KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    1
 KAPITOLU 135
ATT LI JIRREGOLA L-KONDIZZJONIJIET TA’ L-IMPIEG* 
Biex jagħmel disposizzjoni biex jiġu regolati l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg u kuntratti ta’
servizz.
(22 ta’ Marzu, 1952)
Sar liġi bl-ATT XI ta’ l-1952, kif emendat bl-Att XIV ta’ l-1955; bl-Ordinanza ta’
Emerġenza VI ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: XVII ta’ l-1961, XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’
l-1963; bl-Att XLIV ta’ l-1965; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: II u XXI ta’ l-1969, XI,
XLI u XLIV ta’ l-1973, XLV1 ta’ l-1974, XLIII ta’ l-1975; XII u XXX ta’ l-1976, I u XXXIII ta’
l-1977, XXVII ta’ l-1978, XI ta’ l-198l, III, IX u XVI ta’ l-1982, VII ta’ l-1986, VIII ta’ l-1990
u XXIV ta’ l-1995.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Taqsima I.  Ġenerali  1 - 2 
Taqsima II.  Bord tax-Xogħol u Ordnijiet ta’ Standard Nazzjonali  3 - 4 
Taqsima III.  Ordnijiet dwar Kunsilli tal-Pagi u li jirregolaw il-Pagi  5 - 8 
Taqsima IV.  Kunsilli Magħqudin ta’ 1-Industrija  9 
Taqsima V.  Kontroll  10 - 15 
Taqsima VI.  Applikazzjoni Ġenerali  16 - 18 
Taqsima VII.  Protezzjoni tal-Pagi  19 - 29 
Taqsima VIII.  Temm ta’ Kuntratti ta’ Servizz  30 - 38
Taqsima IX.  Twettiq u Ksur tal-Liġi  39 - 43 
Taqsima X.  Amministrazzjoni  44
*Dan l-Att ġie revokat bl-Att XXII ta’ l-2002, iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(1), (2), (3) u
(4) ta’ dan l-Att, li jirrigwardaw id-dritt għal leave tal-maternità , għadhom fis-seħħ fir-rigwartd ta’
dritt għal leave tal-maternità  ta’ impjegati tqal li d-data tat-twelid mistennija tagħhom tiġi qabel il-5
ta’ April, 2004, u dak il-leave tal-maternità  għandu għalekk jiġi regolat bl-imsemmi artikolu 18(1),
(2), (3) u (4) ta’ dan l-Att.
  2      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
TAQSIMA I
ĠENERALI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet
ta’ l-Impieg.
Tifsir.
Emendat: 
XLIV. 1965.3;
XXI. 1969.2; 
XLIII. 1975.2; 
XII. 1976.2; 
XI. 1981.2; 
XVI. 1982.2.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma
titlobx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol u Emigrazzjoni;
"familja" tfisser ir-raġel, il-mara u l-ulied mhux miżżewġin; 
"ftehim industrjali" tfisser ftehim magħmul bejn prinċipal jew
organizzazzjonijiet ta’ prinċipali u impjegati jew
organizzazzjonijiet ta’ impjegati dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg skond id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi li tkun fis-seħħ f’Malta;
"ħaddiem ta’ barra" tfisser persuna li lilha oġġetti jew materjali
jingħataw minn persuna oħra biex jitlestew, jitnaddfu, jinħaslu,
jitbiddlu, jiżżejnu, jiġu rfinuti, jissewwew jew jiġu adattati għall-
iskopijiet tas-sengħa jew negozju ta’ dik il-persuna l-oħra meta x-
xogħol għandu jsir sew fid-dar tal-ħaddiem ta’ barra jew f’xi post
ieħor li ma jkunx post taħt il-kontroll u direzzjoni ta’ dik il-persuna
l-oħra;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, minbarra ż-żmien
imħolli għall-ikel u l-mistrieħ;
"ħlas" tfisser it-twelid ta’ tarbija ħajja jew it-twelid ta’ tarbija
sew ħajja jew mejta wara seba’ xhur tqala;
"impjegat" tfisser persuna li tkun għamlet jew taħdem taħt
kuntratt ta’ servizz jew li tkun intrabtet personalment li tagħmel xi
xogħol jew ħidma għal ħaddieħor, u tgħodd għal ħaddiem ta’ barra;
"kondizzjonijiet ta’ l-impieg" tfisser pagi, il-perijodu ta’ l-
impieg, is-siegħat tax-xogħol u l-leave;
"kunsill tal-pagi" tfisser kunsill tal-pagi imwaqqaf taħt dan l-Att; 
"kuntratt ta’ servizz" tfisser ftehim, sew jekk bil-fomm jew bil-
miktub, f’kull għamla li tkun, li bih persuna tintrabat li tagħmel
servizz lil jew taħdem għal prinċipal sew jekk il-kuntratt ikun għal
xogħol ta’ l-idejn, xogħol tal-pinna jew xort’oħra, bil-ħlas ta’ paga,
imma ma tfissirx ftehim ta’ taħriġ;
"leave għall-maternità " tfisser assenza mix-xogħol minħabba
tqala u ħlas għal perijodu mhux interrott għal mhux iktar minn
tlettax-il ġimgħa, li ħamsa minnhom ikunu wara d-data tal-ħlas;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien ikollu
taħtu d-dipartiment tax-xogħol u emigrazzjoni;
"ordni ta’ standard nazzjonali" tfisser ordni maħruġ taħt dan l-
Att li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ impjegati b’mod
ġenerali;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ, li jitħallsu bil-flus minn
prinċipal lil impjegat u tinkludi kull bonus li għandu jitħallas skond
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    3
l-artikolu 29 ta’ dan l-Att;
"perijodu ta’ l-impieg" tfisser il-ħin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, imma magħdud
iż-żmien imħolli għall-ikel u l-mistrieħ;
"prinċipal" tinkludi soċjetà , kumpannija, għaqda jew korp ieħor
ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalità  ġuridika sew jekk le.
(2) Il-maskil igħodd għall-femminil u s-singular igħodd għall-
plural, kemm-il darba r-rabta tas-sens tat-test ma titlobx tifsira
oħra. 
TAQSIMA II
BORD TAX-XOGĦOL U ORDNIJIET TA’ STANDARD NAZZJONALI
Bord tax-Xogħol. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2;
XLIV. 1965.3.
3. (1) Bord li jissejjaħ Bord tax-Xogħol u hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ il-"Bord", għandu jiġi maħtur mill-Ministru.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul kif ġej: 
(a) id-Direttur bħala chairman;
(b) mhux iżjed minn erba’ rappreżentanti ta’ l-impjegati
magħżulin minn trade unions jew għaqdiet ta’ trade
unions mistiedna minn żmien għal ieħor mill-Ministru
biex jagħżlu rappreżentanti;
(ċ) mhux iżjed minn erba’ rappreżentanti ta’ prinċipali
magħżulin minn għaqdiet jew organizzazzjonijiet ta’
prinċipali mistiedna minn żmien għal ieħor mill-
Ministru biex jagħżlu rappreżentanti;
(d) mhux iżjed minn erba’ persuni indipendenti.
(3) Il-għadd ta’ persuni maħturin taħt il-paragrafi (b), (ċ) u (d)
tas-subartikolu li jaħbat l-aħħar qabel dan għandu jkun indaqs.
(4) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu -
(a) li jagħmel rikmandazzjonijiet lill-Ministru dwar xi
standard nazzjonali minimu ta’ kondizzjonijiet ta’ l-
impieg, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
rikmandazzjoni għal standard nazzjonali, sabiex ’l
quddiem tidħol f’ordni ta’ standard nazzjonali;
(b) li jagħti pariri lill-Ministru fuq ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jew fuq
ħwejjeġ riferiti lill-Bord mill-Ministru.
(5) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal tad-dipartiment tax-
xogħol u emigrazzjoni biex ikun segretarju tal-Bord.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament magħmul taħtu l-Bord għandu jirregola l-proċedura
tiegħu stess.
  4      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Ordnijiet ta’ 
standard 
nazzjonali.
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2.
4. (1) Meta l-Ministru tasallu xi rikmandazzjoni ta’ standard
nazzjonali huwa jista’, bla ħsara ta’ dak li jingħad hawn iżjed ’il
quddiem, joħroġ ordni ta’ standard nazzjonali li jixxandar fil-
Gazzetta tal-Gvern li jagħti seħħ lir-rikmandazzjoni ta’ standard
nazzjonali minn dik id-data li tkun imsemmija fl-ordni:
Iżda l-Ministru jista’, jekk huwa jidhirlu xieraq, qabel ma
joħroġ ordni kif imsemmi hawn qabel, jirriferixxi lura lill-Bord ir-
rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali li tkun waslitlu u l-Bord
għandu fuq hekk jerġa’ jikkunsidraha billi jitqiesu xi
osservazzjonijiet magħmulin mill-Ministru u jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jerġa’ jressaq ir-rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali lill-
Ministru mingħajr emenda jew b’dawk l-emendi kif jidhirlu xieraq
wara li jqis dawn l-osservazzjonijiet.
Id-data li għandha tkun speċifikata f’ordni ta’ standard
nazzjonali tkun data wara d-data ta’ l-ordni.
*(2) Kull rikmandazzjoni ta’ standard nazzjonali u kull ordni ta’
standard nazzjonali biex jagħtiħa seħħ jistgħu jagħmlu
disposizzjoni differenti għal każijiet differenti, jista’ jkun fihom
disposizzjoni għall-emenda jew taħsir ta’ ordnijiet ta’ standard
nazzjonali ta’ qabel, u jista’ jkun fihom disposizzjonijiet
inċidentali, supplementali jew konsegwenzjali li jista’ jidher li
jkunu jinħtieġu sabiex id-disposizzjonijiet ta’ xi ordni ta’ standard
nazzjonali jkunu jistgħu jitmexxew.
(3) Ebda ordni ta’ standard nazzjonali ma jkollu seħħ b’mod li
jtiefes xi jeddijiet dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg mogħtijin lil
xi impjegat b’xi liġi jew taħt xi liġi minbarra dan l-Att jew minn
jew taħt xi kuntratt li jkun hemm fis-seħħ.
(4) Jekk kuntratt bejn impjegat li għaliħ ordni ta’ standard
nazzjonali jgħodd u l-prinċipal tiegħu jaħseb għal kondizzjonijiet
ta’ l-impieg li jkunu inqas favur l-impjegat minn dawk imsemmijin
fl-ordni, dak il-kuntratt ikollu seħħ bħallikieku flok dawk il-
kondizzjonijiet kien hemm il-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ordni.
TAQSIMA III
ORDNIJIET DWAR KUNSILLI TAL-PAGI U LI JIRREGOLAW 
IL-PAGI
Setgħa tal-Ministru 
li jwaqqaf kunsilli 
tal-pagi.
Emendat:
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’, b’ordni, iwaqqaf kunsill tal-pagi biex jaqdi, dwar l-
impjegati msemmijin fl-ordni u l-prinċipali tagħhom, id-dmirijiet
imsemmijin fid-disposizzjonijiet li ġejjin f’dan l-Att.
(2) Ordni li jwaqqaf kunsill tal-pagi (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "ordni għal kunsill tal-pagi") jista’ jkun
*Ir-riferenza għal ordnijiet magħmula taħt l-Ordinanza dwar il-Ħinijiet tax-
Xogħol u ta’ 1-Għeluq tal-Ħwienet ġiet imħollija barra minħabba illi dawn l-
ordnijiet kienu ġew revokati bl-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-
Bejjiegħa fit-Toroq. (Kapitolu 155 ta’ din l-Edizzjoni Riveduta).
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    5
magħmul mill-Ministru jekk huwa jkun tal-fehma illi m’hemmx
mezzi xierqa biex jiġu regolati kif imiss il-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg ta’ l-impjegati li għalihom ikun hemm il-ħsieb illi l-ordni
għandu jgħodd, u illi, meta jitqiesu l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg li
jkun hemm fost dawk l- impjegati jew xi wħud minnhom, jaqbel illi
dak il-kunsill jiġi mwaqqaf.
(3) Minbarra d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, ordni għal kunsill tal-pagi jista’ ukoll isir mill-Ministru
fuq il-parir għal din il-ħaġa mogħti lilu mill-Bord.
(4) Qabel ma joħroġ ordni għal kunsill tal-pagi, il-Ministru
għandu jxandar fil-Gazzetta tal-Gvern tagħrifa tal-ħsieb tiegħu li
joħroġ l-ordni u għandu jdaħħal fit-tagħrif abbozz ta’ l-ordni u ż-
żmien, li m’għandux ikun inqas minn wieħed u għoxrin jum mid-
data tax-xandir, li fih xi oġġezzjoni dwar l-abbozz għandha
tintbagħat lilu.
(5) Kull oġġezzjoni hekk magħmula għandha tkun bil-miktub u
għandha ssemmi - 
(a) ir-raġunijiet dettaljati ta’ l-oġġezzjoni, u 
(b) in-nuqqas, żidiet jew tibdil mitlubin,
u l-Ministru għandu jikkunsidra kull oġġezzjoni bħal dik magħmula
minn  jew f’isem xi persuna li jidhirlu li tkun milquta, li tkun
oġġezzjoni mibgħuta lilu fiż-żmien imsemmi fit-tagħrifa, imma ma
jkun marbut li jikkunsidra ebda oġġezzjonijiet oħra.
(6) Jekk ma  jkunx hemm oġġezzjonijiet illi l-Ministru  jkun
meħtieġ mis-subartikolu li jaħbat sew sew qabel dan li jikkunsidra
jew, wara li jikkunsidra l-oġġezzjonijiet kollha magħmula kif
jixraq bħal ma jingħad hawn qabel, il-Ministru jista’ - 
(a) jagħmel l-ordni jew skond dak li jgħid l-abbozz
oriġinali jew b’dawk il-modifiki li huwa jidhirlu
xieraq, li jkunu modifiki illi, fil-fehma tiegħu, ma
jagħmlux tibdil importanti fis-sustanza ta’ l-abbozz ta’
l-ordni kif imxandar; jew
(b) jagħmel abbozz ta’ ordni emendat u f’dan il-każ id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5) ta’ dan l-
artikolu u tal-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu
jkollhom seħħ dwar l-abbozz ta’ l-ordni emendat bħal
ma għandhom seħħ dwar l-abbozz ta’ l-ordni oriġinali.
(7) Meta l-Ministru jagħmel ordni għal kunsill tal-pagi huwa
għandu jxandru fil-Gazzetta tal-Gvern u l-ordni jibda jseħħ mid-
data li fiha jkun hekk imxandar jew f’data wara li tkun imsemmija
fih.
(8) Il-Ministru jista’ f’kull żmien b’ordni li joħroġ wara jneħħi
kunsill tal-pagi ta’ qabel, jew ibiddel il-qasam tas-seħħ tiegħu, u d-
disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan l-artikolu jkunu jgħoddu
dwar kull ordni bħal dan li joħroġ wara. Il-Ministru għandu
jagħmel dawk id-disposizzjonijiet l-oħra li jidhirlu xierqa
minħabba t-tibdil taċ-ċirkostanzi ikkaġunat b’ordni għal kunsill tal-
pagi li jneħħi kunsill tal-pagi, jew li jbiddel il-qasam tas-seħħ
tiegħu.
  6      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Għamla u setgħat 
tal-kunsilli tal-
pagi. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XLIV. 1965.8; 
XXI. 1969.3. 
6. (1) Kunsill tal-pagi jkun magħmul minn nies maħturin
mill-Ministru li jkunu -
(a) mhux iżjed minn tlieta minn nies magħżulin mill-
Ministru bħala nies indipendenti;
(b) mhux iżjed minn tlieta kif il-Ministru jidhirlu xieraq,
illi, fil-fehma tiegħu, jirrappreżentaw il-klassi ta’
prinċipali li dwarhom il-kunsill għandu jaħdem;
(ċ) mhux iżjed minn tlieta kif il-Ministru jidhirlu xieraq,
illi, fil-fehma tiegħu,  jirrappreżentaw il-klassi ta’
ħaddiema li dwarhom il-kunsill għandu jaħdem.
(2) Minn nies maħturin taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, wieħed għandu jkun maħtur mill-Ministru biex
jagħmilha ta’ chairman u ieħor ta’ deputat chairman.
(3) Qabel ma jaħtar persuna taħt il-paragrafu (b) jew il-
paragrafu (ċ) ta’ l-imsemmi subartikolu (1), il-Ministru għandu
jikkonsulta ruħu ma’ għaqdiet li jidhirlu li jirrappreżentaw il-
prinċipali, jew, skond il-każ, l-impjegati, interessati, u l-għadd tan-
nies maħturin taħt dawk il-paragrafi għandu jkun indaqs.
(4) Il-Ministru jista’ jaħtar uffiċjal tad-dipartiment tax-xogħo1
u emigrazzjoni sabiex jagħmilha ta’ segretarju ta’ kunsill tal-pagi.
(5) Iż-żmien li għalih membru ta’ kunsill tal-pagi għandu
jżomm il-kariga u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa għandu jżomm
il-kariga għandhom ikunu dawk illi jiġu ffissati mill-Ministru meta
jiġi maħtur.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament magħmul taħtu kunsill tal-pagi jista’ jirregola l-
proċedura tiegħu innifsu.
(7) Iċ-chairman ta’ kunsill tal-pagi jista’ jordna lil kull persuna
(magħdud membru tal-kunsill), li tixhed quddiem il-kunsill, sabiex
tixhed bil-ġurament u għal din il-ħaġa jkollu s-setgħa li jagħtiha l-
ġurament.
(8) Tista’ titħallas lill-membri ta’ kunsill tal-pagi maħturin taħt
il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu dik ir-
rimunerazzjoni, u lil kull membru ta’ dak il-kunsill dawk l-
allowances tat-trasport jew allowances oħra, illi l-Ministru
jiddeċidi, u dawk ir-rimunerazzjonijiet u allowances kollha
għandhom jittieħdu bħala sehem min-nefqa tal-Ministru sabiex dan
l-Att iseħħ.
(9) F’kull każ, il-kunsill tal-pagi għandu  jżomm is-seduti
tiegħu bil-magħluq.
Dmirijiet u setgħat 
ta’ kunsill tal-pagi.
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2;
XXXIII. 1977.2; 
VIII. 1990.3.
7. (1) Kunsill tal-pagi jkollu s-setgħa - 
(a) li jagħti parir lill-Ministru fuq kull ħaġa illi l-Ministru
jista’ jirriferilu għall-iskop; u
(b) li jressaq quddiem il-Ministru proposti biex jiġu
regolati l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati li
jaqgħu fil-qasam tal-ħidma tiegħu.
(2) Qabel ma jressaq proposti bħal dawn lill-Ministru, kunsill
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    7
tal-pagi għandu jagħmel dak l-istħarriġ li jidhirlu meħtieġ u għandu
jxandar, fil-Gazzetta tal-Gvern fuq il-firma taċ-chairman u tas-
segretarju (jekk ikun hemm), tagħrifa tal-proposti, fejn jissemma l-
perijodu, li ma għandux ikun inqas minn wieħed u għoxrin jum
mid-data tat-tagħrifa, li fih osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-
proposti jistgħu jsiru lill-kunsill; u l-kunsill għandu jikkunsidra
kull osservazzjoni magħmula f’dak il-perijodu u għandu jagħmel
tiftix ieħor li jidhirlu meħtieġa u għandu mbagħad iressaq il-
proposti lill-Ministru sew mingħajr emenda jew b’dawk l-emendi li
jidhirlu xieraq wara li jkun qies l-osservazzjonijiet:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal xi proposti li
jkunu jikkonsistu f’emenda ta’ ordni li jirregola l-kondizzjonijiet
ta’ l-impieg u li jkunu maħsuba sabiex xi waħda jew iktar mill-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg regolati b’dak l-ordni jinġiebu jaqblu
ma’ kondizzjonijiet ta’ impieg simili li japplikaw, jew li huma
maħsuba li japplikaw, għal impjegati oħra, jew li jibdlu xi waħda
jew iktar minn dawk il-kondizzjonijiet b’mod simili bħal tibdil
magħmul, jew maħsub li jkun magħmul, dwar impjegati oħra.
(3) Kunsill tal-pagi jkollu s-setgħa li jordna li jidhru xhieda u li
jinġiebu quddiemu dokumenti. In-nies kollha mħarkin biex jidhru u
jixhdu jew juru dokumenti f’xi laqgħa tal-kunsill ikollhom jobdu t-
taħrika innotifikata lilhom, u kull min jirrifjuta jew jonqos
mingħajr raġuni xierqa li jidher fil-ħin u post imsemmijin fit-
taħrika, jew jirrifjuta mingħajr raġuni xierqa li jwieġeb jew li
jwieġeb f’kollox u sewwa, mill-aħjar li jaf u li jaħseb, għall-
mistoqsijiet kollha li jsirulu mill-kunsill, jew bis-sensja tiegħu, jew
li jġib xi dokumenti, ikun jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn
għaxar liri li tkun imposta mill-kunsill u tkun miġbura mid-Direttur
bħala dejn ċivili lejn il-Gvern:
Iżda ebda persuna li tixhed quddiem il-kunsill ma tista’ tiġi
imġiegħla li tinkrimina ruħha, u kull persuna bħal dik ikollha, dwar
xieħda mogħtija minnha quddiem il-kunsill, jedd għall-privileġġi
kollha li għalihom għandu jedd xhud li jixħed quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati f’materja kriminali.
(4) It-taħrikiet ikunu iffirmati miċ-chairman jew mis-
segretarju, jekk ikun hemm, tal-kunsill tal-pagi u jkunu f’dik il-
għamla u għandhom ikunu innotifikati kif ikun preskritt.
Ordnijiet li 
jirregolaw il-pagi.
Emendat: 
VI. l958.2;
XXV. 1962.2; 
XXX. 1976.36.
8. (1) Meta l-Ministru jaslulu xi proposti, huwa għandu
joħroġ ordni (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejjaħ
"ordni li jirregola l-pagi") li jkun imxandar fil-Gazzetta tal-Gvern li
jagħti seħħ lill-proposti minn dik id-data li tkun imsemmija fl-
ordni:
Iżda l-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, minn jeddu jew
wara li jikkonsulta l-Bord, jirriferixxi l-proposti lura lill-kunsill u l-
kunsill għandu fuq hekk jikkunsidrahom mill-ġdid billi jitqiesu l-
osservazzjonijiet magħmulin mill-Ministru u jista’, jekk jidhirlu
xieraq, jerġa jressaq il-proposti lill-Ministru sew mingħajr emenda
jew b’dawk l-emendi li jidhirlu xieraq wara li jqis dawk l-
osservazzjonijiet; u, meta l-proposti jerġgħu hekk jitressqu ssir l-
istess proċedura bħal fil-każ tal-proposti oriġinali.
  8      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Id-data li għandha tkun imsemmija għandha tkun data li
taħbat wara d-data ta’ l-ordni.
Kap. 266. 
*(2) Kull ordni li jirregola l-pagi sabiex iseħħu xi proposti jista’
jagħmel disposizzjoni differenti għal każijiet differenti, u jista’
wkoll ikun fih disposizzjoni għall-emenda jew taħsir ta’ ordnijiet li
jirregolaw il-pagi li jkunu ħarġu qabel sa fejn dawn l-ordnijiet
jgħoddu għall-qasam ta’ seħħ tal-kunsill tal-pagi jew għat-tibdil
tal-kondizzjonijiet ta’ temm volontarju jew deċiżjoni taħt l-Att
dwar Relazzjonijiet Industrjali, dwar l-impjegati li jaqgħu taħt il-
kunsill tal-pagi.
(3) Kull ordni li jirregola l-pagi sabiex iseħħu xi proposti jista’
jkun fih xi disposizzjonijiet inċidentali, supplementari jew
konsegwenzjali li jistgħu jidhru meħtieġa sabiex jitmexxew id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordni, imma ma jista’ jkun fih ebda
disposizzjoni li tkun inqas taqbel minn kondizzjonijiet ta’ impieg
regolati b’ordni ta’ standard nazzjonali.
(4) Ebda ordni li jirregola l-pagi ma jkollu seħħ hekk illi
jagħmel ħsara lil xi jeddijiet dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg
mogħtijin lil xi impjegat b’xi jew taħt xi liġi minbarra dan l-Att jew
taħt xi kuntratt li jkun fis-seħħ.
(5) Jekk kuntratt bejn impjegat li għaliħ igħodd ordni li
jirregola l-pagi u l-prinċipal tiegħu jaħseb għal kondizzjonijet ta’
impieg li jkunu inqas favur l-impjegat minn dawk imsemmijin fl-
ordni, ikollu seħħ daqslikieku flok dawk il-kondizzjonijiet kien
hemm il-kondizzjonijiet imsemmijin fl-ordni.
TAQSIMA IV
KUNSILLI MAGĦQUDIN TA’ L-INDUSTRJA
Meta jkun hemm 
mezz xieraq li 
jirregola 
kondizzjonijiet ta’ 
1-impieg. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXX. 1976.26,36.
9. (1) Meta dwar xi grupp jew klassi ta’ impjegati jkun hemm
mezz xieraq li jirregola l-kondizzjonijiet tagħhom ta’ l-impieg,
tista’ ssir talba mill-prinċipal jew prinċipali jew għaqdiet li
jirrappreżentaw lill-prinċipali ta’ dawk l-impjegati flimkien ma’
trade union jew trade unions li jirrappreżentaw dawk l-impjegati
sabiex il-Ministru jagħraf dak il-mezz bħala kunsill magħqud ta’ l-
industrja.
(2) Meta tasallu talba bħal din il-Ministru għandu jiżgura ruħu
mill-kostituzzjoni, dmirijiet, proċedura u għamla ta’ dak il-mezz, u
jekk ikun sodisfatt -
(i) illi l-mezz ikun xieraq, u
(ii) illi jgħodd għal għadd ġmielu ta’ impjegati,
huwa jista’, fid-dehen tiegħu, jirreġistra dak il-mezz bħala kunsill
* Ir-riferenza għal ordnijiet magħmula taħt l-Ordinanza dwar il-Ħinijiet tax-
Xogħol u ta’ 1-Egħluq tal-Ħwienet ġiet imħollija barra minħabba illi dawn 1-
ordnijiet kienu gew revokati bl-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u tal-
Bejjiegħa fit-Toroq. (Kapitolu 155 ta’ din 1-Edizzjoni Riveduta).
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    9
magħqud ta’ l-industrja.
(3) Meta ssir ir-reġistrazzjoni ta’ l-imsemmi mezz bħala kunsill
magħqud ta’ l-industrja u sakemm dik ir-reġistrazzjoni tibqa’, il-
grupp jew il-klassi ta’ impjegati li magħhom għandha x’taqsam
ikunu esklużi mill-qasam tal-ħidma ta’ xi kunsill tal-pagi li
jitwaqqaf wara u barra dan il-Ministru għandu jagħmel dak li jkun
meħtieġ sabiex jiġi mneħħi jew imbiddel xi ordni dwar kunsill tal-
pagi fis-seħħ li jolqot dak il-grupp jew klassi ta’ impjegati.
Kap. 266. 
(4) Kunsill magħqud ta’ l-industrja jkollu, mingħajr ħsara ta’
dmirijiet oħra taht il-kostituzzjoni tiegħu, is-setgħa li jiffissa l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati taħt il-ġurisdizzjoni
tiegħu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi
oħra fis-seħħ minn żmien għal ieħor u jista’ jbiddel kull temm
volontarju jew deċiżjoni taħt l-Att dwar Relazzjonijiet Industrjali,
dwar dawk l-impjegati.
(5) Kull kunsill magħqud ta’ l-industrja reġistrat għandu jagħti
lid-Direttur kopja vera miftehma tan-notamenti kollha tal-
proċedimenti tiegħu u għandu jagħti dak it-tifsir u t-tagħrif illi d-
Direttur jista’ jitlob.
(6) Kunsill magħqud ta’ l-industrja għandu jibqa’ jkun reġistrat
taħt dawk il-kondizzjonijiet illi l-Ministru jista’ jagħmel sakemm
jibqa’ jkun, fil-fehma tal-Ministru, jiswa għall-iskop li jirregola l-
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-impjegati li magħhom għandu
x’jaqsam.
(7) Jekk tqum xi kwistjoni bejn prinċipali u impjegati  jew ir-
rappreżentanti tagħhom f’kunsill magħqud ta’ l-industrja, u l-
kunsill ma jkunx jista’ jasal fi ftehim, il-Ministru jkun jista’ fuq
talba taż-żewġ partijiet fil-kwistjoni jew fuq it-talba ta’ parti
waħda, jirriferixxi, fid-dehen tiegħu, il-kwistjoni biex tiġi
maqtugħa, lit-Tribunal Industrjali.
TAQSIMA V 
KONTROLL 
Kondizzjonijiet 
magħrufin ta’ 1-
impieg.
Emendat: 
XXI. 1969.4; 
XLI. 1973.2; 
XXX. l976.36; 
I. 1977.2.
Kap. 266.
10. (1) Il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg preskritti f’ordni ta’
standard nazzjonali, jew ordni li tirregola l-pagi, jew ftehim
industrjali, jew iffissati minn kunsill magħqud ta’ l-industrja taħt
dan l-Att jew iffissati b’temm volontarju jew deċiżjoni taħt l-Att ta’
l-1948 dwar il-Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ*, jew taħt l-Att dwar
Relazzjonijiet Industrijali jew meħtieġa li jiġu mħarsa bl-artikolu
16 ta’ dan l-Att jew xort’oħra b’dan jew skond dan l-Att, ikunu
kondizzjonijiet magħrufin ta’ impieg għall-impjegati nteressati.
(2) Meta l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg jiġu preskritti fi ftehim
industrijali, il-prinċipal jew il-prinċipali li jkunu parti fih
għandhom, fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta jiġi ffirmat dak
*Dan l-Att ġie revokat bl-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali. (Kapitolu 266 ta’
din l-Edizzjoni Riveduta).
  10      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
il-ftehim, jibgħatu lid-Direttur kopja tiegħu awtentikata kif imiss.
Membri tal-
familja. 
11. Il-kondizzjonijiet magħrufin ta’ l-impieg ma  jkunux
igħoddu għall-membri tal-familja tal-prinċipal.
Sahra.  12. Ebda prinċipal ma jista’ jħaddem lill-impjegati tiegħu bis-
sahra (jiġifieri iżjed mill-ogħla ta’ siegħat ta’ xogħol ta’ kuljum
jew iżjed mill-ogħla magħruf perijodu ta’ impieg ta’ kuljum)
mingħajr is-sensja tad-Direttur li jista’ jagħmel dawk il-
kondizzjonijiet li jkunu jinħtieġu.
Ħaddiema xjuħ, 
inkapaċi u morda.
Emendat: 
II. 1969.33. 
13. (1) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-
Direttur jista’ jagħti liċenza lil xi ħadd li jkun xiħ, inkapaċi jew
marid sabiex jaħdem b’paga inqas minn dik imsemmija fil-
kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufin li jgħoddu għall-klassi tiegħu.
(2) Id-Direttur ma għandux jagħti liċenza bħal din qabel ma
jkun sodisfatt illi l-persuna nteressata ma tkunx tista’, minħabba l-
għomor, inkapaċità  jew mard, tikseb impieg bil-paga iffissata mill-
kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufin.
(3) Din il-liċenza -
(i) għandha ssemmi l-paga li biha dik il-persuna
jkollha l-liċenza li taħdem;
(ii) għandha ssemmi l-isem tal-prinċipal li għalih il-
persuna jkollha l-liċenza li taħdem b’dik il-paga; 
(iii) iddum fis-seħħ għaż-żmien imsemmi fiha, imma
tista’ tiġġedded;
(iv) tista’ titħassar f’kull żmien fid-dehen tad-
Direttur. 
(4) Id-Direttur għandu, fid-dehen tiegħu, jiffissa l-għadd ta’
persuni xjuħ, inkapaċi jew morda li jkollhom il-liċenza biex ikunu
mpjegati minn xi prinċipal, hekk, iżda, illi kull prinċipal ikollu l-
jedd li jimpjega mill-inqas persuna waħda minn dawk.
(5) Ebda liċenza oħra ma tingħata mid-Direttur skond dan l-
artikolu wara l-31 ta’ Diċembru, 1968.
Notamenti ta’ 
impjegati. 
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXI. 1969.5.
14. (1) Kull prinċipal li jimpjega impjegat (minbarra ħaddiem
domestiku privat, ħaddiem tal-port, ħaddiem ta’ barra, ħaddiem
kaswali, ħaddiem li l-paga tiegħu tkun magħmula minn sehem fil-
qligħ jew kummissjoni fuq bejgħ magħmul jew ħlasijiet imdaħħlin
mill-prinċipal jew ħaddiem ieħor meħlus mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu b’ordni li l-Ministru jista’ jagħmel u jxandar fil-
Gazzetta tal-Gvern) għandu jżomm reġistru jew reġistri fejn juri,
dwar kull wieħed minn dawk l-impjegati:
(a) l-isem, l-indirizz, is-sess u d-data tat-twelid;
(b) ix-xorta tax-xogħol li fih huwa jkun imqabbad;
(ċ) il-ħin, imħallas b’rati tal-ħin normali, li matulu huwa
jkun impjegat;
(d) il-ħin, imħallas b’rati ta’ sahra li matulu huwa jkun
impjegat;
(e) il-ħin, imħallas b’rati oħra speċjali, li matulu huwa
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    11
jkun impjegat;
(f) iż-żmien ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa li huwa
jkollu jedd għalihom; u
(g) il-paga kollha mħallsa lilu kull ġimgħa.
(2) Fil-każ ta’ impjegati (minbarra ħaddiema kaswali) li jkunu
ħaddiema ta’ barra, jew li l-paga tagħhom tkun magħmula minn
sehem fil-qligħ jew minn kummissjoni fuq bejgħ magħmul jew
ħlasijiet imdaħħlin mill-prinċipal, il-prinċipali għandhom iżommu
reġistru jew reġistri li juru:
(a) l-isem, l-indirizz, is-sess u d-data tat-twelid; 
(b) ix-xorta tax-xogħol;
(ċ) ir-rata tal-paga;
(d) l-ammont kollu tal-paga mħallsa lilu;
(e) il-post jew postijiet fejn l-impjegat soltu jaħdem jekk
dak il-post ma jkunx taħt il-kontroll u t-tmexxija tal-
prinċipal; u
(f) il-ħinijiet tax-xogħol u l-mistrieħ ta’ kuljum u fil-
ġimgħa mogħti lill-impjegati safejn il-prinċipal ikun
b’liġi meħtieġ li jħares dawn il-kondizzjonijiet ta’
impieg.
(3) Il-Ministru jista’, b’tagħrifa fil-Gazzetta tal-Gvern,
jippreskrivi l-għamla li għandha tkun użata għall-iskop ta’ l-
imsemmi reġistru jew l-imsemmijin reġistri u jista’ wkoll bl-istess
mod jippreskrivi illi fih jew fihom jinżel tagħrif ieħor ma’ dak fuq
imsemmi.
(4) Id-Direttur ikollu s-setgħa li jordna lil xi prinċipal biex
iġiblu dikjarazzjoni bil-miktub li turi dan it-tagħrif kollu li ġej
dwar l-impjegati tiegħu, jew xi sehem minn dak it-tagħrif:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ kull impjegat; 
(b) x’jagħmlu;
(ċ) id-data tat-twelid tagħhom; 
(d) il-pagi mħallsa;
(e) il-ħinijiet tax-xogħol; 
(f) meta ġew impjegati; u
(g) kull informazzjoni oħra li d-Direttur jista’ jitlob in
konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ l-
impjegati.
Il-kondizzjonijiet 
ta’ 1-impieg 
għandhom jiġu 
mgħarrfa.
15. (1) Kopja ta’ kull ordni li jirregola l-pagi li jgħodd għall-
impjegati tiegħu bl-Ingliż u bil-Malti għandha titqiegħed mill-
prinċipal fejn tidher sewwa fil-post ta’ l-impieg (li jista’ jkun
fabbrika, workshop, uffiċċju, każin, lukanda, post ta’ divertiment
pubbliku, ħanut jew garage).
  12      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
(2) Meta jdaħħal miegħu mpjegat, il-prinċipal għandu jfehmu
d-disposizzjonijiet ta’ kull kondizzjoni magħrufa ta’ impieg li
tgħodd fil-każ tiegħu.
TAQSIMA VI 
APPLIKAZZJONI ĠENERALI
Żidiet dwar 1-għoli 
tal-ħajja. 
Miżjud:
 I. 1977.3. 
Emendat: 
XXXIII. 1977.3. 
16. (1) Meta tingħata mill-Gvern lill-impjegati whole-time
kollha tiegħu żieda ġenerali fil-pagi u dik iż-żieda tkun dikjarata
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li tkun ta’
applikazzjoni ġenerali għall-impjegati whole-time kollha, kull
prinċipal għandu jżid il-pagi ta’ kull wieħed mill-impjegati whole-
time fl-impieg tiegħu b’ammont ekwivalenti jew li jikkorrispondi
għaż-żieda mogħtija mill-Gvern lill-impjegati tiegħu b’effett mid-
data li fiha ż-żieda mogħtija mill-Gvern dwar l-impjegati tiegħu
jkollha effett:
Iżda, fil-każ ta’ impjegat li dwaru jaħdem il-kunsill tal-pagi
għas-servizz domestiku, l-ammont li għandu jitnaqqas mir-
rimunerazzjoni ta’ dak l-impjegat bħala kumpens għall-ikel skond
ordni li jirregola l-pagi għandu wkoll jiżdied bl-istess proporzjon li
ż-żieda fil-pagi li taqa’ taħt dan l-artikolu għandha mal-paga
relattiva.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu "impjegati
whole-time" għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 29 ta’ dan l-Att.
Pagi marbuta ma’ 
l-età . 
Miżjud:
I. 1977.3. 
17. B’effett mill-1 ta’ April, 1977, meta skond xi kondizzjoni
ta’ impieg, sew jekk tkun kondizzjoni magħrufa ta’ impieg kif
imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att jew jekk
xort’oħra, ċerta paga titħallas meta tintlaħaq l-età  ta’ dsatax-il sena
jew wara, minflok kull riferenza għal dik l-età  f’kull kondizzjoni
ta’ impieg bħal dik għandha tidħol riferenza għall-età  ta’ tmintax-il
sena u jkollha effett skond hekk.
Leave għal 
maternità . 
Miżjud: 
XI. 1981.3.
18. (1) Meta fit-13 jew wara t-13 ta’ April, 1981, il-ħlas ta’
impjegata whole-time ikun mistenni matul l-impieg tagħha, dik l-
impjegata jkollha jedd għal leave għal maternità  b’paga sħiħa jekk,
għall-inqas tliet ġimgħat qabel ma jibda dak il-leave, jew, jekk dan
ma jkunx b’mod xieraq prattikabbli, kemm jista’ jkun malajr, tagħti
avviż bil-miktub lill-prinċipal tagħha li hi se tkun assenti mix-
xogħol minħabba dak il-ħlas, u, flimkien ma’ dak l-avviż
tipproduċi ċertifikat mediku iffirmat li juri d-data li fiha jkun
mistenni l-ħlas:
Iżda jekk ma jingħatax avviż fiż-żmien imsemmi f’dan is-
subartikolu, l-impjegata jkollha jedd biss għal dik il-parti tal-leave
għal maternità  li jinkludi d-data tal-ħlas u l-perijodu ta’ ħames
ġimgħat wara dik id-data.
(2) Il-leave għal maternità  li għalih jirreferi dan l-artikolu ma
jistax jittieħed qabel ma l-impjegata tkun laħqet it-tmien xahar tat-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    13
tqala.
(3) Perijodu ta’ ħames ġimgħat tal-leave għal maternità  għandu
fil-każijiet kollha jittieħed wara d-data tal-ħlas.
(4) Meta ma jkunx hemm il-ħlas fi żmien tmien ġimgħat mill-
jum li fih jibda l-leave għal maternità , l-impjegata li jkollha l-jedd
għal dak il-leave għal maternità  ma tkunx obbligata li terġa’ tibda
x-xogħol qabel ma jgħaddu ħames ġimgħat wara d-data tal-ħlas
iżda l-impjegata f’dak il-każ ikollha jedd għall-paga dwar perijodu
ta’ mhux iżjed minn tlettax-il ġimgħa.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 34 ta’ dan l-
Att , "impjegata whole-time" tfisser kull impjegata li titqies bħala
impjegata whole-time skond xi kondizzjoni ta’ impieg magħrufa kif
imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att u tinkludi kull impjegata oħra li
tkun fl-impieg ta’ xi prinċipal partikolari għal mhux inqas minn
ħamsa u tletin siegħa f’xi ġimgħa waħda.
TAQSIMA VII 
PROTEZZJONI TAL-PAGI
Il-pagi għandhom 
jitħallsu lill-
impjegat għal 
kollox bi flus 
legali.
Emendat: 
XXI. 1969.6. 
19. (1) Ħlief meta jkun xort’oħra espressament permess bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-ammont kollu tal-paga li impjegat
jaqla’ jew li għandha tkun lilu mħallsa għandha tiġi lilu mħallsa bi
flus li għandhom kors legali f’Malta, u kull ħlas jew akkont ta’ dik
il-paga magħmul f’għamla oħra u kull patt f’xi kuntratt li jaħseb
għal xi għamla oħra ta’ ħlas jkunu bla siwi u bla seħħ:
Iżda l-ħlas ta’ pagi b’mezz ta’ ċekk fuq bank f’Malta jew
b’mezz ta’ postal order għandu jitqies li jkun ħlas bi flus li
għandhom kors legali f’każijiet li fihom ħlas b’dan il-mod huwa
soltu jew meħtieġ jew ikun aċċettat mill-impjegat interessat.
(2) Il-pagi għandhom jitħallsu direttament lill-impjegati li
lilhom jkunu jistħoqqu ħlief kif ikun xort’oħra provdut b’xi liġi jew
bis-saħħa ta’ ordni magħmul minn qorti kompetenti jew meta l-
impjegat jew l-impjegati interessati jagħtu l-kunsens li jsir xorta
oħra.
(3) Il-ħlas ta’ pagi għandu jsir fi ġranet tax-xogħol biss u, ħlief
dwar impjegati li jaħdmu hemmhekk, ma għandux isir f’xi fond li
jkun użat għall-bejgħ ta’ xorb spirituż jew għall-bejgħ ta’ oġġetti
bl-imnut jew għal divertiment pubbliku.
Kondizzjonijiet 
dwar l-infieq ta’ 
pagi.
Miżjud: 
XXI. 1969.7. 
20. Ebda prinċipal ma għandu jimponi f’xi kuntratt ta’ servizz
xi kondizzjonijiet dwar il-post li fih jew il-mod li bih, jew il-
persuna jew persuni li magħhom, xi paga mħallsa lill-impjegat, jew
parti minnha, għandha tintefaq jew tiġi impjegata mod ieħor, u kull
kondizzjoni bħal dik li jkun hemm f’xi kuntratt bħal dak tkun nulla
u bla effett.
  14      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
Sekwestru jew 
assenjazzjoni ta’ 
pagi.
Miżjud: 
XXI. 1969.7. 
Sostitwit: 
XXIV.1995.360.
Kap. 12.
21. (1) Pagi li jitħallsu minn prinċipal lil impjegat ma jistgħux
jiġu assenjati.
(2) Pagi li jitħallsu minn prinċipal lil impjegat ma jistgħux jiġu
sekwestrati ħlief skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 381, 382 u
849 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Civili.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-
artikolu m’għandhomx ikunu japplikaw meta s-sekwestru jew
assenjazzjoni jkunu maħsuba biex jassiguraw il-ħlas ta’
manteniment dovut lill-mara, jew lil wild ta’ taħt l-eta jew lil wild
inabilitat jew lil axxendent tal-impjegat.
Imgħax fuq 
akkonti huwa 
projbit. 
22. Ebda prinċipal ma għandu jagħmel tnaqqis mill-pagi bħala
skont, imgħax jew piż ta’ din ix-xorta minħabba xi akkont ta’ paga
magħmul lil xi impjegat bil-quddiem qabel id-data miftehma tal-
ħlas ta’ din il-paga.
Tnaqqis mill-pagi.
Emendat:
XI. 1981.4. 
23. (1) Ħlief meta jkun espressament permess mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew meħtieġ b’xi liġi oħra, jew meta
ordnat minn jew bis-saħħa ta’ ordni ta’ qorti kompetenti, jew
permess fi ftehim li jkun sar bejn prinċipal jew prinċipali jew
għaqda ta’ prinċipali min-naħa l-waħda u trade union jew trade
unions li jirrappreżentaw l-impjegati nteressati min-naħa l-oħra,
prinċipal ma għandu jagħmel ebda tnaqqis u lanqas jagħmel
kuntratt ma’ impjegat li jawtorizza li jsir xi tnaqqis mill-paga li
għandha titħallas mill-prinċipal lill-impjegat.
(2) Kemm-il darba ma jkunx espressament provdut b’dan  jew
taħt dan l-Att jew xi Att ieħor, prinċipal ma jistax jikkalkola bħala
parti mill-paga ta’ impjegat xi benefiċċju jew dħul ieħor, ukoll jekk
jingħata jew jitħallas mill-prinċipal, li jitħallas minħabba xi kawża
oħra li ma tkunx il-kuntratt tas-servizz.
(3) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, fuq
it-talba bil-miktub ta’ impjegat, il-prinċipal jista’ jagħmel tnaqqis
mill-paga ta’ dak l-impjegat għall-iskop ta’ skema ta’ pensjoni jew
tfaddil jew għal xi skop li fit-twettiq tiegħu l-prinċipal ma jkollu
ebda nteress finanzjarju dirett jew indirett.
(4) Tnaqqis fil-għamla ta’ ħlasijiet diretti jew indiretti bl-iskop
li jinkiseb jew li jinżamm impieg ma għandux isir mill-paga ta’
impjegat minn prinċipal, jew minn xi sensal jew kuntrattur tax-
xogħol jew xi ħadd li jingaġġa ħaddiema għax-xogħol.
Kuntratti 
subordinati ta’ 
servizz.
Miżjud: 
XXI. 1969.8. 
24. Meta xi kuntratt ta’ servizz ikollu kondizzjonijiet dwar
vaganzi aħjar mill-minimu stabbilit bil-liġi, ebda prinċipal ma
għandu jagħmel kuntratt subordinat ta’ servizz li jipprovdi għall-
ħlas lill-impjegat dwar xi vaganzi bħal dawk rata ta’ kuljum anqas
mir-rata normali ta’ kuljum applikabbli għal dak l-impjegat.
Btajjel pubbliċi li 
jaħbtu f’jum tal-
mistrieħ tal-
ġimgħa.
Miżjud:
VII. 1986.2.
24A. Meta, fil-każ ta’ impjegati whole-time, btala pubblika barra
mill-Ħadd, taħbat f’jum ta’ mistrieħ tal-ġimgħa li għaliha dak l-
impjegat ikollu jedd, dak l-impjegat ikollu jedd għal jum ieħor ta’
leave għal vaganza matul is-sena kalendarja li fiha dik il-btala
pubblika hekk taħbat f’jum ta’ mistrieħ tal-ġimgħa jew il-Ħadd
dwar kull waħda minn dawk il-btajjel pubbliċi.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    15
Rimunerazzjoni 
minbarra pagi. 
Sostitwit: 
XXI. 1969.9. 
25. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ebda ħaġa
f’dan l-Att ma timpedixxi l-egħmil ta’ xi kuntratt minn prinċipal
ma’ impjegat sabiex jagħtih ikel, post ta’ abitazzjoni jew
allowances jew privileġġi oħra minbarra f’forma ta’ xorb spirituż
jew mediċinali dannużi, b’żieda għall-inqas pagi preskritti b’ordni
ta’ standard nazzjonali jew ordni li jirregola l-pagi, jew għal paga
ogħla stipulata, għal ħin normali u sahra, bħala rimunerazzjoni għal
servizzi ta’ l-impjegat.
Multi.
Emendat: 
XLIV. 1965.3; 
XXI. 1969.10. 
26. (1) Meta - 
(a) il-pattijiet ta’ kuntratt bil-miktub iffirmat mill-
impjegati jsemmu bir-reqqa l-multa  jew multi li l-
impjegat jista’ jeħel dwar kull għemil jew nuqqas ta’
għemil li għalih tista’ titwaħħal multa, u
(b) il-pattijiet ta’ kuntratt bħal dak ikunu mniżżlin
f’tagħrifa li tinżamm dejjem imwaħħla fejn tidher sew
f’post  jew postijiet fejn jistgħu jersqu l-impjegati u
hekk illi tkun tista’ tinqara sew u ikkupjata faċilment,
u
(ċ) il-pattijiet ta’ kuntratt bħal dak ikunu ġew approvati
minn qabel mid-Direttur,
il-prinċipal ikun jista’  jagħmel dak it-tnaqqis illi jkun awtorizzat
b’dak il-kuntratt.
(2) Minkejja tad-disposizzjoni tas-subartikolu (1), meta
impjegat jonqos mingħajr kawża ġusta li jagħti lill-prinċipal tiegħu
n-numru kollu ta’ siegħat ta’ xogħol kif ikun marbut bil-
kondizzjonijiet ta’ xi kuntratt ta’ servizz applikabbli għalih il-
prinċipal ma għandux iwaħħal lill-impjegat xi multa għal dak it-telf
ta’ xogħol imma jista’ jnaqqas mit-total tal-paga dovuta lill-
impjegat dik il-parti minnha li tikkorrispondi għax-xogħol hekk
mitluf.
(3) Il-prinċipal għandu jżomm reġistru li juri kull tnaqqis mill-
pagi magħmula taħt is-subartikolu (1) jew is-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, skond il-każ, u l-għala sar dan it-tnaqqis. Dan ir-reġistru
għandu jkun jista’ jarah uffiċjal tad-dipartiment tax-xogħol u
emigrazzjoni f’kull ħin xieraq.
(4) Meta xi multa  jew multi jkunu imposti minn persuna  jew
għaqda ta’ persuni, tkun kif tkun imsejħa, awtorizzati biex jagħmlu
dak ix-xogħol mill-prinċipal, dik il-persuna jew persuni jkunu
responsabbli għall-għemil tagħhom, bla ħsara għar-responsabbiltà
tal-prinċipal, daqslikieku kienu l-prinċipal.
Il-pagi jkunu djun 
bi privileġġ. 
Emendat: 
XLI. 1973.3. 
27. Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra l-
jedd ta’ l-impjegati għall-pagi dwar servizzi magħmulin għall-
prinċipal għandu, sa ammont ta’ mitejn lira dwar kull impjegat,
ikun jedd bi privileġġ fuq l-attiv tal-prinċipal u għandu jitħallas bi
preferenza fuq kull jedd ieħor sew jekk bi privileġġ jew ipotekarju.
Il-pagi jitħallsu 
f’intervalli 
regolari.
28. (1) Kull prinċipal għandu jħallas jew jagħmel li jitħallsu l-
pagi lill-impjegati tiegħu f’intervalli regolari, u
(a) mhux inqas minn darba fil-ġimgħa fil-każ ta’ impjegati
li l-pagi tagħhom huma iffissati bis-siegħa, bil-jum
  16      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
jew bil-ġimgħa;
(b) mhux inqas minn darba kull ġimgħatejn fil-każ ta’
impjegati li l-pagi tagħhom huma ikkalkolati biss bl-
imqietgħa jew bil-prodott;
(ċ) mhux inqas minn darba fix-xahar fil-każ ta’ impjegati
li l-pagi tagħhom huma iffissati bix-xahar  jew bis-
sena;
(d) fil-każ ta’ impjegati mqabbdin li jagħmlu biċċa xogħol
li biex titlesta tieħu iktar minn ġimgħatejn, mhux inqas
minn darba kull ġimgħatejn skond l-ammont tax-
xogħol li jkun tlesta;
(e) fil-każ ta’ impjegati li l-pagi tagħhom ikunu
magħmulin minn sehem ta’ qligħ,  jew minn
kummissjoni fuq bejgħ magħmul  jew ħlasijiet
imdaħħlin mill-prinċipal, mhux inqas minn darba fix-
xahar skond kif ikun iffissat bi ftehim bejn dawk l-
impjegati u l-prinċipal:
Iżda d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) sa (e) ta’ dan is-
subartikolu ma jkunux jgħoddu meta jsir ftehim bejn prinċipal jew
prinċipali jew għaqdiet ta’ prinċipali min-naħa l-waħda u trade
unions li jirrappreżentaw l-impjegati nteressati min-naħa l-oħra, li
jiffissa intervalli oħra għall-ħlas tal-pagi.
(2) Mat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz il-pagi kollha li jkunu
għadhom ma tħallsux kollha jitħallsu mad-data tal-jum tal-paga li
jiġi minnufih wara iffissat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
bħallikieku l-kuntratt ma ntemmx.
(3) Għeluq tal-kontijiet għandu jsir mill-inqas darba fis-sena
mill-prinċipal dwar impjegati li l-pagi tagħhom ikunu magħmulin
minn sehem ta’ qligħ jew kummissjoni fuq bejgħ magħmul jew
ħlasijiet imdaħħlin mill-prinċipal.
Ħlas ta’ bonus. 
Miżjud: 
XLIII. 1975.3. 
Sostitwit: 
XII. 1976.3.
29. (1) Kull prinċipal għandu jħallas, jew jara li jitħallas, lil
kull wieħed mill-impjegati whole-time tiegħu, bejn il-15 u t-30 tax-
xahar ta’ Ġunju u bejn il-15 u t-23 tax-xahar ta’ Diċembru ta’ kull
sena, bonus fil-forma ta’ somma ta’ flus li, f’kull każ, ma tkunx
inqas minn nofs dik li l-Gvern ikun avża, fl-estimi ġenerali ta’ kull
sena partikolari, li sejjer iħallas lil kull wieħed mill-impjegati
tiegħu matul dik is-sena:
Iżda, meta xi persuna tkun impjegata whole-time ma’ xi
prinċipal partikolari għal żmien ta’ mhux inqas minn tletin jum iżda
inqas minn tnax-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru ta’
xi sena, dak l-impjegat ikollu dritt li jirċievi mingħand il-prinċipal
tiegħu,  jew mingħand kull wieħed mill-prinċipali tiegħu,
proporzjon ta’ l-ammont tal-bonus li jkollu jitħallas skond dan l-
artikolu, kalkolat fuq in-numru ta’ ġranet f’kull impieg bħal dak:
Iżda wkoll kull perijodu ta’ impieg li ma jikkwalifikax
matul l-ewwel sitt xhur ta’ xi sena għandu jingħadd ma’ kull
perijodu ta’ impieg ma’ l-istess prinċipal matul it-tieni sitt xhur ta’
dik is-sena għall-fini tal-perijodu ta’ impieg ta’ kwalifika u l-
ammont totali tal-bonus li jkollu jitħallas lil dak l-impjegat dwar il-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    17
perijodu totali ta’ dak l-impieg għandu jitħallas bejn il-15 u t-23 ta’
Diċembru ta’ dik is-sena, minkejja li l-ammont totali tal-bonus li
jkollu hekk jitħallas ikun iżjed mill-ammont normali ta’ bonus li
jkollu jitħallas dwar it-tieni sitt xhur ta’ dik is-sena.
(2) F’dan l-artikolu - 
"impjegat" tinkludi persuna li tkun marbuta bi ftehim ta’ taħriġ; 
"impjegat whole-time" tfisser kull impjegat li jitqies li jkun
impjegat whole-time skond xi kondizzjoni ta’ impieg rikonoxxuta
kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att, u tinkludi kull impjegat
ieħor li jkun fl-impjieg ta’ xi prinċipal partikolari għal mhux anqas
minn ħamsa u tletin siegħa f’ġimgħa waħda;
"impjegati whole-time tiegħu" tinkludi kull impjegat whole-time
li jkun fl-impieg ta’ xi prinċipal partikolari għal perijodu ta’ mhux
inqas minn tletin ġurnata matul xi żmien mill-1 jew wara l-1 ta’
Jannar ta’ xi sena iżda li ma jkunx aktar f’dak l-impieg fit-30 ta’
Ġunju u/jew fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
TAQSIMA VIII
TEMM TA’ KUNTRATTI TA’ SERVIZZ
Żmien ta’ seħħ ta’ 
kuntratti ta’ 
servizz.
Emendat: 
XI. 1981.5. 
30. Persuna tista’ tintrabat li tagħti s-servizzi tagħha għal
żmien imsemmi jew bla limiti, jew dwar biċċa xogħol, impriża,
opra jew servizz imsemmijin:
Iżda meta l-impjegat ikun inżamm fl-impieg wara d-data
tat-tmiem ta’ kuntratt ta’ servizz għal żmien speċifikat jew ikun
reġa’ ġie impjegat minn prinċipal fi żmien sena mid-data tat-tmiem
ta’ kuntratt ta’ servizz għal żmien speċifikat, il-kondizzjonijiet ta’
l-impieg ma għandhomx ikunu anqas favorevoli minn dawk li kienu
jkunu japplikaw jekk kemm-il darba l-kuntratt ta’ servizz ikun għal
żmien bla limitu u ż-żmien totali ta’ prova ta’ l-impjegat ma
għandu jkun f’ebda każ itwal minn dak li hemm provdut f’dan l-
Att.
Meta 1-kuntratt ta’ 
servizz ma jkunx 
bil-miktub.
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
XXI. 1969.11; 
XLI. 1973.4.
31. (1) Kull prinċipal, fi żmien l-ewwel sitt ijiem ta’ kuntratt
ta’ servizz li għandu jibqa’ sejjer għal iżjed minn tmint ijiem,
għandu, kemm-il darba l-kuntratt ma jkunx bil-miktub, jagħti jew
jibgħat lill-impjegat dikjarazzjoni iffirmata mill-prinċipal fejn juri
fil-qosor:
(a) l-isem u l-indirizz tal-prinċipal u ta’ l-impjegat; 
(b) ir-rati normali tal-pagi li għandhom jitħallsu; 
(ċ) ir-rati ta’ sahra tal-pagi li għandhom jitħallsu; 
(d) il-ħinijiet normali tax-xogħol;
(e) kull meta jitħallsu l-pagi;
(f) il-vaganzi bi ħlas, u l-permess għall-vaganzi, għall-
mard u permessi oħra li impjegat ikun intitolat
għalihom;
  18      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
(g) il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mposti multi
mill-prinċipal skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
26;
(h) kull kondizzjoni oħra speċjali li tolqot l-impieg ta’ l-
impjegat.
(2) Fil-każ ta’ ħaddiema ta’ barra l-prinċipal għandu jagħti jew
jibgħat lill-impjegat dikjarazzjoni iffirmata minnu fejn juri:
(a) l-isem u l-indirizz tal-prinċipal u ta’ l-impjegat; u 
(b) ir-rata li għandha titħallas għax-xogħol.
(3) Il-Ministru jista’ b’tagħrifa fil-Gazzetta tal-Gvern
jippreskrivi l-formula li għandha tkun użata mill-prinċipal għall-
finijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu.
(4) Dan l-artikolu ma jkunx igħodd għall-impjegati f’servizz
domestiku privat u għall-impjegati li jkollhom karigi tekniċi,
eżekuttivi, amministrattivi jew ta’ direzzjoni u li l-pagi tagħhom
ikunu iżjed minn elf lira fis-sena.
Kuntratt miktub ta’ 
servizz. 
Miżjud:
XXI. 1969.12.
32. Meta xi kuntratt ta’ servizz ikun bil-miktub, għandu jkun
fih id-dettalji kollha speċifikati fis-subartikolu (1) jew fis-
subartikolu (2), kif jeħtieġ il-każ, ta’ l-artikolu 31.
Kopja ta’ kuntratti 
ta’ servizz.
Miżjud: 
XLI. 1973.5. 
33. Kopja ta’ kull kuntratt ta’ servizz bil-miktub jew kopja ta’
kull dikjarazzjoni kif imsemmija fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
31, skond il-każ, għandha tinżamm mill-prinċipal.
Avviż ta’ u 
kumpens għal 
temm ta’ kuntratti 
ta’ servizz. 
Emendat: 
XXI. 1969.13; 
XLI. 1973.6; 
XLIII. 1975.4; 
XI. 1981.6; 
III. 1982.16; 
XVI. 1982.2.
34. (1) L-ewwel tliet xhur ta’ kull impieg taħt kuntratt ta’
servizz ikun impieg bi prova:
Iżda, meta l-impieg ikun regolat bi ftehim industrjali, dak
il-ftehim jista’ jipprovdi għal impieg bi prova sa sitt xhur:
Iżda wkoll fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz,  jew ta’ ftehim
industrjali, dwar impjegati li jkollhom karigi tekniċi, eżekuttivi,
amministrattivi jew ta’ direzzjoni u li l-pagi tagħhom ikunu iżjed
minn elf lira fis-sena, dak iż-żmien ta’ prova jista’ jiġi mtawwal sa
sena.
(2) Impieg bi prova jista’ jiġi mitmum minn min ikun irid miż-
żewġ partijiet mingħajr ma jagħti ebda raġuni:
Iżda għandu jingħata avviż ta’ ġimgħa tat-temm ta’ l-
impieg lill-parti l-oħra fil-każ ta’ impjegat li jkun ilu fl-impieg ta’
l-istess prinċipal kontinwament għal aktar minn xahar.
(3) Kuntratt ta’ servizz għal żmien mhux determinat jista’
jintemm, bl-għoti ta’ l-avviż kif speċifikat fis-subartikolu (5) ta’
dan l-artikolu, mill-impjegat mingħajr ma jagħti ebda raġuni u mill-
prinċipal, salv d-disposizzjoni tas-subartikolu (14) ta’ dan l-
artikolu, fuq bażi ta’ redundancy biss:
Iżda kull impjegat li l-impieg tiegħu jiġi mitmum minħabba
redundancy ikun intitolat għall-impieg mill-ġdid jekk il-post li kien
jokkupa qabel jerġa’ jkun ottjenibbli fi żmien perijodu ta’ sena
mid-data ta’ tmiem l-impieg:
Iżda wkoll impjegat bħal dak ikun hekk impjegat mill-ġdid
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    19
b’kondizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk li hu kien
intitolat għalihom li kieku l-kuntratt tas-servizz dwaru ma kienx
intemm:
Iżda, fl-aħħarnett, li kull impjegat li jkun ġie hekk impjegat
mill-ġdid għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li jkun kompla
fl-impieg tiegħu nonostanti t-terminazzjoni magħmula skond dan
is-subartikolu.
(4) Meta prinċipal ikun bi ħsiebu jtemm l-impieg ta’ impjegat
minħabba redundancy, hu għandu jtemm l-impieg ta’ dik il-persuna
li tkun impjegata l-aħħar fil-klassi ta’ l-impieg milqut minn dik ir-
redundancy:
Iżda, meta dik il-persuna tkun tiġi mill-prinċipal (li ma
jkunx soċjetà  anonima jew korp statutarju) b’konsagwinità  jew
b’affinità  sat-tielet grad, il-prinċipal jista’, minflok itemm l-impieg
ta’ dik il-persuna, itemm l-impieg tal-persuna li jmissha warajha.
(5) Minkejja kull ftehim kuntrarju, avviż tat-temm ta’ impieg li
jkun bi ħsiebu jagħmel il-prinċipal jew l-impjegat taħt kuntratt ta’
servizz għal żmien bla limiti, għandu jkun tat-tul bħal ma jingħad
hawn iżjed ’il quddiem, jekk l-impjegat kien ilu fl-impieg ta’ l-
istess prinċipal kontinwament - 
Iżda l-avviż tat-temm ta’ impieg ma jistax jingħata matul il-
leave għal maternità  jew matul il-perijodu ta’ inkapaċità  għax-
xogħol li għalih jirreferi is-subartikolu (17) ta’ dan l-artikolu.
(6) Meta perijodu ta’ impieg b’kuntratt ta’ servizz għal żmien
bla limiti jkun ta’ inqas minn sitt xhur imma jkollu warajh perijodu
ieħor ta’ impieg simili li jibda fi żmien is-sitt xhur li jaħbtu wara
mill-aħħar jum ta’ impieg, iż-żewġ perijodi għandhom, għall-
finijiet tas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, dwar it-tieni perijodu
ta’ impieg jitqiesu li huma perijodu wieħed kontinwu.
(7) Il-perijodu ta’ l-avviż għandu jibda jgħodd mill-jum tax-
xogħol li jaħbat wara l-jum li fih jingħata l-avviż.
(8) Meta impjegat taħt kuntratt ta’ servizz għal żmien bla limiti
jirċievi avviż mill-prinċipal kif jingħad hawn qabel, huwa jista’
jagħżel jew li jissokta jaħdem sakemm jagħlaq iż-żmien ta’ l-avviż
jew, f’kull żmien li jkun waqt li għadu miexi ż-żmien ta’ l-avviż,
iġiegħel lill-prinċipal li jagħtih somma li tkun daqs in-nofs tal-pagi
li kien ikollhom jitħallsu għaż-żmien li jkun għad jonqos biex
jagħlaq iż-żmien ta’ l-avviż.
(9) Meta jirċievi avviż mingħand l-impjegat kif intqal qabel, il-
prinċipal ikun jista’ jagħżel jew li jħalli lill-impjegat li jkompli
(a) għal iżjed minn xahar iżda mhux iżjed minn
sena .................................................................... ġimgħa 
(b) għal iżjed minn sena iżda mhux iżjed minn
sentejn ................................................................ ġimgħatejn 
(ċ) għal iżjed minn sentejn iżda mhux iżjed minn
ħames snin .........................................................
erba’
ġimgħat 
(d) għal iżjed minn ħames snin ................................ tmien
ġimgħat: 
  20      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
jaħdem sakemm iż-żmien ta’ l-avviż jagħlaq jew, f’kull żmien
matul li jkun għaddej iż-żmien ta’ l-avviż, iħallas lill-impjegat
somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha titħallas dwar iż-żmien
ta’ l-avviż li ma jkunx għalaq.
(10) Jekk impjegat taħt kuntratt ta’ servizz għal żmien bla limiti
jonqos li jagħti avviż kif jingħad hawn qabel, huwa jkun suġġett li
jħallas lill-prinċipal somma li tkun daqs nofs il-paga li jkun imissha
titħallas dwar iż-żmien ta’ l-avviż. Jekk il-prinċipal jonqos li jagħti
avviż kif imsemmi hawn qabel, huwa jkun suġġett li jħallas lil dak
l-impjegat somma li tkun daqs il-paga li jkun imissha titħallas dwar
iż-żmien ta’ l-avviż.
(11) Prinċipal li jibgħat ’1 barra impjegat qabel ma jagħlaq iż-
żmien speċifikat f’kuntratt ta’ servizz, ikollu jħallas lill-impjegat
nofs il-paga kollha li kienet tkun tmiss lill-impjegat dwar il-bqija
taż-żmien espressament miftiehem.
(12) Impjegat li jitlaq mis-servizz tal-prinċipal tiegħu qabel iż-
żmien speċifikat fil-kuntratt ta’ servizz għandu jħallas lill-prinċipal
tiegħu somma li tkun daqs nofs il-paga kollha li għaliha huwa kien
ikollu jedd kieku huwa baqa’ fis-servizz għall-bqija taż-żmien hekk
espressament miftiehem.
(13) Fil-każ ta’ impjegati taħt kuntratt ta’ servizz imħallsa għal
kull biċċa xogħol, jew b’sehem fil-qligħ, jew b’kummissjoni fuq il-
bejgħ magħmul jew ħlasijiet imdaħħla mill-prinċipal, l-ammont li
għandu jitħallas skond is-subartikoli (8), (10), (11) u (12) ta’ dan l-
artikolu għandu jkun ikkalkolat fuq il-qligħ medju ta’ l-impjegat
matul it-tliet xhur li jiġu sew sew qabel il-jum 1i fih jingħata l-
avviż jew l-impjegat jitlaq ix-xogħol jew jiġi mibgħut ’il barra
mill-prinċipal.
(14) Hemm x’hemm fid-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan l-
artikolu, prinċipal jista’ jibgħat impjegat u l-impjegat jista’ jitlaq
is-servizz tal-prinċipal, mingħajr ma jagħti avviż u mingħajr ebda
obbligu li jagħmel ħlas kif dispost fis-subartikoli (10), (11) u (12)
jekk ikun hemm raġuni tajba u biżżejjed biex dak l-impjegat
jintbagħat jew jitlaq mis-servizz:
Iżda prinċipal ma jistax iġib bħala raġuni tajba u biżżejjed- 
(a) illi l-impjegat fiż-żmien li ġie mibgħut kien membru
ta’ trade union; jew
(b) ħlief fil-każ ta’ impjegat domestiku privat, illi l-
impjegat ma jgawdix iżjed il-fiduċja tal-prinċipal; jew
(ċ) illi impjegat ikun iżżewweġ; jew
(d) illi impjegata tkun tqila b’tarbija; jew
Kap. 36.
(e) li l-impjegat ikun sospiż milli jattendi għax-xogħol
tiegħu minħabba ordni magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13 ta’ l-Ordinanza dwar
it-Tħaris mill-Mard.
(15) Kuntratt ta’ servizz ma għandux, ħlief bil-kunsens ta’ l-
impjegat, jintemm mill-prinċipal matul xi perijodu ta’ inkapaċità
għax-xogħol ta’ l-impjegat kaġunata b’korriment b’disgrazzja li
tiġri mill-impieg u waqt l-impieg jew minn xi mard li jiġi mix-
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    21
xogħol li għalihom hemm kumpens bis-saħħa ta’ l-Ordinanza dwar
il-Ħlas ta’ Indennizz lill-Ħaddiema* jew taħt xi liġi li tidħol
minflok l-imsemmija Ordinanza meta dan jiġri fis-servizz ta’ dak
il-prinċipal:
Iżda - 
(i) matul dak il-perijodu ta’ inkapaċità  l-impjegat
ikollu jedd għall-paga kif jista’ jkun provdut
skond jew taħt xi kondizzjoni ta’ impieg
rikonoxxuta kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-
Att;
(ii) id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
jkunux igħoddu wara l-ewwel tnax-il xahar
kontinwi ta’ inkapaċità  skond il-kalendarju.
(16) Meta tispiċċa l-inkapaċità  għax-xogħol imsemmija fl-aħħar
subartikolu qabel dan il-prinċipal għandu, fi żmien wieħed u
għoxrin jum minn talba magħmula mill-impjegat, jerġa’ jdaħħal l-
impjegat fl-impieg tiegħu ta’ qabel jew, jekk il-korriment jew
marda jkun ġiebu inkapaċità  li minħabba fiha l-impjegat ma jkunx
tajjeb għall-impieg ta’ qabel f’impieg ieħor xieraq:
Iżda t-talba ta’ l-impjegat biex jerġa’ jiġi impjegat għandha
ssir bil-miktub fi żmien sebat ijiem minn meta tispiċċa l-inkapaċità
għax-xogħol.
(17) Impjegata whole-time ma tistax tintbagħat mill-prinċipal
matul il-perijodu tal-leave għal maternità  tagħha jew il-perijodu ta’
ħames ġimgħat wara dak il-leave li matulu ma tkunx tista’ taħdem
minħabba kondizzjoni patoloġika li tinqala’ mill-ħlas.
(18) Kull perijodu ta’ inkapaċità  għax-xogħol imsemmi fl-aħħar
subartikolu qabel dan għandu jitnaqqas mill-perijodu ta’ leave għal
mard li għalih l-impjegata jkollha jedd fiż-żmien ta’ dik l-
inkapaċità , hekk iżda li l-perijodu ta’ inkapaċità  li jkun iżjed mill-
imsemmi leave għal mard jitqies li hu leave ta’ assenza mingħajr
jedd għall-paga:
Iżda l-prinċipal jista’ jeħtieġ lill-impjegata li tipproduċi
prova ta’ dik l-inkapaċità  għax-xogħol u jista’ jeħtieġ li t-tabib
tiegħu iżur lil dik l-impjegata u jirrapportalu fuq il-kondizzjoni ta’
saħħitha.
(19) L-impjegata jkollha, meta jintemm il-leave għal maternità  li
għaliħ għandha jedd taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew il-
perijodu ta’ inkapaċità  tagħha għax-xogħol li għalih jirreferi is-
subartikolu (17) ta’ dan l-artikolu, jedd li terġa’ tidħol għax-xogħol
fil-post li kienet tokkupa meta beda l-leave għal maternità  tagħha,
jew f’post analogu jekk fiż-żmien meta hekk ikollha l-jedd il-post li
qabel kienet tokkupa ma jkunx għadu disponibbli.
(20) Meta impjegata ma terġax tidħol għax-xogħol kif provdut
fis-subartikolu ta’ qabel dan, jew, wara li tkun hekk reġgħet bdiet
*Din l-Ordinanza (li kienet Kapitolu 128 ta’ 1-Edizzjoni Riveduta ta’ l-1942)
ġiet revokata u sostitwita bl-Att dwar is-Sigurtà  Nazzjonali (Kapitolu 147 ta’ din
1-Edizzjoni Riveduta), li ġie revokat u sostitwit bl-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali
(Kapitolu 318 ta’ din 1-Edizzjoni Riveduta).
  22      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
ix-xogħol tabbanduna s-servizz tal-prinċipal tagħha, mingħajr
raġuni tajba u biżżejjed fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun hekk
reġgħet bdiet, din tkun obbligata, bla ħsara għal kull obbligu ieħor
taħt dan l-Att, li tħallas lill-prinċipal somma li tkun daqs il-pagi li
rċeviet matul il-leave għal maternità .
(21) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att ebda kuntratt
ta’ servizz ma għandu jintemm mill-prinċipal u ebda impjegat ma
jista’ jiġi mibgħut jew jiġi sospiż u ebda kondizzjoni f’dak il-
kuntratt ma tista’ ssir anqas ta’ vantaġġ għall-impjegat, mingħajr il-
kunsens bil-miktub tad-Direttur; u jekk dak il-kuntratt jintemm jew
l-impjegat jiġi mibgħut jew sospiż mill-impieg jew jekk dik il-
kondizzjoni ssir anqas ta’ vantaġġ għall-impjegat mingħajr dak il-
kunsens l-impjegat iżomm id-drittijiet kollha tiegħu taħt il-kuntratt
daqslikieku l-kuntratt ma jkunx ġie mitmum jew l-impjegat ma
jkunx ġie mibgħut jew sospiż mill-impieg jew il-kondizzjoni ma
tkunx saret anqas ta’ vantaġġ għall-impjegat:
Iżda l-kunsens tad-Direttur ikun bla ħsara għal kull jedd ta’
l-impjegat li jikseb rimedju kontra l-prinċipal taħt din il-liġi jew
taħt xi liġi oħra.
(22) Ebda prinċipal ma għandu jżomm in-numru ta’ persuni fl-
impieg tiegħu inqas min-numru ta’ persuni impjegati minnu fis-16
ta’ Novembru, 1982, mingħajr il-kunsens bil-miktub tad-Direttur.
(23) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (21) u (22) ta’ dan l-
artikolu għandhom japplikaw għal - 
Kap. 117. 
(i) kull prinċipal li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Provvisti u
Servizzi;
(ii) kull persuna oħra li, fis-16 ta’ Novembru, 1982,
kellha iktar minn tliet persuni impjegati,
u biss dwar persuni li kienu impjegati fis-16 ta’ Novembru, 1982. 
(24) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (21), (22) u (23) ta’ dan
l-artikolu għandu jkollhom effett mis-16 ta’ Novembru, 1982, u
għandhom jibqgħu jseħħu sal-31 ta’ Diċembru, 1983:
Iżda,  jekk f’xi żmien fil-waqt li d-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmija subartikoli jkunu fis-seħħ il-Kamra tgħaddi riżoluzzjoni
illi l-imsemmija disposizzjonijiet għandhom jibqgħu jseħħu għal
żmien ieħor miż-żmien li xort’oħra jtemm, l-imsemmija
disposizzjonijiet għandhom jibqgħu fis-seħħ għal dak iż-żmien l-
ieħor.
Impjegati meħlusin 
mit -ħaddim ta’ l-
artikolu 34. 
Sostitwit: 
XI. 1973.377. 
Kap. 234.
35. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34 ma għandhomx
japplikaw għall-baħrin impjegati fuq bastimenti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili; u fil-każ li
xi disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom japplikaw dawk ta’ l-
imsemmi Att.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    23
Kondizzjoni 
f’kuntratt ta’ 
servizz mingħajr 
effett.
Miżjud: 
XLVI. 1974.2. 
Imħassar: 
XXVII. 1978.2. 
Miżjud:
XI. 1981.7. 
36. Kull kondizzjoni f’kuntratt ta’ servizz li tagħti s-setgħa lil
prinċipal li jtemm l-impieg ta’ impjegata meta tiżżewweġ jew meta
ssir tqila b’tarbija tkun mingħajr effett.
Ċertifikati ta’ 
servizz.
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2.
37. (1) Mat-temm ta’ kuntratt ta’ servizz li jdum iktar minn
xahar, il-prinċipal ikun marbut, fuq it-talba ta’ l-impjegat, li jagħtih
ċertifikat li jsemmi kemm dam l-impieg, ix-xorta tax-xogħol jew
servizzi magħmulin u, jekk l-impjegat hekk jixtieq, ir-raġuni għat-
temm tal-kuntratt, u r-rata tal-paga mħallsa.
(2) Dawn iċ-ċertifikati għandhom ikunu skond il-formula illi l-
Ministru, b’tagħrifa fil-Gazzetta tal-Gvern, jippreskrivi.
Kondizzjonijiet li 
jkunu anqas 
favorevoli mill-
Att.
Miżjud: 
XLI. 1973.7. 
38. Jekk mhux f’każ kif provdut xort’oħra b’dan l-Att,  jekk
kuntratt ta’ servizz bejn impjegat u l-prinċipal tiegħu jipprovdi għal
kondizzjonijiet ta’ impieg, inkluż it-temm ta’ dak il-kuntratt, li
jkunu anqas favorevoli għall-impjegat minn dawk speċifikati fi jew
taħt l-Att, dan għandu jkollu effett daqslikieku minflok dawk il-
kondizzjonijiet kien hemm imdaħħla l-kondizzjonijiet speċifikati fi
jew taħt dan l-Att.
TAQSIMA IX 
TWETTIQ U KSUR TAL-LIĠI
Ħatra ta’ spetturi. 
Emendat: 
VI. 1958.2:
XXV. 1962.2; 
XLIV.1965.3; 
XXI. 1969.14.
39. (1) Il-Ministru jaħtar dawk l-uffiċjali tad-dipartiment tax-
xogħol u emigrazzjoni li huwa jidhirlu xieraq sabiex ikunu spetturi
għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Spetturi hekk maħturin kif imsemmi hawn qabel ikollhom
is-setgħa - 
(a) li jidħlu bla tfixkil u mingħajr ma qabel javżaw f’kull
ħin xieraq f’kull fond jew post suġġett għall-ispezzjon
taħt dan l-Att;
(b) li jagħmlu f’kull fond  jew post bħal dan kull eżami,
test jew stħarriġ li huma jidhrilhom meħtieġa sabiex
jaraw jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti jew ordnijiet taħtu kif ukoll kull
kondizzjoni ta’ impieg magħrufa humiex qegħdin jiġu
mħarsin, u l-iktar - 
(i) li jagħmlu mistoqsijiet, weħidhom jew quddiem
ix-xhieda, lill-prinċipal jew lill-impjegati fuq
kull ħaġa minn dawk imsemmijin;
(ii) li jordnaw li juruhom kotba, reġistri jew
dokumenti oħra li skond dan l-Att  jew xi ordni
maħruġ taħtu għandhom jinżammu u li
jikkopjaw dawk id-dokumenti jew jieħdu estratti
  24      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
minnhom.
(3) Fl-okkażjoni ta’ żjara ta’ spezzjon, spettur għandu jgħarraf
lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu bil-preżenza tiegħu,
kemm-il darba huwa ma jidhirlux illi dik it-tagħrifa tista’ tkun ta’
ħsara għall-qadi ta’ dmirijietu.
(4) Il-fondi u postijiet suġġetti għall-ispezzjon taħt dan l-Att
huma kull fond jew post li dwaru jgħoddu xi disposizzjonijiet ta’
dan l-Att  jew ta’ xi regolament  jew ordni taħtu  jew xi
kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufa jew kull fond jew post li dwaru
spettur ikollu għalfejn jaħseb illi jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew regolamenti jew ordnijiet taħtu jew kondizzjonijiet
ta’ impieg magħrufa.
(5) Dawn l-ispetturi - 
(a) ma jistax ikollhom xi interess dirett  jew indirett f’xi
fondi jew postijiet li jaqgħu taħt l-ispezzjon tagħhom;
(b) ma għandhom jikxfu f’ebda żmien, lanqas wara li ma
jibqgħux spetturi, sigrieti ta’ manifattura jew kummerċ
jew proċessi tax-xogħol li jkunu saru jafu bihom fil-
qadi ta’ dmirijiethom;
(ċ) għandhom iqisu bħala assolutament konfidenzjali l-
oriġini ta’ kull ilment li bih jiġu mgħarrfin b’difett jew
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew ta’
regolamenti jew ordnijiet taħtu jew ta’ kondizzjonijiet
magħrufa ta’ l-impieg; u
(d) ma għandhom qatt igħarrfu lill-prinċipal  jew lir-
rappreżentant tiegħu illi żjara ta’ spezzjon saret
minħabba li waslilhom ilment bħal dak.
(6) Kull spettur għandu jkun fornut b’ċertifikat tal-ħatra tiegħu
u meta jitlob biex jidħol f’xi fond jew post għall-finijiet ta’ dan l-
Att, għandu, jekk hekk mitlub, juri l-imsemmi ċertifikat.
(7) Kull spettur li jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5)
ta’ dan l-artikolu, minbarra kull kastig ieħor li għalih huwa jista’
jkun suġġett, jista’ wkoll jitkeċċa ipso facto mill-impieg tiegħu
mal-Gvern. 
(8) Persuna ma għandhiex - 
(a) tonqos li twieġeb jew twieġeb ħażin jew li iġġiegħel lil
xi persuna oħra biex ma tweġibx  jew biex twieġeb
ħażin għal xi mistoqsija li spettur ikun awtorizzat
jagħmel skond dan l-Att; jew
(b) tonqos li turi kotba, reġistri  jew dokumenti oħra illi,
skond is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (b) tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, hija tkun mitluba
minn spettur biex iġġiblu; jew
(ċ) direttament  jew indirettament ma tħallix illi persuna
tidher quddiem spettur jew tiġi mistoqsija minnu, jew
tittanta li tagħmel hekk; jew
(d) tfixkel b’xi mod lil spettur fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu
skond dan l-Att:
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    25
Iżda ħadd ma jkun meħtieġ skond il-paragrafu (a) ta’ dan
is-subartikolu li jwieġeb għal xi mistoqsija li tista’ tinkriminah.
Proċedimenti 
kriminali. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
40. (1) Fi proċedimenti kriminali magħmulin mill-Pulizija
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal reat kontra d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, id-Direttur jew uffiċjal tad-dipartiment tiegħu
mqabbad minnu  jista’, hemm x’hemm kuntrarju fid-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, jagħmel l-akkuża quddiem il-qorti,
iġib il-provi, jittratta u xort’oħra jmexxi l-kawża għall-
prosekuzzjoni minflok il-Pulizija.
(2) Id-dikjarazzjoni bil-ġurament ta’ kull uffiċjal imsemmi fis-
subartikolu li jaħbat sew sew qabel dan li huwa ġie mqabbad mid-
Direttur għall-iskop hemmhekk imsemmi, tkun prova biżżejjed li
hu ġie hekk imqabbad, jekk din il-prova tiġi mitluba mill-akkużat.
(3) Id-Direttur jew l-uffiċjal imqabbad minnu jista’,
madankollu, jinġieb bħala xhud, imma jekk ix-xiehda tiegħu tkun
tinħtieġ mill-prosekuzzjoni, huwa għandu jinstema’ bħala xhud
qabel ma jibda dmirijietu bħala uffiċjal prosekutur (minbarra dak li
jgħid il-fatti li jiffurmaw ir-reat) ħlief meta l-ħtieġa tax-xiehda
tiegħu tinqala’ wara.
Pieni.
Emendat: 
XXI. 1969.15; 
XLI. 1973.8; 
XLVI. 1974.3; 
XLIII. 1975.5; 
I. 1977.4; 
XXXIII.1977.4; 
IX. 1982.2;
XVI. 1982.2; 
XIII. 1983.5.
41. (1) Kull prinċipal li jikser jew jonqos milli joqgħod għal
xi kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufa preskritti b’ordni ta’
standard nazzjonali jew b’ordni li jirregola l-pagi jew bi ftehim
industrjali jew illi jimpjega persuna xiħa, inkapaċi jew marida taħt
kondizzjonijiet ta’ impieg li jkunu anqas vantaġġużi mill-
kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufa u mingħajr liċenza tad-Direttur
taħt l-artikolu 13 ta’ dan l Att, jew li jikser jew jonqos li joqgħod
għall-kondizzjonijiet ta’ dik il-liċenza, jista’, meta jinsab ħati, jeħel
multa ta’ mhux inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsin
lira għal kull reat.
(2) Kull prinċipal li jikser jew jonqos li joqgħod għad-
disposizzjonijiet tas-subartiko1u (2) ta’ l-artikolu 10, l-artikoli 12,
14 u 15, is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 26, l-artikoli 31, 32, 33 u
37, jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux inqas minn żewġ
liri u mhux iżjed minn għoxrin lira.
(3) Kull min jikser jew jonqos li joqgħod għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17, 19, 20, 22, 23, 24, 28, 29 u 34
jew is-subartikolu (8) ta’ l-artikolu 39, jew iwaħħal xi multi
minbarra dawk espressament permessi bl-artikolu 26 jew bid-dehen
jagħmel xi notament falz f’xi dokument li għandu jinżamm jew
jintwera taħt dan l-Att, jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux
inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsin lira:
Kap. 446. 
Iżda, meta r-reat ikun wieħed kif provdut fis-subartikoli
(21) u (22) ta’ l-artikolu 34, min jagħmel ir-reat jista’ jeħel multa
ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira,
u il-qorti tista’, u jekk hekk mitluba mill-prosekuzzjoni għandha,
b’żieda ma’ kull piena oħra tordna s-sospensjoni jew it-tħassir ta’
kull liċenza miżmuma minn min jagħmel ir-reat u li jkollha
x’taqsam ma’ xi kummerċ jew negozju u kull liċenza li jkollha
x’taqsam mal-post fejn l-impjegat ikun qiegħed impjegat; u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma japplikawx dwar xi
  26      KAP. 135. ħ        KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEG
reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija subartikoli (21) u
(22) ta’ l-artikolu 34.
(4) Meta xi prinċipal jinstab ħati li - 
(a) ikun naqas li jħallas pagi b’mhux anqas mir-rata
applikabbli skond kondizzjoni ta’ impieg rikonoxxuta
kif imfisser fl-artikolu 10 ta’ dan l-Att jew skond
kuntratt ta’ servizz, liema tkun l-ogħla, jew
(b) ikun naqas li jħares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
17 ta’ dan l-Att, jew
(ċ) ikun għamel tnaqqis illegali jew ikun waħħal xi multa
minbarra dawk espressament permessi bl-artikolu 26
ta’ dan l-Att, jew
(d) ikun naqas li jħallas xi bonus li għandu jitħallas skond
l-artikolu 29 ta’ dan l-Att, jew
(e) ikun żamm xi rimunerazzjoni li għandha titħallas
skond l-artikolu 34 ta’ dan l-Att, jew
(f) ikun naqas li jagħti vaganzi bi ħlas kif provdut jew kif
speċifikat f’xi ordni ta’ standard nazzjonali, ordni li
jirregola l-pagi jew kuntratt ta’ servizz,
il-qorti għandha, fuq it-talba tal-prosekuzzjoni, minbarra li tagħti l-
piena stabbilita bis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, tordna
lill-ħati, wara l-prova ta’ l-ammont, li jirrifondi  jew iħallas lill-
impjegat jew lill-impjegati li  jkunu,  jew lill-apprendista  jew lill-
apprendisti li jkunu, skond il-każ, l-imsemmi ammont dovut minnu
u, fil-każ ta’ vaganzi bi ħlas li ma jingħatawx, somma daqs il-ħlas
dwarhom, u kull ordni bħal dak tal-qorti għandu  jkun ta’ l-istess
forza u effett u  jkun esegwibbli bl-istess mod daqslikieku jkun
ingħata f’kawża ċivili bejn l-impjegat jew l-impjegati li jkunu jew
l-apprendista jew l-apprendisti li jkunu, skond il-każ, u l-prinċipal:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma tnaqqas minn xi
jedd ta’ l-impjegat jew l-apprendista, skond il-każ, li jiġbor b’xi
mezzi oħra kull ammont li hu jkollu jieħu.
Kap. 9.  (5) L-artikolu 24 tal-Kodiċi Kriminali ikun igħodd dwar reati
taħt dan l-Att.
Reati minn soċjetà , 
eċċ.
Miżjud: 
XXI. 1969.16.
42. Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att  jew xi
regolamenti jew ordnijiet magħmula bis-saħħa tiegħu jsir minn
soċjetà , kumpannija, għaqda jew korp ieħor ta’ persuni, kull
persuna li fiż-żmien li jkun sar ir-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta’ dik is-soċjetà ,
kumpannija, għaqda jew korp ieħor ta’ persuni jew kienet tidher li
qed taġixxi f’xi kariga tali titqies li tkun ħatja ta’ dak ir-reat jekk
ma tippruvax li r-reat sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li kienet
eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex timpedixxi l-egħmil tar-
reat. 
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni.
Miżjud: 
XLI.1973.9.
43. Proċedimenti għal reat skond dan l-Att jistgħu jinbdew
f’kull żmien fi żmien sena mill-egħmil tar-reat.
KONDIZZJONIJIETTA’ L-IMPIEGġ K AP. 135.    27
*TAQSIMA X 
AMMINISTRAZZJONI 
Regolamenti.
Emendat:
XIV. 1955.20;
VI. 1958.2;
XVII. 1961.3;
XXV. 1962.2;
A.L. 4 ta’ l-1963;
A.L. 46 ta’ l-1965.
44. (1) Il-Ministru ikollu s-setgħa li jagħmel, u wara li jkun
għamel, ibiddel jew iħassar regolamenti għall-iskopijiet li ġejjin:
(a) biex jippreskrivi dwar il-Bord u l-kunsilli tal-pagi il-
proċedura, il-mod li bih issir il-votazzjoni u li jimtela
l-post ta’ xi membru li jitbattal, il-mod li bih jitmexxa
x-xogħol u l-quorum meħtieġ għal dan ix-xogħol;
(b) biex jippreskrivi l-għamla u l-metodu tan-notifika ta’
taħrikiet ta’ xhieda biex jidhru quddiem kunsill tal-
pagi.
 (2) Ir-regolamenti kollha magħmulin taħt dan l-Att għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-iktar fis li jista’
jkun wara li jkun saru u jkollhom seħħ daqslikieku ġew magħmulin
f’dan l-Att:
Iżda, jekk il-Kamra tad-Deputati, fi żmien għoxrin jum li
jibdew mill-jum li fih regolamenti bħal dawn jitqegħdu quddiemha,
tgħaddi risoluzzjoni illi għandhom jiġu mħassrin jew emendati,
dawn ir-regolamenti jieqfu mis-seħħ tagħhom jew ikunu hekk
emendati imma mingħajr ħsara għas-siwi ta’ kull ma qabel ikun sar
taħthom jew għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda.
(3) Fil-kalkolu ta’ l-imsemmi perijodu ta’ għoxrin jum, ma
għandu jitqies ebda żmien li matulu il-Kamra tad-Deputati tkun
maħlula jew prorogata, jew li matulu tkun aġġornata għal iżjed
minn erbat ijiem.
*Din it-Taqsima oriġinarjament kien fiha żewġ artikoli oħra: artikolu li jħassar
(artikolu 32) u artikolu transitorju (artikolu 33). Dawn iż-żewġ artikoli ġew
imħollija barra bl-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji (Att IX ta’ l-1980).
