KUMPENSF’EMERĠENZA(DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI) ġKAP. 126.
KAPITOLU 126
ATT DWAR IL-BORD GĦAL KUMPENS 
F’EMERĠENZA 
(DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI)
Biex jistgħu jiġu maqtugħin il-kawżi li għad hemm quddiem il-Bord
għal Kumpens f’Emerġenza.
(28 ta’ Ġunju, 1949)*
Sar liġi bl-ATT XIII ta’ l-1949.
Titolu fil-qosor. 
f’Emerġenza (Disposizzjonijiet Transitorji).
Il-Bord għal 
Kumpens 
f’Emerġenza jibqa’ 
jaħdem biex jaqta’ 
il-proċedimenti 
pendenti. 
2. Għalkemm ir-regolament 59 tar-Regolamenti ta’ l-1939
għal Malta dwar id-Difiża u r-Regolamenti ta’ l-1943 dwar il-
Kumpens fi Żmien ta’ Emerġenza, li kienu ġew miżmuma fis-seħħ
bl-Att ta’ l-1948 li Jissokta fis-seħħ xi Liġijiet li se Jagħlqu#, jiġu
mħassrin jew jagħlaq iż-żmien tagħhom, il-Bord għal Kumpens
f’Emerġenza jibqa’ jaħdem, magħmul, bl-istess dmirijiet u bl-istess
mod ta’ proċedura bħalma s’issa kien, sabiex jiddisponi mill-kawżi
kollha li jinsabu quddiemu jew illi għal quddiem jinġiebu
quddiemu dwar materji li jmisshom ikunu regolati bl-imsemmija
Regolamenti ta’ l-1943 dwar il-Kumpens fi Żmien ta’ Emerġenza,
u dawn ir-regolamenti għandhom għal dak l-iskop biss jitqiesu li
jibqgħu fis-seħħ kif ingħad hawn qabel.
Ħarsien.
tar-Regolamenti ta’ l-1939 għal Malta dwar id-Difiża, u tar-
Regolamenti ta’ l-1943 dwar il-Kumpens fi Żmien ta’ Emerġenza,
ma għandu, b’ebda mod, itiefes is-siwi jew l-effett ta’ xi deċiżjoni
li, qabel il-bidu tas-seħħ ta’ dan l-Att, ġiet jew f’xi żmien wara,
skond dan l-Att, tista’ tiġi mogħtija mill-Bord għal Kumpens
f’Emerġenza, jew itiefes xi jedd miksub, obbligu dovut jew
responsabbiltà maħluqa b’dik id-deċiżjoni.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 415 tat-30 ta’ Ġunju, 1949. 
#Imħolli barra taħt 1-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
