TQASSIMTAL-PROPREJTÀ TA’L-GĦADUĠERMANIŻA ġ KAP. 139.
KAPITOLU 139 
ORDINANZA DWAR IT-TQASSIM TAL-
PROPRJETÀ TA’ L-GĦADU ĠERMANIŻA
Biex tagħmel tibdil fit-tqassim ta’ "dejn ta’ l-għadu Ġermaniż" għall-
iskopijiet ta’ l-Ordinanza dwar it-Tqassim tal-Proprjetà ta’ l-Għadu
Ġermaniża  (Kapitolu 132), dwar xi flejjes li, meta għaddiet l-Ordinanza,
kienu dovuti fuq xi titoli pubbliċi Ġermaniżi.
(15 ta’ Jannar, 1953)
Saret liġi bl-ORDINANZA I ta’ l-1953.
Titolu fil-qosor.
Kap. 132. 
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar it-
Tqassim tal-Proprjetà ta’ l-Għadu Ġermaniża, u għandha tiftiehem
ħaġa waħda ma’ l-Ordinanza dwar it-Tqassim tal-Proprjetà ta’ l-
Għadu Ġermaniża, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-
"Ordinanza prinċipali".
Tibdil fit-tifsira ta’ 
"dejn ta’ l-għadu 
Ġermaniż".
2. L-Ordinanza prinċipali jkollha effett u titqies li dejjem
kellha effett daqslikieku s-somom imsemmijin fil-paragrafu (b) tat-
tifsira "dejn ta’ l-għadu Ġermaniż" jinkludu kull somma dovuta li
tingħata meta għaddiet dik l-Ordinanza -
(a) bis-saħħa ta’ xi titolu tas-City of Saarbruecken 6 per
cent. Sterling Loan of 1928 li jkun titolu b’kitba li
taqbel mas-Supplementary Agreement  dwar il-ħidma
ta’ l-artikolu 2 ta’ l-Anglo-German Transfer
Agreement ta’ l-1 ta’ Lulju, 1938;
(b) bis-saħħa ta’ xi titolu ta’ xi waħda mill-ħarġiet ta’
titoli msemmija fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza.
 SKEDA
ĦARGIET TA’ TITOLI
Potash Syndicate of Germany 25 year Sinking Fund Gold Loan.
 City of Berlin 6 per cent. Sterling Loan, 1927.
City of Cologne 6 per cent. Sterling Loan, 1928. 
City of Dresden 5½ per cent. Sterling Loan of 1927.
City of Munich 6 per cent. Sterling Bonds.
State of Hamburg 6 per cent. Sterling Loan of 1926.
Hamburg Waterworks 6 per cent. Sterling Loan.
The Free State of Saxony 6 per cent. 25 year Sterling Bonds of
1927. 
Province of Westphalia 7 per cent. Sterling Loan of 1926.
Prussian Electric Company 6 per cent. 25 year Sterling Bonds.
 2  KAP. 139.ħ  TQASSIMTAL-PROPREJTÀ TA’L-
