BILLS TAT-TEŻORTA’ MALTA ġ KAP. 133.
KAPITOLU 133
ATT DWAR IL-BILLS TAT-TEŻOR TA’ MALTA 
Biex jipprovdi għall-ħruġ u ħlas ta’ Bills tat-Teżor ta’ Malta.
(17 ta’ Jannar, 1952)*
 Sar liġi bl-ATT II ta’ l-1952, u ġie emendat bl-Atti: VI ta’ l-1952, IX
ta’ l-1955; bl-Ordinanza XXV ta’ 1-1962; bl-Att II ta’ 1-1963; bl-Avviż
Legali 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: XXII ta’ 1-l976, XIII ta’ 1-1983 u XIX ta’
l-1995.
Titolu fil-qosor.
Malta.
Tifsir.
Emendat: 
II.1963.2;
XIX.1995.2. 
2. F’dan l-Att -
"irkantijiet" tfisser stedina pubblika biex isiru offerti ta’
prezzijiet għal bills  tat-teżor b’dak il-mod kif jista’ jordna l-
Ministru;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"preskritt" tfisser preskritt mill-Ministru.
Ksib ta' flus 
b’mezzi ta’ bills 
tat-teżor.
Emendat: 
VI. 1952.2;
IX. 1955.2;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXII. 1976.4;
XIX.1995.3. 
3. Il-Ministru, kull meta jkun awtorizzat għal hekk
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, jista’ jikseb flus ta’ ammont
mhux ikbar minn dak speċifikat f’dik ir-riżoluzzjoni billi joħroġ
bills taħt dan l-Att bil-għan li jipprovdi self temporanju sabiex
jissodisfa ħtiġiet ta’ likwidità monetarja biex jiffinanzja n-nefqa
tal-Gvern.
Għamla u skadenza 
tal-bills tat-Teżor.
Emendat: 
VI. 1952.3;
IX. 1955.2;
XXV. 1962.5; 
XXII. 1976.4; 
XIII. 1983.4;
XIX.1995.4. 
4. (1) Bill taħt dan l-Att (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ bill tat-teżor), ikun bill fil-għamla preskritta għall-ħlas
tal-kapital imsemmi fih bil-mod u fid-data hemmhekk imsemmija,
iżda din id-data ma għandhiex tkun imbegħda iżjed minn tnax-il
xahar mid-data tal-bill.
(2) Kull  bill  tat-teżor għandu jiġi ffirmat mill-Accountant
General wara li dan jiġi awtorizzat bil-miktub li jagħmel dan mill-
Ministru.
(3) Kull bill tat-teżor għandu jkun għal somma ta’ elf lira jew
multiplu ta’ elf lira.
Ħruġ ta’ bills tat-
teżor.
Emendat:
VI. 1952.4;
XXII. 1976.4.
Sostitwit:
XIX. 1995.5.
5. Bills tat-teżor jistgħu jintħargu kif ġej: 
(a) billi jsiru irkantijiet u jintħargu bills tat-teżor lil dawk
il-persuni li jintlaqgħu l-offerti tal-prezzijiet tagħhom;
jew
(b) bil-ħruġ ta’ bills tat-teżor b’rati ta’ skont fissi.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 20 tat-18 ta’ Jannar, 1952.
 2      KAP. 133.ħ      BILLS TAT-TEŻORTA’ MALTA
Il-bills tat-teżor 
jitħallsu mill-Fond 
Konsolidat.
Emendat:
VI. 1952.5; 
IX. 1955.2;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXII. 1976.4;
XIX.1995.6.
6. (1) Il-flus kollha li jinkisbu bil-ħruġ ta’ xi  bill  tat-teżor
għandhom jitqegħdu fil-kont pubbliku tal-Gvern ta’ Malta.
(2) Id-dħul li jsir minn bills tat-teżor għandhom jiġu addebitati
lil u jitħallsu mit-Treasury Clearance Fund u l-imgħax tagħhom
għandu jitħallas mill-Fond Konsolidat.
Bills tat-teżor 
minflok bills oħra 
mħallsa.
Emendat:
II. 1963.3; 
XXII. 1976.4. 
7. Meta xi bills tat-teżor jitħallsu jew jaslu biex jitħallsu, il-
Ministru jista’, sabiex jerġa’ jikseb l-ammont meħtieġ għall-ħlas
tal-kapital ta’ dawk il-bills, jew xi wħud minnhom, jikseb somma
mhux ikbar mill-ammont ta’ dak il-kapital billi joħroġ bills tat-
teżor.
Eżenzjoni mit-
taxxa. 
Emendat: 
XIX.1995.7.
Kap. 364.
8. Il-bills tat-teżor ma jħallsux taxxa taħt 1-Att dwar it-Taxxa
fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Taħsir ta’ bills tat-
teżor.
Sostitwit: 
VI. 1952.6.
Emendat:
IX. 1955.2.
Sostitwit: 
XXII. 1976.4.
9. Meta jitħallas il-kapital li jkun rappreżentat b’bill tat-teżor,
il-bill għandu jiġi kkonsenjat lill-Accountant General biex jiġi
kanċellat minnu.
Kundizzjonijiet li 
jirregolaw bills tat-
teżor.
Sostitwit:
II.1963.4;
XIX.1995.8.
10. Bill tat-teżor li jinħareġ taħt dan 1-Att għandu jkompli,
kemm-il darba ma jiġix provdut xort’oħra mill-liġi, jiġi regolat bil-
kundizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-waqt tal-ħruġ tiegħu, sakemm
dan jitħallas lura. 
Depożitarju 
elletroniku ċentrali 
għall-bills tat-
teżor. 
Miżjud:
XIX.1995.9.
11. (1)  Il-Ministru jista’ joħroġ ordnijiet għall-ftuħ ta’
depozitarju elettroniku ċentrali għal bills tat-teżor u biex ikun
hemm sistema elettronika ta’ trasferimenti li soltu jsiru permezz ta’
reġistrazzjoni fil-ktieb.
(2) Minkejja kull ħaġ’oħra li tinsab f’dan l-Att, id-
disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ ċertifikati
dwar bills tat-teżor ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ bills li
jkunu reġistrati taħt id-depozitarju elettroniku ċentrali għal bills
tat-teżor.
Regolamenti.
Miżjud: 
XIX.1995.9.
12. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex
jippreskrivi jew jipprovdi dwar -
(a) it-tħejjija, għamla, mod ta’ ħruġ, reġistrazzjoni,
negozjar, ħlas u tħassir ta’ bills tat-teżor;
(b) il-ħruġ ta’ bills tat-teżor ġodda minflok xi bill li jkun
imħassar, mitluf jew meqrud;
(ċ) il-ftuħ ta’ depożitarju elettroniku ċentrali għal bills tat-
teżor u għal servizzi anċillari; u
(d) dawk il-ħwejjeġ 1-oħra kollha li jistgħu jitqiesu li
jkunu meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jinġiebu fis-seħħ
id-disposizzjonijiet ta’ dan 1-Att.
BILLS TAT-TEŻORTA’ MALTA ġ KAP. 133.
(2) Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan 1-Att
għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta u jitqiegħdu quddiem il-
Kamra tad-Deputati.
