ĦARSIENTAR-RAMEL  ġ K AP. 127.
KAPITOLU 127
ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAR-RAMEL 
Biex jaħseb għall-ħarsien tar-ramel.
(11 ta’ Lulju, 1949)*
Sar liġi bl-ATT XVI ta’ l-1949, kif emendat bl-Ordinanza XXV ta’ l-
1962; Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966 u XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
"ċagħaq irqieq".
Tirżin fuq il-ġarr 
tar-ramel. 
3. (1) Ħadd ma għandu jneħħi jew iġorr b’xi mezz ta’ ġarr li
jkun, ebda ramel minn xi ramla jew xatt-il baħar jew minn xi art
jew post, sew jekk ikunu ta’ proprjetà pubblika jew privata
mingħajr ma jkollu permess bil-miktub mid-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi u ħlief skond il-kondizzjonijiet ta’ dak il-permess jekk
ikun fih.
(2) Id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jista’ għal kollox fid-
diskrezzjoni tiegħu, jirrifjuta li jagħti permess jew meta jagħti l-
permess, iqiegħed fih dawk il-kondizzjonijiet illi, għal kollox fid-
diskrezzjoni tiegħu, lilu jidhru meħtiġin jew xierqin.
(3) Dan il-permess ikun dejjem mogħti meta r-ramel ikun
meħud mill-proprjetà privata pero bil-kondizzjonijiet li d-Direttur
tax-Xogħlijiet Pubbliċi jidhirlu meħtieġa u xierqa.
Setgħa tal- 
Ministru 
responsabbli għax-
xogħlijiet pubbliċi 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966; 
XIII. 1983.5.
4. Il-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi jista’
jagħmel u, wara li jkun għamilhom, jibdel, iħassar jew iħassar u
jagħmel mill-ġdid regolamenti għall-iskopijiet li ġejjin, jew għal xi
wħud minnhom:
(a) biex jingħad f’liema għamla għandhom isiru t-talbiet u
jinħarġu l-permessi meħtiġin taħt dan l-Att;
(b) biex jiġu ffissati il-prezz li għandu jitħallas għar-ramel
mittieħed minn proprjetà tal-Gvern ta’ Malta jew
amministrata minnu jew minn xi post pubbliku u d-
drittijiet li għandhom jitħallsu għall-għoti ta’ permessi
meħteġin taħt dan l-Att;
(ċ) biex ikun hemm kontroll xieraq sabiex jiġi żgurat il-
ħarsien tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(d) biex jittieħed ħsieb dwar kull ħaġa’oħra li jkollha
x’taqsam mat-tmexxija u twettiq tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att; u
(e) biex jingħad liema jkunu l-penalitajiet li jkun jista’
jeħel kull min jikser xi wieħed jew iżjed mir-
regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu; iżda ebda
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 456 tal-15 ta’ Lulju, 1949.
 2      KAP. 127.ħ    ĦARSIENTAR-RAMEL
penali minn dawk ma għandha tisboq mitt lira multa u,
jew inkella, priġunerija sa xahar wieħed.
Setgħa għad-dħul u 
tiftix, eċċ., 
mogħtija lil xi 
uffiċjal.
5. Kull persuna li għalhekk ikollu s-setgħa xierqa bil-miktub
mid-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, u kull membru tal-Korp tal-
Pulizija jkollu s-setgħa - 
(a) li f’kull ħin xieraq jidħol u jfittex f’kull bini jew post
jew lok ieħor fejn huwa għandu għalfejn jaħseb illi
hemm ramel maħżun jew miżmum jew li dan qed jiġi
wżat jew ser jiġi wżat;
(b) li jwaqqaf u jispezzjona trakkijiet jew vejikli oħra li
huwa jkollu għalfejn jaħseb li qegħdin iġorru r-ramel;
(ċ) li jġiegħel lil kull persuna li jkollu għandu jew li jkun
qed iġorr ramel li jagħtih dak it-tagħrif li huwa jidhirlu
meħtieġ dwar l-akkwist tar-ramel u fuq x’sejjer
jagħmel bih, u li jurih permessi jew dokumenti oħra,
karti jew kotba tan-negozju dwar l-akkwist tar-ramel
jew fuq x’sejjer isir minnu;
(d) li jieħu taħt idejh kull permess, dokument, karta jew
ktieb tan-negozju bħal dawk u kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ reat taħt dan l-Att jew li tista’ tinġieb
b’xiehda tal-għemil ta’ dak ir-reat:
Iżda għall-finijiet tal-paragrafu (a), il-membru tal-Korp tal-
Pulizija ma għandux ikun ta’ grad inqas minn spettur.
Ramel li dwaru ma 
jkunx hemm 
permess jitqies li 
nkiseb kontra 1-liġi 
sa ma jiġi pruvat 
bil-maqlub.
6. Meta jinsab ramel għand jew li qed jinġarr minn xi
persuna, fil-każ wieħed u l-ieħor mingħajr ma jkun hemm dwaru
permess jew permessi maħruġin taħt dan l-Att, għandu jitqies, sa
ma l-persuna fil-kwistjoni ma turix kif jixraq il-maqlub, illi dak ir-
ramel tneħħa jew inġarr bi ksur tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3
ta’ dan l-Att.
Penali għal kull 
każ.
Emendat: 
XIII. 1983.5.
7. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att jew kull min ifixkel jew ixekkel lill-
persuni imsemmijin fl-artikolu 5 ta’ dan l-Att fit-tħaddim ta’
dmirijiethom jew kull min ma jħarisx xi ordni jew direzzjoni
mogħtija lilu skond il-liġi minn xi persuna bħal dik ikun ħati ta’
reat taħt dan l-Att u, meta jinsab ħati, ikun jista’ jeħel piena kif ġej:
(a) meta jinsab ħati għall-ewwel darba, multa ta’ mhux
inqas minn għoxrin lira imma mhux iżjed minn ħamsin
lira;
(b) meta jinsab ħati għat-tieni darba jew għal kull darba
oħra wara t-tieni, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin
lira iżda mhux iżjed minn mitt lira u priġunerija għal
żmien mhux itwal minn xahar wieħed.
(2) Kull vejikolu jew mezz ieħor ta’ ġarr, flimkien ma’ kull
żiemel jew bhima oħra u ma’ kull ħaġa li tkun, li minnha sar użu
jew li ntwera l-ħsieb li jsir użu biex jitneħħa r-ramel bi ksur ta’ dan
l-Att, jiġu konfiskati barra minn meta persuna, li ma tkun ħadet l-
ebda sehem fir-reat, ikollha jedd fuq dawk l-oġġetti.
ĦARSIENTAR-RAMEL  ġ K AP. 127.
L-artikolu 37 tal-
Kodiċi tal-Liġijiet 
tal-Pulizija mhux 
applikabbli għar-
ramel.
Kap. 10.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 tal-Kodiċi tal-Liġijiet
tal-Pulizija ma jkunux jgħoddu għar-ramel.
