ĦELSIENMILL-VINKOLUTA’ĠIDMARBUTB’FEDEKOMMESS ġKAP.130.
KAPITOLU 130
ATT DWAR IL-ĦELSIEN MILL-VINKOLU TA’ 
ĠID MARBUT B’FEDEKOMMESS*
Biex jipprovdi għall-ħelsien mill-vinkolu ta’ ġid marbut b'
fedekommess.
(5 ta’ Mejju, 1950)#
Sar liġi bl-ATT XII ta’ 1-1950, u ġie emendat bl-Avviż Legali 148 ta’ 1-
1975. 
Titolu fil-qosor. 
ta’ Ġid marbut b’Fedekommess.
Tifsir.
oħra - 
"imsejjaħ" tfisser il-bniedem illi, bl-att tat-twaqqif ta’
fedekommess, imissu jidħol fit-tgawdija tal-ġid immobbli marbut
b’dak il-fedekommess, mill-jum tal-mewt tal-possessur ta’ dak il-
ġid;
"jum li jgħodd" tfisser il-jum li fih dan l-Att jibda jseħħ;
"mobbli", b’dak kollu li jista’ jkun hemm kuntrarju għal dan f’xi
liġi oħra, tfisser ukoll kull xorta ta’ ħlasijiet fis-sena għal dejjem u,
mingħajr ħsara għal dik il-ġeneralità, kapitali għal ħlasijiet fis-sena
ad formam bullae u krediti għall-imgħax minn flejjes dari
mqegħdin fil-Massa Frumentarja u "immobbli" tkun tfisser kif
jaqbel ma’ dan;
"possessur" tfisser il-bniedem illi fil-jum li jgħodd għandu taħt
idejh b’vinkolu, skond il-liġi, ġid marbut f’fedekommess.
Taħsir tal-
fedekommessi. 
3. Mill-jum li jgħodd, il-fedekommessi kollha ta’ kull xorta
fuq mobbli u immobbli, imwaqqfin kien meta kien, sew jekk huma
għal dejjem jew għal xi żmien, jitħassru, u l-ġid sa dakinhar marbut
bihom isir tal-possessur ta’ dak il-ġid mobbli u immobbli, ħieles
minn kull xkiel iżda b’dawk il-piżijiet, ipoteki awtorizzati u djun li
kienu jolqtu l-ġid imxekkel:
Iżda -
*Ara ukoll 1-Att dwar 1-Estensjoni tal-Ħelsien mill-Vinkolu ta’ Ġid marbut
b’Fedekommess għal proprjetà miżmuma b’fewdu. (Kapitolu 212).
#Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 234 tad-9 ta’ Mejju, 1950.
 2  KAP. 130.ħ  ĦELSIENMILL-
Fedekommessi 
indiviżibbli.
Kap. 16.
(a) fil-każ ta’ fedekommessi indiviżibbli fuq immobbli, l-
immobbli hekk meħlusin mill-fedekommess isiru tal-
possessur, ħielsa minn kull xkiel, f’nofs biss, mgħobbi
b’nofs il-piżijiet, l-ipoteki awtorizzati u d-djun li kienu
jolqtu dawk l-immobbli fil-jum li jgħodd; fil-waqt li n-
nofs l-ieħor ta’ l-immobbli hekk meħlusin, u mgħobbi
bin-nofs l-ieħor ta’ l-imsemmija piżijiet, ipoteki u
djun, ħieles minn xkiel, isir għal dik li hi l-proprjetà
ta’ l-imsejjaħ (sew jekk fil-jum li jgħodd ikun ħaj jew
le), iżda suġġett għat-tgawdija għal ħajtu mill-
possessur. Is-Subtitolu I tat-Tito1u III tat-Taqsima I
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi Ċivili ikun igħodd għat-
tgawdijiet għal ħajja hekk imwaqqfin, imma l-artikoli
331, 350, 351, l-artikoli minn 354 sa 362 it-tnejn
magħdudin, u s-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 352 ta’
dak il-Kodiċi ma jkunux igħoddu. Is-subartikoli (1) u
(2) ta’ l-artikolu 352 ta’ l-imsemmi Kodiċi Ċivili ma
jkunux igħoddu għall-imsemmija tgawdija għal ħajja
fil-waqt li tkun f’idejn il-possessur, iżda jkunu
jgħoddu għal ċessjonarju ta’ dik it-tgawdija għal ħajja
taħt l-artikolu 348 ta’ l-imsemmi Kodiċi Ċivili;
Ipoteki fuq il-ġid 
imxekkel. 
(b) meta ġid marbut b’fedekommess ikun ġie, fil-waqt li
kien hekk marbut, milqut b’ipoteka b’setgħa mogħtija
minn qorti kompetenti, din l-ipoteka tkun taħkem fuq
il-ġid meħlus mix-xkiel bis-saħħa ta’ dan l-Att b’seħħ
fuq l-ipoteki l-oħra kollha;
Ħatra ta’ 1-
imsejħin taħt 
fedekommessi. 
(ċ) fil-każ ta’ fedekommess indiviżibbli fuq immobbli li
bis-saħħa tiegħu l-possessur ikollu l-jedd għall-ħatra
ta’ l-imsejjaħ, il-possessur, f’dawn il-fedekommessi,
jkollu l-jedd li jinqeda b’dak il-jedd ta’ ħatra dwar l-
imsejjaħ, f’dak in-nofs tal-ġid li, bis-saħħa ta’ dan l-
Att, in-nuda proprietas tiegħu ssir ta’ l-imsejjaħ.
Qasma ta’ 
proprjetà bil-
vinkolu.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l -
1975.
4. F’kull qasma ta’ immobbli marbutin b’fedekommess fil-
jum li jgħodd u f’kull negozju jew kuntratt dwar dawk l-immobbli,
għall-imsejjaħ għandu jidher kuratur maħtur għalhekk mis-
Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili jew minn kull qorti kompetenti. Ir-
rikors li fih tintalab il-ħatra ta’ kuratur jinħtieġ li jiġi notifikat
b’mod speċjali lil min jidher li għandu jingħadd b’imsejjaħ, jekk
dan ikun magħruf u jekk ikun f’Malta fiż-żmien li r-rikors jiġi
mressaq:
Iżda l-imsejjaħ tal-ġid marbut b’fedekommess jekk
magħruf u jkun f’Malta ikollu dejjem parti fil-proċeduri.
Ordnijiet mogħtija 
fuq derogi. 
5. Kull ordni fl-interess ta’ nies imsejħin għal suċċessjoni
taħt fedekommess, mogħti minn xi qorti f’xi deroga ta’
fedekommess, jitqies li ma għandux iseħħ mill-jum li jgħodd:
Iżda kull ordni bħal dan, jekk u safejn għandu x’jaqsam ma’
immobbli marbutin b’fedekommess indiviżibbli jew ma’ nefqa ta’
flus fix-xiri ta’ l-immobbli bħal dawn, jibqa’ iseħħ dwar in-nofs ta’
l-immobbli marbut b’dak il-fedekommess li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, in-nuda proprietas tiegħu tgħaddi
ĦELSIENMILL-VINKOLUTA’ĠIDMARBUTB’FEDEKOMMESS ġKAP.130.
skond l-att tat-twaqqif tal-fedekommess sakemm dan it-
trasferiment iseħħ.
Kuntratti li imissu 
fedekommessi 
diviżibbli. 
6. Ebda kuntratt jew negozju ieħor inter vivos magħmul jew li
sar qabel il-jum li jgħodd ma jista’ jiġi mħassar jew imbiddel
minħabba li kien dwar ħwejjeġ marbutin b’fedekommess diviżibbli.
Preskrizzjoni.
egħluq tal-preskrizzjoni, ordnat b’xi liġi speċjalment dwar ħwejjeġ
marbutin b’fedekommess, hija b’dan l-Att imneħħija.
(2) Iż-żmien meħtieġ għall-egħluq ta’ xi preskrizzjoni li beda
jgħaddi minn qabel il-jum li jgħodd, ikun jew dak meħtieġ mill-liġi
ta’ qabel il-jum li jgħodd jew dak li mill-jum li jgħodd jinħtieġ
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, skond liema minn dawn
iż-żewġ liġijiet twassal l-ewwel għal-egħluq tal-preskrizzjoni.
Jeddijiet ta’ 
amministrazzjoni u 
jus patronatus. 
8. Dan l-Att ma jkunx igħodd għal jeddijiet ta’ ħatra għal
benefiċċju jew għal kull għamla ta’ jus patronatus f’benefiċċji ta’
knejjes, jew għal jeddijiet maħluqin, għal xi żmien jew għal dejjem,
sew b’att inter vivos jew b’testment, li bihom persuna jew iżjed
minn waħda ikunu maħtura sabiex iħaddmu jew igawdu dawk il-
jeddijiet suċċessivament, u l-liġijiet li issa jinsabu fis-seħħ dwar
jeddijiet bħal dawn jibqgħu jseħħu dwarhom.
L-artikolu 761 tal-
Kodiċi Ċivili jibqa’ 
fis-seħħ. 
Kap. 16.
*9. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tbiddel id-disposizzjonijiet li
jinsabu fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 761 tal-Kodiċi Ċivili.
Disposizzjoni 
transitorja.
10. L-ordnijiet u d-degrieti kollha li jawtorizzaw il-bejgħ ta’
ġid marbut b’fedekommess fil-jum li jgħodd jintemmu, u l-
proprjetà issir ħielsa mill-vinkolu fl-istess jum u dan mingħajr
preġudizzju ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att.
*Dan 1-artikolu ġie rinumerat bħala konsegwenza ta’ l-ommissjoni ta’ 1-artikolu
9 originali. Dak 1-artikolu kien jipprovdi għal eżenzjoni mill-Ordinanza dwar it-
Taxxa tas-Suċċessjoni u Donazzjoni li ġiet revokata bl-Att dwar it-Taxxa tal-
Mewt u tad-Donazzjoni (Kapitolu 239). Din 1-aħħar liġi kienet tipprovdi mod
ieħor u il-materja kienet regolata bil-proviso tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (4)
ta’ 1-artikolu 13 ta’ dak il-Kapitolu. Dan il-Kapitolu ġie mħassar bl-Att XVI ta’
1-1993. Ara 1-Att ta’ 1-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
