TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-GĦADUĠERMANIŻA ġ KAP. 132.
KAPITOLU 132 
ORDINANZA DWAR IT-TQASSIM TAL-
PROPRJETÀ TA’ L-GĦADU ĠERMANIŻA* 
Biex tipprovdi għall-ġbir ta’ proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża, għall-
egħmil flus tagħha u għat-tqassim ta’ dak li jidħol minnha, u għal skopijiet
li għandhom x’jaqsmu ma’ dan hawn qabel imsemmi.
(20 ta’ April, 1951)
Saret liġi bl-ORD1NANZA I ta’ l-l95l, u ġiet emendata bl-Ordinanza II
ta’ l-1951; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż
Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Att VII1 ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Tqassim tal-Proprjetà ta’ l-Għadu Ġermaniża.
Tifsir.
Emendat:
II. 1951.2; 
LVIII. 1974.68.
2. (1) F’din l-Ordinanza dawn il-kelmiet li ġejjin għandhom
kull waħda it-tifsira li ħija hawnhekk lilhom mogħtija, jiġifieri:
il-kelmiet "dejn ta’ l-għadu Ġermaniż" ifissru - 
(a) kull somma li tkun tistħoqq fi żmien il-mogħdija ta’
din l-Ordinanza bis-saħħa ta’ obbligazzjoni li bdiet
torbot qabel it-3 ta’ Settembru, 1939, li f’dak il-jum
kienet obbligazzjoni ta’ xi wieħed jew ieħor minn
dawn il-persuni -
(i) l-Istat Ġermaniż;
(ii) xi bniedem illi f’dak il-jum kien sudditu
Ġermaniż jgħix fil-Ġermanja;
(iii) kull xirka ta’ persuni (sew jekk korp ġuridiku
jew mhux korp ġuridiku) illi f’dak il-jum kien
korp ġuridiku jew imwaqqaf fil-Ġermanja jew
taħt il-liġijiet tagħha;
lil wieħed jew ieħor minn dawn il-persuni -
(iv) il-Gvern Imperjali Malti u l-Gvern ta’ Malta;
(v) kull sudditu Ingliż jew persuna protetta Ingliża li
f’dak il-jum kienet tgħix jew kienet tmexxi n-
negozju tagħha f’Malta;
(vi) kull xirka ta’ persuni (sew jekk korp ġuridiku
jew mhux korp ġuridiku) illi f’dak il-jum kien
korp ġuridiku jew imwaqqaf taħt il-liġijiet fis-
seħħ f’Malta;
ħlief illi kull meta xi persuna jew xirka ta’ persuni
msemmija fis-sub-paragrafi (v) u (vi) ta’ hawnhekk
kienu jmexxu n-negozju fl-imsemmi jum sew f’Malta
kemm barra minnha, kull somma li għandha tinġabar
għan-negozju immexxi barra minn Malta għandha tiġi
*Ara ukoll 1-Ordinanza dwar it-Tqassim tal-Proprjetà ta’ l-Għadu Ġermaniża
(Kapitolu 139). 
 2      KAP. 132.ħ   TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-
mħollija barra;
(b) kull somma, mhux imniżżla fil-paragrafu (a) ta’ hawn
hekk, li tkun -
(i) somma li tkun tistħoqq fi żmien il-mogħdija ta’
din l-Ordinanza bis-saħħa ta’ xi titolu tal-
German  External Loan, 1924, jew tal-German
Government International 5½ per centum Loan,
1930,  li jkun titolu b’kitba li taqbel mas-
Supplementary Agreement  dwar il-ħidma ta’ l-
artikolu 2 ta’ l-  Anglo-German Transfer
Agreement ta’ 1 ta’ Lulju, 1938;
(ii) somma li kienet tistħoqq fis-7 ta’ Mejju, 1945,
bis-saħħa ta’ xi titolu ta’ l-Austrian Government
International Loan, 1930, jew ta’ l-Austrian
Government Credit Anstalt Bond, 1936, li jkun
titolu b’kitba kif imsemmi hawn qabel;
(iii) somma li kienet tistħoqq fis-7 ta’ Mejju, 1945,
bis-saħħa ta’ xi titolu ta’ l-Austrian Government
International Guaranteed Loan, 1933-53, jew ta’
l-Austrian Government Guaranteed Conversion
Loan, 1934-59, li kien fost il-ġid ta’ proprjetarju
Ingliż (skond it-tifsir ta’ l-artikolu 4 ta’ l-
imsemmi  Anglo German Transfer Agreement)
fl-1 ta’ Lulju, 1938; jew
(iv) somma li tistħoqq fi żmien il-mogħdija ta’ din l-
Ordinanza bis-saħħa ta’ xi titolu tal-
Konversionskasse 4 per centum Sterling Bonds;
il-kelma "Ġermanja" tfisser art li kienet tagħmel seħem mill-Istat
Ġermaniż fl-1 ta’ Marzu, 1938;
il-kelma "Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
il-kelmiet "Ordinanza ta’ l-1939 dwar il-Kummerċ ma’ l-Għadu"
jfissru l-Ordinanza ta’ l-1939 dwar il-Kummerċ ma’ l-Għadu*, kif
imbiddla b’xi Ordinanza oħra jew bis-saħħa ta’ xi Ordinanza oħra;
il-kelma "ordni" tfisser ordni maħruġ mill-President ta’ Malta u
mxandar fil-Gazzetta tal-Gvern;
il-kelma "proprjetà" tfisser proprjetà immobbli jew mobbli, u
tħaddan kull jedd ta’ proprjetà jew interess fi proprjetà immobbli
jew mobbli, kull flejjes, kitba negozjabbli, dejn jew jedd ieħor ta’
azzjoni jew mobbli ieħor inkorporali, u kull jedd ieħor jew interess
ieħor sew jekk ikun fil-pussess jew le;
il-kelmiet "proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża" jfissru proprjetà illi,
f’dak il-jum li jista’ jkun maħtur b’ordni maħruġ taħt l-artikolu 3
ta’ din l-Ordinanza tkun, jew f’xi żmien wara dak il-jum taqa’ taħt
il-kontroll bis-saħħa ta’ l-artikolu 8 ta’ l-Ordinanza ta’ l-1939 dwar
il-Kummerċ ma’ l-Għadu#, li tkun proprjetà, jew dak li jidħol minn
*Imħollija barra kemm fl-Edizzjoni Riveduta ta’ 1-1942 kif ukoll f’din 1-
Edizzjoni Riveduta minħabba li kienet liġi magħmula biex isseħħ biss għaż-
żmien tal-gwerra.
TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-GĦADUĠERMANIŻA ġ KAP. 132.
bejgħ tal-proprjetà jew l-income li tħalli illi fit-3 ta’ Settembru,
1939, jew f’xi żmien wara dak il-jum, kienet ta’ jew kienet
miżmuma jew amministrata f’isem -
(a) l-Istat Ġermaniż;
(b) xi bniedem illi, fl-imsemmi 3 ta’ Settembru, 1939, jew
f’xi żmien wara dak il-jum, kien sudditu Ġermaniż
jgħix fil-Ġermanja jew f’xi art taħt il-ħakma ta’ Stat
illi fil-jum imsemmi jew f’xi żmien wara dak il-jum
kien fi gwerra mal-Maestà Tiegħu r-Re;
(ċ) xi bniedem illi kien sudditu Ġermaniż fil-jum
imsemmi jew f’xi żmien wara dak il-jum u -
(i) kien imdaħħal fost il-persuni imsemmija f’xi
ordni maħruġ taħt is-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 3 ta’ l-Ordinanza ta’ l-1939 dwar il-
Kummerċ ma’ l- Għadu*, jew
(ii) kienet persuna li l-proprjetà tagħha waqgħet taħt
il-kontroll bis-saħħa ta’ l-artikolu 8 ta’ l-
imsemmija Ordinanza fi żmien meta hija ma
kenitx għadu skond it-tifsira fl-imsemmija
Ordinanza;
(d) xi xirka ta’ persuni (sew jekk korp ġuridiku jew mhux
korp ġuridiku) illi fil-jum imsemmi jew f’xi żmien
wara dak il-jum kien korp ġuridiku jew imwaqqaf fil-
Ġermanja jew taħt il-liġijiet tagħha;
(e) xi xirka ta’ persuni (sew jekk korp ġuridiku jew mhux
korp ġuridiku) illi fl-imsemmi jum jew f’xi żmien
wara dak il-jum kien taħt il-kontroll ta’ xi bniedem jew
korp imsemmija fil-paragrafu (b), paragrafu (ċ), jew
paragrafu (d) ta’ hawnhekk;
il-kelmiet "sudditu Ġermaniż" ma jgħoddux dwar ebda persuna li
tkun kisbet in-nazzjonalità Ġermaniża minħabba li, wara l-1 ta’
Marzu, 1938, xi art tkun ġiet imdaħħla fl-Istat Ġermaniż u illi f’dak
il-jum ma kenitx tagħmel sehem minn dak l-Istat.
(2) Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza persuna illi f’xi żmien
kienet tgħix fil-Ġermanja għandha titqies li kienet sudditu
Ġermaniż f’dak iż-żmien kemm-il darba ma jiġix ipprovat hekk li
jogħġob lill-amministratur, matul dak iż-żmien u hekk kif ikun
imsemmi f’ordni taħt l-artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, illi hija ma
kenitx sudditu Ġermaniż f’dak iż-żmien.
(3) Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza proprjetà, jew il-jedd
għall-bejgħ tagħha, li jinsabu f’idejn il-Kustodju tal-Proprjetà ta’ l-
Għadu maħtur taħt l-artikolu 8 ta’ l-Ordinanza ta’ l-1939 dwar il-
Kummerċ ma’ l-Għadu*, u proprjetà illi, bis-saħħa ta’ xi ordni
maħruġ taħt l-imsemmi artikolu 8, ma tistax titneħħa mingħajr is-
sensja tal-President ta’ Malta, għandhom jitqiesu li qegħdin taħt
kontroll b’saħħa l-imsemmi artikolu 8.
#Imħollija barra kemm fl-Edizzjoni Riveduta ta’ 1-1942 kif ukoll f’din 1-
Edizzjoni Riveduta minħabba li kienet liġi magħmula biex isseħħ biss għaż-
żmien tal-gwerra.
 4      KAP. 132.ħ   TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-
Ġbir egħmil flus u 
tqassim ta’ 
proprjetà ta’ l-
għadu Ġermaniża. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
3. (1) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jieħu ħsieb dwar il-
ġbir ta’ proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża, dwar l-għemil flus ta’ dik
il-proprjetà u għat-tqassim ta’ dak li jinġabar minnha, sa dak il-
limitu li jkun imsemmi fl-ordni, lil nies li jipprovaw il-jeddijiet
tagħhom dwar djun ta’ l-għadu Ġermaniżi.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tas-subartikolu li jaħbat
qabel dan, ordni taħt dan l-artikolu jista’ jieħu ħsieb dwar dawn il-
ħwejjeġ li ġejjin:
(a) il-ħatra ta’ amministratur għall-għanijiet ta’ l-ordni, u
l- għoti lil dak l-amministratur ta’ dawk is-setgħat u t-
tqegħid fuqu ta’ dawk id-dmirjiet li jkunu msemmija
bl-ordni;
(b) it-trasferiment ta’ proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża lill-
amministratur u t-tqegħid f’idejh ta’ dik il-proprjetà u
l-ħelsien ta’ kull persuna imsemmija fl-ordni minn
responsabbiltà dwar dak li għamlet jew li naqset milli
tagħmel dwar proprjetà trasferita minnha lill-
amministratur;
(ċ) il-mod u ż-żmien li fihom talbiet dwar djun ta’ l-għadu
Ġermaniżi għandhom jitressqu, u l-għoti u il-verifika
ta’ tagħrif dwar kull talb bħal dak, magħduda l-
produzzjoni tal-kotba u dokumenti;
(d) il-qtugħ, dwar xi talba minn dawk, tal-kwistjoni jekk
it- talba hijiex privata għall-għanijiet ta’ l-ordni u ta’ l-
ammont tat-talbiet;
(e) it-tqassim minn żmien għal żmien ta’ dak li jidħol
mill-egħmil flus ta’ proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża lil
persuni li t-talbiet tagħhom dwar djun ta’ l-għadu
Ġermaniżi ġew ipprovati għall-għanijiet ta’ l-ordni;
(f) l-intaxxar ta’ drittijiet li għandhom iħallsu persuni li
jagħmlu talba dwar djun ta’ l-għadu Ġermaniżi, u l-
ġbir ta’ dawk id-drittijiet bi tnaqqis mill-ammonti li
għandhom jitqassmu kif imsemmi hawn qabel jew
xort’oħra;
(g) dak li jsir minn somma f’idejn l-amministratur illi,
minħabba nuqqas li jinkixef fejn jinsabu il-persuni li
lilhom is-somom imisshom jitqassmu jew għal xi
raġuni oħra ma jistgħux jiġu mqassma;
(h) it-trasferiment lill-Gvern tal-Maestà Tagħħa fir-Renju
Unit taż-żejjed ħieles minn spejjez, jekk ikun hemm, li
jifdal minn dak li jidħol minn proprjetà ta’ l-għadu
Ġermaniża wara illi jkunu ġew sodisfatti t-talbiet
kollha milqugħa minn kredituri f’Malta kontra l-istess.
(3) L-amministratur maħtur taħt dan l-artikolu għandu jkun
magħruf bl-isem ta’ Amministratur tal-Proprjetà ta’ l-Għadu
Ġermaniża, u f’din l-Ordinanza huwa jissejjaħ "l-amministratur".
(4) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet ta’
qabel f’dan l-artikolu, ordni maħruġ taħt dan l-artikolu jista’-
(a) iħalli barra mill-ħidma ta’ l-ordni dawk ix-xorta ta’
TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-GĦADUĠERMANIŻA ġ KAP. 132.
talbiet li jistgħu jkunu msemmija fl-ordni;
(b) jagħżel bejn ix-xorta differenti ta’ talbiet, għal dik li hi
proprjetà li fiha l-ħlasijiet għandhom isiru u l-
estensjoni tal-ħlasijiet;
(ċ) jagħmel disposizzjoni sabiex dak li jidħol minn
proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża li kienet ta' jew kienet
miżmuma jew amministrata f’isem persuna li
tissemma jew xirka ta’ persuni li tissemma biex
jitqassam lil persuni li jipprovaw talbiet dwar djun li
jistħoqqu minn dik il-persuna jew minn dik ix-xirka.
(5) Il-President ta’ Malta jista’ b’ordnijiet oħra jippreskrivi l-
formuli għall-għanijiet ta’ xi ordni maħruġ taħt dan l-artikolu, u l-
aktar għall-egħmil ta’ talbiet u għall-għoti ta’ tagħrif.
(6) Minkejja kull ma jinsab f’dan l-artikolu, il-President ta’
Malta jista’ jagħti direzzjoni lill-amministratur fejn jordnalu biex
jittrasferixxi lil jew għall-ġid ta’ xi persuna imsemmija fid-
direzzjoni xi proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża, jew dak li jidħol
minn xi proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża, li għaliha dik il-persuna
kien ikollha jedd li ma kienx għat-tħaddim ta’ l-Ordinanza ta’ l-
1939 dwar il-Kummerċ ma’ l-Għadu*, jew għal xi ordni maħruġ
taħtha, u l-amministratur għandu joqgħod għal kull direzzjoni bħal
dik.
(7) Meta fit-3 ta’ Settembru, 1939, jew f’xi żmien wara dak il-
jum, xi proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża kienet ta’ kumpanija
Ġermaniża, jew kienet miżmuma jew amministrata f’isimħa, u l-
President ta’ Malta jidhirlu illi l-kumpannija kienet fl-imsemmi
jum taħt il-kontroll, dirett jew indirett, ta’ kumpannija Maltija, il-
President ta’ Malta jista’ jqis dik il-proprjetà għall-għanijiet ta’ l-
aħħar subartikolu qabel dan, sa fejn il-President ta’ Malta jidhirlu
xieraq billi jqis l-estensjoni ta’ l-interess tal-kumpannija Maltija
fil-kumpannija Ġermaniża, bħala proprjetà li għaliħa l-kumpannija
Maltija kien ikollħa jedd li ma kienx għat-tħaddim ta’ l-Ordinanza
ta’ l-1939 dwar il-Kummerċ ma’ l-Għadu*, jew għal xi ordni
maħruġ taħtha.
F’dan is-subartikolu, il-kelmiet "kumpannija Ġermaniża"
jfissru korp ġuridiku fil-Ġermanja jew taħt il-liġijiet tagħha, u l-
kelmiet "kumpannija Maltija" jfissru kumpannija imwaqqfa taħt il-
liġijiet ta’ Malta.
Reati.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
VIII. 1990.3.
4. (1) Jekk persuna illi -
(a) tkun projbita minn jew taħt l-ordni maħruġ bis-saħħa
ta’ l-artikolu ta’ qabel dan milli jkollha x’taqsam ma’
xi proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża xort’oħra milli bis-
sensja ta’ l-amministratur, jew
(b) tkun imġiegħla minn jew taħt dak l-ordni li
tittrasferixxi proprjetà ta’ l-għadu Ġermaniża lill-
amministratur jew li tagħmel xort’oħra dwar dik il-
*Imħollija barra kemm fl-Edizzjoni Riveduta ta’ 1-1942 kif ukoll f’din 1-
Edizzjoni Riveduta minħabba li kienet liġi magħmula biex isseħħ biss għaż-
żmien tal-gwerra.
 6      KAP. 132.ħ   TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-
proprjetà skond id-direzzjonijiet ta’ l-amministratur, 
tikser il-projbizzjoni jew ma toqgħodx għall-ħtieġa, hija tkun ħatja
ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(2) Kull persuna illi -
(a) mingħajr raġuni xierqa, tonqos milli toqgħod għal xi
ħtieġa magħmula minn jew taħt dak l-ordni li tagħti
tagħrif jew li turi kotba jew dokumenti, jew
(b) meta tagħti tagħrif għall-għan ta’ xi ordni bħal dak,
bid-dehen jew b’nuqqas ta’ ħsieb tgħid xi ħaġa li tkun
tqarraq f’xi ħaġa importanti, 
tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu.
(3) Kull persuna illi tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tkun
tista’ teħel -
(a) meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti
ta’ ġudikatura kriminali, multa ta’ mhux iżjed minn
mitt lira jew priġunerija għal żmien mhux itwal minn
tliet xħur jew sew għal dik il-priġunerija kemm għal
dik il-multa flimkien; jew
(b) meta tinsab ħatja fuq att ta’ akkuża, multa ta’ mhux
iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sentejn jew sew għal dik il-
priġunerija kemm għal dik il-multa flimkien.
(4) Meta xi reat taħt dan l-artikolu jkun sar minn korp ġuridiku,
kull persuna illi fiż-żmien ta’ l-għemil tar-reat kienet direttur,
general manager, segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk tal-korp
ġuridiku, jew kienet qiegħda tagħmilha li għandha xi kariga bħal
dik, għandha titqies li hi ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba hija ma
tipprovax illi r-reat kien sar mingħajr is-sensja tagħha jew mingħajr
ma ħadet ebda sehem fil-għemil tiegħu u illi hija għamlet mill-aħjar
li setgħet biex ma tħallix li jsir ir-reat kif kien imissha għamlet billi
titqies ix-xorta ta’ dmirijietha f’dik il-kariga u billi jitqiesu ċ-
ċirkostanzi kollha.
(5) Qabel ma jinbdew proċedimenti kriminali dwar reat taħt
dan l-artikolu, l-Avukat Ġenerali jista’ jordna -
(a) illi l-proċedimenti jinbdew quddiem Qorti tal-
Maġistrati bħala qorti ta’ kompilazzjoni, u, meta l-
kompilazzjoni tintbagħat lill-Avukat Ġenerali mill-
imsemmija qorti, l-Avukat Ġenerali jista’ jew iressaq
fil-Qorti Kriminali att ta’ akkuża kontra l-mixli jew
jibgħat lura l-każ għas-smigħ tal-kawża fuq l-istess
kompilazzjoni mill-istess Qorti tal-Maġistrati li
toqgħod bhala qorti ta’ ġudikatura kriminali; jew
(b) illi l-proċedimenti jinbdew quddiem Qorti tal-
Maġistrati li toqgħod bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali; imma f’kull żmien waqt il-proċedimenti
qabel ma tingħata s-sentenza huwa jista’ jitlob illi l-
persuna mixlija tgħaddi kawża fuq att ta’ akkuża mill-
Qorti Kriminali, u meta ssir talba bhal dik, il-Qorti tal-
Maġistrati għandha tissokta l-proċedimenti bħala qorti
TQASSIMTAL-PROPRJETÀ TA’ L-GĦADUĠERMANIŻA ġ KAP. 132.
ta’ kompilazzjoni għall-kawża tar-reat imsemmi fl-att
ta’ l-akkuża mill-Qorti Kriminali.
Kap. 9.
(6) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet li jinsabu fis-
subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, kull disposizzjoni applikabbli tal-
Kodiċi Kriminali għandha tgħodd dwar reati taħt dan l-artikolu.
 Ordnijiet.
tħaddan setgħa għat-taħsir jew tibdil ta’ ordnijiet magħmula bis-
saħħa ta’ dik is-setgħa.
