KONVENZJONIJIET  DWAR IL-KONSLIJIET  ġ K AP. 144.
KAPITOLU 144
ATT DWAR IL-KONVENZJONIJIET DWAR
IL-KONSLIJIET
Biex jagħti xi setgħat dwar l-amministrazzjoni tal-wirt ta’ persuni mejta
lill-funzjonarji konsulari ta’ Stati barranin li magħhom konvenzjonijiet
dwar il-Konslijiet ikunu ġew miftehma; li jagħti lill-funzjonarji konsulari
xi jeddijiet dwar baħrin li jkunu mietu u dwar bastimenti li jkunu għerqu; u
li jrażżnu s-setgħat tal-Pulizija u persuni oħra għad-dħul fl-uffiċċji
konsulari ta’ dawk l-Istati, u li jagħti lill-funzjonarji konsulari xi jeddijiet
oħra magħrufin bil-liġi internazzjonali.
(27 ta’ Ottubru, 1955)*
Sar liġi bl-ATT XXXI ta’ l-1955, kif emendat bl-Ordinanza ta’
Emerġenza XV ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali
46 ta’ l-1965 u bl-Att I ta’ l-1966.
Titolu fil-qosor. 
dwar il-Konslijiet.
Tifsir.
Emendat:
I. 1966.13.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tinħtieġx xort’oħra -
"funzjonarju konsulari" jfissru kull persuna li tingħatalha
exequatur jew awtorizzazzjoni għal xi żmien jew awtorizzazzjoni
oħra għal dak l-iskop f’Malta;
"impjegat konsulari" ifissru kull persuna impjegata f’konsulat
fil-kapaċità ta’ subaltern iżda b’dana li ismu jkun ġie debitament
mogħti lill-Ministru mill-funzjonarju konsulari iżda ma tfissirx xi
persuna impjegata fi dmirijiet domestiċi;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru għal dak iż-żmien responsabbli
mill-affarijiet barranin.
(2) Riferenzi f’dan l-Att għal "funzjonarji konsulari" u
"impjegati konsulari" għandhom jiftehmu li jinkludu riferenzi għal
persuni fis-servizz ta’ kull pajjiż tal-Commonwealth ħlief Malta li
jokkupaw dawk il-karigi jew klassijiet ta’ karigi kif jistgħu jiġu
speċifikati mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li jkunu
karigi jew klassijiet ta’ karigi li jidhru lill-Ministru li jinvolvu l-
qadi ta’ dmirijiet li jikkorrispondu b’mod sostanzjali għal dawk li,
fil-każ ta’ Stat barrani kienu jiġu moqdija minn funzjonarji
konsulari u minn impjegati konsulari rispettivament u "kariga
konsulari" għandha tiftiehem skond hekk.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel lista tal-pajjiżi tal-
Commonwealth għall-finijiet ta’ dan l-Att u għandu jara li din il-
lista u kull emenda ta’ din il-lista jew lista emendata tiġi pubblikata
b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 587 tat-28 ta’ Ottubru, 1955.
 2      KAP. 144.ħ    KONVENZJONIJIET  R  T 
Setgħa ta’ 
funzjonarji 
konsulari dwar 
proprjetà f’Malta 
ta’ persuna mejta.
3. (1) Meta xi persuna li tkun tagħmel minn Stat li għalih dan
l-artikolu jgħodd tkun maħtura bħala eżekutur fit-testment ta’
persuna mejta li tiddisponi minn proprjetà f’Malta, jew tkun
xort’oħra persuna li tkun tista’ tiġi maħtura jew twettaq bħala
kuratur jew eżekutur ta’ wirt ta’ persuna mejta f’Malta, f’dak il-każ
jekk il-qorti, fuq it-talba ta’ funzjonarju konsulari ta’ dak l-Istat,
jidhrilha illi dik il-persuna ma tgħammarx f’Malta u illi hija
m’għandhiex min jidher għaliha awtorizzat kif jistħoqq bi prokura
sabiex jagħmel flokha f’dik il-ħaġa, il-qorti toħroġ ordni li jaħtar
jew iwettaq lil dak il-funzjonarju bħala kuratur jew eżekutur tal-
wirt tal-mejjet, daqs li kieku huwa kien hekk awtorizzat kif
imsemmi hawn qabel.
(2) Meta l-qorti tkun ikkonċediet talba għal ħatra jew twettiq
bħala eżekutur jew kuratur tal-wirt tal-mejjet magħmula minn
funzjonarju konsulari bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, dak il-
funzjonarju jew is-suċċessuri tiegħu fil-kariga ikollhom il-jedd li
jirċievu u jamministraw l-imsemmi wirt u li jagħmlu kull ma jkun
meħtieġ għalhekk daqs li kieku kienu regolarment awtorizzati li
jagħmlu hekk bi prokura maħruġa mill-eżekutur.
(3) Meta xi persuna li tkun tagħmel minn xi Stat li għalih dan l-
artikolu jgħodd -
(a) ikollha jedd għal xi ħlas jew kunsinna ta’ xi flus jew
proprjetà dwar xi nteress fil-wirt ta’ persuna mejta,
jew ikollha jedd għal ħlas jew kunsinna ta’ flus jew
proprjetà li jkunu jistħoqqu mal-mewt ta’ persuna; jew
(b) tkun persuna li lilha flus jew proprjetà oħra tal-wirt ta’
persuna mejta, jistgħu jitħallsu jew jiġu kunsinnati taħt
xi liġi li saret sew qabel sew wara li dan l-Att daħal
fis-seħħ, li tawtorizza l-ħlas jew kunsinna tal-flus jew
proprjetà ta’ dawk il-flus jew proprjetà, mingħajr ma
tinfetaħ is-suċċessjoni tal-persuna mejta favur tagħha,
f’dak il-każ, jekk il-persuna ma tkunx tgħammar f’Malta,
funzjonarju konsulari ta’ dak l-Istat ikollu l-istess jedd u setgħa li
jagħti rċevuta tajba għal dawk il-flus jew proprjetà f’Malta, li
jagħmel kull ma jkun meħtieġ sabiex juri sewwa l-jedd ta’ dik il-
persuna għal dik il-proprjetà u li jamministra jew jiddisponi minn
dik il-proprjetà daqs li kieku huwa kien awtorizzat kif jixraq bi
prokura biex jidher b’ismu għal dak l-iskop:
Iżda ebda persuna ma jkollha setgħa jew il-ħtieġa bis-saħħa
ta’ dan is-subartikolu li tħallas jew tikkonsinna xi flus jew
proprjetà lil funzjonarju konsulari kemm-il darba huwa jkun jaf illi
xi persuna oħra f’Malta tkun ġiet awtorizzata kif jixraq biex
idaħħal dawk il-flus jew jilqa’ dik il-proprjetà f’isem l-imsemmija
persuna:
Iżda wkoll illi dawk il-flus jew proprjetà oħra li jitħallsu,
ikunu kunsinnati jew jiġu trasferiti lill-funzjonarju konsulari taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jibqgħu suġġetti għal dawk
il-kundizzjonijiet jew obbligi li kienu jkunu jgħoddu dwar dawk il-
flus jew proprjetà oħra taħt kull liġi fis-seħħ f’Malta li kieku l-flus
kienu ġew imdaħħlin jew il-proprjetà kienet ġiet milqugħa mill-
persuna li f’isimha ġew li għandhom jitħallsu jew tkun trasferita lil
KONVENZJONIJIET  DWAR IL-KONSLIJIET  ġ K AP. 144.
dak il-funzjonarju konsulari.
(4) Minkejja dak li jkun hemm kuntrarju f’xi liġi oħra fis-seħħ
f’Malta, funzjonarju konsulari ma jkunx imġiegħel li jagħti
garanzija għall-amministrazzjoni xierqa tal-wirt jew tal-proprjetà
hawn qabel imsemmija.
Disposizzjonijiet 
b’żieda dwar l-
artikolu 3. 
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 9 u 10 ta’ dan l-
Att jew ta’ xi liġi jew drawwa magħrufa internazzjonali li tagħti
immunità jew privileġġ dwar l-attijiet u dokumenti uffiċjali ta’
funzjonarji konsulari, funzjonarju konsulari ma jkollu jedd għal
ebda immunità jew privileġġ dwar kull ħaġa minnu magħmula bis-
saħħa ta’ setgħat mogħtijin lilu bl-artikolu jew taħt l-artikolu 3 ta’
dan l-Att, jew dwar xi dokument li, fiż-żmien li jkun, ikun għandu
minħabba dan.
Tirżin ta’ setgħat 
ta’ dħul dwar 
uffiċċji konsulari.
Emendat: 
XV. 1958.2;
XXV. 1962.2;
I. 1966.13.
5. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
uffiċċju konsulari ta’ Stat li għalih dan l-artikolu jgħodd ma jidħol
fih ebda membru tal-korp tal-Pulizija jew persuna oħra li tkun qed
taqdi l-esekuzzjoni ta’ xi mandat jew proċediment ieħor legali jew
it-tħaddim ta’ setgħat mogħtijin minn xi liġi oħra jew taħt xi liġi
oħra (sew jekk imgħoddija qabel jew wara l-bidu ta’ dan l-Att) jew
xort’oħra, ħlief bil-kunsens tal-funzjonarju konsulari inkarigat
minn dak l-uffiċċju jew, jekk dak il-kunsens ikun miżmum jew ma
jistax jinkiseb, bil-kunsens tal-Ministru:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ hawn qabel f’dan is-subartikolu
ma jkunux igħoddu dwar dħul li jsir -
(a) minn membru tal-korp tal-Pulizija bl-iskop li jitfi n-
nar jew biex ma jħallix li jsir xi disastru ieħor;
(b) minn membru tal-korp tal-Pulizija li jkollu raġuni
xierqa biex jaħseb illi delitt li fih issir vjolenza sar jew
qed isir jew ser isir fl-uffiċċju konsulari;
(ċ) minn kull persuna li jkollha l-jedd li tidħol bis-saħħa
ta’ xi servitù, kuntratt jew jedd ieħor privat.
(2) Dan l-artikolu ma jkun igħodd għal ebda uffiċċju konsulari
illi, għaż-żmien li jkun, jagħmel minnu funzjonarju konsulari li
jkun ċittadin ta’ Malta jew li ma jkunx jagħmel mill-Istat li minnu
dak l-uffiċċju jkun miżmum.
(3) Għall-iskopijiet ta’ dan l-artikolu l-kelmiet "uffiċċju
konsulari" jfissru kull bini jew parti minn kull bini li jkun użat
għall-iskopijiet tax-xogħol uffiċjali ta’ funzjonarju u għal ebda
ħaġ’oħra.
Kif jgħoddu l-
artikoli 3 u 5. 
Emendat:
XV. 1958.2;
XXV. 1962.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
I. 1966.13.
6. (1) Il-Ministru jista’, b’ordni, jordna illi l-artikolu 3 jew l-
artikolu 5 jew dawk iż-żewġ artikoli ta’ dan l-Att għandu jgħodd
jew għandhom igħoddu għal kull pajjiż tal-Commonwealth
speċifikat f’dak l-ordni jew għal xi Stat barrani li jkun imsemmi
f’dak l-ordni u li jkun Stat li miegħu tkun saret konvenzjoni
konsulari li taħseb għal dak li għalih tinsab disposizzjoni f’dawk l-
artikoli.
(2) Kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jiġi mħassar
b’ordni li jsir wara.
 4      KAP. 144.ħ    KONVENZJONIJIET  R  T 
(3) Kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu għandu jitqiegħed
quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr wara li
jkun sar.
Wirt ta’ baħri 
mejjet.
7. Meta xi flus jew proprjetà oħra f’Malta li jkunu tal-wirt ta’
baħri mejjet jistgħu jitħallsu jew jiġu kunsinnati li xi persuna li
tgħammar fi Stat barrani, dawk il-flus jew dik il-proprjetà jistgħu
jitħallsu jew jiġu kunsinnati lil funzjonarju konsulari ta’ dak l-Istat
f’isem dik il-persuna.
Xi jsir minn 
bastimenti barranin 
imgħarrqin jew 
minn dak li jinsab 
f’dawk il-
bastimenti. 
Emendat: 
XV. 1958.2;
XXV. 1962.2;
I. 1966.13; 
8. Meta xi bastiment barrani jew ħaġa li tkun ta’ jew tagħmel
sehem minn bastiment barrani li jkun għereq fuq jew ħdejn ix-
xtajtiet ta’ Malta, jew li tkun ta’ jew tagħmel parti mit-tagħbija,
jinsabu fuq jew ħdejn dawk ix-xtajtiet jew jinġiebu f’xi port ta’
Malta, il-funzjonarju konsulari tal-pajjiż li jagħmel minn dak il-
bastiment jew, fil-każ ta’ tagħbija, li jagħmel mis-sidien ta’
tagħbija, jew kull funzjonarju konsulari ieħor awtorizzat għalhekk
b’xi trattat jew ftehim ma’ dak il-pajjiż, għandu, fin-nuqqas tas-sid
u tal-kaptan jew mandatarju ieħor tas-sid, jitqies li hu l-mandatarju
tas-sid, għal dak biss li għandu x’jaqsam mal-ħarsien u disponiment
ta’ dak il-bastiment jew ta’ dawk il-ħwejjeġ:
Kap. 10. 
Iżda jekk il-Ministru jidhirlu li dak il-bastiment jew xi ħaġa
bħal dik ikunu ta’ perikolu għan-navigazzjoni fl-ibħra territorjali
ta’ Malta jew xkiel skond it-tifsir fl-artikolu 224 tal-Kodiċi tal-
Liġijiet tal-Pulizija huwa jista’ jagħmel dak li jidhirlu xieraq biex
jitneħħa dak il-perikolu jew dak ix-xkiel.
Dokumenti 
konsulari meħlusin 
mill-wiri fil-qorti. 
9. (1) Kull funzjonarju jew impjegat konsulari jkollu l-jedd li
jirrofta li juri lill-qorti jew lil kull awtorità xi dokumenti mill-
arkivji konsulari jew xi karti oħra uffiċjali jew li jixhed dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mad-dmirijiet tiegħu uffiċjali.
(2) Funzjonarju konsulari għandu wkoll il-jedd li jirrofta li
jixhed bħala xhud-perit dwar il-liġi ta’ l-Istat li minnu huwa jkun
maħtur. 
Ħelsien minn 
responsabbiltà.
10. (1) Funzjonarju jew impjegat konsulari ma jkunx jista’
jiġi proċessat fil-qrati, dwar dak li jkun għamel fil-kariga tiegħu
uffiċjali, li jagħmlu sehem mid-dmirijiet ta’ funzjonarju konsulari
kemm-il darba l-Gvern tiegħu ma jkunx talab jew ta l-kunsens
tiegħu għal dawk il-proċedimenti b’mezz tar-rappreżentant tiegħu
diplomatiku:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma żżomm funzjonarju
jew impjegat konsulari milli jkun miżmum responsabbli f’kawża
ċivili li tinbet minn kuntratt magħmul minnu li fih huwa ma jkunx
espressament ikkuntratta bħala aġent tal-Gvern tiegħu u li fih il-
parti l-oħra qagħdet fuqu għat-twettiq ta’ l-istess kuntratt u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ma jagħtux jedd lil funzjonarju jew
impjegat konsulari li jirrofta li jġib xi dokument jew li jixhed dwar
kuntratt bħal dak.
KONVENZJONIJIET  DWAR IL-KONSLIJIET  ġ K AP. 144.
(2) Kwalunkwe qorti jew awtorità li tinħtieġ ix-xiehda ta’
funzjonarju konsulari għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex ma
jkunx hemm indħil fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu uffiċjali u
għandha, meta jkun possibbli jew tista’, tagħmel mezz għas-smigħ
ta’ din ix-xiehda fir-residenza jew uffiċċju tiegħu.
