  LIĊENZITAL-PULIZIJA  ġ K AP. 128.    1
KAPITOLU 128
ATT DWAR IL-LIĊENZI TAL-PULIZIJA
Biex jagħmel disposizzjonijiet dwar il-għoti, tiġdid, tagħrif ta’ twellija u
taħsir ta’ liċenzi u permessi illi, taħt kull liġi li tkun jista’ joħroġhom il-
Kummissarju tal-Pulizija, u dwar id-drittijiet li għandhom jitħallsu
għalihom, u ħwejjeġ oħra fuq hekk.
28 ta’ Diċembru, 1949
Sar liġi bl-ATT XXXIV ta’ 1-1949, u ġie emendat bl-Ordinanza ta’
Emerġenza XIV ta’ 1-1958; bl-Ordinanzi: XVII ta’ 1-1961, XXV ta’ 1-
1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-1965; u bl-Att XV ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor. 
tal-Pulizija.
Tifsir.
titlobx tifsira oħra, "liċenza" tfisser u tħaddan kull liċenza jew
permess illi, taħt xi Att, Ordinanza, regolament jew att ta’ liġi
ieħor, huma meħtieġa mill-Kummissarju tal-Pulizija għall-egħmil
ta’ xi ħaġa jew għal xi skop ieħor, jew illi l-Kummissarju tal-
Pulizija huwa awtorizzat jew għandu s-setgħa li jagħti taħt kull Att,
Ordinanza, regolament jew att ta’ liġi ieħor bħal dawk.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat: 
XIV. 1958.2; 
XVII. 1961.3; 
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIII. 2000.30.
3. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jagħmel u
wara li jagħmel, ibiddel, iħassar, jew iħassar u jerġa’ jagħmel
regolamenti għall-iskop tat-tmexxija tal-għoti, tiġdid, trasferiment
jew taħsir ta’ liċenzi jew għal xi klassi minnhom jew iżjed minn
klassi waħda u l-iktar, imma mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ din
id-disposizzjoni, huwa jista’ jagħmel regolamenti għall-iskopijiet
kollha li ġejjin jew għal xi wieħed jew iżjed minnhom:
(a) biex jiffissa il-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenzi, jew
xi klassi minnhom jew iżjed minn klassi waħda,
jistgħu jingħataw, jiġġeddu, ikun magħruf it-
trasferiment tagħhom, jew jitħassru mill-Kummissarju
tal-Pulizija;
(b) biex jordna illi xi klassi min-nies bil-liċenza jew iżjed
minn klassi waħda għandhom ikollhom fuqhom badges
li jissemmew u jintgħarfu sewwa, biex igħid kemm
għandu jitħallas għal dawk il-badges, u biex jaħseb
għal ħwejjeġ oħra dwar hekk;
(ċ) biex jaħtar persuni, bordijiet jew korpijiet oħra ta’
persuni sabiex jagħtu pariri lill-Kummissarju tal-
Pulizija dwar il-għoti, tiġdid, trasferiment jew taħsir
ta’ liċenzi jew ta’ xi klassi minnhom jew ta’ iżjed minn
klassi waħda, biex igħid x’għandhom ikunu d-dmirijiet
ta’ dawk il-persuni, bordijiet jew korpijiet ta’ persuni,
u biex jordna l-proċedura li għandhom jimxu biha;
(d) biex jaħseb għal kif għandha ssir talba għall-għoti,
tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzi jew ta’ xi klassi
minnhom, jew iżjed minn klassi waħda; għal dak li
  2      KAP. 128. ħ         LIĊENZITAL-PULIZIJA
għandu jkun hemm fit-talba; għal kif dawk il-liċenzi
għandhom jingħataw, jiġġeddu jew ikun magħruf it-
trasferiment tagħhom; il-għamla li biha dawn il-liċenzi
għandhom jinħarġu, x’għandu jkun fihom, u kif it-
tiġdid jew it-trasferiment għandhom jintwerew;
(e) biex jaqta’ kemm għandhom idumu jiswew il-liċenzi
jew xi klassi minnhom jew iżjed minn klassi waħda;
(f) biex jaħseb sabiex ikun żgurat illi liċenzi jew xi klassi
minnhom jew iżjed minn klassi waħda jagħlqu f’jum
jew jiem imsemmija;
(g) biex jaqta’ liema drittijiet għandhom jinġabru dwar il-
għoti, tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzi jew ta’ xi
klassi minnhom jew ta’ iżjed minn klassi waħda, sew
billi jgħid mill-ewwel kemm għandu jitħallas jew billi
jgħid kif l-għadd tal-ħlas għandu jinħadem; u biex
jaħseb għal drittijiet li għandhom jinġabru dwar
perijodi maqtugħin:
Iżda regolamenti minn dawk maħsubin f’dan il-
paragrafu jistgħu jistabilixxu l-inqas u 1-ogħla dritt li
għandu jinġabar dwar liċenzi jew xi klassi minnhom
jew iżjed minn klassi waħda, u meta jsir hekk l-għadd
tad-dritt li għandu jinġabar f’kull każ għalih għandu
jkun iffissat mill-Kummissarju tal-Pulizija fid-dehen
tiegħu;
Kap. 9.
(h) biex jistabbilixxu l-pieni li jista’ jeħel kull min jikser
xi regolamenti magħmulin taħt dan l-Att; iżda ebda
piena bħal dik ma għandha tiżboq il-pieni li hemm fil-
Kodiċi Kriminali għall-kontravvenzjonijiet;
(i) biex jaħseb dwar ir-radd ta’ drittijiet, jew ta’ xi sehem
minnhom, imħallsin bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies li
tagħti setgħa lill-Ministru responsabbli għall-Pulizija li jagħmel xi
ħaġa li tkun kuntrarja għad-disposizzjonijiet ta’ xi Att, Ordinanza
jew xi att ta’ liġi ieħor għaż-żmien li jkun fis-seħħ jew ta’ xi
regolamenti magħmulin taħthom; u b’dan ukoll illi regolamenti
magħmulin bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jkunu b’żieda għal kull
ħtieġa taħt xi Att jew Ordinanza għaż-żmien li jkun fis-seħħ jew ta’
xi regolamenti magħmulin taħthom, u mhux b’nuqqas minn dawk
il-ħtiġijiet:
Iżda wkoll għar-rigward ta’ l-għoti, tiġdid, trasferiment jew
taħsir ta’ liċenzi ta’ vetturi bil-mutur jew tas-sewwieqa tagħhom,
is-setgħa ta’ għemil ta’ dawk ir-regolamenti għandha tiġi eżerċitata
mill-Ministru responsabbli għat-trasport.
(2) Ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati
minnufih malli jista’ jkun wara li jkunu saru; u jekk il-Kamra tad-
Deputati, fi żmien għoxrin ġurnata li jibdew mill-ġurnata li fiha
regolamenti bħal dawk jitqegħdu quddiemha, tgħaddi riżoluzzjoni
biex jiġu mħassra jew li jsir tibdil fihom, dawk ir-regolamenti
  LIĊENZITAL-PULIZIJA  ġ K AP. 128.    3
jieqfu mis-seħħ tagħhom jew isir fihom dak it-tibdil imma dejjem
bla ħsara ta’ l-għemil ta’ regolamenti ġodda. Fil-għadd ta’ xi
perijodu għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, qatt ma għandu jitqies
kull żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati tkun maħlula jew
prorogata jew li matulu tkun imħollija għal iżjed minn erbat ijiem
f’daqqa.
Jitħallas dritt 
addizzjonali f’ċerti 
każijiet. 
Miżjud: 
XV. 1986.2.
Emendat:
XXIII. 2000.30
4. Meta taħt xi regolament magħmul bis-saħħa ta’ l-artikolu 3
liċenza biex tinsaq vettura bil-mutur tinħareġ jew tiġġedded għal
żmien ta’ iktar minn sena kalendarja, u matul iż-żmien li għaliħ dik
il-liċenża tkun inħarġet jew iġġeddet, id-dritt li jitħallas għall-ħruġ
jew għat-tiġdid ta’ dik il-liċenza jiżdied, f’dak il-każ, minkejja l-
ħlas ta’ xi dritt fiż-żmien tal-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ dik il-liċenza,
għandħa titħallas lill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta d-
differenza bejn l-ammont imħallas mal-ħruġ jew mat-tiġdid tal-
liċenza u r-rata l-ġdida tad-dritt li għandu jitħallas, u kemm-il darba
dik id-differenza ma titħallasx dik il-liċenza ma titqiesx li ġiet
imġedda.
