu, b’ordni bil-miktub, jistabbilixxi
t-taxxa li għandha titħallas jew il-jedd għal ħlas lura jew għal
tpattija ta’ taxxa ta’ l-imsemmija persuna, jew ta’ xi persuna oħra,
għas-sena ta’ stima hekk stabbilita, b’dak il-mod u għal dak l-
ammont li jkun meħtieġ, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, biex tiġi annullata
jew modifikata l-imsemmija skema u l-vantaġġ li joħroġ minnha.
(3) Meta, bħala riżultat dirett jew indirett ta’ xi disposizzjoni
magħmula fil-ħajja tad-disponent, xi income  għandu jitħallas lil
wild jew għall-ġid tiegħu fis-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’
stima, l-income  għandu, jekk fil-bidu ta’ dik is-sena l-wild ma
jkunx miżżewweġ jew ikun għadu ma għalaqx l-età  ta’ tmintax-il
sena, jitqies għall-finijiet ta’ dan l-Att bħala l-income  tad-disponent
għal dik is-sena u mhux bħala l-income  ta’ l-imsemmi wild.
(4) Meta, bħala riżultat dirett jew indirett ta’ xi skema jew ta’
xi tibdil fix-shareholding ta’ kumpannija, ikun ġie riċevut jew
akkumulat mill-kumpannija income  fis-sena li tiġi minnufih qabel
is-sena ta’ stima f’dak il-każ, kemm-il darba ma jiġix ippruvat li l-
imsemmija skema ma tkunx saret, jew li l-imsemmi tibdil ma jkunx
sar, biss jew prinċipalment għall-għan li jinkiseb il-benefiċċju ta’
xi telf, jew il-bilanċ ta’ xi telf li jkun iġġarrab mill-kumpannija f’xi
sena qabel is-sena ta’ stima, jew ta’ xi tqagħbir ordinarju jew
tnaqqis inizjali, jew tal-bilanċ ta’ xi tnaqqis bħal dak li jkun dovut
dwar xi sena kif intqal qabel, sabiex jiġi evitat li titħallas taxxa
mill-kumpannija jew minn xi persuna oħra - 
(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(1)(g) ma
għandhomx japplikaw dwar xi telf li jiġġarrab mill-
kumpannija matul is-sena li fiha dik l-iskema tkun
saret jew dak it-tibdil ikun sar, jew dwar xi telf jew
bilanċ ta’ telf li xort’oħra kien ikun miġjub ’il
quddiem f’dik is-sena jew minn dik is-sena għal snin
ta’ wara;
(b) id-disposizzjonijiet tat-tieni proviso għall-artikolu
14(1)(f) ma għandhomx japplikaw hekk li jingħata xi
tnaqqis li l-kumpannija xort’oħra jista’ jkollha jedd
għalih matul is-sena li fiha dik l-iskema kienet saret
jew dak it-tibdil ikun sar, dwar it-tnaqqis maħsub
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(f) u  (j)
ta’ dak l-artikolu, jew dwar dak it-tnaqqis jew il-bilanċ
ta’ dak it-tnaqqis li xort’oħra jista’ jiġi miġjub ’il
quddiem minn dik is-sena għas-snin ta’ wara;
(ċ) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 għandhom jiġu
applikati bħallikieku d-disposizzjonijiet tal-paragrafi
     76     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu ma jkunux ingħataw
effett.
(5) F’dan l-artikolu:
"skema" tinkludi kull disposizzjoni, ftehim, arranġament, trust,
għoti, patt, trasferiment ta’ attiv u trasferiment ta’ proprjetà , ikunu
li jkunu irrispettivament mid-data li fiha dik l-iskema tkun saret,
ittieħed sehem fiha jew inbdiet;
"wild" tinkludi:
(a) bin jew bint ir-raġel jew il-mara, jew tifel jew tifla
adottati, jew tifel jew tifla illeġittimi ta’ l-individwu
jew tar-raġel jew ta’ mart l-individwu;
(b) tifel jew tifla ltiema minn jew abbandunati mill-
missier jew l-omm u jgħixu ma’ l-individwu jew mar-
raġel jew mara ta’ l-individwu.
Deċiżjonijiet bil-
quddiem dwar 
taxxa.
Miżjud: 
XVII. 1994.20.
52. (1) Il-Kummissarju għandu, fuq l-applikazzjoni ta’
kumpannija li tkun parti f’xi operazzjoni, javża d-deċiżjoni tiegħu
li l-artikolu 51 ma japplikax għal dik l-operazzjoni kemm-il darba
l-Kummissarju jkun sodisfatt li l-operazzjoni tkun ser ssir għal
raġunijiet kummerċjali bona fide.
(2) Il-Kummissarju għandu, fuq l-applikazzjoni ta’ xi persuna,
javża d-deċiżjoni tiegħu li d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (f) tat-
tifsira ta’ "sehem parteċipanti" kif imfisser fl-artikolu 2  dwar
sehem parteċipanti jkun japplika għal sehem azzjonarju partikolari
jew għal sehem azzjonarju li jkun se jiġi akkwistat mill-applikant.
(3) Il-Kummissarju għandu, fuq l-applikazzjoni ta’ xi persuna
li tkun kumpannija, javża d-deċiżjoni tiegħu dwar kif xi
operazzjoni li tolqot xi att finanzjarju jew sigurtajiet oħra tkun se
tiġi trattata dwar taxxa.
(4) Il-Kummissarju għandu, fuq l-applikazzjoni ta’ xi persuna,
javża d-deċiżjoni tiegħu dwar kif xi operazzjoni li tinvolvi
kummerċ internazzjonali tkun se tiġi trattata dwar taxxa, iżda jkun
il-Kummissarju fid-diskrezzjoni tiegħu li jiddeċiedi x’inħu
kummerċ internazzjonali għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu.
(5) Il-Kummissarju għandu, fuq l-applikazzjoni ta’ xi persuna,
javża d-deċizjoni tiegħu dwar jekk kumpannija tikkwalifikax bħala
kumpannija b’kummerċ internazzjonali.
(6) L-avviż ta’ deċiżjoni speċifikat f’dan l-artikolu jista’
jingħata qabel ma ssir xi operazzjoni li dwarha ssir applikazzjoni
għal deċiżjoni.
(7) (a) L-applikazzjonijiet kollha skond dan l-artikolu
għandhom isiru bil-miktub u għandu jkollhom it-
tagħrif materjali kollu dwar l-operazzjonijiet li jkunu
se jsiru.
(b) Meta l-Kummissarju jkun jeħtieġ aktar tagħrif sabiex
ikun jista’ jiddeċiedi fuq applikazzjoni skond dan l-
artikolu, il-Kummissarju għandu, fi żmien tletin jum
minn meta jirċievi l-applikazzjoni, jew minn meta
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    77
jirċievi iktar tagħrif li jkun talab qabel skond dan il-
paragrafu, b’avviż bil-miktub, jeħtieġ lill-applikant li
jagħti dak it-tagħrif l-ieħor, u jekk dak l-avviż ma
jitħarisx fi żmien tletin jum, jew f’dak iż-żmien itwal
li l-Kummissarju jista’ jagħti, il-Kummissarju
m’għandux ikompli jipproċedi b’dik l-applikazzjoni.
(ċ) Il-Kummissarju għandu javża d-deċiżjoni tiegħu lill-
applikant fi żmien tletin jum li jirċievi l-applikazzjoni
jew, jekk jagħti avviż skond il-paragrafu (b), fi żmien
tletin jum wara li jkun tħares l-avviż.
(d) Jekk xi tagħrif mogħti skond dan l-artikolu ma jkunx
juri b’mod komplet u preċiż il-fatti u l-
kunsiderazzjonijiet kollha materjali għad-deċiżjoni tal-
Kummissarju, kull deċiżjoni li tingħata b’riżultat tkun
bla effett.
(8) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7)(d),
deċiżjoni tal-Kummissarju torbot lill-Kummissarju u
tibqa’ torbtu għal perijodu ta’ sentejn minn meta jkun
hemm xi tibdil rilevanti fid-disposizzjonijiet tal-liġi
wara dik id-deċiżjoni, jew għal perijodu ta’ ħames snin
minn meta tingħata dik id-deċiżjoni, skond liema jkun
l-iqsar żmien.
(b) Deċiżjoni tal-Kummissarju tista’, jekk l-applikant
hekk jagħżel, tiġġedded għal perijodu ieħor ta’ ħames
snin. Applikazzjoni għal tiġdid għandha tingħata bil-
miktub lill-Kummissarju, fejn tgħid jekk kienx hemm
jew le xi tibdil materjali fil-fatti u kunsiderazzjoni li
kienu jinsabu fl-applikazzjoni oriġinali u x-xorta ta’
dak it-tibdil. Dak it-tiġdid m’għandux bla raġuni
jinżamm mill-Kummissarju.
Regoli dwar 
finance leasing.
Miżjud:
XI.2000.7.
52A.  Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel regoli
sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-
Taxxi għar-rigward ta’ arranġamenti ta’ finance leasing b’mod
ġenerali u jista’ in partikolari b’dawk ir-regoli jipprovdi dwar kif
tnaqqis li jsiru fil-produzzjoni ta’ l-income għandhom jingħataw
fir-rigward il-lessor u l-lessee, kif ukoll jipprovdi kif u sakemm,
jekk ikun hemm, telf in rigward arranġamenti ta’ finance leasing
jistgħu jitpaċew ma’ qligħ li jsir minn xi għajn oħra ta’ income.
     78     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
TAQSIMA VI 
TNAQQIS PERSUNALI
Individwu 
residenti. 
Emendat: 
VI. 1953.3; 
V. 1964.2; 
VIII. 1969.6; 
XXXV. 1972.6; 
X. 1973.4; 
XLIX. 1974.6; 
XLII. 1975.7; 
XXII. 1976.4;
XXIV.1976.4; 
XXVI. 1977.11;
XXVIII. 1978.13; 
XXI. 1980.7; 
IX. 1981.6;
XL. 1981.3; 
IX. 1983.7; 
XIV. 1984.5; 
VIII. 1987.6; 
XXXI. 1988.5; 
XIX. 1989.5. 
Sostitwit:
XXXVI. 1990.11. 
Emendat: 
XVIII. 1993.6.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.21. 
Dipendenti.
53. Imħassar bl-Att XX.1996.15.
Allowances lil 
persuni mhux 
residenti. 
Emendat: 
XV. 1958.2;
XXV. 1960.8; 
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
54. Imħassar bl-Att XX.1996.15.
Talbiet taħt din it-
Taqsima. 
Emendat: 
VIII. 1969.7. 
Sostitwit: 
XXVI. 1977.12. 
Emendat:
XXXVI. 1990.12.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.22.
55. Imħassar bl-Att XX.1996.15.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    79
TAQSIMA VII 
RATA TAT-TAXXA
Rati normali ta’ 
taxxa fuq individwi 
u ċerti korpi ta’ 
persuni. 
Emendat: 
V. 1958.6;
XVI. 1959.2; 
XXIV. 1961.3; 
XXV. 1962.5; 
XIV. 1963.3; 
V. 1964.3; 
VIII. 1969.8; 
XXVIII. 1972.2; 
X. 1973.5; 
XLII. 1975.8;
XXII. 1976.4; 
XXIV. 1976.5; 
XXVI. 1977.13;
XXVIII. 1978.14; 
IX. 1981.7; 
XL. 1981.4; 
XIII. 1983.4; 
XIV. 1984.6; 
VIII.1987.7; 
XXXI. 1988.6; 
XIX. 1989.6. 
Sostitwit:
XXXVI. 1990.13. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XVII.1994.23;
XXII.1995.5;
XX. 1996.16;
V. 1998.8;
IX.1999.14;
XI. 2000.8;
IV. 2001.35;
II. 2002.53;
II. 2003.22.
56. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-
artikolu it-taxxa fuq l-income  taxxabbli ta’ kull persuna tkun
intaxxata bir-rati li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ koppja miżżewġa residenti f’Malta fis-sena
minnufih qabel is-sena ta’ stima u li għaliha japplika l-
artikolu 49 ħlief meta l-konjuġi responsabbli jkun
għażel komputazzjoni separata għall-finijiet ta’ l-
artikolu 50 -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm4300  ..................................... 0ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1700 ta’ wara ................................. 15ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1250 ta’ wara ................................. 20ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1250 ta’ wara ................................. 25ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1500 ta’ wara.................................  30ċ 
Għal kull lira mill-bqija....................................................  35ċ;
(b) fil-każ ta’ kull individwu ieħor residenti f’Malta,
inkluż ir-raġel u l-mara meta l-konjuġi responsabbli
jkun għażel komputazzjoni separata għall-finijiet ta’ l-
artikolu 50 -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm3100 ...................................... 0ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1000 ta’ wara.................................  15ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm900 ta’ wara...................................  20ċ
Għal kull lira fuq l-Lm1000 ta’ wara ................................  25ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm750 ta’ wara...................................  30ċ
Għal kull lira mill-bqija..................................................... 35ċ:
Iżda:
(a) minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
paragrafu, meta individwu ma kienx miżżewweġ jew
kien armel jew kienet armla, jew kien konjuġi separat
jew separata de jure jew de facto, ir-rati li japplikaw
għall-income taxxabbli ta’ individwu bħal dak għas-
sena ta’ stima 2000 u għal kull sena ta’ stima li tiġi
wara dik is-sena ta’ stima għandhom ikunu, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’ dan il-
proviso, dawk stipulati fil-paragrafu (a);
(b) il-paragrafu (a) ta’ dan il-proviso japplika meta dak l-
individwu, fis-sena li tiġi qabel is-sena ta’ stima:
(i) irid ikun mantna taħt il-kustodja tiegħu jew
tagħha tifel jew tifla li ma jkunux għalqu s-
sittax-il sena jew, jekk kienu għalqu dik l-età ,
kienu qed jirċievu tagħlim full-time f’xi
università , kulleġġ jew stabbiliment edukattiv
ieħor, jew kienu apprendist f’xi sengħa jew
professjoni, jew kienu inkapaċitati b’mard li ma
     80     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
jħallihomx jieħdu ħsieb tagħhom infushom, u li,
f’kull każ, ma kienux qed jirċievu income,
b’jedd tagħhom infushom, li jeċċedi Lm1,000;
Kap. 318.
(ii) meta titħallas l-allowance tat-tfal għar-rigward
ta’ dak it-tifel jew tifla skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, kien rikonoxxut mid-Direttur
(Sigurtà  Soċjali) bħala l-benefiċjarju ta’ l-
allowance tat-tfal li titħallas għar-rigward ta’
dak it-tifel;
(iii) ma kienx qiegħed jirċievi xi għajnuna
finanzjarja għar-rigward tal-manteniment ta’ dak
it-tifel mill-genitur l-ieħor ta’ dak it-tifel;
(iv) ma kienx jgħix jew joqgħod fl-istess dar mal-
ġenitur l-ieħor ta’ dak it-tifel.
(ċ) fil-każ ta’ kull individwu li ma jkunx residenti f’Malta
matul is-sena minnufih qabel is-sena ta’ stima -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm300 ........................................0ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1000 ta’ wara................................. 20ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm2000 ta’ wara ................................ 30ċ 
Għal kull lira mill-bqija .....................................................35ċ;
(d) fil-każ ta’ kull persuna oħra -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm1000..................................... 15ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1000 ta’ wara................................. 20ċ 
Għal kull lira fuq l-Lm1500 ta’ wara ................................ 30ċ 
Għal kull lira mill-bqija ...................................................... 35ċ.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), it-taxxa
fuq l-income taxxabbli ta’ l-individwi msemmija fl-imsemmi
subartikolu tkun intaxxata bir-rati speċjali li ġejjin:
(a) Fil-każ ta’ individwu mwieled barra minn Malta li kien
residenti f’Malta fis-sena minnufih qabel is-sena ta’
stima u li jipprova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju
li rċieva f’Malta fi żmien wieħed jew iżjed matul is-
sena minnufih qabel is-sena ta’ stima ammont ta’
income ta’ mhux anqas minn tmien mitt lira li jiġi
minn barra minn Malta u taxxabbli skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att -
(i) li jkun individwu miżżewweġ li għalih japplika
l-artikolu 49 -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm2500............... 0ċ
Għal kull lira mill-bqija............................... 15ċ
(ii) li jkun individwu ieħor bħal dak -
Għal kull lira fuq l-ewwel Lm 1800............... 0ċ 
Għal kull lira mill-bqija............................... 15ċ 
Iżda, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu li jaħbat sewwa sew wara dan, ir-rati
mniżżlin fis-sub-paragrafi (i) u (ii) ma jkunux
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    81
japplikaw jekk l-individwu kien domiċiljat f’Malta
jew ordinarjament residenti f’Malta qabel l-ewwel
ġurnata ta’ Jannar, 1958.
(b) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ fid-
diskrezzjoni tiegħu jawtorizza l-applikazzjoni tal-
paragrafu (a) għal kull individwu mwieled barra minn
Malta, għalkemm kien domiċiljat u/ordinarjament
residenti f’Malta qabel l-ewwel ġurnata ta’ Jannar,
1958, jekk il-Ministru jkun sodisfatt li l-imsemmi
individwu kien assenti minn Malta fil-perijodu bejn
dik id-data u l-wieħed u tletin ta’ Diċembru, 1963,
salvi viżiti okkażjonali.
(ċ) Fil-każ ta’ individwu mwieled f’Malta li kien residenti
f’Malta fis-sena minnufih qabel is-sena ta’ stima u li
jipprova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li kien
attwalment irrisjeda barra minn Malta għal perijodu
totali ta’ mhux anqas minn għoxrin sena wara l-ewwel
ġurnata ta’ Jannar, 1938 u li rċieva f’Malta fi żmien
wieħed jew iżjed matul is-sena minnufih qabel is-sena
ta’ stima ammont ta’ income ta’ mhux anqas minn
ħames mitt lira li jiġi minn barra minn Malta u
taxxabbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ir-
rati mniżżlin skond il-paragrafu (a)(i) jew (ii), skond
il-każ, għandhom japplikaw:
Iżda -
(i) ebda rati bħal dawn ma jkunu japplikaw kemm-il
darba l-Kummissarju ma jkunx sodisfatt li l-
individwu kien ordinarjament residenti u
domiċiljat f’Malta fis-sena minnufih qabel is-
sena ta’ stima;
(ii) fl-ikkalkolar ta’ l-imsemmi perijodu totali ta’
għoxrin sena għandhom ikunu esklużi s-snin
kalendarji kollha li matulhom l-individwu kien
ordinarjament residenti f’Malta, u l-perijodi
kollha qabel data li tkun qabel bi tletin sena l-
ewwel ġurnata tas-sena ta’ stima li fiha l-
individwu jissodisfa għall-ewwel darba l-
kondizzjonijiet l-oħra kollha stipulati f’dan is-
subartikolu.
(d) Fil-paragrafi (a), (b) u (ċ) -
"individwu mwieled barra minn Malta" tfisser
individwu mhux imwieled f’Malta li l-ġenituri tiegħu
ma kenux domiċiljati f’Malta jew ma kenux
ordinarjament residenti f’Malta fid-data tat-twelid
tiegħu jew f’xi żmien matul l-għaxar snin qabel din id-
data;
"riċevut f’Malta" tfisser l-eċċess ta’ l-ammont ta’
income li jiġi minn barra minn Malta u riċevut f’Malta
fuq kull somma trasferita barra minn Malta. 
(e) Ir-rati msemmijin fil-paragrafi (a), (b) u (ċ) japplikaw
biss għal kull individwu li kien intitolat għal tnaqqis
     82     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
personali ieħor ta’ ħames mitt lira f’xi sena ta’ stima
sas-sena ta’ stima 1972, u, fil-każ tal-mewt tiegħu,
japplikaw għall-konjuġi li jibqa’ ħaj.
(f) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 49, il-
konjuġi responsabbli għandu, għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu, ikun il-konjuġi li f’ismu jkun inħareġ il-
permess għal residenza. 
(3) Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ma għandha b’xi mod titqies
li tħassar id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (13).
(4) It-taxxa għandha tiġi ntaxxata bir-rata ta’ 20ċ fuq kull lira
ta’ l-income taxxabbli ta’ -
(a) kull entità  li għaliha japplika l-artikolu 30; u
(b) kull fondazzjoni, tħollija, trust, istituzzjoni, jew
organizzazzjoni oħra jew korp ta’ persuni ieħor li l-
income tiegħu għandu speċifikatament jiġi applikat
għal kollox biex jipprovdi income għall-membri tal-
kleru:
Iżda meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li xi parti minn dak
l-income ġie fil-fatt applikat għal membri tal-kleru residenti
f’Malta jew għal kommunitajiet ekklesjastiċi hekk residenti, dik il-
parti ta’ l-income għandha tkun eżenti mit-taxxa f’idejn il-
fondazzjoni, tħollija, trust, istituzzjoni, jew organizzazzjoni oħra
jew korp ta’ persuni ieħor kif intqal qabel, ukoll meta l-artikolu
30(2) ikun japplika għal dik il-fondazzjoni, tħollija, trust,
istituzzjoni, jew organizzazzjoni oħra jew korp ta’ persuni ieħor.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), ebda taxxa
ntaxxata skond id-disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu ma
għandha titqies li hi parti minn xi taxxa li tista’ tittieħed bi tpattija
għall-fini ta’ ġbir skond l-artikolu 60.
(6) It-taxxa għandha tiġi ntaxxata bir-rata ta’ 35ċ fuq kull lira
ta’ l-income taxxabbli ta’ kull -
(a) kumpannija;
(b) enti morali imwaqqaf b’liġi; u
(ċ) impriża li skond l-artikolu 30(7)(d) għandha tiġi
meqjusa bħala korp ta’ persuni separat.
(7) Imħassar bl-Att II.2002.53.
(8) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-artikolu, persuna
li tkun qed tirċievi dividend imqassam minn kumpannija
b’kummerċ internazzjonali minn profitti miksubin mill-kumpannija
filwaqt li din kienet kumpannija b’kummerċ internazzjonali, tiġi
ntaxxata taxxa dwar dak id-dividend bir-rata ta’ sebgħa u għoxrin u
nofs fil-mija (27.5%) ta’ dak l-ammont daqslikieku dak id-dividend
jikkostitwixxi income taxxabbli separat, meta dik il-persuna jew:
(a) ma tkunx residenti f’Malta u li, fejn applikabbli, ma
tkunx proprjetà  ta’, u kontrollata minn, direttament
jew indirettament, lanqas ma taġixxi f’isem, persuna
jew persuni li ordinarjament jirrisjedu u domiċiljati
f’Malta; jew
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    83
(b) tkun kumpannija residenti f’Malta u tkun kollha kemm
hi proprjetà  ta’ persuna jew persuni li ma jkunux
residenti f’Malta, kemm-il darba dik il-persuna jew
dawk il-persuni ma jkunux proprjetà  ta’ u kontrollati
minn, direttament jew indirettament, lanqas ma taġixxi
f’isem, persuna jew persuni li ordinarjament jirrisjedu
u domiċiljati f’Malta.
L-ogħla rata ta’ 
taxxa f’ċerti 
każijiet.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (12), it-
taxxa li għandha tiġi ntaxxata skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan l-artikolu m’għandha f’ebda każ tkun iżjed mir-rata ta’ - 
(a) 10ċ fuq kull lira ta’ l-income  taxxabbli ta’ kull trade
union; u
(b) 30ċ fuq kull lira ta’ l-income  taxxabbli ta’ kull każin
jew istituzzjoni oħra simili li ma tkun proprjetà  ta’
ħadd jekk il-Kummissarju jkun sodisfatt li ebda parti
mill-income  ma jkun jista’ jitqassam lil, jew xort’oħra
jkun disponibbli għall-benefiċċju personali ta’ xi sid
jew membru bħala tali.
Rati ta’ taxxa 
speċjali ta’ l-inqas 
ammont ta’ taxxa li 
jista’ jitħallas.
Kap. 217.
(10) (10) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) -
(a) fil-każ ta’ individwu li jkun ingħata permess ta’
residenza taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni, it-taxxa fuq l-income li jsir ħlas fuqu,
li ma jkunx income imsemmi fil-paragrafu (b),
għandha titħallas -
(i) fil-każ ta’ individwu li jkun ingħata dak il-
permess ta’ residenza fi jew wara l-erbatax-il
jum ta’ Novembru, 1972, imma qabel l-ewwel
jum ta’ Jannar, 1988, bir-rati stipulati fis-
subparagrafu (i) jew (ii), skond il-każ, tas-
subartikolu (2):
Iżda l-inqas taxxa li titħallas minn dak l-
individwu dwar xi sena ta’ stima tkun ta’ elf lira;
(ii) fil-każ ta’ individwu li jkun ingħata dak il-
permess ta’ residenza fi jew wara l-ewwel jum
ta’ Jannar, 1988, bi 15-il ċenteżmu għal kull lira:
Iżda l-inqas ammont ta’ income li fuqu
għandha titħallas it-taxxa dwar xi sena ta’ stima
għandu jitqies li jkun tnax-il elf lira u t-taxxa li
tirriżulta fuq dak l-ammont, wara li jitqies kull
ħelsien minn taxxa doppja li dak l-individwu
jista’ jkollu jedd għalih, ma għandux ikun inqas
mit-taxxa li kieku kienet tirriżulta billi tiġi
applikata dik ir-rata fuq dak l-income li jitqies
bħala l-inqas li għandha titħallas fuqu;
(b) income li jinkiseb minn Malta u li t-taxxa tkun titħallas
fuqu taħt l-artikolu 4(1)(a) u (b), għandu jitqies li jkun
jikkostitwixxi income li titħallas taxxa fuqu li għandu
jiġi intaxxat separatament bir-rati stipulati fis-
subartikolu (1)(a) jew (b) li jibdew bir-rata ta’ 15-il
ċenteżmu fuq kull lira.
     84     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
(11) (a)(i)It-taxxa fuq l-income taxxabbli minbarra l-income
imsemmi fis-sub-paragrafu (ii), ta’ kull individwu mwieled f’Malta
li, wara li jkun emigra jkun irritorna bħala residenti f’Malta wara l-
ewwel ta’ Jannar, 1988, għandha tiġi ntaxxata bir-rati mniżżlin fis-
subartikolu (1), jew, jekk hekk jagħżel, u sakemm dik l-għażla ma
tiġix rinunzjata minnu, bir-rati mniżżlin fis-subartikolu (2)(i) jew
(ii). L-għażla msemmija ma tistax terġa’ tintuża ġaladarba tkun ġiet
rinunzjata:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom
japplikaw biss meta individwu bħal dak jipprova għas-sodisfazzjon
tal-Kummissarju illi jew:
(a) kien attwalment jirrisjedi barra minn Malta għal
perijodu totali ta’ għoxrin sena li jaqgħu f’perijodu ta’
ħamsa u għoxrin sena li jiġu qabel l-ewwel jum tas-
sena ta’ stima li fiha l-individwu jirritorna bħala
residenti f’Malta wara l-ewwel jum ta’ Jannar, 1988, u
li jkun irċieva f’Malta fi żmien wieħed jew iżjed matul
is-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima ammont
ta’ income ta’ mhux anqas minn sitt elef lira li jiġi
minn barra mill-gżira u taxxabbli skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att b’dan illi fil-każ ta’
persuna miżżewġa l-ammont ta’ income imsemmi ta’
sitt elef lira għandu jiżdied b’elf lira dwar kull qarib
dipendenti inkluż konjuġi; jew
Kap. 217.
(b) ma jkunx ta’ nazzjonalità  Maltija u ma jkunx jissodisfa
l-perijodu ta’ residenza barra minn Malta msemmi fil-
paragrafu (a) ta’ dan il-proviso, u illi jkun jissodisfa
kondizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-immigrazzjoni skond l-
artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni, għall-ħruġ
ta’ permess għal residenza kif eżistenti fiż-żmien tar-
ritorn ta’ dak l-individwu f’Malta:
Iżda wkoll l-inqas taxxa li għandha titħallas minn
kull individwu bħal dak għal kull sena ta’ stima li fiha
l-individwu jagħżel li jħallas bir-rati mniżżlin fis-
subartikolu (2)(a)(i) jew (ii) għandha, wara li jiġi
kkunsidrat xi ħelsien minn taxxa doppja li dak l-
individwu jista’ jkun intitolat għalih, tkun ta’ elf lira.
(ii) Fil-każ ta’ income derivat minn Malta u taxxabbli skond l-
artikolu 4(1)(a) u (b), dak l-income jitqies li jikkostitwixxi income
taxxabbli li għandu jiġi ntaxxat separatament bir-rati mniżżlin fis-
subartikolu (1)(a) li jibdew bir-rata ta’ 15ċ fuq kull lira.
(b) Fil-każ tal-mewt ta’ xi individwu li għalih japplika l-
paragrafu (a) u li jkun intaxxat bir-rati mniżżlin fis-subartikolu
(2)(a)(i), l-konjuġi li jibqa’ ħaj ikun intitolat li jagħżel li jiġi
intaxxat bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-
individwu li miet u intaxxat bir-rati mniżżlin fis-subartikolu
(2)(a)(ii), u sakemm dik l-għażla ma tiġix rinunzjata, il-konjuġi li
jibqa’ ħaj jiġi ikkunsidrat li ssodisfa hu stess il-perijodu ta’ assenza
minn Malta li jikkwalifika hemm stipulat.
(12) Kull min - 
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    85
(a) jagħmel xi nuqqas meta jippreżenta prospett dwar xi
sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999 jiġi
ntaxxat għal dik is-sena ta’ stima b’taxxa ta’ tliet
darbiet l-ammont tat-taxxa li għaliha huwa suġġett
għal dik is-sena skond is-subartikoli l-oħra ta’ dan l-
artikolu jew b’dak l-ammont iżgħar ta’ taxxa li jista’
jiġi stabbilit mill-Kummissarju iżda li f’ebda każ ma
jkun inqas minn għaxar liri jew nofs wieħed fil-mija
ta’ l-imsemmi ammont ta’ taxxa li għaliha huwa
suġġett, skond liema minnhom tkun l-akbar; jew
(b) jommetti mill-prospett tiegħu għal xi sena ta’ stima li
tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999 xi ammont li jkun
imissu ġie inkluż fil-prospett, ikun suġġett għal
ammont ta’ taxxa li jkun daqs darbtejn id-differenza
bejn it-taxxa kif ikkalkulata dwar l-income   imniżżel
minnu u t-taxxa li sewwa sew għandha tkun intaxxata
kif iffissata wara li jidħlu l-ammonti ommessi; 
u jkollu jħallas dak l-ammont ta’ taxxa minbarra t-taxxa li sew sew
għandha tkun intaxxata dwar l-income  tiegħu veru; jew 
(ċ) jagħmel xi nuqqas meta jippreżenta prospett għar-
rigward tas-sena ta’ stima 1999 jew xi sena ta’ stima
sussegwenti jew jommetti mill-prospett tiegħu għas-
sena ta’ stima 1999 jew xi sena ta’ stima sussegwenti
xi ammont li jkun imissu ġie inkluż fil-prospett, ikun
għal dik is-sena ta’ stima suġġett għal taxxa
addizzjonali b’ammont jew ammonti speċifikati fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, u jkollu jħallas dak l-
ammont ta’ taxxa minbarra t-taxxa li sew sew għandha
tkun intaxxata fuq l-income totali għal dik is-sena:
Iżda jekk il-Kummissarju jkun sodisfatt illi n-nuqqas tal-
konsenja tal-prospett jew xi ommissjoni bħal din kif hemm
imsemmi fil-paragrafi (a) u (b) ma kienux dovuti għal xi frodi,
qerq, tidwir jew negliġenza kbira jew bir-rieda, huwa jaħfer kollha
kemm hi t-taxxa tripla jew addizzjonali speċifikata fil-paragrafi
msemmija u, f’kull każ ieħor, jista’ jaħfer xi sehem minn jew
kollha hemm hi t-taxxa tripla jew addizzjonali kif huwa jidhirlu
xieraq:
Iżda wkoll fil-każ ta’ korp ta’ persuni il-Kummissarju ma
għandhux inaqqas xi taxxa li għandha tiġi ntaxxata skond il-
paragrafu (a) għal inqas minn lira waħda jew għal inqas minn
għaxra fil-mija tat-taxxa totali li għandha tiġi ntaxxata skond is-
subartikoli l-oħra ta’ dan l-artikolu għas-sena ta’ stima relattiva,
skond liema jkun l-ikbar:
Kap. 372.
Il-Kummissarju jkun bagħat lil xi persuna avviż imsemmi
fl-artikolu 12(3) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, dik
il-persuna jkollha tħallas, għal kull avviż bħal dak, taxxa
addizzjonali skond kif ikun speċifikat f’dak l-avviż għas-sena ta’
stima li dwarha jkun sar in-nuqqas iżda li f’ebda każ ma għandha
tkun iżjed minn għaxar liri. Il-Kummissarju jista’ biss jaħfer din it-
taxxa addizzjonali meta huwa jkun sodisfatt li minħabba assenza
minn Malta, mard jew raġuni xierqa oħra dik il-persuna ma
     86     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
setgħetx tagħti prospett skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 10 jew
11 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa:
Iżda wkoll:
Kap. 372.
(i) is-setgħat mogħtija lill-Kummissarju b’dan is-
subartikolu jkunu minbarra kull jedd mogħti lilu
sabiex jibda provvedimenti dwar reat skond it-
Taqsima IX ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa;
(ii) persuna li meta tkun qed tistabbilixxi l-income
totali tiegħu u kemm għandu jħallas taxxa fuqu,
skond ma juri fil-prospett tiegħu, tnaqqas jew
tpaċi xi ammont, liema tnaqqis jew tpaċija ma
jkunx permess taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti
dwar it-Taxxi, jew juri bħala nefqa jew telf xi
ammont li huwa ma jkunx fil-fatt nefaq jew tilef,
jew jipprovdi jew iżomm informazzjoni li r-
riżultat tagħha ikun tnaqqis ta’ l-ammont ta’
taxxa li titħallas minnu jew żieda fl-ammont ta’
taxxa li titħallas lura lilu, titqies għall-finijiet ta’
dan is-subartikolu bħala li tkun għamlet
ommissjoni mill-prospett tagħha;
Kap. 372.
(iii) kull taxxa ntaxxata skond id-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu m’għandhiex titqies li hi parti
minn xi taxxa mħallsa jew li għandha titħallas
għall-finijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, jew ta’ l-artikoli 59, 76 u 89, jew ta’ l-
artikoli 51 u 52 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa;
(iv) meta n-nuqqas jew ommissjoni jkunu saru dwar
prospett meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’ l-Atti
dwar it-Taxxa li għandu jingħata minn persuna
oħra f’isem kumpannija, dik il-kumpannija tkun
suġġetta għat-taxxa addizzjonali li għandha tiġi
ntaxxata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu.
(13) It-taxxa fuq l-income   taxxabbli ta’ xi persuna li tkun
imqabbda fil-produzzjoni tal-pitrolju prodott f’Malta għandha
tkun- 
(a) meta l-qligħ jew il-profitti jiġu aċċertati kif provdut
fil-paragrafu (i) tal-proviso għall-artikolu 14(1), bir-
rata ta’ ħamsin ċenteżmu fuq kull lira fuq dik il-parti
ta’ l-income   taxxabbli tagħha li hekk jinkiseb, u bir-
rati xierqa murija fis-subartikoli l-oħra ta’ dan l-
artikolu fuq dik il-parti li mhux hekk tinkiseb; jew
(b) meta l-qligħ jew il-profitti jiġu aċċertati kif provdut
fil-paragrafu (ii) tal-proviso għall-artikolu 14(1), bir-
rata ta’ ħamsin ċenteżmu fuq kull lira fuq dik il-parti
ta’ l-income   taxxabbli tagħha li hekk jinkiseb, u bir-
rati xierqa murija fis-subartikoli l-oħra ta’ dan l-
artikolu fuq dik il-parti li mhux hekk tinkiseb:
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    87
Iżda f’każ ta’ kuntratt ta’ production sharing
iffirmat wara l-1 ta’ Jannar, 1996, it-taxxa titħallas bir-
rata stipulata fis-subartikolu (6).
(14) Kull persuna msemmija fis-subartikolu (11) għandha - 
Kap. 156. 
Kap. 194.
(a) fil-każ ta’ persuna msemmija fil-paragrafu (a) tiegħu,
ikollha u għandha żżomm uffiċċju permanenti f’Malta
fejn għandhom isiru l-kuntratti kollha għall-bejgħ jew
tneħħija ta’ pitrolju prodott f’Malta jew ta’ drittijiet u
interessi li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-pitrolju, u l-
prezzijiet tal-bejgħ jew tat-tneħħija ta’ dak il-pitrolju
jew tad-drittijiet u l-interessi li għandhom jintużaw
fid-dokumenti tal-kontijiet kollha u fil-prospetti kollha
li jingħataw għall-finijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx
ikunu inqas mill-valuri mogħtija lilhom għall-finijiet
tar-royalties skond il-pattijiet tal-liċenza mogħtija lil
dik il-persuna skond l-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Pitrolju jew skond dak l-Att u skond l-Att dwar il-
Blata Kontinentali;
(b) fil-każ ta’ persuna msemmija fil-paragrafu (b) tiegħu,
ikollha u għandha żżomm uffiċċju permanenti f’Malta
għat-tmexxija ta’ xogħol skond il-liċenza, il-kuntratt
jew arranġament ieħor, skond il-każ, u l-valuri li
għandhom jintużaw minn dik il-persuna fid-dokumenti
tal-kontijiet kollha għandhom, għall-finijiet ta’ dan l-
Att, jiġu aċċertati bil-mod provdut skond il-paragrafu
(ii) tal-proviso ta’ l-artikolu 14(1).
(15) Kull persuna mqabbda f’sengħa jew negozju li jkollha qligħ
jew profitti f’parti mill-bejgħ jew tneħħija tal-pitrolju prodott
f’Malta jew ta’ jeddijiet jew interessi li għandhom x’jaqsmu ma’
dak il-pitrolju u f’parti minn xi sengħa, negozju, professjoni jew
vokazzjoni oħra, għandha, dwar l-ewwel parti msemmija tas-
sengħa jew negozju tagħha, tqiegħed kapital separat u żżomm kotba
u records u kontijiet oħra separati u ma għandhiex iżżomm il-
kontijiet ta’ dik il-parti tas-sengħa jew negozju tagħha flimkien ma’
dawk tas-sengħa, negozju, professjoni jew vokazzjoni oħra tagħha.
Il-kontijiet tas-sengħa jew negozju ta’ persuna li l-qligħ jew profitti
tagħhom jiġu miksuba mill-bejgħ jew tneħħija ta’ pitrolju prodott
f’Malta jew ta’ jeddijiet u nteressi li għandhom x’jaqsmu ma’ dak
il-pitrolju għandhom isiru skond il-prattika konsistenti u aċċettata
b’mod ġenerali dwar kif jinżammu l-kontijiet.
(16) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (15) japplikaw mutatis
mutandis għal kull persuna li tkun qed taħdem f’Malta taħt liċenza,
kuntratt jew arranġament ieħor kif imsemmi fil-paragrafu (ii) tal-
proviso għall-artikolu 14(1).
(17) Meta, matul is-sena li tiġi minnufih qabel xi sena ta’ stima,
xi individwu jikseb income  suġġett għat-taxxa skond l-artikolu
4(1)(b), li jkunu emolumenti li jitħallsu taħt kuntratt ta’ impieg li
jkun jeħtieġ li jsir xogħol jew dmirijiet prinċipalment barra minn
Malta, iżda minbarra kull servizz abbord bastiment, inġenju ta’ l-
ajru jew vettura tat-triq li jkunu proprjetà  ta’, noleġġati jew mikrija
minn kumpannija Maltija u kull servizz għall-Gvern ta’ Malta, u li
     88     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
jiġu riċevuti dwar xogħol jew dmirijiet li jsiru barra minn Malta,
jew dwar xi perijodu f’Malta in konnessjoni ma’ dak ix-xogħol jew
ma dawk id-dmirijiet, jew waqt leave matul il-qadi ta’ dak ix-
xogħol jew dmirijiet - 
(a) minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f’dan l-Att, dak
l-income  għandu jitqies li jikkostitwixxi l-aħħar parti
ta’ l-income  totali ta’ dak l-individwu għal dik is-sena
u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ),
ma jkunx suġġett għal ammont ta’ taxxa li jkun iżjed
minn - 
(i) Lm300 fis-sena fil-każ ta’ ħaddiem mhux bis-
sengħa;
(ii) Lm450 fis-sena fil-każ ta’ ħaddiem bis-sengħa;
(iii) Lm500 fis-sena fil-każ ta’ tekniku; u
(iv) Lm1,000 fis-sena fil-każ ta’ individwu li jagħti
servizz fil-management jew professjonali;
(b) f’kull każ partikolari il-Kummissarju għandu
jistabbilixxi fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu liema
kategorija mill-kategoriji murija fi-paragrafu (a)
għandha tiġi applikata;
(ċ) meta l-imsemmi xogħol jew l-imsemmija dmirijiet ma
jsirux matul is-sena sħiħa, l-ogħla ammonti
applikabbli skond il-paragrafu (a) għandhom jitnaqqsu
bil-proporzjon li dak il-perijodu li matulu x-xogħol
jew id-dmirijiet hekk isiru għandu mas-sena sħiħa;
Kap. 318.
(d) meta t-taxxa li għandha tiġi intaxxata lil xi individwu
titnaqqas skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu, din għandha tkompli titnaqqas bl-ammont
ta’ kull kontribuzzjoni imħallsa mill-imsemmi
individwu skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali matul il-
perijodu li fih ix-xogħol jew id-dmirijiet relattivi
jkunu saru.
(18) It-taxxa fuq l-income   imsemmi fl-artikolu 4(6) għandha
tkun bir-rata ta’ għaxar ċenteżmi fuq kull lira ta’ dak l-income , u
minkejja kull ħaġa kuntrarja li tinsab f’dan l-Att, ma jingħata ebda
tnaqqis jew rifużjoni lil xi persuna dwar it-taxxa hekk intaxxata.
(18A)Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-artikolu, meta
persuna mhux residenti tikseb xi income minn attivitajiet ta’
spettaklu li jsiru f’Malta għal żmien mhux iktar minn ħmistax-il
ġurnata fis-sena li tiġi qabel xi sena ta’ stima, it-taxxa għandha
titħallas bir-rata ta’ għaxar ċenteżmi fuq kull lira mill-ħlas gross li
jiġi riċevut għar-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, u ma jingħata ebda
tnaqqis jew rifużjoni lil xi persuna dwar it-taxxa hekk intaxxata:
Iżda meta dawk l-attivitajiet isiru f’Malta għal żmien li
jeċċedi l-ħmistax-il ġurnata, il-persuna mhux residenti għandha
tiddikjara l-income tagħha minn attivitajiet ta’ spettaklu fi prospett
li jsir skond l-Atti dwar it-Taxxi u jkollha tħallas fuq dak l-income
bir-rati stabbiliti fis-subartikolu (1)(ċ), u f’każ bħal dak kull taxxa
mħallsa fuq dak l-income skond dan l-artikolu għandu jkun
disponibbli bħala kreditu għal xi passiv fit-taxxa li dik il-persuna
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    89
jista’ jkollha u meta xi taxxa hekk imħallsa tkun iktar minn dak il-
passiv din għandu jsir rifużjoni tagħha.
(19) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, iżda
bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (12), il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jordna b’avviż ippubblikat fil-
Gazzetta, li għal prattiċità  u ekonomija:
(a) fil-każ ta’ likwidazzjonijiet żgħar għal taxxa li ma
tkunx iżjed mill-ammont speċifikat fl-imsemmi avviż,
ma ssirx il-likwidazzjoni; u
(b) biex jiffissa l-income   taxxabbli ta’ kull persuna u l-
ammont ta’ taxxa li għandha titħallas u anke biex ipaċi
xi ammonti ta’ taxxa diġà  imħallsa, il-Kummissarju
jista’ jżid jew inaqqas kull ammont għad-dritt lejn l-
eqreb lira.
(20) (a) Meta xi membru ta’ kumpannija residenti f’Malta jkun
residenti ta’ xi Stat jew territorju li miegħu Malta tkun għamlet
arranġament taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għall-għoti ta’
ħelsien minn tassazzjoni doppja, u taħt dak l-arranġament xi dividend,
jew parti minnu, distribwit minn dik il-kumpannija jkun suġġett għat-
taxxa fuq l-income f’Malta b’rata inqas minn dik li għandha titħallas
fuq l-income li minnu jitqassam id-dividend, dik il-kumpannija jkollha
jedd li teħtieġ li l-qligħ jew il-profitti, jew parti minnhom, miksuba
minnha għas-sena ta’ stima 2001 u għal snin ta’ stima sussegwenti u li
jitqassmu bħala dividend suġġetti għal taxxa b’rata inqas kif hawn
aktar qabel imsemmi għandhom, minkejja li d-dividend jew parti
minnu ma jkunx ġie mqassam, jiġu intaxxati bir-rata mnaqqsa
msemmija u mhux bir-rata li għandha sewsew titħallas taħt dan l-Att
fuq il-qligħ jew profitti tal-kumpannija:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu
biss japplikaw għar-rigward ta’ kumpanniji li ma jbiegħux bl-imnut u
persuna għandha titqies li ma tkunx tbiegħ bl-imnut jekk il-bejgħ
tagħha ta’ oġġetti w servizzi jsir lil:
(i) persuna li tmexxi kummerċ, negozju, professjoni jew
vokazzjoni u li l-oġġetti jew servizzi hekk mibjugħin
lil dik il-persuna jew jerġgħu jinbiegħu minn dik il-
persuna jew inkella jintużaw minn dik il-persuna
għall-fini tal-kummerċ, negozju, professjoni jew
vokazzjoni tagħha; jew
(ii) persuna, li ma tkunx individwu, li juża dawk l-oġġetti
għall-fini ta’ xi intrapriża li titmexxa minn dik il-persuna:
Iżda wkoll meta kumpannija tkun għażlet li tiġi intaxxata
b’rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-income kif provdut b’dan il-paragrafu,
ebda persuna li tkun qegħda tirċievi xi dividend imħallas minn dik il-
kumpannija minn profitti li jkunu suġġetti għat-taxxa b’dik ir-rata
mnaqqsa ta’ taxxa, ma għandu jkollha jedd titlob ħlas lura taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi għar-rigward ta’ dak id-
dividend.
(b) Meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) jkunu ġew
applikati u sussegwentement ikun hemm bidla fil-parteċipazzjoni
     90     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
azzjonarja tal-kumpannija hekk li l-azzjonarji l-ġodda ma
ikollhomx jedd għal rata mnaqqsa ta’ taxxa taħt xi arranġament
bħal dak imsemmi qabel jew jekk ikollhom dak il-jedd, ir-rata
applikabbli f’dak l-arranġament tkun iktar mir-rata applikabbli
għall-azzjonarju li qed jispiċċa, għaldaqstant il-profitti kollha li ma
jkunux ġew imqassmin fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja tal-
kumpannija li tiġi qabel id-data tal-bidla fil-parteċipazzjoni
azzjonarja nieqes kull distribuzzjoni ta’ profitti li jsiru lill-
azzjonarju li qed jispiċċa fis-sena finanzjarja kurrenti għandhom
jiġu intaxxatib’rata li tkun id-differenza bejn ir-rata ta’ taxxa li
tkun tapplika kieku l-azzjonarju l-ġdid jkun żamm l-ishma meta
kienu inqalgħu dawk il-profitti, u r-rata attwalment applikata, u dik
it-taxxa għandha tkun taxxa li titħallas mill-kumpannija fis-sena ta’
stima li fiha jitqassmu dawk il-profitti:
Iżda meta membru ta’ xi kumpannija jkun ukoll kumpannija
inkorporata taħt il-liġi ta’ Malta, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom ikunu japplikaw sa l-istess limitu bħallikieku l-
membri ta’ dik l-aħħar kumpannija kellhom l-ishma direttament fil-
kumpannija.
Miżjuda: 
XXXVI. 1990.14.
TAQSIMA VIII 
REBATE TA’ TAXXA
Rebate ta’ taxxa. 
Miżjud:
XXXVI. 1990.14. 
Emendat: 
XVIII. 1993.7.
.inumerat:
XVII. 1994.2.
57. Imħassar bl-Att XX.1996.17.
Iktar rebate. 
Miżjud: 
VIII. 1991.3. 
Emendat: 
XVIII. 1993.8. 
Sostitwit:
I. 1994.2.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat: 
XXII.1995.6.
58. Imħassar bl-Att XX.1996.17.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    91
TAQSIMA IX 
PERSUNI TAXXABBLI
Tnaqqis ta’ taxxa. 
Emendat: 
XLI. 1961.2; 
VIII. 1969.9;
XXVIII. 1972.3; 
XXIV. 1976.6; 
XXVI. 1977.14; 
XXXVI. 1990.15.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.24;
V. 1998.8;
IX.1999.14.
59. (1) (a) Kull kumpannija residenti f’Malta, li ma tkunx
kumpannija msemmija fil-paragrafu (b), tkun intitolata
li tnaqqas mill-ammont ta’ kull dividend minbarra
dividend imħallas minn profitti li jistgħu jitqassmu
allokati lill-kont mhux intaxxat u minbarra dividend
imsemmi fl-artikolu 12(1)(p), imħallas lil xi
azzjonista, taxxa bir-rata mħallsa jew li għandha
titħallas mill-kumpannija, bla ma jittieħed kont tal-
ħelsien tat-taxxa doppja, fuq l-income li minnu dak id-
dividend jitħallas:
Iżda meta t-taxxa ma titħallasx jew ma għandhiex
titħallas mill-kumpannija fuq l-income  kollu li minnu
d-dividend jitħallas, it-tnaqqis ikun ristrett għal dik il-
porzjon mid-dividend li jitħallas mill-income  li fuqu t-
taxxa titħallas jew għandha titħallas mill-kumpannija.
 (b) (i) Kull skema ta’ investiment kollettiv tkun
intitolata li tnaqqas mill-ammont ta’ kull
dividend, minbarra dividend imħallas minn
profitti li jistgħu jitqassmu allokati lill-kont
mhux intaxxat, imħallas lil xi azzjonista, taxxa
bir-rata mħallsa, b’dik li għandha titħallas jew
b’dik imġarrba mill-iskema ta’ investiment
kollettiv, skond liema rata tkun l-ogħla, bla ma
jittieħed kont tal-ħelsien tat-taxxa doppja, fuq l-
income li minnu dak id-dividend jitħallas:
 Iżda meta t-taxxa ma titħallasx, ma
għandhiex titħallas jew ma tkunx imġarrba mill-
iskema ta’ investiment kollettiv fuq l-income
kollu li minnu d-dividend jitħallas, it-tnaqqis
ikun ristrett għal dik il-porzjon mid-dividend li
jitħallas mill-income li fuqu t-taxxa titħallas,
għandha titħallas jew tkun imġarrba mill-iskema
ta’ investiment kollettiv.
 (ii) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31 għandhom
ikunu japplikaw għall-income ta’ persuna li
jitnissel minn dividend imsemmi fis-sub-
paragrafu (i).
(2) Meta dwar xi sena ta’ stima r-rata ta’ taxxa li għandha
titħallas skond l-artikolu 56 fuq l-income  taxxabbli ta’ kumpannija
tiżdied u xi kumpannija kostitwita skond il-liġi fis-seħħ f’Malta
jew residenti f’Malta tkun, qabel id-data tal-bidu tal-liġi li timponi
r-rata miżjuda ta’ taxxa, naqqset minn dividend imħallas lill-
azzjonista (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan is-subartikolu
msemmi bħala "id-dividend oriġinali") taxxa b’rata iżgħar minn dik
imħallsa jew li għandha titħallas mill-kumpannija għal dik is-sena
dwar l-income  li minnu dak id-dividend jitħallas, il-kumpannija
jkollha l-jedd - 
(a) fl-okkażjoni tal-ħlas ta’ wara ta’ dividend mill-
     92     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
kumpannija (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan is-
subartikolu msejjaħ bħala "id-dividend ta’ wara"),
sabiex ikun sodisfatt minn dak id-dividend l-ammont
ta’ dak it-tnaqqis nieqes minbarra li jkun sodisfatt kull
tnaqqis ieħor illi l-kumpanija hija ntitolata li tagħmel
minn dak id-dividend, irrispettivament jekk il-persuna
li tkun intitolata għad-dividend ta’ wara hix jew mhix
il-persuna li kienet intitolata għad-dividend oriġinali;
jew
(b) bil-permess miktub tal-Kummissarju, li tiġbor
mingħand il-persuna, li lilha d-dividend oriġinali kien
tħallas, l-ammont ta’ dak it-tnaqqis nieqes (li jkun
speċifikat f’dak il-permess miktub) daqslikieku dak l-
ammont kien dejn dovut lill-kumpannija; u fil-
proċedimenti għall-ġbir ta’ dak l-ammont, dak il-
permess miktub ikun xiehda ta’ dak id-dejn, u prova
tal-firma tal-Kummissarju fuq dak il-permess miktub
ma tkunx meħtieġa kemm-il darba l-qorti għal xi
raġuni speċjali ma tordnax xort’oħra.
(3) Meta dwar xi sena ta’ stima xi kumpannija kostitiwita
skond il-liġi fis-seħħ f’Malta jew residenti f’Malta, li ma tkunx
kumpannija minn dawk imsemmija fis-subartikolu (1)(b), tkun
naqqset minn dividend imħallas lil azzjonista (hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan is-subartikolu imsejjaħ bħala "id-dividend
oriġinali") taxxa b’rata ogħla minn dik imħallsa jew li għandha
titħallas mill-kumpannija għal dik is-sena dwar l-income  li minnu
dak id-dividend jitħallas, f’dak il-każ, kemm-il darba l-kumpannija
ma tkunx ħallset l-ammont ta’ dak it-tnaqqis żejjed skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-kumpannija għandha, fl-
okkażjoni tal-ħlas ta’ wara ta’ dividend mill-kumpannija (hawn
iżjed ’il quddiem f’dan is-subartikolu msejjaħ bħala "id-dividend
ta’ wara") tħallas dak l-ammont billi tnaqqas mill-ammont tat-taxxa
mnaqqsa mill-kumpannija minn dak id-dividend irrespettivament
jekk il-persuna li tkun intitolata għad-dividend ta’ wara tkunx jew
ma tkunx il-persuna li kienet intitolata għad-dividend oriġinali.
(4) Meta xi kumpannija bħal dik tkun, meta ħallset dividend lil
azzjonista, għamlet tnaqqis żejjed bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (3), il-kumpannija għandha, fi żmien erbatax-il jum
mid-data tal-prospett ta’ taxxa rilevanti għall-income  li minnu dak
id-dividend kien tħallas, tagħti rendikont lill-Kummissarju ta’ l-
ammont ta’ dak it-tnaqqis żejjed u l-Kummissarju jkun jista’ f’kull
żmien wara li jkun wasallu dak il-kont, kif intqal hawn qabel imma
qabel ma’ dak it-tnaqqis żejjed ikun tħallas skond id-
disposizjonijiet tas-subartikolu (3), b’avviż bil-miktub notifikat
lill-kumpannija jordna lill-kumpannija sabiex tħallas dak l-ammont
lilu u dak l-ammont għandu minnufih isir dejn dovut lill-Gvern, li
għandu jitħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika ta’ dak l-
avviż, u għandu jinġabar bħala hekk.
(5) (a) Kull kumpannija għandha mal-ħlas ta’ dividend, sew
jekk taxxa titnaqqas minnu jew le, tagħti lil kull
azzjonista ċertifikat tad-dividend.
(b) Iċ-ċertifikat tad-dividend ikun f’dik il-forma li l-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    93
Kummissarju jeħtieġ u għandu jkun fih, għar-rigward
tad-dividend imqassam lil dak l-azzjonista partikolari,
it-tagħrif li ġej:
(i) l-ammont gross tal-profitti mqassma, dwar kull
kont, qabel ma titnaqqas xi taxxa li għandha
tkun intaxxata lill-kumpannija dwar dawk il-
profitti mqassma;
(ii) it-taxxa totali li għandha tiġi ntaxxata lill-
kumpannija dwar il-profitti mqassma fejn
jintwerew separatament:
(1) it-taxxa ta’ Malta li għandha titħallas
wara li jingħata l-ħelsien kollu minn
taxxa doppja; u
(2) it-taxxa barranija li dwarha jkun
ingħata ħelsien minn taxxa doppja
skond id-disposizzjonijiet tal-ħelsien
ta’ taxxa doppja, tal-ħelsien dwar it-
taxxa tal-Commonwealth u tal-ħelsien
unilaterali; u
(3) l-ammont li jkun ikkumpensat mit-
taxxa ta’ Malta wara talba għal
ħelsien minn taxxa doppja skond id-
disposizzjonijiet ta’ kreditu ta’ taxxa
barranija b’rata waħda;
(iii) l-ammont tal-profitti mqassma minn kull kont,
wara li titnaqqas it-taxxa msemmija skond is-
sub-paragrafu (ii) ta’ dan il-paragrafu;
(iv) it-taxxa li għandha titħallas mat-tqassim skond l-
artikoli 62, 67 u 67A li għandha tintwera
separatament mit-taxxa msemmija fis-sub-
paragrafu (ii);
(v) l-ammont nett ta’ dividend imħallas lill-
azzjonista;
(vi) meta t-taxxa mħallsa jew li għandha titħallas
mill-kumpannija fuq il-profitti jkunu hekk qed
jitqassmu tkun effettwata mill-ħelsien ta’ taxxa
doppja, ir-rata, hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dan l-Att imsejħa "ir-rata nett ta’ Malta", tat-
taxxa mħallsa jew li għandha titħallas mill-
kumpannija wara li jittieħed kont tal-ħelsien
mit-taxxa doppja;
(vii) meta l-profitti li jkunu qed jitqassmu ikunu ġew
eżentati mit-taxxa u t-tqassim ta’ dawk il-profitti
mill-kumpannija jkunu eżentati mit-taxxa
f’idejn l-azzjonista, nota li tikkwota l-liġi
rilevanti li tagħti dak il-ħelsien;
     94     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Kap. 372.
(viii) meta l-profitti li jkunu qed jitqassmu minn
kumpannija (l-ewwel kumpannija) jinkludu
dividend riċevut minn kumpannija oħra (it-tieni
kumpannija), li dwarhom l-ewwel kumpannija
jkollha jedd tagħmel talba għal ħlas lura skond l-
artikolu 48(4) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa, dwar it-taxxa mħallsa fuqhom mit-
tieni kumpannija, dikjarazzjoni li tgħid li l-
ewwel kumpannija jkollha jedd tagħmel talba
dwar dawk il-profitti mqassma;
(ix) kull tagħrif ieħor li jkun meħtieġ mill-
Kummissarju.
(6) Kull kumpannija kostitwita skond il-liġi fis-seħħ f’Malta
jew residenti f’Malta għandha, mal-ħlas ta’ l-imgħax fuq l-
obligazzjonijiet jew ta’ l-imgħax fuq xi self ieħor magħmul lil
kumpannija għal skop ta’ kapital (minbarra imgħax fuq depożiti u
kontijiet kurrenti tal-klienti) tnaqqas minn dak l-imgħax taxxa bir-
rata ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu fuq kull lira minn dak l-imgħax
meta dak il-ħlas isir lil persuna li ma tkunx kumpannija, u bir-rata
taxxabbli skond l-artikolu 56(6), minn dak l-imgħax meta l-ħlas isir
lil kumpannija u għandha minnufih tagħti rendikont lill-
Kummissarju ta’ l-ammont hekk imnaqqas u kull ammont bħal dak
ikun dejn dovut minn dik il-kumpannija lill-Gvern li jkollu jitħallas
fi żmien xahar mid-data tal-ħlas ta’ dak l-imgħax u għandu jinġabar
bħala hekk:
Iżda meta l-Kummissarju jagħti ċertifikat bil-miktub illi
mill-aħjar li jaf l-income  kollu ta’ riċevent ikun inqas mill-
minimum suġġett għat taxxa ta’ l-income  jew fil-każ ta’ persuna li
ma tkunx kumpannija, dak l-income  ikun suġġett għal rata tat-taxxa
fuq l-income  inqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija, il-kumpannija
għandha, sakemm dak iċ-ċertifikat ma jitħassarx mill-
Kummissarju, tħallas l-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet jew imgħax
fuq xi self ieħor mingħajr tnaqqis jew tnaqqas taxxa b’dik ir-rata
inqas skond il-każ.
(7) Kull kumpannija bħal din għandha mal-ħlas ta’ dak l-
imgħax tagħti lil kull persuna, li lilha jsir dak il-ħlas, ċertifikat fejn
ikun hemm imsemmi l-ammont ta’ l-imgħax imħallas lilha u l-
ammont tat-taxxa illi l-kumpannija tkun naqqset minn dak l-
imgħax.
(8) Kull rendikont meħtieġ li jsir jew kull ċertifikat meħtieġ li
jingħata skond dan l-artikolu għandu jsir jew jingħata, skond il-każ,
mill-manager jew funzjonarju prinċipali ieħor tal-kumpannija.
(9) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 60 -
"azzjonista" tinkludi kull persuna li jkollha pussess ta’ units fi
skema ta’ investiment kollettiv;
"dividend" tinkludi kull tqassim li jsir minn skema ta’
investiment kollettiv;
"ħelsien tat-taxxa doppja" tfisser kull kreditu jew ħelsien ieħor
għal taxxa barranija li jingħataw bis-saħħa ta’ kull ħelsien stipulat
fl-artikolu 74;
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    95
"kumpannija" tinkludi skema ta’ investiment kollettiv; u
"taxxa li għandha tkun intaxxata lill-kumpannija" tinkludi taxxa
mġarrba minn skema ta’ investiment kollettiv, sew bi tnaqqis sew
xort’oħra.
Tpattija tat-taxxa 
f’xi każijiet. 
Emendat: 
XLII. 1975.9;
XXIV. 1976.7; 
XXVIII. 1978.15; 
XIV. 1984.7.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.25;
II. 2003.23.
60. Kull taxxa illi l-kumpannija tkun naqqset jew li jkollha l-
jedd tnaqqas skond l-artikolu 59 minn dividend imħallas lil
azzjonista, minn imgħax fuq obbligazzjonijiet li għandu jitħallas lil
detentur ta’ obbligazzjoni jew minn imgħax fuq xi self ieħor li
għandu jitħallas lil kreditur, u kull taxxa applikabbli għas-sehem li
għalih xi persuna tkun intitulata mill-income  ta’ korp ta’ persuni
intaxxat skond dan l-Att, għandha, meta dak id-dividend jew
imgħax jew sehem ikun imdaħħal fl-income  taxxabbli ta’ dak l-
azzjonista jew persuna, tiġi mpattija sabiex tinġabar għat-taxxa li
għandha titħallas fuq dak l-income  taxxabbli:
Iżda, b’dak kollu li jinsab f’dan l-artikolu, jew fl-aħħar
artikolu qabel dan, iżda suġġett għall-proviso li ġej, meta
kumpannija tkun naqqset taxxa, l-ammont tat-taxxa mnaqqsa minn
kumpannija minn xi dividend imħallas mill-kumpannija lil xi
azzjonista għandu jitpatta mat-taxxa dovuta mir-riċevent ta’ dak id-
dividend, irrispettivament jekk fil-ħlas tad-dividend il-kumpannija
għamletx tnaqqis nieqes jew tnaqqis żejjed jew xi tiswija ta’
tnaqqis nieqes jew tnaqqis żejjed ta’ taxxa li jkun sar qabel, ħlief
meta kumpannija tkun ġabret l-ammont ta’ xi tnaqqis nieqes skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59(2)(b) li f’dak il-każ tpattija
għandha tkun permessa ta’ l-ammont tat-taxxa effettivament
imnaqqas mill-kumpannija u ta’ l-ammont tat-taxxa miġbur mill-
kumpannija skond dawk id-disposizzjonijiet:
Iżda wkoll ma għandha ssir ebda tpattija kif intqal qabel
kemm-il darba ċ-ċertifikat imsemmi fl-artikolu 59(5) jew (7) ma
jiġix prodott lill-Kummissarju u kemm-il darba t-taxxa ma tkunx
fil-fatt tħallset:
Iżda wkoll f’ebda każ ma għandha ssir xi tpattija dwar:
(a) xi taxxa li kumpannija tkun naqqset, jew li għandha
jedd li tnaqqas minn xi dividend imħallas lil xi persuna
li, bis-saħħa ta’ xi eżenzjoni mogħtija b’xi liġi jew
taħtha, ma għandhiex tiġi ntaxxata fuqu; u
Kap. 372.
(b) xi taxxa li tiġi ntaxxata lil xi korp ta’ persuni skond l-
artikolu 56(4), jew skond l-artikolu 27(3) u (4) ta’ l-
Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Tifsir. 
Miżjud: 
XVII. 1994.26. 
61. Għall-finijiet ta’ l-artikoli minn 62 sa 69: 
(i) "riċevitur" tfisser:
(a) persuna, minbarra kumpannija, residenti f’Malta
fis-sena li fiha hi jew persuna oħra f’isimha tkun
irċeviet dividend; jew
(b) persuna mhux residenti (magħduda kumpannija
mhux residenti) li tkun proprjetà  ta’, u
kontrollata minn, direttament jew indirettament,
jew li taġixxi f’isem, persuna li ordinarjament
     96     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
tirresjedi u domiċiljata f’Malta;
(ii) "dividend mhux intaxxat" tfisser dividend imħallas
minn kumpannija residenti f’Malta sal-limitu li
jitħallas minn profitti li jistgħu jitqassmu allokati
għall-kont tagħha mhux intaxxat.
Taxxa fuq dividend 
minn kont mhux 
intaxxat. 
Miżjud: 
XVII. 1994.26. 
62. (1) Kull kumpannija għandha, mal-ħlas ta’ dividend mhux
intaxxat lil riċevitur, tnaqqas minnu taxxa bir-rata ta’ ħmistax fil-
mija.
(2) Kull ammont imnaqqas skond is-subartikolu (1) ikun dejn
dovut minn dik il-kumpannija lill-Kummissarju li għandu jitħallas
mhux iktar tard mill-erbatax-il jum li jaħbat wara l-aħħar tax-xahar
li fih id-dividend ikun tħallas u għandu hekk jinġabar:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx
dwar ħlasijiet ta’ dividendi mhux intaxxati lil persuni li huma
eżentati mit-taxxa.
Preżunzjoni ta’ 
tnaqqis. 
Miżjud: 
XVII. 1994.26. 
63. Ikun preżunt, safejn għandha x’taqsam ir-responsabbilità
għat-taxxa tar-riċevitur ta’ dividend, li t-tnaqqis u l-ħlas li jkollhom
isiru skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 62 ikunu saru.
Meta tapplika l-
preżunzjoni. 
Miżjud:
XVII. 1994.26.
64. Meta tapplika l-preżunzjoni msemmija fl-artikolu 63:
(a) riċevitur ta’ dividend ma jkunx obbligat li jiddikjara d-
dividend f’xi prospett magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; u
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 65, ebda
persuna ma tkun intaxxata aktar taxxa skond dan l-Att
dwar dak id-dividend.
Għażla tar-
riċevituri li 
jiddikjaraw. 
Miżjud: 
XVII. 1994.26. 
65. Riċevitur ta’ dividend mhux intaxxat jista’ jiddikjara dak
id-dividend fil-prospett tat-taxxa tiegħu u meta tkun saret
dikjarazzjoni kif intqal qabel kull taxxa (jew ħlas ieħor) dovuta
għandha tkun stabbilita daqslikieku l-artikolu 64 ma kienx japplika,
u kull taxxa miżmuma skond l-artikolu 62 tkun kreditata kontra r-
responsabbilità  tat-taxxa tar-riċevitur u, fejn applikabbli, tkun tista’
tittieħed bħala ħlas lura li jista’ jkun dovut dwar dik it-taxxa għas-
sena ta’ stima rilevanti.
Dividend mhux 
intaxxat imħallas 
lil min mhux 
riċevitur.
Miżjud:
XVII. 1994.26. 
66. Meta dividend mhux intaxxat jitħallas lil persuna, li ma
tkunx riċevitur kif imfisser skond l-artikolu 61, dak id-dividend ma
jkunx suġġett għat-taxxa skond dan l-Att f’idejn dik il-persuna u
meta dik il-persuna ma tkunx residenti f’Malta dik il-persuna ma
tkunx obbligata li tiddikjara l-eżistenza tad-dividend f’xi prospett
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
Ħlas ta’ dividend 
minn kont intaxxat 
jew minn kont ta’ 
income  barrani. 
Miżjud:
XVII. 1994.26.
67. (1) Meta kumpannija tħallas dividend lil persuna residenti
f’Malta minn profitti allokati lill-kont intaxxat f’Malta jew lill-
kont ta’ income  barrani u liema profitti jkunu ġew intaxxati b’rata li
hi inqas mir-rata ta’ taxxa li għandha tiġi ntaxxata fiż-żmien tat-
tqassim, skond l-artikolu 56(6), minħabba biss il-fatt li kienet
tapplika rata ta’ taxxa differenti fiż-żmien li fihom il-profitti li
jkunu qed jitqassmu kienu suġġetti għat-taxxa, il-kumpannija
għandha tnaqqas taxxa bir-rata li tkun daqs id-differenza bejn ir-
rata kurrenti u dik attwalment intaxxata kif intqal qabel fuq l-
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    97
ammont ta’ dividend qabel ma titnaqqas xi taxxa li tkun ħallset fuq
il-profitti li hekk ikunu qed jitqassmu:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx dwar dawk il-ħlasijiet ta’ dividendi lil persuni li huma
eżentati mit-taxxa. 
(2) Kull ammont imnaqqas skond is-subartikolu (1) ikun dejn
dovut minn dik il-kumpannija lill-Kummissarju li għandu jitħallas
mhux iktar tard mill-erbatax-il jum li jaħbat wara l-aħħar tax-xahar
li matulu tħallas dak id-dividend u għandu hekk jinġabar.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mit-63 sal-65 għandhom
japplikaw mutatis mutandis kif japplikaw għal tqassim mill-kont
mhux intaxxat u riferenzi f’dawk l-artikoli għall-artikolu 62
għandhom jitqiesu bħala riferenzi għas-subartikolu (1).
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna residenti f’Malta
għandha tinkludi persuna mhux residenti (magħduda kumpannija
mhux residenti) li tkun proprjetà  ta’, u kontrollata minn,
direttament jew indirettament, jew li taġixxi f’isem persuna, li
ordinarjament tirrisjedi u domiċiljata f’Malta.
Profitti mqassma 
minn Skema ta’ 
Investiment 
Kollettiv
Miżjud:
XVII. 1994.26.
67A. (1) Meta skema ta’ investiment kollettiv, li tkun
kostitwita bħala kumpannija tħallas dividend lil persuna residenti
f’Malta minn profitti allokati għall-kont ta’ income  barrani din
għandha tnaqqas taxxa bir-rata ta’ ħmistax fil-mija ta’ l-ammont
nett tad-dividend, jiġifieri wara li tnaqqas kull taxxa li għandha
jedd tnaqqas skond l-artikolu 59(1):
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx dwar dawk il-ħlasijiet ta’ dividendi lil persuni li jkunu
eżentati mit-taxxa. 
(2) Meta skema ta’ investiment kollettiv, li ma tkunx kostitwita
bħala kumpannija, tqassam profitti lil persuni residenti f’Malta,
għandha tnaqqas taxxa daqslikieku, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu,
dik l-iskema ta’ investiment kollettiv kienet kostitwita bħala
kumpannija. F’dan ir-rigward it-taxxa għandha titnaqqas minn kull
tqassim ta’ profitti li, kieku dik l-iskema ta’ investiment kollettiv
kienet kostitwita bħala kumpannija, kienu jkunu allokati jew lill-
kont ta’ l-income  barrani jew lill-kont mhux intaxxat:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx dwar dawk il-ħlasijiet li jsiru lil persuni li huma
eżentati mit-taxxa.
(3) Kull ammont imnaqqas skond is-subartikoli (1) u (2) jkun
dejn dovut minn dik l-iskema ta’ investiment kollettiv lill-
Kummissarju li jkollu jitħallas mhux iktar tard mill-erbatax-il jum
wara l-aħħar tax-xahar li matulu jkun sar it-tqassim u għandu hekk
jinġabar.
(4) L-artikoli minn 63 sa 65  għandhom japplikaw mutatis
mutandis fiċ-ċirkostanzi murija fis-subartikoli (1) u (2) kif
japplikaw għal tqassim minn kont mhux intaxxat. Riferenzi f’dawk
l-artikoli għall-artikolu 62 għandhom jiftiehmu bħala riferenzi
għas-subartikolu (1) jew (2), skond il-każ, u riferenzi għal dividend
jew dividend mhux intaxxat għandhom jiftehmu bħala riferenzi
     98     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
għall-profitti mqassma minn skema ta’ investiment kollettiv meta r-
rabta tal-kliem hekk teħtieġ.
(5) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 61 u tas-subartikoli (1) u (2),
f’każ ta’ skema ta’ investiment kollettiv li tkun eżentata mit-taxxa
skond l-artikolu 12(1)(s), il-profitti li jkunu allokati lill-kont
intaxxat f’Malta li kieku skema ta’ investiment kollettiv ma kenitx
hekk eżentata, għandhom, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan
l-Att, ikunu hekk allokati:
Iżda jekk dawk il-profitti kienu jkunu allokati fil-kont ta’
income  barrani li kieku l-iskema ta’ investiment kollettiv ma kenitx
eżenti mit-taxxa u ma kenitx eskluża milli talloka profitti fil-kont
ta’ income  barrani tagħha, dawn il-profitti għandhom għall-finijiet
ta’ dan is-subartikolu, ma jiġux allokati fil-kont intaxxat f’Malta
iżda għandhom jiġu allokati fil-kont mhux intaxxat.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna residenti f’Malta
tinkludi persuna mhux residenti (magħduda kumpannija mhux
residenti) li tkun proprjetà  ta’ u kontrollata minn, direttament jew
indirettament, jew li taġixxi f’isem, persuna li ordinarjament
tirrisjedi u domiċiljata f’Malta.
 Ebda obbligu ta’ 
dikjarazzjoni.
Miżjud:
XVII. 1994.26. 
68. (1) (a) Kull persuna li ma tkunx residenti f’Malta jew kull
individwu li jkun residenti f’Malta u li jirċievi dividend imħallas
mill-profitti li jistgħu jitqassmu allokati lill-kont ta’ income  barrani
jew lill-kont intaxxat f’Malta ma jkunx obbligat li jiddikjara l-
eżistenza ta’ dak id-dividend f’xi prospett magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi.
(b) L-ebda persuna ma għandha tkun intaxxata iktar taxxa
skond dan l-Att dwar l-income  msemmi fil-paragrafu (a).
(2) (a)Kull persuna, li ma tkunx kumpannija residenti f’Malta,
ma tkunx obbligata li tiddikjara f’xi prospett magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar il-profitti mqassmin
minn skema ta’ investiment kollettiv li ma tkunx kostitwita bħala
kumpannija, meta dawk il-profitti kienu jkunu allokati lill-kont ta’
income  barrani jew lill-kont intaxxat f’Malta li kieku dik l-iskema
ta’ investiment kollettiv kienet kostitwita bħala kumpannija.
(b) L-ebda persuna ma għandha tkun intaxxata iktar taxxa
skond dan l-Att dwar il-profitti msemmija fil-paragrafu (a).
Limitu tar-
responsabbilità .
Miżjud:
XVII. 1994.26.
Kap. 372.
69. Meta xi persuna tonqos li tnaqqas u tħallas it-taxxa skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 62, 67 u 67A, id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 73(4)  u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 40(1) ta’ l-
Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, għandhom japplikaw
mutatis mutandis.
1ntaxxar tal-
fiduċjarji, eċċ. 
Emendat: 
XLII. 1975.10.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
IX. 1999.14.
70. (1) Receiver,  fiduċjarju, gwardjan, tutur, kuratur,
sekwestratarju ġudiżjarju jew kumitat, li jkollu f’idejh id-
direzzjoni, kontroll jew tmexxija ta’ xi proprjetà  jew azjenda
f’isem xi persuna jkun suġġett għat-taxxa dwar income  derivat
minn dik il-proprjetà  jew azjenda bl-istess manjera u bl-istess
ammont bħal ma dik il-persuna kienet tkun suġġetta li kieku kienet
daħħlet dak l-income , u dak ir-receiver, fiduċjarju, gwardjan, tutur,
kuratur, sekwestratarju ġudizjarju jew kumitat ikun responsabbli
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    99
għall-egħmil tal-materji u ħwejjeġ kollha li għandhom isiru skond
dan l-Att għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar, stima u ħlas tat-
taxxa:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma ttiefes ir-responsabbiltà
ta’ xi persuna rappreżentata minn dak ir-receiver, fiduċjarju,
gwardjan, tutur, kuratur, sekwestratarju ġudizjarju jew kumitat li
tiġi hija stess intaxxata f’isimha stess.
(2) Kull persuna li lilha tiġi fdata t-tmexxija jew l-
amministrazzjoni ta’ xi proprjetà  msemmija fl-artikolu 30, jew ta’
xi fondazzjoni, tħollija, trust, istituzzjoni, jew xi organizzazzjoni
jew korp ta’ persuni, imsemmija fl-artikolu 56(4)(b), jew li tirċievi
income  għan-nom tagħhom, għandha, għall-finijiet tas-subartikolu
(1), titqies li hija fiduċjarju dwar dik il-proprjetà  jew income .
Persuni mejta. 
Emendat:
XXV. 1960.10.
Sostitwit:
XLIX. 1974.7. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
 71. Meta xi individwu jmut matul is-sena li taħbat qabel is-
sena ta’ stima u kieku ma mietx dak l-individwu kien ikun suġġett
għat taxxa għas-sena ta’ stima, jew meta xi individwu jmut matul
is-sena ta’ stima jew fi żmien ħames snin wara l-egħluq ta’ dik is-
sena u ebda stima ta’ taxxa ma tkun saret għalih jew tkun saret
stima ta’ taxxa b’ammont aktar baxx minn dak li kellu jiġi stmat
għal dik is-sena ta’ stima, l-werrieta jew ir-rappreżentant legali ta’
dak l-individwu jkunu suġġetti għall-ħlas tat-taxxa u jkollhom
iħallsu dik it-taxxa li għaliha dak l-individwu kien ikun suġġett u
jkunu responsabbli solidalment għal-egħmil ta’ dawk l-atti,
affarijiet u ħwejjeġ kollha bħal ma dak l-individwu, li kieku baqa’
ħaj, kien ikun suġġett li jagħmel skond dan l-Att. Fil-każ ta’
individwu li jmut matul is-sena li taħbat qabel is-sena ta’ stima,
jekk l-assi tiegħu jitqassmu qabel il-bidu tas-sena ta’ stima, il-
werrieta jew dak ir-rappreżentant legali għandhom iħallsu t-taxxa
bir-rata jew rati fis-seħħ fid-data tal-mewt tiegħu.
Fiduċjarji li 
jaġixxu flimkien. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
72. Meta żewġ persuni jew iżjed jaġixxu fil-kwalità  ta’
fiduċjarji ta’ trust, huma jistgħu jiġu intaxxati flimkien jew
separatament bit-taxxa li għaliha huma suġġetti f’dik il-kwalità , u
huma jkunu solidalment suġġetti għall-ħlas ta’ l-istess.
Income li jitħallas 
lil persuni mhux 
residenti. 
Emendat:
XXIV. 1961.4;
XXVIII. 1972.4;
XXIV. 1976.8. 
Sostitwit:
XXVI. l977.l5.
Emendat:
XVIII. 1993.9.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.27;
IX.1999.14;
XI.2000.9.
Kap. 372.
73. (1) Meta xi persuna tħallas lil persuna mhux residenti
f’Malta, jew lil persuna residenti f’Malta f’isem persuna mhux
residenti f’Malta, xi income  taxxabbli skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, hija għandha meta tħallas dak l-income , kemm-il darba
ma tkunx hija nnifisha suġġetta li tħallas fuqu taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa, tnaqqas minn dak l-income  taxxa:
(a) bir-rata ta’ 25 ċenteżmu fuq kull lira meta l-ħlas isir lil
jew f’isem xi persuna mhux residenti li ma tkunx
kumpannija jew lil persuna li għaliha jkun japplika l-
artikolu 56(18A);
(b) bir-rata taxxabbli taħtl-artikolu 56(6) meta l-ħlas isir
lil jew f’isem kumpannija mhux residenti f’Malta; u
(ċ) bir-rata taxxabbli taht l-artikolu 56(18A):
Iżda l-Kummissarju jista’, b’avviż bil-miktub mogħti lil
kull persuna li hi meħtieġa li tagħmel tnaqqis ta’ taxxa skond il-
     100     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
paragrafi (a) u (b), jawtorizza lil dik il-persuna li tnaqqas taxxa
b’rata inqas minn dik hawnhekk qabel imsemmija, jew li tħallas
dak l-income  mingħajr ebda tnaqqis ta’ taxxa:
Kap. 372.
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx għal income  li minnu tkun tnaqqset it-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59  jew skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(2) Kull ammont ta’ taxxa mnaqqas mill-income  skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jkun dejn dovut lill-Gvern
mill-persuna li tagħmel it-tnaqqis kif intqal qabel, li jkollu jitħallas
fi żmien tletin jum minn meta jsir it-tnaqqis, u dak l-ammont
għandu jsir rendikont dwaru u jintbagħat lill-Kummissarju matul l-
imsemmi żmien.
Kap. 372.
(3) Tnaqqis ta’ taxxa magħmul skond is-subartikolu (1)(a) u
(b) għandu, meta jitħallas lill-Kummissarju kif provdut fis-
subartikolu (2), jiġi kumpensat għall-finijiet ta’ ġbir mat-taxxa
stabbilita fuq il-persuna mhux residenti f’Malta dwar l-income
relattiv. Kull eċċess jitħallas lura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 48 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(4) Jekk xi persuna ma tnaqqasx it-taxxa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew, wara li tnaqqas dik it-taxxa
tonqos li tħallasha lill-Kummissarju fiż-żmien imsemmi fis-
subartikolu (2) -
(a) dik il-persuna tkun taxxabbli b’dik it-taxxa li kellha
titnaqqas jew titħallas kif intqal qabel u, b’żieda, bid-
doppju ta’ l-ammont ta’ dik it-taxxa;
(b) it-taxxa u t-taxxa addizzjonali jinġabru mingħand l-
imsemmija persuna bl-istess mod bħal taxxa oħra
ntaxxata fuqha skond dan l-Att;
(ċ) avviż mogħti mill-Kummissarju lil xi persuna u li juri
t-taxxa li kellha titnaqqas jew titħallas minnha kif
intqal qabel u kull taxxa addizzjonali li tkun weħlet
għax tkun naqset li tnaqqas jew tħallas it-taxxa jkun,
sakemm ma jiġix ippruvat kuntrarju, prova biżżejjed li
l-ammont muri fl-imsemmi avviż ikun l-ammont li
għandu jitħallas lill-Kummissarju mill-imsemmija
persuna;
(d) il-Kummissarju jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jaħfer
għal kollox jew f’parti kull taxxa addizzjonali li tkun
taxxabbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu;
(e) taxxa addizzjonali stabbilita skond dan is-subartikolu
tkun ir-responsabbiltà  tal-persuna li jkollha tnaqqas
jew tħallas it-taxxa u ma tkunx tista’ tinġabar lura
minn dik il-persuna, sew għal kollox jew f’parti,
mingħand il-persuna li tirċievi l-income ;
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    101
Kap. 372.
(f) taxxa addizzjonali stabbilita skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan is-subartikolu m’għandhiex titqies li hi parti ta’
xi taxxa mħallsa jew li għandha titħallas għall-finijiet
ta’ l-artikoli 59, 76 u 89  u ta’ l-artikoli 42, 51 u 52 ta’
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
TAQSIMA X 
ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
Erba’ tipi ta’ 
ħelsien minn taxxa 
doppja. 
Miżjud:
XVII. 1994.28.
74. Għandu jkun hemm erba’ tipi ta’ ħelsien minn taxxa
doppja, jiġifieri:
(a) ħelsien minn taxxa doppja, kif provdut fl-artikoli minn
76 sa 78, it-tnejn inklużi, ta’ dan l-Att;
(b) ħelsien unilaterali, kif provdut fl-artikoli minn 79 sa
88, it-tnejn inklużi, ta’ dan l-Att;
(ċ) ħelsien dwar it-taxxa tal-Commonwealth fuq l-income ,
kif provdut fl-artikolu 89; u
(d) kreditu ta’ taxxa barranija b’rata waħda, kif provdut fl-
artikoli minn 92 sa 95, it-tnejn inklużi, ta’ dan l-Att.
Kif jaħdmu it-tipi 
ta’ ħelsien.
Miżjud:
XVII. 1994.28.
Emendat:
II. 2002.54.
75. Dwar kull talba għal ħelsien minn taxxa doppja:
(a) id-disposizzjonijiet li jolqtu l-ħelsien unilaterali
għandhom ikunu applikati fil-kalkolu tat-taxxa li
għandha tħallas persuna meta ħelsien minn taxxa
doppja u ħelsien dwar it-taxxa tal-Commonwealth fuq
l-income   ma jkunux jistgħu jittieħdu mill-persuna li
tagħmel it-talba; u
(b) id-disposizzjonijiet dwar kreditu ta’ taxxa barranija
b’rata waħda għandhom ikunu applikati fil-kalkoli tat-
taxxa li għandha tħallas persuna biss f’dawk il-każijiet
meta ħelsien minn taxxa doppja, ħelsien dwar it-taxxa
tal-Commonwealth fuq l-income   u ħelsien unilaterali,
kif regolati bl-artikoli minn 79 sa 88, ma jkunux
jistgħu jittieħdu mill-persuna li tagħmel it-talba.
Arranġamenti dwar 
taxxa doppja.
Miżjud: 
XLI. 1961.3. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII. 1969.l0; 
XXVI. 1977.33; 
XXXVI. 1990.18.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.29;
II. 2002.55.
76. (1) Jekk il-Ministru responsabbli għall-finanzi b’ordni
jiddikjara illi l-arranġamenti speċifikati fl-ordni jkunu saru mal-
Gvern ta’ xi territorju barra minn Malta sabiex jingħata ħelsien mit-
taxxa doppja dwar it-taxxa fuq l-income  u kull taxxa ta’ għamla
bħal din imposta bil-liġijiet ta’ dak it-territorju, u illi jkun xieraq li
dawk l-arranġamenti jkollhom seħħ, l-arranġamenti għandu
jkollhom seħħ dwar it-taxxa fuq l-income  minkejja kull ħaġa f’xi
liġi:
Iżda ebda arranġament kif imsemmi qabel magħmul wara l-
1 ta’ Ottubru, 1968 ma għandu jkollu effett safejn japplika għal
taxxa mħallsa jew li għandha titħallas dwar qligħ jew profitti li
jkunu taxxabbli bir-rata provduta fl-artikolu 56(13).
(2) Fl-egħmil ta’ ordni skond dan l-artikolu dwar arranġamenti
li jirreferixxu għal xi territorju li jagħmel parti mill-Commonwealth
l-artikolu 89 għandu jtemm milli jkollu seħħ relattivament għal dak
     102     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
it-territorju ħlief safejn l-arranġamenti jaħsbu xort’oħra.
(3) Ordni magħmul skond dan l-artikolu jista’ jiġi mħassar
b’ordni ieħor.
(4) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel regoli
għat-tmexxija tad-disposizzjonijiet ta’ kull arranġamenti li
jkollhom seħħ skond dan l-artikolu.
Krediti ta’ taxxa. 
Miżjud:
XLI. 1961.4.
Emendat: 
V. 1964.5;
XXVIII. 1972.6; 
XLII. 1975.13;
XXVIII.1978.28; 
XXXVI. 1990.19.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.30;
XX. 1996.18;
IX.1999.14.
77. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom
seħħ meta, skond l-arranġamenti li jkollhom seħħ bis-saħħa ta’ l-
artikolu 76, it-taxxa li għandha titħallas dwar xi income  fit-
territorju li mal-Gvern tiegħu jkunu saru l-arranġamenti għandha
tiġi mħollija bħala kreditu kontra t-taxxa li għandha titħallas dwar
l-income  f’Malta; u f’dan l-artikolu l-frażi "taxxa stranġiera"
tfisser kull taxxa li għandha titħallas f’dak it-territorju li skond
dawk l-arranġamenti għandha tkun hekk imħollija u l-frażi "taxxa
fuq l-income " tfisser taxxa ntaxxata fuq l-income  taxxabbli bir-rati
mniżżlin fit-Taqsima VII ta’ dan l-Att.
(2) L-ammont tat-taxxa fuq l-income  taxxabbli dwar l-income
għandu jiġi mnaqqas bl-ammont tal-kreditu:
Iżda ma għandux jingħata kreditu kontra t-taxxa fuq l-
income  għal xi sena ta’ stima jekk il-persuna intitolata għall-
income  ma tkunx residenti f’Malta fis-sena li taħbat minnufih qabel
is-sena ta’ stima.
(3) Il-kreditu m’għandux ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
jirriżulta bil-kalkolar ta’ l-ammont ta’ l-income  skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u wara bl-addebitar tiegħu lit-taxxa
fuq l-income  b’rata aċċertata billi tiġi diviża t-taxxa fuq l-income
taxxabbli (qabel l-għoti ta’ kreditu skond kull arranġamenti li
jkollhom seħħ bis-saħħa ta’ l-artikolu 76) fuq l-income  totali tal-
persuna intitolata għall-income  bl-ammont ta’ l-income  tiegħu
totali.
(4) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’
qabel, il-kreditu totali li għandu jingħata lil persuna għal xi sena ta’
stima għal taxxa stranġiera skond l-arranġamenti kollha li jkollhom
seħħ bis-saħħa ta’ l-artikolu 76 ma għandux ikun iżjed mit-taxxa
fuq l-income  totali li għandha titħallas minnha għal dik is-sena ta’
stima, wara li titnaqqas kull taxxa li għandha titħallas minnha
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 40, 69 u 73.
(5) Fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-income  -
(a) ebda tnaqqis ma jkun permess dwar taxxa stranġiera
(sew dwar l-istess income  jew dwar xi income  ieħor);
(b) meta t-taxxa fuq l-income   taxxabbli tiddependi mill-
ammont riċevut f’Malta l-ammont imsemmi għandu
jiżdied bl-ammont xieraq tat-taxxa stranġiera dwar l-
income ;
(ċ) meta l-income  jinkludi dividend u skond l-
arranġamenti taxxa stranġiera mhux taxxabbli
direttament jew bi tnaqqis dwar id-dividend għandu
jittieħed kont tagħha biex jitqies jekk xi, u jekk hekk
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    103
liema, kreditu għandux jingħata kontra t-taxxa fuq l-
income   dwar id-dividend, l-ammont ta’ l-income
għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa stranġiera mhux
hekk taxxabbli li għandu jittieħed kont tagħha fil-
kalkolar ta’ l-ammont tal-kreditu.
(6) Il-paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu ta’ qabel (iżda mhux il-
kumplament tiegħu) għandhom japplikaw għall-kalkolu ta’ income
totali sabiex tiġi stabbilita r-rata msemmija fis-subartikolu (3), u
għandhom japplikaw għal hekk dwar l-income  kollu li għalih
għandu jingħata kreditu għat-taxxa stranġiera skond arranġamenti
li jkunu dak iż-żmien fis-seħħ skond l-artikolu 76.
(7) Meta - 
(a) l-arranġamenti jipprovdu, dwar dividendi ta’ xi
klassijiet, iżda mhux dwar dividendi ta’ klassijiet oħra,
illi taxxa stranġiera mhux taxxabbli direttament jew bi
tnaqqis dwar dividendi għandu jittieħed kont tagħha
biex jitqies jekk xi, u jekk hekk liema, kreditu għandux
jingħata kontra t-taxxa fuq l-income  dwar id-dividendi,
u
(b) jitħallas dividend li ma jkunx ta’ klassi li dwarha l-
arranġamenti hekk jipprovdu, 
f’dak il-każ, jekk id-dividend jitħallas lil kumpannija li
tikkontrolla, direttament jew indirettament, mhux anqas minn nofs
is-setgħa ta’ vot fil-kumpannija li tħallas id-dividend, għandu
jingħata kreditu bħallikieku d-dividend kien dividend ta’ klassi li
dwarha l-arranġamenti hekk jipprovdu.
(8) Ma għandux jingħata kreditu skond l-arranġamenti kontra t-
taxxa fuq l-income  taxxabbli dwar l-income  ta’ xi persuna għal xi
sena ta’ stima jekk tagħżel li ma jingħatax kreditu fil-każ ta’ l-
income  tagħha għal dik is-sena.
(9) Kull talba għal għoti bħala kreditu għandha ssir mhux iżjed
tard minn sentejn wara tmiem is-sena ta’ stima li għaliha tirreferi t-
talba, u fil-każ ta’ xi kwistjoni dwar l-ammont li jkun jista’
jingħata, it-talba tkun tista’ tiġi opposta u jkun jista’ jsir appell
dwarha bl-istess mod bħala stima.
(10) Meta l-ammont ta’ xi kreditu mogħti skond l-arranġamenti
jsir eċċessiv jew insuffiċjenti minħabba xi aġġustament ta’ l-
ammont ta’ xi taxxa li għandha titħallas sew f’Malta sew
band’oħra, ebda ħaġa f’dan l-Att li tillimita ż-żmien għall-għemil
ta’ prospetti, stimi jew talbiet għal eżenzjoni ma għandha tapplika
għal xi prospetti, stimi jew talbiet għal eżenzjoni ma għandha
tapplika għal xi prospett, stima jew talba li joħloq l-aġġustament, li
jkun prospett jew tkun stima jew talba magħmula mhux aktar tard
minn sentejn miż-żmien meta dawn l-istimi, aġġustamenti u
deċiżjonijiet oħra kollha jkunu saru, sew f’Malta sew band’oħra, li
jkunu sostanzjali biex jiġi stabbilit jekk xi, u jekk hekk liema,
kreditu għandux jingħata.
     104     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Dividendi u krediti 
ta’ taxxa. 
Miżjud:
XLI. 1961. 5. 
Emendat: 
XXI. 1980.13.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 1994.31.
Kap. 372.
78. (1) Meta t-taxxa mħallsa jew li għandha titħallas minn
kumpannija tkun milquta minn ħelsien ta’ taxxa doppja l-ammont li
għandu jitnaqqas skond l-artikolu 60 jew li għandu jitħallas lura
skond l-artikolu 48 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa,
dwar it-taxxa li għandha titnaqqas minn xi dividend li jitħallas
mill-kumpannija għandu jiġi mnaqqas kif ġej:
(a) jekk ebda taxxa ma tkun taxxabbli fuq ir-riċevent dwar
id-dividend, it-tnaqqis għandu jkun ammont daqs
taxxa fuq id-dividend gross bir-rata ta’ ħelsien ta’
taxxa doppja applikabbli għalih;
(b) jekk ir-rata ta’ taxxa li tkun taxxabbli fuq ir-riċevent
dwar id-dividend tkun anqas mir-rata ta’ ħelsien ta’
taxxa doppja applikabbli għad-dividend, it-tnaqqis
għandu jkun ammont daqs taxxa fuq id-dividend gross
fid-differenza bejn dawk iż-żewġ rati.
(2) Għall-fini ta’ dan l-artikolu - 
(a) jekk l-income   tal-persuna li tiġi intaxxata jinkludi
dividend wieħed bħal ma hu msemmi fis-subartikolu
ta’ qabel, dak id-dividend għandu jitqies li jkun l-
għola parti ta’ l-income  totali tagħha;
(b) jekk l-income  tagħha jinkludi iżjed minn dividend
wieħed bħal dak, dividend għandu jitqies li jkun parti
ogħla ta’ l-income   totali tagħha minn dividend ieħor
jekk ir-rata netta ta’ Malta applikabbli għad-dividend
imsemmi l-ewwel tkun aktar baxxa minn dik
applikabbli għad-dividend imsemmi l-aħħar;
(ċ) meta taxxa tkun taxxabbli b’rati differenti dwar
partijiet differenti ta’ xi dividend bħal dak, jew meta
taxxa tkun taxxabbli dwar xi parti ta’ xi dividend bħal
dak u ma tkunx taxxabbli dwar xi parti oħra tiegħu,
kull parti għandha titqies li tkun dividend separat;
(d) il-frażi "ħelsien tat-taxxa doppja" għandha l-istess
tifsir bħal dak ta’ l-artikolu 59 u l-frażi "ir-rata ta’
ħelsien tat-taxxa doppja" tfisser ir-rata li
tirrappreżenta l-eċċess tar-rata tat-taxxa li għandha
titnaqqas mid-dividend fuq ir-rata netta ta’ Malta
applikabbli għalih.
Ħelsien unilaterali. 
Miżjud: 
XVII. 1994.32.
79. F’dan l-Att il-frażi "ħelsien unilaterali" tfisser il-ħelsien li
jingħata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli mit-80 sat-88, u
f’dawk l-artikoli l-frażi "taxxa fuq l-income " għandha l-istess tifsir
kif mogħti lilha fl-artikolu 77(1). 
Meta jingħata 
ħelsien unilaterali. 
Miżjud: 
XVII. 1994.32. 
80. Ħelsien unilaterali jista’jinkiseb dwar talba għal ħelsien
minn taxxa doppja meta t-taxxa skond dan l-Att tkun kalkolata
b’riferenza għal income  li:
(a) jinqala’ barra minn Malta; u
(b) ikun suġġett għal xi taxxa ta’ xorta simili bħal dik
imposta skond l-Atti dwar it-Taxxi skond il-liġijiet ta’
territorju barra minn Malta.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    105
Għall-finijiet tal-paragrafu (b) taxxa ma tkunx eskluża milli
tkun ta’ xorta simili minħabba biss li titħallas skond il-liġi ta’
provinċja, stat jew parti oħra ta’ pajjiż, jew li tinġabar minn jew
f’isem muniċipalità  jew korp lokali ieħor.
Ħelsien bil-mezz 
ta’ kreditu. 
Miżjud:
XVII. 1994.32. 
81. L-ammont ta’ taxxa msemmi fl-artikolu 80(b) li jitħallas
f’territorju barra minn Malta jingħata bħala kreditu kontra t-taxxa
fuq l-income  intaxxata f’Malta dwar l-income  skond l-artikolu 80, u
l-ammont ta’ taxxa fuq l-income  li hekk jiġi ntaxxat għandu
jitnaqqas bl-ammont ta’ dak il-kreditu:
Iżda dejjem li l-kreditu ma jingħatax kontra taxxa fuq l-
income  għal xi sena ta’ stima kemm-il darba l-persuna li jkollha
jedd għall-income  ma tkunx residenti f’Malta fis-sena li taħbat
minnufih qabel is-sena ta’ stima.
Kreditu għal taxxa 
sottoposta. 
Miżjud:
XVII. 1994.32. 
Sostitwit:
IX. 2001.28;
II. 2002.56.
82. Id-disposizzjoni dwar ħelsien unilaterali, meta applikati
dwar kumpannija, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
imsejjħa "il-kumpannija ta’ Malta", u meta l-income taħt l-artikolu
80 ikun jinkludi dividend imqassam minn kumpannija mhux
residenti f’Malta, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
imsejjħa "il-kumpannija ta’ barra", għandu jkollha effett b’mod li
taxxa li ma tkunx intaxxata direttament jew bi tnaqqis dwar id-
dividend għandha titqies bħala li taqa’ taħt id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 80(b) u għandu jittieħed kont tagħha fil-kalkolu tal-kreditu
kontra t-taxxa fuq l-income dwar dak id-dividend.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) "taxxa li ma tkunx intaxxata direttament jew bi tnaqqis
dwar id-dividend" għandha tinkludi taxxa li titħallas
dwar dividend li jitqassam minn kumpannija mhux
residenti f’Malta li jkollha x’taqsam mal-kumpannija
ta’ barra kif speċifikat fil-paragrafu (b), hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsemmija f’dan l-artikolu bħala
"kumpannija relatata" fejn dak id-dividend ikun
jifforma parti minn katina ta’ dividendi suċċessivi
mqassma minn kumpannija relatata waħda lil
kumpannija oħra u li f’tarf il-katina jispiċċaw bid-
dividend li tirċievi l-kumpannija ta’ Malta, jew fuq il-
profitti li minnhom kien tqassam dak id-dividend;
(b) kumpannija tkun relatata mal-kumpannija ta’ barra jekk
il-kumpannija ta’ barra tkun tikkontrolla, direttament jew
indirettament, mhux inqas minn 10% tas-setgħa ta’ vot
tal-kumpannija relatata.
Limitu fuq il-
kreditu. 
Miżjud: 
XVII. 1994.32. 
83. Kreditu mogħti skond l-artikolu 81 m’għandux jeċċedi l-
ammont li jkun prodott billi l-income  ta’ persuna jkun kalkolat
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u mbagħad intaxxat għat-
taxxa fuq l-income  b’rata stabbilita billi t-taxxa fuq l-income
taxxabbli (qabel ma jingħata kreditu skond l-artikolu 81) fuq l-
income  totali tal-persuna li jkollha jedd għalih, tkun diviża bl-
income  totali tagħha.
     106     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Ammont ta’ 
kreditu totali. 
Miżjud:
XVII. 1994.32.
84. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 87, il-kreditu
totali li jingħata skond l-artikolu 81  lil persuna għal xi sena ta’
stima ma għandux ikun iżjed mit-taxxa fuq l-income  totali li jkollha
titħallas minnha għal dik is-sena ta’ stima, nieqsa kull taxxa li
għandha titħallas minnha għal dik is-sena ta’ stima skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 40, 69 u 73.
Kalkolu ta’ l- 
income . 
Miżjud: 
XVII. 1994.32. 
85. Fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-income   għall-finijiet ta’
ħelsien unilaterali:
(a) ma jingħata ebda tnaqqis dwar taxxa mħallsa u
msemmija fl-artikolu 80(b), sew jekk dwar l-istess
income  kemm jekk dwar income  ieħor;
(b) meta l-income   taxxabbli jiddependi mill-ammont
riċevut f’Malta l-imsemmi ammont għandu jiżdied bl-
ammont xieraq tat-taxxa mħallsa u msemmi fl-artikolu
80(b)  dwar l-income ;
(ċ) meta l-income  jinkludi dividend u, biex jiġi stabbilit l-
ammont ta’ kreditu li għandu jingħata skond l-artikolu
81, jingħata kreditu għal taxxa li ma tkunx intaxxata
direttament jew bi tnaqqis skond l-artikolu 82, l-
ammont ta’ l-income  għandu jiżdied bl-ammont ta’ dak
il-kreditu.
Applikabbiltà  ta’ l-
artikolu 85.
Miżjud:
XVII. 1994.32.
86. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 85(a) u (b) għandhom
japplikaw għall-kalkolu ta’ l-income  totali sabiex tiġi stabbilita r-
rata ta’ taxxa msemmija fl-artikolu 83.
 Dividendi u krediti 
ta’ taxxa, eċċ.
Miżjud: 
XVII. 1994.32. 
87. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(8), (9) u (10) u ta’ l-
artikolu 78  għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar ħelsien
unilaterali kif japplikaw dwar ħelsien minn taxxa doppja.
Ma jingħata ebda 
ħelsien mingħajr 
prova. 
Miżjud:
XVII. 1994.32. 
88. Ma jingħata ebda ħelsien unilaterali lil persuna kemm-il
darba dik il-persuna ma tkunx ippruvat għas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju li l-income  skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
80(a)  ikun ħallas it-taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
80(b)  u tkun ipprovat l-ammont ta’ dik it-taxxa.
Għajnuna dwar it-
taxxa tal-
Commonwealth 
fuq l-income . 
Emendat: 
XXV. 1960.15; 
V. 1964.6; 
VIII. 1969.11; 
XXVIII.1972.7; 
XXII. 1976.4; 
XXVIII. 1978.29;
XXXVI. 1990.20.
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Emendat:
IX.1999.14.
89. (1) Jekk xi persuna residenti f’Malta li tkun ħallset, bi
tnaqqis jew xort’oħra, jew tkun suġġetta li tħallas, taxxa skond dan
l-Att għal xi sena ta’ stima jew xi sehem mill-income  tagħha,
tipprova b’sodisfazzjon tal-Kummissarju li hija ħallset, bi tnaqqis
jew xort’oħra, jew hija suġġetta li tħallas, taxxa tal-Commonwealth
fuq l-income  għal dik is-sena dwar l-istess sehem ta’ l-income
tagħha, hija jkollha l-jedd għal għajnuna mit-taxxa f’Malta mħallsa
jew li għandha titħallas minnha fuq dak is-sehem ta’ l-income
tagħha b’rata fuqu li tkun deċiża kif ġej:
(a) jekk ir-rata tal-Commonwealth fuq it-taxxa ma
teċċedix nofs ir-rata tat-taxxa xierqa għall-każ tagħha
skond dan l-Att f’Malta, ir-rata li biha għajnuna
għandha tingħata għandha tkun ir-rata tat-taxxa tal-
Commonwealth;
(b) f’kull każ ieħor ir-rata li biha għajnuna għandha
tingħata tkun nofs ir-rata tat-taxxa xierqa għall-każ
tagħha skond dan l-Att.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    107
(2) Jekk xi persuna mhux residenti f’Malta li tkun ħallset, bi
tnaqqis jew xort’oħra, jew li tkun suġġetta li tħallas, taxxa skond
dan l-Att għal xi sena ta’ stima fuq xi sehem mill-income  tagħha
tipprova, b’sodisfazzjon tal-Kummissarju, illi hija ħallset, bi
tnaqqis jew xort’oħra, jew li hija suġġetta li tħallas, taxxa tal-
Commonwealth fuq l-income  għal dik is-sena ta’ stima dwar l-istess
sehem ta’ l-income  tagħha, hija jkollha l-jedd għal għajnuna mit-
taxxa mħallsa jew li għandha titħallas minnha skond dan l-Att fuq
dak is-sehem ta’ l-income  tagħha b’rata fuqu li tkun deċiża kif ġej:
(a) jekk ir-rata tat-taxxa tal-Commonwealth xierqa għall-
każ tagħha ma teċċedix ir-rata tat-taxxa xierqa għall-
każ tagħha skond dan l-Att, ir-rata li biha għajnuna
għandha tingħata tkun nofs ir-rata tat-taxxa tal-
Commonwealth;
(b) jekk ir-rata tat-taxxa tal-Commonwealth xierqa għall-
każ tagħha teċċedi r-rata tat-taxxa xierqa għall-każ
tagħha skond dan l-Att, ir-rata li biha għajnuna
għandha tingħata għandha tkun daqs l-ammont li bih
ir-rata tat-taxxa għall-każ tagħha skond dan l-Att
teċċedi nofs ir-rata tat-taxxa tal-Commonwealth.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "taxxa tal-Commonwealth
fuq l-income " tfisser kull taxxa fuq l-income  jew taxxa ta’ xorta
bħal din stabbilita skond xi liġi fis-seħħ f’xi pajjiż tal-
Commonwealth, barra minn Malta jew ir-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, jekk il-leġislatura ta’ dak il-pajjiż tkun
provdiet ħelsien dwar taxxa fuq income  kemm f’dak il-pajjiż u
f’Malta b’mod li fil-fehma tal-Kummissarju tkun tixbaħ għajnuna
mogħtija b’dan l-artikolu.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "rata tat-taxxa"
meta applikata għat-taxxa mħallsa jew li għandha titħallas skond
dan l-Att tfisser ir-rata stabbilita billi jiġi maqsum l-ammont tat-
taxxa mħallsa jew li għandha titħallas għas-sena (qabel it-tnaqqis
ta’ kull għajnuna mogħtija skond dan l-artikolu) bl-ammont ta’ l-
income  li dwar t-taxxa mħallsa jew li għandha titħallas skond dan l-
Att ġiet intaxxata għal dik is-sena, ħlief li meta l-income  li jkun il-
bażi ta’ talba għal għajnuna skond dan l-artikolu jingħadd
b’referenza għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fuq ammont li ma
jkunx l-ammont aċċertat tal-profitti attwali, ir-rata tat-taxxa
għandha tkun stabbilita mill-Kummissarju.
(5) Meta persuna tkun għal xi sena ta’ stima residenti sew
f’Malta kemm f’parti, post jew territorju li fihom taxxa tal-
Commonwealth fuq l-income  għandha titħallas, hija għandha, għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu, titqies li hija residenti fejn matul dik is-
sena hija tirrisjedi għall-itwal perijodu.
(6) Kull talba għal eżenzjoni skond dan l-artikolu għandha ssir
mhux iżjed tard minn sentejn wara tmiem is-sena ta’ stima li
għaliha tkun tirreferi t-talba.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw għal taxxa mħallsa jew li għandha titħallas dwar qligħ
jew profitti li jkunu taxxabbli bir-rata provduta fl-artikolu 36(13).
     108     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
Ħelsien minn 
Imposta fuq 
Kontijiet għall-
Portatur. 
Imħasar: 
XXV. 1960.16. 
Miżjud: 
XXXV. 1972.14. 
Emendat: 
XXI. 1980.14;
IX.1999.14. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Kap. 219.
90. (1) Jekk jiġi ippruvat għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju
li xi persuna tkun ħallset imposta f’xi sena dwar xi kont għall-
portatur skond l-Att dwar Imposta fuq Kontijiet għall-Portatur, it-
taxxa li għandha titħallas skond dan l-Att fuq l-imgħax li jinqala’
jew jinkiseb minn dan il-kont għal dik is-sena għandha titnaqqas bl-
ammont ta’ l-imsemmija imposta.
(2) Għall-finijiet tat-tnaqqis mogħti bis-subartikolu (1), l-
imgħax fuq kont għall-portatur għandu jitqies bħala l-ogħla parti
ta’ l-income  totali għas-sena ta’ stima li fiha dan l-imgħax ikun sar
suġġett għtat-taxxa.
Taxxa fuq xogħol 
part-time. 
Miżjud: 
I. 1994.3.
Sostitwit:
XX. 1996.19.
Emendat:
V. 1998.8;
XI. 2000.10;
II. 2002.57.
90A. (1) B’seħħ mill-1 ta’ Jannar, 1996, meta individwu jkun
qiegħed jirċievi tagħlim full-time f’università , kulleġġ jew
istituzzjoni edukattiva oħra simili jew kien qiegħed f’apprendistat
bil-għan li jikkwalifika f’xi sengħa jew xogħol, jew meta individwu
jkollu xi income li jappartjeni lilu li jaqa’ skond l-artikolu 4(1)(b)
jew (d), u jkollu matul is-sena minnufih qabel is-sena ta’ stima
income ieħor minn dak ix-xogħol part-time skond ma jista’ jiġi
preskritt, huwa għandu bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan l-artikolu jħallas it-taxxa bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu fuq kull
lira minn dak l-income l-ieħor, u ma jkunx meħtieġ jiddikjara xi
income ieħor bħal dak f’xi prospett li huwa jagħmel għall-iskopijiet
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi:
Iżda meta l-income l-ieħor miksub minn xogħol part-time
ikun income kif deskritt fl-artikolu 4(1)(a) u (b), id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu japplikaw għar-
rigward ta’ dak l-income l-ieħor biss sa dak il-limitu li jista’ jiġi
preskritt.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), individwu
jista’ jiddikjara l-income tiegħu kollu minn xogħol part-time
flimkien mal-bqija ta’ l-income tiegħu fil-prospett tiegħu li jsir
skond l-Atti dwar it-Taxxi, u huwa jiġi mitlub iħallas taxxa fuq l-
income tiegħu kollu skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) jew
(b) (skond il-każ) ta’ l-artikolu 56(1), u f’kull każ bħal dak it-taxxa
mħallsa fuq dak l-income l-ieħor skond dan l-artikolu għandha
tintuża bħala kreditu kontra kemm ikollu jħallas taxxa dak l-
individwu u meta xi taxxa hekk imħallsa tkun iktar minn kemm
ikollu jħallas, din għandha titħallas lura.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) individwu,
li l-income totali tiegħu proġettat għal xi sena kalendarja, inkluż
income miksub minn xogħol part-time, ma jkunx mistenni li jeċċedi
ammont li jekk jaqbżu jkollu jħallas it-taxxa fuqu, jista’, jekk l-
income minn xogħol part-time ikun skond id-deskrizzjoni mogħtija
fl-artikolu 4(1)(b), f’kull żmien tas-sena permezz ta’ avviż bil-
miktub fuq il-formula preskritta, javża lill-prinċipal li għalih ikun
qed jagħmel dak ix-xogħol part-time biex ma jnaqqaslux taxxa
mill-income tiegħu minn xogħol part-time.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (3) meta l-ammont tal-pagi
jew salarju annwali mill-impieg full-time tiegħu jeċċedi ammont
hekk li jkollu jħallas it-taxxa fuqu, jew meta fis-sena ta’ qabel
huwa kellu jħallas it-taxxa minħabba fl-income totali tiegħu, l-
income totali proġettat tiegħu għas-sena rilevanti jkun mistenni li
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    109
jeċċedi ammont hekk li jkollu jħallas it-taxxa fuqu.
(5) Meta l-income totali ta’ individwu li jkun ta avviż skond kif
hemm provdut fis-subartikolu (3), jilħaq, matul is-sena li fiha jkun
ingħata dak l-avviż, ammont li jkollu jħallas it-taxxa fuqu, dak l-
individwu għandu jgħarraf lill-Kummissarju dwar dan fuq il-
formula preskritta u jekk l-individwu jagħżel li jħallas it-taxxa fuq
l-income l-ieħor tiegħu miksub minn xogħol part-time skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) huwa għandu javża lill-
prinċipal tiegħu biex inaqqaslu taxxa bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu fuq
kull lira, u iktar minn hekk, meta huwa jagħżel li jħallas it-taxxa
fuq l-income l-ieħor tiegħu miksub minn xogħol part-time skond
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) huwa għandu jew -
(a) javża lill-prinċipal tiegħu biex jagħmel kull tnaqqis
ieħor bħal dak mill-income tiegħu sabiex it-taxxa
dovuta skond is-subartikolu (1) fuq kull income
miksub minn xogħol part-time kif imsemmi qabel tiġi
hekk imnaqqsa sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena; jew
(b) iħallas dik it-taxxa li tkun dovuta, lill-Kummissarju sa
mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena li tiġi wara s-
sena rilevanti jew dik id-data oħra li tista’ tiġi preskritta.
(6) Meta prinċipal li skond dan l-artikolu jkollu jnaqqas taxxa
bil-15-il ċenteżmu fuq kull lira, u dak il-prinċipal jonqos għal xi
raġuni milli jnaqqas dik it-taxxa, ikun id-dmir ta’ dak l-individwu li
mill-income tiegħu ikun irid isir it-tnaqqis, li jgħarraf b’dan lill-
Kummissarju u li jħallas it-taxxa dovuta direttament lill-
Kummissarju:
Kap. 372.
Iżda l-prinċipal xorta waħda jibqa’ responsabbli għal kull
ħaġa li jista’ jkun responsabbli għaliha skond l-artikolu 23(4) ta’ l-
Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
Kap. 372.
(7) (a)Meta l-income minn xogħol part-time ikun income li
jaqa’ skond l-artikolu 4(1)(b), min ikun qiegħed iħallas l-income
għandu fil-waqt tal-ħlas, kemm-il darba ma jiġix avżat jagħmel
mod ieħor skond is-subartikolu (3) u skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, inaqqas
taxxa bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu fuq kull lira, u kull taxxa hekk
imnaqqsa għandha tingħata lura lill-Kummissarju skond hekk.
Kap. 372.
(b) Meta l-income minn xogħol part-time ikun income li jaqa’
skond l-artikolu 4(1)(a), l-individwu għandu jħallas lill-
Kummissarju ammont ekwivalenti għal 15-il ċenteżmu fuq kull lira
ta’ income minn xogħol part-time b’dak il-mod li jista’ jiġi
preskritt skond id-disposizzjonijiiet ta’ l-artikolu 42 ta’ l-Att dwar
l-Amministrazzjoni tat-Taxxa fejn applikabbli.
(8) Meta individwu li jkollu jħallas it-taxxa fuq xogħol part-
time bir-rata ta’ 15-il ċenteżmu fuq kull lira kif provdut fis-
subartikolu (1), u dak l-individwu jonqos milli jħallas dik it-taxxa
fuq l-income tiegħu kollu minn xogħol part-time li jkun suġġett għal
dik it-taxxa sal-15 ta’ Frar tas-sena li tiġi wara s-sena rilevanti jew dik
id-data oħra li tista’ tiġi preskritta, l-income kollu minn xogħol part-
time għandu jiżdied mal-kumptament ta’ l-income ta’ l-individwu u
għandha tinħadem taxxa fuqu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
     110     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
artikolu 56.
(9) Fil-każ ta’ koppja miżżewġa d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom ikunu japplikaw għal xi wieħed jew għal kull
wieħed mill-konjuġi meta dak il-konjuġi jkun qiegħed jirċievi
tagħlim full-time jew ikun qiegħed f’apprendistat jew ikollu income
li jappartjeni lilu jew lilha kif deskritt fis-subartikolu (1) u jkollu
income ieħor minn xogħol part-time kif hemm deskritt.
(10) Meta individwu jiddikjara li jkun qiegħed jikseb income
minn xogħol part-time u l-Kummissarju jkollu għaliex jaħseb li dak
l-income jkun inkiseb minn xi attività  li ma tkunx qed issir fuq bażi
part-time, jew li tkun l-attività  normali ta’ dak l-individwu jew li
tkun anċillari għaliha, il-Kummissarju għandu jikkonsidra dak l-
income bħala wieħed li ma jkunx jikkwalifika bħala suġġett għat-
taxxa skond is-subartikolu (1) u għandu jistmah bħallikieku d-
disposizzjonijiet imsemmija qabel ta’ dan l-artikolu ma kinux
japplikaw għalih, u kull taxxa mħallsa dwar dak l-income għandha
tintuża bħala kreditu kontra kemm ikollu jħallas bħala taxxa dak l-
individwu għas-sena ta’ stima rilevanti u meta xi taxxa hekk
imħallsa tkun iktar minn kemm ikollu jħallas, din għandha titħallas
lura.
Kif jinħadem ċertu 
tnaqqis mit-taxxa. 
Emendat: 
XV. 1958.2. 
Imħassar: 
XLI. 1961.6. 
Miżjud: 
XXI. 1980.15. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
91. Meta minħabba l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 56, 78 u 90  parti mill-income  suġġett għat-taxxa għandha
titqies li tkun l-aħħar parti ta’ l-income  totali u l-income  totali dwar
xi sena ta’ stima jkun jinkludi iktar minn parti waħda li għandha
hekk titqies, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 78 għandu jkollhom
preċedenza fuq id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56 u d-
disposizjonijiet ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ artikoli għandu
jkollhom preċedenza fuq dawk ta’ l-artikolu 90, skond il-każ.
Kreditu ta’ taxxa 
barranija b’rata 
wahda.
Miżjud: 
XVII. 1994.33.
Emendat:
XX. 1996.20.
92. Għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, il-kreditu ta’ taxxa
barranija b’rata waħda jingħata dwar l-income  jew il-qligħ:
(a) li jkun jista’ jiġi riċevut minn kumpannija residenti
f’Malta; u
(b) li għandu jiġi allokat lill-kont ta’ income   barrani kif
imfisser fl-artikolu 2, iżda esklużi profitti li jinqalgħu
minn dividend imħallas mill-kont ta’ income   barrani
ta’ kumpannija oħra residenti f’Malta; u
(ċ) li dwaru jkun hemm prova dokumentata li turi għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju li dak l-income  jew
qligħ, skond il-każ, għandu jiġi allokat lill-kont ta’
income   barrani kif provdut fil-paragrafu (b). Għall-
finijiet ta’ din il-ħtieġa, ċertifikat maħruġ minn
accountant u uditur pubbliku ċertifikat ikun prova
dokumentata biżżejjed.
Ammont ta’ 
kreditu ta’ taxxa 
barranija b’rata 
waħda.
Miżjud:
XVII. 1994.33. 
93. (1) Il-kreditu ta’ taxxa barranija b’rata waħda jkun ħamsa
u għoxrin fil-mija ta’ l-income  jew qligħ li jkun riċevut mill-
kumpannija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 92, qabel ma
jsiru xi tnaqqis jew ħlasijiet, ikunu li jkunu, mill-imsemmi income
jew qligħ.
(2) Fil-każ ta’ income   li jinkludi dividendi, qligħ kapitali,
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    111
imgħax, royalties, jew income  ieħor li jista’ jiġi riċevut minn
kumpannija residenti f’Malta u li jinkiseb, meta applikabbli, minn
investimenti sitwati barra minn Malta, il-kreditu ta’ taxxa barranija
b’rata waħda għandu jkun kalkolat fuq l-ammont li jkun jista’ jiġi
riċevut, wara li titnaqqas kull taxxa barranija (intaxxata direttament
jew minn ras il-għajn) iżda qabel ma jsir xi tnaqqis ieħor jew
ħlasijiet oħra, ikunu li jkunu.
Tħaddim tal-
kreditu ta’ taxxa 
barranija b’rata 
waħda.
Miżjud: 
XVII. 1994.33.
94. (1) Meta l-kreditu ta’ taxxa barranija b’rata waħda jkun
dovut dwar income  jew qligħ imsemmi fl-artikolu 92, dan għandu
jingħadd ma’ l-imsemmi income  jew qligħ. Is-somma totali li hekk
tinkiseb tkun l-ammont li għandu jiġi ntaxxat.
(2) Għal sena ta’ stima li dwarha jkun maħdum l-income  skond
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-ammont ta’ taxxa li
għandu jitħallas skond dan l-Att għandu jitnaqqas bl-ammont tal-
kreditu ta’ taxxa barranija b’rata waħda dovuta dwar dak l-income :
Iżda meta l-ammont tal-kreditu ta’ taxxa barranija b’rata
waħda jkun iżjed minn ħamsa u tmenin fil-mija tat-taxxa li għandha
titħallas fuq dawk il-profitti li għandhom ikunu allokati għall-kont
ta’ income  barrani u minnha titnaqqas kull taxxa barranija
kumpensata skond id-disposizzjonijiet tal-ħelsien ta’ taxxa doppja,
tal-ħelsien dwar it-taxxa tal-Commonwealth fuq l-income  u tal-
ħelsien unilaterali, l-ammont ta’ dak l-eċċess ma jkunx jista’
jingħata bħala kumpens jew ħlas lura għal xi finijiet ta’ l-Atti dwar
it-Taxxi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77(8), (9) u (10) u ta’ l-
artikolu 78  għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar il-kreditu
ta’ taxxa barranija b’rata waħda kif japplikaw għal ħelsien minn
taxxa doppja.
Disposizzjonijiet 
kontra l-evitar ta’ 
taxxa.
Miżjud: 
XVII. 1994.33.
95. Meta, fil-fehma tal-Kummissarju, isiru sensiela ta’
operazzjonijiet bil-għan waħdani jew ewlieni li jitnaqqas l-ammont
ta’ taxxa li għandu jitħallas minn xi persuna bit-tħaddim tad-
disposizzjonijiet dwar kreditu ta’ taxxa barranija b’rata waħda li
jinsabu fl-artikoli minn 92 sa 94, dik il-persuna tkun intaxxata
daqslikieku d-disposizzjonijiet ma kienux japplikaw.
Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, sensiela ta’ operazzjonijiet
tfisser żewġ operazzjonijiet jew iżjed korrispondenti jew ċirkolari,
li jsiru mill-istess persuna, jew direttament jew indirettament,
skond il-każ.
     112     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
TAQSIMA XI
SETGĦA GĦALL-GĦEMIL TA’ REGOLI
Setgħa għall-
għemil ta’ regoli. 
Emendat: 
XV. 1958.2; 
XVII. 1961.3; 
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Rinumerat:
XVII. 1994.2.
Sostitwit: 
XVII. 1994.34.
Emendat:
II. 2003.24.
96. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn
żmien għal żmien, jagħmel regoli biex b’mod ġenerali jitwettqu d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal dawk il-ħwejjeġ li b’dan l-Att
huma awtorizzati li jkunu preskritti.
(2) Kull linja direttiva, spjegazzjoni jew istruzzjoni li jkollha
x’taqsam ma’ l-Atti dwar it-Taxxi jew dwar ir-regoli msemmija fis-
subartikolu (1) li jkunu f’pubblikazzjoni jew ċirkolari applikati
mill-Kummissarju jew taħt l-awtorità  tiegħu u mqassma jew
imqegħda disponibbli għal kull min iħallas it-taxxa, għandhom
jinqraw u jiftiehmu ħaġa waħda ma’ dawk ir-regoli u għandu
jkollhom l-istess effett bħalma għandhom ir-regoli daqstant li dawk
il-linji direttivi, spjegazzjonijiet jew istruzzjonijiet ma jkunux
konfliġġenti ma’ l-Atti dwar it-Taxxi dwar dawk ir-regoli jew mal-
linji direttivi, spjegazzjonijiet jew struzzjonijiet applikati f’data li
tiġi aktar wara u sal-limitu li -
(a) dawn jagħtu tifsira ta’ kull frażi jew interpretazzjoni
ta’ xi disposizzjoni li jkun hemm fl-Atti dwar it-Taxxi
jew fir-regoli;
(b) dawn ikunu jistabbilixxu l-mod li bih xi disposizzjoni
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi jew ir-regoli għandhom jiġu
ppubblikati;
(ċ) dawn ikunu jistabbilixxu kull ħaġa li skond l-Atti dwar
it-Taxxi jew ir-regoli tista’ tiġi stabbilita minn jew
tkun soġġetta għall-approvazzjoni jew għad-
diskrezzjoni tal-Kummissarju.
Miżjuda:
IX.1999.14.
Emendata:
XI.2000.11;
II. 2002.58;
II. 2003.25.
SKEDA
Artikolu 56 (12)(ċ)
Taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ)
1. Taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu
56(12)(ċ) għal xi nuqqas minn individwu meta jagħmel prospett
għar-rigward tas-sena ta’ stima 2002 jew ta’ xi sena ta’ stima
sussegwenti għandha tkun kalkolata fuq it-taxxa li għandha tiġi
ntaxxata qabel ma titqies it-taxxa addizzjonali nnifisha fuq l-
income totali ta’ l-individwu għal dik is-sena skond ir-rati u suġġett
għall-ammonti minimi u massimi kif muri fit-Tabella A ta’ hawn
taħt:
TABELLA  A
Numru ta’ xhur mid-data li fiha l-
prospett hu meħtieġ li jkun sottomess 
skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ 
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa
Rata Minimu Massim
u
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    113
2. Taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu
56(12)(ċ) għal xi nuqqas minn persuna, li ma tkunx individwu,
meta tagħmel prospett għar-rigward tas-sena ta’ stima 2002 jew ta’
xi sena ta’ stima sussegwenti għandha tkun kalkolata fuq it-taxxa li
għandha tiġi ntaxxata qabel ma titqies it-taxxa addizzjonali
nnifisha fuq l-income totali ta’ dik il-persuna għal dik is-sena skond
ir-rata u suġġett għall-ammonti minimi u massismi kif muri fit-
Tabella B ta’ hawn taħt:
TABELLA  B
3. (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-partiti l-oħra ta’
din l-Iskeda, taxxa addizzjonali li tiġi intaxxata skond
l-artikolu 56(12)(ċ)  għal xi ommissjoni li ssir fi
prospett għandha tkun:
(i) fil-każ ta’ l-ewwel ommissjoni, tlieta fil-mija
fix-xahar tat-taxxa perikolata;
(ii) fil-każ tat-tieni ommissjoni, erba’ fil-mija fix-
xahar tat-taxxa perikolata;
(iii) fil-każ tat-tielet ommissjoni, ħamsa fil-mija fix-
xahar tat-taxxa perikolata;
(iv) fil-każ tar-raba’ ommissjoni jew ta’ xi
ommissjoni ulterjuri, sitta fil-mija fix-xahar tat-
taxxa perikolata.
(b) Biex tiġi kkalkolata t-taxxa addizzjonali skond din il-
Fi żmien 6 xhur 0% Lm5 Lm5
Aktar tard minn 6 iżda fi żmien 12-
il xahar
3% Lm8 Lm50
Aktar tard minn 12 iżda fi żmien
18-il xahar
10% Lm20 Lm100
Aktar tard minn 18 iżda fi żmien 24
xahar
15% Lm30 Lm200
Aktar tard minn 24 xahar 20% Lm40 Lm300
Numru ta’ xhur mid-data li fiha l-
prospett hu meħtieġ li jkun sottomess 
skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ 
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa
Rata Minim
u
Massimu
Fi żmien 6 xhur 0% Lm20 Lm20
Aktar tard minn 6 iżda fi żmien 12-il
xahar
3% Lm40 Lm200
Aktar tard minn 12 iżda fi żmien 18-
il xahar
10% Lm80 Lm350
Aktar tard minn 18 iżda fi żmien 24
xahar
15% Lm100 Lm600
Aktar tard minn 24 xahar 20% Lm120 Lm1000
     114     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
partita, m’għandux jingħata kas ta’ xi ommissjoni għal
xi sena ta’ stima li tiġi qabel is-sena ta’ stima 1999.
(ċ) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta’ din il-partita l-
ommissjonijiet kollha għar-rigward ta’ xi sena ta’
stima waħda għandhom jitqiesu bħal ommissjoni
waħda.
(d) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta’ din il-partita s-
sekwenza ta’ l-ommissjonijiet għandha tiġi stabbilita
skond is-sekwenza kronoloġika tad-dati ta’ meta avviż
bil-miktub ikun intbagħat lill-persuna mill-
Kummissarju li sejra ssir inkjesta dwar il-prospetti tat-
taxxa u t-taxxa dovuta minn dik il-persuna.
(e) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta’ din il-partita l-
Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel
regoli li jipprovdu dwar iċ-ċirkostanzi u l-mod kif it-
taxxa addizzjonali tista’ tiġi mħallsa kollha jew parti
minnha.
4.  Meta ommissjoni li ssir fi prospett tiġi rrangata minn
persuna permezz tal-preżentata ta’ prospett ieħor li jiġi magħmul
skond ma hemm fl-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa qabel ma dik il-persuna tiġi avżata bil-miktub mill-
Kummissarju dwar li tkun se ssir inkjesta dwar id-dikjarazzjonijiet
ta’ dik il-persuna u dak li hu dovut minnha, it-taxxa addizzjonali li
għandha tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ)  għal dik l-
ommissjoni għandha tkun bir-rata ta’ żero punt ħamsa u sebgħin
fil-mija (0.75%) għal kull xahar tat-taxxa perikolata.
5. Il-massimu tat-taxxa addizzjonali li titħallas skond il-
partiti 3 u 4 ma għandu f’ebda każ ikun iktar minn sittin darba daqs
ir-rata applikabbli f’dawk il-partiti riferibbli għal dik l-ommissjoni.
6. Għall-għanijiet tal-partiti 3 sa 5 ta’ din l-Iskeda -
(a) "taxxa perikolata" tfisser id-differenza bejn it-taxxa
ddikjarata bħala taxxabbli minn min iħallas it-taxxa
wara li jitqiesu kull eżenzjoni, ħelsien, allowance jew
krediti li jista’ jkollu jedd għalihom u t-taxxa li
attwalment titħallas wara li jitqies dan kollu, imma ma
għandha tinkludi ebda taxxa addizzjonali;
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-partita 5, ir-rata ta’
taxxa addizzjonali ta’ kull xahar għandha tiġi kalkulata
għal kull xahar jew parti minnu, liema żmien jibda
għaddej bix-xahar li matulu t-taxxa fuq l-income
taxxabbli għal dik is-sena kienet dovuta u kellha
titħallas u jtemm bix-xahar li matulu tiġi rranġata l-
ommissjoni per mezz ta’ prospett ieħor magħmul
skond l-artikolu13 jew meta ssir stima.
7.  It-taxxa addizzjonali li għandha titħallas skond l-artikolu
56(12)(ċ)  għandha tkun b’żieda u mingħajr preġudizzju għall-
imgħax li għandu jitħallas skond l-artikolu 44(2A) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, iżda ebda imgħax bħal dak ma għandu
jintalab fuq dik it-taxxa addizzjonali.
TAXXAFUQ L-INCOME  ġ K AP. 123.    115
8. Meta persuna tippreżenta dikjarazzjoni li hemm preskritta
wara li tagħmel għażla skond l-artikolu 12 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, u dik il-persuna ma jkunx japplika
għaliha dak l-artikolu u sussegwentement tippreżenta prospett sħiħ
u korrett, hija għandha titqies għall-iskopijiet ta’ l-artikolu
56(12)(ċ)  u ta’ din l-Iskeda, bħala li tkun ommettiet mill-prospett
l-income kollu tagħha ħlief għal dak lincome imsemmi fl-artikolu
12(2)(b) ta’ dak l-Att u li tkun irranġat dik l-ommissjoni meta hija
tippreżenta l-prospett sħiħ u korrett.
9. Meta persuna li għaliha jkun japplika l-artikolu 12 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, tippreżenta dikjarazzjoni li hemm
preskritta biex teżerċita għażla skond dak l-artikolu wara d-data
preskritta, hija għandha titqies għall-finijiet ta’ l-artikolu 56(12)(ċ)
u ta’ din l-Iskeda li tkun naqset meta ppreżentat dak il-prospett u
dak in-nuqqas ikompli sakemm jiġi ppreżentat prospett kif imiss.
9A. (a) Meta persuna, li l-ammont ta’ taxxa tagħha li għandha
titħallas għal xi sena jew snin ta’ stima tkun ġiet
stabbilita mill-Kummissarju abbażi ta’ stima
magħmula taħt l-artikolu 31(3) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, u li tkun ġiet avżata bil-
miktub mill-Kummissarju li tkun se ssir inkjesta dwar
id-dikjarazzjonijiet ta’ taxxa tagħha u x’ikollha tħallas,
sussegwentement tissupplixxi prospett ta’ l-income
għar-rigward ta’ dik is-sena jew dawk is-snin,
għaldaqstant dik il-persuna għandha titqies li tkun
soġġetta għal taxxa addizzjonali għal ommissjoni taħt
il-paragrafu (a) tal-partita 3 b’żieda ma’ kull taxxa
addizjonali taħt il-partiti 1 jew 2 ta’ din l-Iskeda.
(b) Għall finijiet li jsir kalkolu tat-taxxa perikolata għal xi
ommissjoni li dwarha l-persuna msemmija fil-
paragrafu (a) ta’ din il-partita tkun soġġetta, dik it-
taxxa perikolata għandha titqies li tkun daqs it-taxxa
kalkolata fuq l-income totali, bi tnaqqis minnhom ta’
kull kreditu, kif dikjarati f’dak il-prospett, bla ħsara
għar-rati taħt il-paragrafu (a) tal-partita 3 u sa l-ogħla
ammont taħt il-partita 5 ta’ din l-Iskeda.
(c) Meta stima jew stima addizzjonali għal xi sena jew
snin ta’ stima ssir taħt l-artikolu 31(5) ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa fuq persuna msemmija fil-
paragrafu (a) ta’ din il-partita, għall-finijiet li tiġi
kalkolata t-taxxa perikolata, it-taxxa kkalkolata fuq l-
income totali, bi tnaqqis minnha ta’ kull kreditu, kif
dikjarata fl-imsemmi prospett, għandha titqies li tkun
zero:
Iżda t-taxxa addizzjonali għal ommissjoni kif
tirrizulta mill-paragrafu (b) hawn qabel għandha
titnaqqas mill-ammont ta’ taxxa addizzjonali kif din
tirriżulta minn dan il-paragrafu.
10.  (a) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda,
jekk il-Kummissarju jkun sodisfatt illi nuqqas tal-
konsenja ta’ prospett kien dovut għal skużanti
     116     KAP. 123. ħ         TAXXAFUQ L-INCOME 
raġonevoli, huwa jaħfer kollha kemm hi t-taxxa
addizzjonali li kieku kienet tkun dovuta skond id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Iskeda:
Iżda:
(i) li ma jkunx hemm fondi biżżejjed mnejn
titħallas xi taxxa dovuta, jew
(ii) meta titqiegħed fiduċja f’xi persuna oħra sabiex
din twettaq xi biċċa xogħol, il-fatt ii jkun hemm
dik il-fiduċja jew xi dewmien jew ineżattezzi
mill-persuna li jkol1ha l-fiduċja,
ma jitqisux li huma skużanti raġonevoli għall-fini ta’
dan il-paragrafu.
(b) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a), il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel regoli li
jipprovdu dwar iċ-ċirkostanzi u l-mod kif it-taxxa
addizzjonali tista’ tiġi mnaqqsa kollha jew parti
minnha.
(ċ) L-użu tad-diskrezzjoni tal-Kummissarju għall-fini ta’
din il-partita ma hi sindakabbli f’ebda appell.
