PROJBIZZJONI TA’ BEJGĦ TAL-PROVVISTI MOGĦTIJA B’XEJN ġ K AP. 145.     1
KAPITOLU 145
ATT DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ BEJGĦ 
TAL-PROVVISTI MOGĦTIJA B’XEJN
Biex jipprovdi għall-projbizzjoni ta’ negozju fi provvisti rċevuti f’Malta
għat-tqassim b’xejn lill-familji fqar.
20 ta’ Diċembru, 1955
L-ATT XLIV ta’ l-1955, kif emendat bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XIV ta’
l-1958; bl-Ordinanzi XVII ta’ l-1966 u XXV ta’ l-1962; u bl-Atti XXXI ta’
l-1966 u X1 ta’ l-1977.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Bejgħ tal-Provvisti Mogħtija b’Xejn.
Projbizzjonijiet.
Emendat: 
XXXI. 1966. 
2. (1) Kull min, għal skop ta’ negozju jew kummerċ, jixtri
jew jikseb xort’oħra, ibiegħ jew iżomm għal bejgħ, jew jiddisponi
minn xi provvisti jew oġġetti riċevuti f’Malta mill-Gvern ta’ Malta
jew minn xi awtorità  jew persuni oħra minn xi pajjiż barra minn
Malta, għat-tqassim b’xejn lil nies fqar jew mistħoqqa, ikun ħati ta’
reat u jista’ jeħel għall-ewwel reat fuq hekk, multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira u, f’każ tat-
tieni reat jew reati oħra, priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas
minn tliet xhur, iżda mhux iżjed minn tnax-il xahar, u, f’kull każ,
il-provvisti jew l-oġġetti li għalihom ir-reat jirreferixxi jiġu
konfiskati.
(2) Jekk min ikun misjub ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (1)
ikun negozjant, il-liċenzi tiegħu kollha tan-negozju jiġu sospiżi
għal żmien ta’ mhux inqas minn xahar u mhux iżjed minn sitt xhur.
Preżunzjonijiet. 
Emendat: 
XIV. 1958; 
XVII. 1961.5; 
XXV. 1962; 
XXXI. 1966.
3. Għall-finijiet ta’ l-artikolu 2 -
(a) kull negozjant li jkollu dawk il-provvisti jew oġġetti
kif hemm imsemmi hemmhekk jew reċipjenti tagħhom
fil-ħanut jew post tan-negozju tiegħu jitqies, jekk ma
jurix awtorità  bil-miktub għal hekk mill-Ministru
responsabbli għad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, li
kiseb dawk il-provvisti jew oġġetti għal skopijiet ta’
negozju jew kummerċ u li jkun qiegħed iżommhom
għal bejgħ għal dak l-iskop;
(b) kull negozjant li jkollu dawk il-provvisti jew oġġetti
kif ingħad fuq f’xi post taħt il-kontroll tiegħu li ma
jkunx il-ħanut jew post tan-negozju tiegħu jitqies li
qed iżommhom għal bejgħ għal skop ta’ negozju jew
kummerċ, kemm-il darba ma jippruvax li jkun
kisibhom bħala riċevitur f’taqsim b’xejn magħmul lil
nies fqar jew mistħoqqa;
(ċ) kull min jiddisponi minn dawn il-provvisti jew oġġetti
kif ingħad fuq favur xi negozjant barra minn meta dan
ikollu l-jedd għalihom permezz tat-tqassim b’xejn lil
nies fqar jew mistħoqqa jitqies li jkun iddispona minn
  2       KAP. 145. ħ   PROJBIZZJONI TA’ BEJGĦ TAL-PROVVISTI MOGĦTIJA B’XEJN
dawk il-provvisti jew oġġetti għal skop ta’ negozju
jew kummerċ;
(d) kull min ikollu xi kwantitajiet ta’ dawn il-provvisti
jew oġġetti kif ingħad fuq għat-tqassim b’xejn lil nies
fqar jew mistħoqqa jew għall-użu ta’ nies rikoverati
f’xi istitut u jiddisponi minn dawn il-provvisti jew
oġġetti mhux b’dak il-mod b’kumpens jitqies li jkun
iddispona minn dawn il-provvisti jew oġġetti għal
skop ta’ negozju jew kummerċ.
L-Att dwar il 
Probation ma 
japplikax.
Sostitwit: 
XI. 1977.2. 
Kap. 446.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 u 22 ta’ l-Att dwar il-
Probation ma japplikawx għal reati taħt dan l-Att.
