ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR ġ K AP. 140.
KAPITOLU 140
ATT DWAR IL-ĠARR TA’ MERKANZIJA 
BIL-BAĦAR
 Biex jabseb dwar il-Ġarr ta’ Merkanzija bil-Baħar.
(17 ta’ Diċembru, 1954)*
 Sar liġi bl-ATT XI ta’ l-1954, kif emendat bl-Att XI ta’ l-1973.
Titolu fil-qosor.
bil-Baħar.
Tifsir.
tagħbija, imniżżlin fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Meta jgħoddu r-
Regoli.
Kap. 13.
3. Għad illi fil-Kodiċi tal-Kummerċ jista’ jkun hemm xi
disposizzjonijiet kuntrarji, ir-Regoli jkollhom seħħ, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fuq u dwar il-ġarr ta’ merkanzija bil-
baħar fuq kull bastiment użat għal dak l-iskop u li jkun qed iġorr
merkanzija minn Malta għal port ieħor, imma mhux jekk dak il-
bastiment ikun qed iġorr merkanzija fl-ibħra ta’ Malta, jiġifieri
minn gżira għall-oħra jew minn naħa għal oħra ta’ waħda mill-
ġzejjer.
Ebda garanzija ma 
timplika li 
bastiment huwa 
tajjeb għall-baħar.
4. F’ebda kuntratt għal-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar li għalih
igħoddu r-Regoli ma tkun impliċita ebda rabta assoluta tal-vettural
merkanzija li ser iħaddem bastiment tajjeb għall-baħar.
Dikjarazzjoni li r-
Regoli għandhom 
igħoddu għandha 
tkun inkluża fil-
poloz tat-tagħbija.
5. Kull polza tat-tagħbija jew dokument bħalha ta’ titolu
maħruġa f’Malta, li jkun fihom jew ikunu xiehda ta’ xi kuntratt li
għalih ir-Regoli jgħoddu, għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara illi
għandhom ikollhom seħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
imsemmijin Regoli kif igħoddu b’dan l-Att.
Tibdil fir-regoli 4 u 
5 ta’ l-Artikolu III 
tar-Regoli dwar 
tagħbija sfuża.
6. Meta skond l-użu ta’ xi negozju l-użin ta’ xi tagħbija sfuża
mniżżel fil-polza tat-tagħbija jkun użin magħmul jew aċċettat minn
ħadd ieħor minbarra l-vettural jew il-karikatur u jingħad fil-polza
tat-tagħbija illi l-użin kien hekk magħmul jew aċċettat, f’dak il-każ,
għad illi jkun hemm xi jkun hemm fir-Regoli, il-polza tat-tagħbija
ma għandhiex titqies li hi xiehda prima facie kontra l-vettural tal-
kunsinna lilu ta’ merkanzija ta’ l-użin hekk imniżżel fil-polza tat-
tagħbija, u ma għandux jitqies li jkun ġie garantit mill-karikatur li
dak l-użin waqt it-tagħbija abbord kien preċiż.
Klawsola ta’ 
ħarsien. 
Sostitwit:
XI. 1973.377.
Kap. 234.
7. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tbiddel il-ħdim ta’ l-
artikoli minn 286 sa 291, it-tnejn inklużi, u tat-Taqsima IX ta’ l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili, jew il-ħdim ta’ xi liġi oħra, li fiż-
żmien tkun fis-seħħ, li tillimita r-responsabbiltà tas-sidien ta’
bastimenti.
Tħaddim tar-
Regoli.
8. Ir-Regoli ma jkunux, bis-saħħa ta’ dan l-Att, igħoddu għal
ebda kuntratt għall-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar magħmul qabel l-1
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 571 tat-18 ta’ Diċembru, 1954.
 2      KAP. 140.ħ     ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR
ta’ Jannar, 1955, u lanqas għal ebda polza tat-tagħbija jew
dokument simili ta’ titolu maħruġa, sew jekk qabel jew wara dik il-
ġurnata, bis-saħħa ta’ xi kuntratt bħal dak kif hawn qabel imsemmi.
ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR ġ K AP. 140.
SKEDA 
REGOLI DWAR IL-POLOZ TAT-TAGĦBIJA 
ARTIKOLU I
Definizjonijiet 
F’dawn ir-Regoli kull waħda minn dawn l-espressjonijiet li
ġejjin għandha t-tifsira mogħtija lilha jiġifieri:
"bastiment" tfisser kull biċċa tal-baħar użata għall-ġarr ta’
merkanzija bil-baħar;
"ġarr ta’ merkanzija" tfisser iż-żmien minn dak il-ħin li l-
merkanzija titgħabba fuq il-bastiment sa x’ħin tinħatt minnu;
"kuntratt ta’ ġarr" tgħodd biss għall-kuntratt ta’ ġarr li dwaru
nħarġet polza ta’ tagħbija jew kull dokument ta’ titolu simili, safejn
dak id-dokument hu relattiv għall-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar,
magħduda kull polza tat-tagħbija jew kull dokument simili kif
imsemmi hawn qabel maħruġa taħt jew bis-saħħa ta’ kuntratt ta’
noleġġ minn x’ħin dik il-polza tat-tagħbija jew dokument simili ta’
titolu jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn vettural u min għandu f’idejh
dik il-kitba;
"merkanzija" tinkludi merkanzija, ħwejjeġ, merċa u oġġetti ta’
kull xorta li tkun, minbarra bhejjem ħajjin u tagħbija illi fil-kuntratt
tal-ġarr jingħad li qed tinġarr fuq il-gverta u illi hekk tinġarr;
"vettural" tfisser ukoll is-sid jew in-noleġġatur li jagħmel
kuntratt ta’ ġarr ma’ karikatur.
ARTIKOLU II
Riskji 
Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu VI, b’kull kuntratt
ta’ ġarr ta’ merkanzija bil-baħar il-vettural, dwar it-tagħbija,
maniġġar, stivar, ġarr, kustodja, kura u ħatt ta’ dik il-merkanzija,
ikun suġġett għar-responsabbiltajiet u d-dmirijiet u jkun intitolat
għad-drittijiet u l-immunitajiet hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsemmijin.
ARTIKOLU III
Responsabbiltajiet u Dmirijiet
l. Il-vettural ikun obbligat, qabel u fil-bidu tal-vjaġġ, li
joqgħod attent li -
(a) jagħmel il-bastiment tajjeb għall-baħar;
(b) jipprovdi kif jixraq il-bastiment bl-ekwipaġġ, bl-
attrezzi u bil-ħażna;
(ċ) jagħmel l-istivi, l-kmamar konġelatorji u tat-tkessiħ, u
kull naħa oħra tal-bastiment li fiha tinġarr il-
merkanzija tajbin u xirqin biex fihom il-merkanzija
tkun tista’ titqiegħed, tinġarr u titħares.
2. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu IV, il-vettural
għandu kif jixraq u bir-reqqa jgħabbi, jimmaniġġa, jistiva, iġorr,
 4      KAP. 140.ħ     ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR
iżomm, jieħu ħsieb u jħott il-merkanzija.
3. Wara li jirċievi l-merkanzija u jieħu nkarigu tagħha, il-
vettural jew il-kaptan jew l-aġent tal-vettural għandu, fuq talba tal-
karikatur joħroġ lill-karikatur polza tat-tagħbija li, fost ħwejjeġ
oħra, turi -
(a) il-marki prinċipali meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-
merkanzija kif l-istess huma mogħtijin bil-miktub
mill-karikatur qabel ma tibda t-tagħbija ta’ dik il-
merkanzija, kemm-il darba dawk il-marki jkunu
mbullati jew xort’oħra indikati biċ-ċar fuq il-
merkanzija, jekk tkun mikxufa, jew fuq il-kaxxi jew
għata li fihom dik il-merkanzija tkun tinsab, hekk illi
jkunu jistgħu jibqgħu jinqraw jekk ma jinqala’ xejn sa
tmiem il-vjaġġ;
(b) jew in-numru tal-pakki jew tal-bċejjeċ, jew il-kwantità
jew l-użin, skond il-każ, kif mogħtijin bil-miktub mill-
karikatur;
(ċ) l-ordni u l-kondizzjoni apparenti tal-merkanzija:
Iżda ebda vettural, kaptan jew aġent tal-vettural ma jkun obbligat
li jsemmi jew juri fil-polza tat-tagħbija xi marki, numru, kwantità,
jew użin li huwa jkollu għalfejn jaħseb li ma jurux bir-reqqa l-
merkanzija li fil-fatt tkun waslet jew li huwa tabilħaqq ma kellux
mezzi biex jivverifika.
4. Dik il-polza tat-tagħbija għandha tkun xiehda prima facie li
l-vettural waslitlu l-merkanzija kif indikata f’dik il-polza skond il-
paragrafu 3 (a), (b) u (ċ).
5. Il-karikatur jitqies li jkun iggarantixxa lill-vettural dwar l-
eżattezza waqt it-tagħbija tal-marki, numru, kwantità u użin, kif
indikati minnu, u l-karikatur għandu jindennizza lill-vettural ta’
kull telf, ħsara, u spejjeż li jkun hemm jew li jsiru jew jinqalgħu
minħabba ineżattezza f’dawn id-dettalji. Id-dritt tal-vettural għal
dan l-indennizz ma għandu bl-ebda mod jillimita r-responsabbiltà u
d-dmir tiegħu taħt il-kuntratt ta’ ġarr lejn kull persuna oħra barra
mill-karikatur.
6. Kemm-il darba ma jingħatax avviż bil-miktub tat-telf jew
ħsara u tan-natura ġenerali ta’ dak it-telf jew ta’ dik il-ħsara lill-
vettural jew l-aġent tiegħu fil-port tal-ħatt qabel jew waqt il-
kunsinna tal-merkanzija fil-kustodja tal-persuna li jkollha dritt
tirċeviha bis-saħħa tal-kuntratt tal-ġarr, jew, jekk it-telf jew ħsara
ma jkunux jidhru, fi żmien tlitt ijiem, dik il-kunsinna tkun prova
prima facie tal-kunsinna mill-vettural tal-merkanzija kif indikata
fil-polza tat-tagħbija.
M’hemmx għalfejn jingħata l-avviż bil-miktub jekk meta ġiet
meħuda l-merkanzija l-istat tagħha ġie eżaminat jew spezzjonat
miż-żewġ partijiet flimkien.
F’kull każ il-vettural u l-bastiment ikunu meħlusin minn kull
responsabbiltà dwar telf jew ħsara kemm-il darba ma ssirx kawża fi
żmien sena mill-kunsinna tal-merkanzija jew mid-data meta l-
merkanzija jkun imissha ġiet kunsinnata.
ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR ġ K AP. 140.
Fil-każ li jkun hemm telf effettiv jew suspett ta’ telf jew ħsara,
il-vettural u min jirċievi l-merkanzija għandhom jagħtu lil xulxin
il-faċilitajiet kollha xerqin għall-ispezzjon u verifika tal-
merkanzija.
7. Wara li l-merkanzija titgħabba, il-polza tat-tagħbija li
għandha tingħata lill-karikatur mill-vettural, kaptan jew aġent tal-
vettural għandha, jekk il-karikatur hekk jitlob, tkun polza tat-
tagħbija ta’ "merkanzija abbord" iżda jekk il-karikatur ikun qabel
ħa xi dokument ta’ titolu għal dik il-merkanzija, huwa għandu
jikkonsenjah kontra l-ħruġ tal-polza tat-tagħbija ta’ "merkanzija
abbord", imma l-vettural, il-kaptan jew l-aġent fil-port tat-tagħbija
jista’, jekk jagħżel hekk il-vettural, iniżżel fuq dak id-dokument ta’
dritt, l-isem jew l-ismijiet tal-bastiment jew bastimenti li fuqu jew
fuqhom il-merkanzija tkun ġiet mgħobbija u d-data jew dati tat-
tagħbija, u meta fuqu jkun hekk tniżżel dak id-dokument għandu,
għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jitqies li huwa polza tat-tagħbija ta’
"merkanzija abbord".
8. Kull klawsola, patt jew ftehim f’kuntratt ta’ ġarr li jeħilsu
lill-vettural jew lill-bastiment mir-responsabbiltà għal telf jew
ħsara lil jew dwar merkanzija li jsiru minħabba traskuraġni, ħtija
jew nuqqas fid-dmirijiet u fl-obbligi msemmijin f’dan l-Artikolu,
jew li jnaqqas dik ir-responsabbiltà xort’oħra milli kif hemm
f’dawn ir-Regoli, jkunu nulli u ma jiswewx u ma jkollhom ebda
effett.
Benefiċċju ta’ assigurazzjoni jew klawsola ta’ din ix-xorta,
għandhom jitqiesu li huma klawsola li teħles lill-vettural mir-
responsabbiltà.
ARTIKOLU IV
 Drittijiet u Immunitajiet
l. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
għal telf jew ħsara li jsiru jew jiġru minħabba li l-bastiment ma
jkunx tajjeb għall-baħar, kemm-il darba ma jkunux saru minħabba
nuqqas ta’ diliġenza xierqa min-naħa tal-vettural li jagħmel li l-
bastiment ikun tajjeb għall-baħar, u li jiżgura illi l-bastiment ikun
provdut kif jixraq bl-ekwipaġġ, bl-attrezzi u bil-ħażna, u li jagħmel
l-istivi, il-kmamar konġelatorji u tal-friża u kull naħa oħra tal-
bastiment li fiha tinġarr il-merkanzija tajbin u żguri biex fihom
titqiegħed, tinġarr u titħares il-merkanzija skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu III.
Kull meta jinqala’ xi telf jew ħsara minħabba li l-bastiment ma
jkunx tajjeb għall-baħar, il-prova li attenzjoni xierqa kienet
ittieħdet għandħa ssir mill-vettural jew persuna oħra li titlob l-
immunità bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.
2. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
għal telf jew ħsara li jsiru jew jiġu minħabba -
(a) att, traskuraġni, jew nuqqas tal-kaptan, baħri, pilota
jew l-impjegati tal-vettural fin-navigazzjoni jew fil-
kontroll tal-bastiment;
(b) ħruq, jekk ma jsirx minħabba l-ħtija attwali tal-vettural
 6      KAP. 140.ħ     ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR
jew bil-konnivenza tiegħu;
(ċ) perikoli, tiġrif u disgrazzji tal-baħar jew ilmijiet oħra
navigabbli;
(d) forza maġġuri;
(e) att tal-gwerra;
(f) att ta’ għedewwa pubbliċi;
(g) arrest jew restrizzjoni minn prinċep, Gvern jew poplu
jew qbid bi proċeduri legali;
(h) restrizzjonijiet tal-kwarantina;
(i) att jew nuqqas tal-karikatur jew tas-sid tal-merkanzija,
l-aġent jew ir-rappreżentant tiegħu;
(j) strikes jew lock-outs jew twaqqif jew restrizzjoni tax-
xogħol minħabba kull kawża li tkun, sew ġenerali jew
parzjali;
(k) rewwixti u diżordnijiet pubbliċi;
(l) salvament jew tentattiv ta’ salvament tal-ħajja jew ta’
proprjetà fuq il-baħar;
(m) telf fid-daqs jew fl-użin jew kull telf ieħor jew ħsara
oħra li jinqalgħu minħabba xi nuqqas, kwalità jew xi
ħaġa ħażina li jinsabu fil-merkanzija;
(n) nuqqas ta’ imballaġġ; 
(o) nuqqas ta’ marki;
(p) difetti li ma jidhrux u li ma jinkixfux b’attenzjoni
xierqa; 
(q) kull kawża oħra li ma hijiex ġejja mill-ħtija attwali jew
konnivenza tal-vettural, jew mill-ħtija jew traskuraġni
ta’ l-aġenti jew tal-impjegati tal-vettural, iżda għandha
ssir mill-persuna li titlob il-benefiċċju ta’ din l-
eċċezzjoni, il-prova illi la l-ħtija attwali jew il-
konnivenza tal-vettural u lanqas il-ħtija jew
traskuraġni ta’ l-aġenti jew impjegati tal-vettural ma
ikkontribwew biex sar it-telf jew il-ħsara.
3. Il-karikatur ma jkunx responsabbli għal telf jew ħsara li l-
vettural jew il-bastiment ikun bata li jkun ġej jew jirriżulta minn
kull kawża li tkun, iżda li ma tkunx ġejja mill-att, ħtija jew
traskuraġni tal-karikatur, ta’ l-aġenti jew ta’ l-impjegati tiegħu.
4. Kull devjazzjoni għalbiex isalvaw jew jittantaw li jsalvaw
il-ħajja jew il-proprjetà fuq il-baħar, jew kull devjazzjoni xierqa ma
għandhiex titqies li hi ksur ta’ dawn ir-Regoli jew tal-kuntratt tal-
ġarr jew nuqqas minnhom, u l-vettural ma jkun responsabbli għal
ebda telf jew ħsara li jinqalgħu minħabba f’hekk.
5. La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli
f’ebda każ u lanqas ma jsiru responsabbli għal xi telf jew ħsara lil
jew dwar merkanzija f’ammont ta’ iżjed minn mitt lira għal kull
koll jew għal kull ħaġa, jew kemm tiswa dik is-somma fi flus
oħrajn, kemm-il darba n-natura u l-valur ta’ dik il-merkanzija ma
jkunux ġew dikjarati mill-karikatur qabel ma tgħabbew u ma
ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR ġ K AP. 140.
jkunux ġew imniżżlin fil-polza tat-tagħbija.
Din id-dikjarazzjoni jekk imdaħħla fil-polza tat-tagħbija għandha
tkun prova prima facie imma ma torbotx lill-vettural u lanqas ma
tkun għalih konklużiva.
Bi ftehim bejn il-vettural, kaptan jew aġent tal-vettural u l-
karikatur jista’ jiġi stabbilit l-ogħla ammont li ma jkunx dak
imsemmi f’dan il-paragrafu, iżda dak l-ogħla ammont ma għandux
ikun anqas mill-ammont hawn fuq imsemmi.
La l-vettural u lanqas il-bastiment ma jkunu responsabbli f’ebda
każ għal telf jew ħsara lil jew dwar merkanzija jekk ix-xorta jew il-
valur tagħha ġew xjentement dikjarati ħażin mill-karikatur fil-polza
tat-tagħbija.
6. Merkanzija infjammabbli, jew li tista’ tesplodi, jew li hija
ta’ xorta perikoluża li l-vettural, kaptan jew aġent tal-vettural ma
jkunx ta kunsens għat-tagħbija tagħha fil-waqt li kien jaf bix-xorta
u l-karattru tagħha, tista’ f’kull żmien qabel il-ħatt titniżżel l-art
f’kull post li jkun jew tiġi meqruda jew isirilha hekk li ma tistax
tagħmel deni mill-vettural mingħajr ma jitħallas ebda kumpens, u l-
karikatur ta’ dik il-merkanzija jkun responsabbli għall-ħsarat u
għall-ispejjeż kollha li direttament jew indirettament jinqalgħu jew
jiġu minn dik it-tagħbija.
Jekk xi merkanzija bħal dik, mgħobbija bix-xjenza u bil-kunsens
imsemmijin issir ta’ perikolu lill-bastiment jew lit-tagħbija, tista’
bl-istess mod titniżżel l-art f’kull post li jkun jew tinqered jew issir
hekk li ma tistax tagħmel deni mill-vettural mingħajr ma l-vettural
ikun responsabbli ħlief għall-avarija ġenerali, jekk ikun hemm.
ARTIKOLU V
Ċessjoni tad-Drittijiet u Immunitajiet u Żieda tar-
Responsabbiltajiet u Obbligi
Il-vettural ikollu kull dritt li jċedi, għal kollox jew f’parti, kollha
kemm huma d-drittijiet u l-immunità tiegħu jew x’uħud minnhom,
jew li jżid x’uħud mir-responsabbiltajiet u l-obbligi tiegħu taħt ir-
Regoli li jinsabu f’kull wieħed li jkun minn dawn l-Artikoli, kemm-
il darba dik iċ-ċessjoni jew dik iż-żieda tkun imniżżla fil-polza tat-
tagħbija maħruġa lill-karikatur.
Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ma jkunux applikabbli
għal charter-parties, imma jekk jingħataw poloz tat-tagħbija dwar
bastiment mikri b’charter-party huma għandhom joqogħdu għal dak
li jgħidu dawn ir-Regoli. Ebda ħaġa f’dawn ir-Regoli ma
jimpedixxi d-dħul f’polza ta’ tagħbija ta’ xi disposizzjoni li mhix
kuntrarja għal-liġi dwar avarija ġenerali.
ARTIKOLU VI
 Kondizzjonijiet speċjali
B’dak kollu li jgħidu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli ta’ qabel
dan, vettural, kaptan jew aġent tal-vettural u karikatur ikunu
jistgħu, dwar xi merkanzija partikolari, jagħmlu kif iridu kull
ftehim li jkun dwar ir-responsabbiltà u l-obbligi ta’ vettural dwar
dik il-merkanzija, u dwar id-drittijiet u l-immunità tal-vettural dwar
 8      KAP. 140.ħ     ĠARRTAL-MERKANZIJABIL-BAĦAR
dik il-merkanzija, jew dwar l-obbligu tiegħu dwar li l-bastiment
ikun tajjeb għall-baħar sa fejn ftehim bħal dan ma jkunx kuntrarju
għall-ordni pubbliku, jew dwar l-attenzjoni jew diliġenza ta’ l-
impjegati jew l-aġenti tiegħu dwar it-tagħbija, maniġġar, stivar,
ġarr, kustodja, ħsieb u ħatt tal-merkanzija trasportata bil-baħar,
iżda f’dan il-każ ebda polza tat-tagħbija ma trid tkun ġiet jew tiġi
maħruġa u l-pattijiet miftehmin għandhom jiġu mdaħħlin f’riċevuta
li għandha tkun dokument mhux negozjabbli u għandha tiġi
mmarkata bħala tali.
Kull ftehim tali għandu jkollu effett sħiħ quddiem il-liġi:
Iżda dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-imbarki
kummerċjali ordinarji magħmulin fil-kors solitu tan-negozju, imma
biss għal dawk l-imbarki oħrajn meta n-natura u l-kondizzjoni tal-
ħaġa li għandha tinġarr jew iċ-ċirkostanzi, pattijiet u
kondizzjonijiet li bihom il-ġarr għandu jsir huma hekk li
raġonevolment jiġġustifikaw ftehim speċjali.
ARTIKOLU VII
Restrizzjoni dwar l-Applikazzjoni tar-Regoli
Ebda ħaġa li tinsab hawnhekk ma għandha timpedixxi vettural
jew karikatur milli jagħmel xi ftehim, stipulazzjoni, kondizzjoni,
riserva jew eżenzjoni dwar ir-responsabbiltà u l-obbligi tal-vettural
jew tal-bastiment dwar telf jew ħsara lill-merkanzija jew dwar il-
kustodja u ħsieb u maniġġar ta’ merkanzija, qabel it-tagħbija fuq il-
bastiment u wara l-ħatt minn fuq il-bastiment li bih il-merkanzija
tinġarr bil-baħar.
ARTIKOLU VIII 
Restrizzjoni ta’ Obbligi
Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ma għandhomx inaqqsu l-
jeddijiet u obbligi tal-vettural taħt xi liġi li fiż-żmien tkun fis-seħħ
dwar ir-restrizzjoni ta’ l-obbligi ta’ sidien ta’ bastimenti li jbaħħru.
ARTIKOLU IX
Il-muniti msemmijin f’dawn ir-Regoli għandhom jitqiesu li
jiswew bħallikieku kienu tad-deheb.
