UŻINTA’ BHEJJEMIMPORTATIGĦAS-SIMNA ġ KAP. 143.
KAPITOLU 143
ATT DWAR L-UŻIN TA’ BHEJJEM IMPORTATI 
GĦAS-SIMNA 
Biex jistabbilixxi l-użin xieraq ta’ bhejjem għas-simna wara l-
importazzjoni.
(22 ta’ Lulju, 1955)*
Sar liġi bl-ATT XXIII ta’ l-1955, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Importati għas-Simna.
Tifsir.
tifsira oħra -
"bhejjem għas-simna" igħoddu għal kull bhima tar-razza tal-fart
maħsuba għal qtil sew fiż-żmien l-importazzjoni sew madwar dak
iż-żmien jew wara li tiġi msemmna;
"importatur" dwar bhejjem għas-simna importati f’Malta tfisser
persuna li fil-jum ta’ l-importazzjoni jkollha l-liċenza mid-Direttur
ta’ l-Agrikoltura li tagħtih is-setgħa li jimporta l-bhejjem;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuna" tgħodd għal kull xirka, ditta, kumpannija jew għaqda
oħra ta’ persuni.
Bhejjem għas-
simna.
3. Il-bhejjem kollha importati f’Malta għandhom jitqiesu li
huma bhejjem għas-simna sakemm l-importatur tagħhom ma
jippruvax il-kuntrarju għas-sodisfazzjon tad-Direttur ta’ l-
Agrikoltura.
Bejgħ ta’ bhejjem 
għas-simna.
4. (1) Ebda bhima għas-simna importata ma għandha tinbiegħ
jew xort’oħra titneħħa jekk mhux fuq is-sies tal-pis ħaj tagħha.
(2) Ebda bhima importata għas-simna ma għandha tintiżen biex
jiġi ntaxxat id-dazju ta’ importazzjoni fuqha jew uffiċjalment għal
ebda skop ieħor jekk il-bhima jew il-bhejjem ma kinitx inżammet
jew ma kienux inżammu neqsin minn kull ikel u xorb għal żmien
sħiħ ta’ mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jinħattu
mill-vapur, iżda dan l-użin għandu jsir mill-aktar fis wara li
jgħaddu l-erbgħa u għoxrin siegħa fuq imsemmija.
Pieni.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
5. Kull ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 iġib reat li,
meta jinsab minn Qorti tal-Maġistrati li ġara, iġib piena kif ġej:
(a) dwar l-ewwel reat magħmul kontra d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 4, multa ta’ minn ħamsa u għoxrin lira sa’
ħamsin lira;
(b) dwar it-tieni reat magħmul kontra d-disposizzjonijiet
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 378 tal-25 ta’ Lulju, 1955.
 2      KAP. 143.ħ    UŻINTA’ BHEJJEMIMPORTATIGĦAS-SIMNA
imsemmija, multa ta’ minn ħamsin lira sa’ mitt lira;
(ċ) dwar it-tielet reat, jew dwar kull reat li jsir wara,
kontra d-disposizzjonijiet imsemmija, priġunerija għal
minn xahar sa tliet xhur, u għall-iskwalifika ta’
importatur ta’ bhejjem għal sitt xhur mid-data tal-
kundanna, bla ħsara għal xi ordni aċċettat li jkun ġie
mogħti b’sensja maħruġa qabel dik id-data, iżda f’dan
il-każ, l-iskwalifika għandha tibda fis-seħħ għal kull
ordni ieħor mid-data tal-kundanna u tissokta sa’ tmiem
is-sitt xhur li jibdew igħoddu mid-data li bis-saħħa ta’
dak l-ordni jaslu f’Malta il-bhejjem hekk ordnati jew,
jekk kien hemm aktar minn ordni wieħed aċċettat,
mid-data ta’ l-aħħar wasla f’Malta ta’ bhejjem hekk
ordnati.
Responsabbilità.
Kap. 9.
6. Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a) għandha tgħodd id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 24 tal-
Kodiċi Kriminali; u
(b) meta persuna li tinsab ħatja ta’ reat fuq xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tagħmel sehem minn
għaqda ta’ persuni, kull persuna li fiż-żmien li sar ir-
reat kien direttur jew uffiċjal ta’ dik l-għaqda jitqies
ħati ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma jippruvax li r-
reat sar mingħajr ma kien jaf bih jew li huwa ħa l-ħsieb
xieraq kollu biex ma jħallix li dan ir-reat isir.
