AZZJONIJIETFIT-TUNNARI  AP. 129.   1
KAPITOLU 129
ATT DWAR L-AZZJONIJIET FIT-TUNNARI 
Biex jagħti setgħa lill-Gvern ta’ Malta biex joħroġ sehem mill-kapital
ta’ kumpanija kummerċjali tat-tunnari u li jagħmel ħwejjeġ oħra dwar
hekk.
(20 ta’ Frar, 1950)*
Sar liġi bl-ATT I ta’ 1-1950; kif emendat bl-Ordinanzi VI u VIII ta’ 1-
1959; Avviż Legali 46 ta’ 1-1965 u bl-Atti XIII ta’ 1-1983 u XVI ta’ l-
1997.
Titolu fil-qosor. 
Tunnari. 
Setgħa għad-dehra 
fit-twaqqif ta' 
soċjetà. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIII. l983.5. 
2. (1) Il-Ministru responsabbli għall-industrija huwa
hawnhekk mogħti s-setgħa li jidher għall-Gvern ta’ Malta bil-ħsieb
li dan, flimkien ma’ oħrajn, iwaqqaf soċjetà anonima skond il-liġi
ta’ Malta sabiex jinqabad, jinbigħ u jkun priżervat il-ħut, kif ukoll
għan-negozji ta’ dik il-għamla.
(2) Il-kapital tal-Kumpannija għandu jkun ta’ erbat elef mija u
ħamsin lira imqassam fi tlieta u tmenin azzjonijiet ta’ ħamsin lira l-
waħda mħallsin għal kollox. L-ebda żieda ta’ kapital ma tista’ tiġi
magħmula jekk l-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati ma tiġix
mogħtija qabel.
(3) Il-Gvern ta’ Malta għandu jżomm f’ismu tnejn u erbgħin
azzjonijiet tal-kapital ewlieni, dawn l-azzjonijiet għandhom
ikollhom flimkien siwi nominali ta’ elfejn u mitt lira, u dan l-
ammont huwa hawnhekk approprjat mill-Fond Konsolidat fil-
Kaxxa ta’ Malta għal dak l-iskop. Il-Gvern ikun obbligat joffri għal
bejgħ lill-pubbliku dawn l-azzjonijiet bl-aħjar prezz tas-suq wara li
dina s-soċjetà tkun ilha taħdem ħames snin.
(4) Il-Gvern ta’ Malta għandu f’kull żmien iżomm f’idejh
sehem li jagħtih kontroll fil-kumpannija, u l-proporzjon bejn il-
għadd ta’ azzjonijiet li l-Gvern ikollu wara żieda fil-kapital jew il-
ħruġ ta’ azzjonijiet ġodda u l-għadd kollu miżjud ta’ azzjonijiet ma
għandha qatt tkun inqas minn dik illi l-imsemmi ammont ta’ elfejn
u mitt lira għandu mal-kapital ewlieni li l-Gvern għandu jżomm
f’ismu.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-industrija għandu, f’kull
żmien, ikun ex officio iċ-Chairman tal-Kumpannija u tal-Bord tad-
Diretturi sakemm il-Gvern jibqa azzjonista fil-Kumpannija.
It-Teżorier iżomm 
l-azzjonijiet. 
Emendat: 
VI. 1959.3. 
3. L-Accountant General  għandu, f’isem il-Gvern ta’ Malta,
jirċievi u jżomm l-azzjonijiet hawn qabel imsemmija.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 87 tat-22 ta’ Frar, 1950.
 2      KAP. 129.ħ       AZZJONIJIETFIT-TUNNARI
Id-dividendi 
jitqegħdu fil-Fond 
Konsolidat. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. Il-flejjes kollha li l-Ministru responsabbli għall-industrija
jdaħħal bħala azzjonista bis-saħħa tal-kuntratt li għandu jsir skond
dan l-Att, jew dwar l-azzjonijiet hawn qabel imsemmija, għandhom
jitħallsu lit-Teżor u jitqegħdu fil-Fond Konsolidat.
Ċikkjar ta’ 
kontijiet. 
Emendat: 
V. 1959.5; 
VIII. 1959.2; 
I. 1962;
XVI. 1997.8. 
Kap. 174.
5. Sakemm il-Gvern jibqa’ azzjonista fil-Kumpannija l-kotba
u kontijiet tal-Kumpannija għandhom ikunu verifikati mill-Awditur
Ġenerali li, dwar dawk il-kotba u kontijiet, ikollu l-istess setgħat li
huma lilu mogħtija bl-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-
Verifika.
Il-kontijiet 
iċċekkjati 
jitqegħdu quddiem 
1-Kamra tad- 
Deputati. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
6. Il-Ministru responsabbli għall-industrija għandu jordna li,
fi żmien tliet xhur wara l-31 ta’ Marzu f’kull sena, jitqegħdu
quddiem l-Kamra tad-Deputati kontijiet li juru s-somom li jkunu
daħlu bis-saħħa tal-kuntratt li għandu jsir jew dwar l-azzjonijiet
hawn qabel imsemmija, u balance sheet, verifikati kif jixraq, tal-
Kumpannija kif ikunu nstabu l-kontijiet fil-31 ta’ Marzu f’kull
sena.
