KURATAL-MARDVENERJU ġ K AP. 124.
KAPITOLU 124
ATT DWAR IL-KURA TAL-MARD VENERJU
 Biex jipprovdi għall-kura tal-Mard Venerju.
(27 ta’ Diċembru, 1948)*
Sar liġi bl-ATT LVIII ta’ l-1948, u ġie emendat bl-Avviż Legali
46 ta’ l-1965; u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974, XXII ta’ l-1976 u XIII ta’
l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Venerju. 
Tifsir.
Emendat: 
XXII. l976.4. 
2. F’dan l-Att -
"ċertifikat ta’ ħelsien" tfisser, dwar xi persuna, ċertifikat bil-
miktub mogħti minn uffiċjal mediku kif hemm imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-Att, li jiċċertifika illi dik il-
persuna, fid-data taċ-ċertifikat, ma turix li għandha mard venerju li
jista’ jittieħed;
"kura" tfisser ukoll kull vista tat-tabib kull tant żmien jew
xort’oħra;
"mard venerju" tfisser gonorrea, sifilide jew chancroid; 
"preskritt" tfisser kif preskritt mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern; 
"tabib speċjalista" tfisser l-uffiċjal mediku inkarigat mid-
dipartiment tal-mard venerju fl-isptar jew l-assistent tiegħu, jew
kull tabib magħruf mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern bħala tabib
speċjalista għall-finijiet ta’ dan l-Att.
Dmir tat-tabib 
speċjalista li, taħt 
xi ċirkostanzi, 
jgħarraf lit-Tabib 
Prinċipali tal- 
Gvern b’xi dettalji 
dwar marid li 
jkollu mard 
venerju. 
3. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet li hemm fl-artikolu 4
ta’ dan l-Att, kull tabib speċjalista li jirċievi mingħand marid, li
huwa jsib li għandu l-mard venerju, tagħrif dwar xi persuna li
mingħandha l-marid jaħseb li ħa l-mard, għandu, kemm-il darba,
wara li jitqies iż-żmien li fih ir-relazzjonijiet sesswali bejn iż-żewġ
individwi jingħad li saru u kull tagħrif ieħor li huwa jkollu, it-tabib
speċjalista ma jkunx tal-fehma illi ma hemmx raġuni li jaħseb illi l-
marda kienet hekk ittieħdet, jibgħat avviż, fuq il-formula preskritta,
lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern, fejn isemmi d-dettalji preskritti dwar
il-marid u l-marda li dan għandu u dwar il-persuna li mingħandha
jaħseb illi l-marda ttieħdet.
Kondizzjonijiet u 
limiti tad-dmir 
imsemmi fl-
artikolu 3.
4. (1) Qabel ma jieħu d-dettalji ta’ kif tniġġes bil-mard, it-
tabib speċjalista għandu jfiehem lill-marid illi t-tagħrif kollu li
jagħtih huwa jżommu bl-akbar segretezza u illi kull tagħrif mogħti
mingħajr ħsieb qarrieqi għall-finijiet ta’ dan l-Att ma jkunx suġġett
għal proċedimenti ċivili jew kriminali. Huwa għandu wkoll
igħarraf lill-marid li jista’ jaqa’ taħt pieni kbar jekk huwa jagħmel
dikjarazzjoni jew jagħti tagħrif dwar minn fejn jaħseb li ħa l-mard
jekk huwa jaf, jew ikollu għalfejn jaħseb, li dik id-dikjarazzjoni
jew dak it-tagħrif huwa falz f’xi ħaġa importanti.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 816 tat-28 ta’ Diċembru, 1948.
 2      KAP. 124.ħ     KURATAL-MARDVENERJU
(2) It-tabib speċjalista m’għandux jibgħat lit-Tabib Prinċipali
tal-Gvern l-avviż imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att qabel ma
jkollu l-firma jew is-salib tal-marid fuq id-dikjarazzjoni ta’ dak il-
marid li turi l-kunsens tiegħu sabiex jintbagħat l-imsemmi avviż.
Dmir tat-Tabib 
Prinċipali tal-
Gvern meta jirċievi 
avviż mibgħut taħt 
1-artikolu 3. 
5. (1) Jekk it-Tabib Prinċipali tal-Gvern jidhirlu li xi persuna,
li tkun persuna speċifikata f’avviżi mibgħutin bis-saħħa ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att, hija persuna li minnha żewġ morda jew
iżjed jaħsbu li ħadu l-mard venerju, huwa għandu, kemm-il darba
ma jidhirlux li m’hemmx għalfejn jaħseb illi l-marda ttieħdet hekk,
jinnotifika lil dik il-persuna avviż fuq il-formula preskritta - 
(a) fejn igħid li fuq tagħrif li wasallu skond dan l-Att,
hemm għalfejn jaħseb illi dik il-persuna tista’
tinħtiġilha kura għal mard venerju; u
(b) fejn igħid lil dik il-persuna biex tmur sabiex
jagħmlilha vista uffiċjal mediku inkarigat mill-
imsemmi Tabib Prinċipali tal-Gvern għal dak l-iskop,
fil-ħin u fil-post li jkunu msemmija fl-avviż.
(2) Kull avviż bħal dan għandu jkun notifikat lill-persuna li
lilha għandu jkun notifikat jew personalment jew b’ittra reġistrata
mibgħuta bil-posta fl-aħħar post magħruf tar-residenza ta’ dik il-
persuna jew ta’ fejn soltu tpoġġi. F’dan it-tieni każ, l-ittra titqies li
tkun ġiet ikkunsinnata skond il-kors ordinarju tas-servizz tal-posta,
kemm-il darba ma tinġiebx prova kuntrarja.
Ċertifikati ta’ 
ħelsien u avviżi tal-
kura. 
6. (1) L-uffiċjal mediku li jkun invista persuna skond dak li
hu meħtieġ minn avviż bħal dan imsemmi hawn fuq għandu jew
jibgħat lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern ċertifikat ta’ ħelsien dwar il-
persuna invistata, jew jinnotifika lil dik il-persuna (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsemmija bħala "il-kuntatt") avviż fuq il-formula
preskritta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija bħala "avviż tal-
kura") fejn igħid lill-kuntatt sabiex imur għal vista oħra u joqgħod
għaliha u, jew, inkella joqgħod għall-kura skond dawk l-ordnijiet li
jistgħu jingħataw lilha, u li tibqa’ tagħmel hekk sakemm l-uffiċjal
mediku jidhirlu meħtieġ.
(2) L-imsemmi uffiċjal mediku għandu jgħarraf bil-miktub lit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern b’kull avviż tal-kura li huwa jkun
innotifika. Meta, fil-fehma tiegħu, xi kuntatt li kien taħt il-kura
tiegħu kif meħtieġ b’dan l-Att ma għadx għandu mard venerju li
jittieħed u m’għandux bżonn iżjed li jibqa’ jmur għal vista jew għal
kura, l-imsemmi uffiċjal mediku għandu jgħarraf lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern fuq hekk.
Il-maġistrat jista’ 
jordna li kuntatt 
jittieħed u jinżamm 
fi sptar.
7. Kull meta l-uffiċjal mediku li jkun maħtur għal hekk mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern jirrapporta bil-miktub illi huwa tal-
fehma li kuntatt, li bir-raġun huwa jissuspetta li għadu jxerred
tinġies, jinħtieġlu kura speċjali fi sptar, it-Tabib Prinċipali tal-
Gvern jista’ jitlob lil maġistrat sabiex joħroġ ordni li jikkmanda li
dak il-kuntatt jittieħed u jinżamm fi sptar spejjeż tal-Gvern għal
dak iż-żmien, iffissat f’dik l-ordni jew f’ordni jew ordnijiet ta’
wara, li jkun jidher lill-maġistrat wara li jkun sema’ l-fehma ta’ l-
imsemmi uffiċjal mediku, li hu meħtieġ sabiex ma jissoktax it-
KURATAL-MARDVENERJU ġ K AP. 124.
tixrid ta’ mard venerju.
Pieni dwar ksur 
tad-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 5 u 6.
8. Jekk, bi ksur ta’ dak li hu meħtieġ minn avviż taħt l-
artikolu 5 jew ta’ xi avviż tal-kura taħt l-artikolu 6, persuna jew
kuntatt, skond il-każ, ma jmurx jew ma joqgħodx għall-vista ta’ l-
uffiċjal mediku li quddiemu dik il-persuna għandha tidher, jew ma
jagħmilx skond l-ordnijiet mogħtija lill-kuntatt minn dak l-uffiċjal
mediku, dan għandu minnufih jirraporta bil-miktub iċ-ċirkostanzi
lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern, u dik il-persuna, jew skond il-każ,
dak il-kuntatt ikun b’hekk ħati ta’ reat taħt dan l-Att, u, jista’ jekk
jinsab ħati minn qorti, jeħel multa ta’ mhux inqas minn għoxrin lira
iżda mhux iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ minn
xahar sa tliet xhur jew għal dik il-multa u għal dik il-priġunerija
flimkien.
Piena dwar tagħrif 
falz, mogħti 
b’ħażen, u 
eżenzjoni minn 
piena dwar tagħrif 
falz mogħti 
mingħajr ħsieb 
qarrieqi. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XIII. 1983.4. 
9. (1) Jekk marid li tabib speċjalista jkun sab li għandu mard
venerju jagħti tagħrif fuq persuna li minnha l-marid jaħseb li ħa il-
mard, meta huwa jaf jew għandu għalfejn jaħseb illi t-tagħrif hekk
mogħti huwa falz f’xi ħaġa importanti, huwa jkun ħati ta’ reat taħt
dan l-Att u jista’, jekk jinsab ħati minn qorti, jeħel multa ta’ mhux
inqas minn għoxrin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ minn xahar sa tliet xhur jew dik il-multa
u dik il-priġunerija flimkien. Proċedimenti dwar reat taħt dan is-
subartikolu ma jittieħdux ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali li,
sa fejn jidhirlu xieraq f’kull każ, għandu jipprova qabel xejn jikseb
il-ftehim tal-persuna li bi ħsara tagħha jkun ingħata t-tagħrif falz.
(2) Jekk tagħrif kif imsemmi hawn fuq jingħata mingħajr ħsieb
qarrieqi għandu, għall-finijiet tal-liġi dwar l-inġurji, jitqies li ġie
mogħti fil-ħidma ta’ dmir imwaqqaf mill-liġi.
Segretezza dwar 
tagħrif mogħti taħt 
id-disposizzjonijiet 
ta’ dan 1-Att u 
pieni dwar ksur ta’ 
dik is-segretezza. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
10. (1) Ebda persuna li jkollha tagħrif bis-saħħa ta’ dan l-Att
m’għandha, ħlief fil-ħidma tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
ixxandar dak it-tagħrif.
(2) Kull min ikun ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jista’, jekk jinsab ħati minn qorti, jeħel il-priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew multa ta’ mhux inqas minn
mitt lira iżda mhux iżjed minn mitejn lira jew dik il-multa u dik il-
priġunerija flimkien.
Proċedimenti jsiru 
bil-bibien 
magħluqa.
11. Kull proċediment ġudizzjarju taħt dan l-Att għandu
jinżamm bil-bibien magħluqa.
