GĦAJNUNA FINANZJARJA 
LILL-INDUSTRIJI TAL-BIEDJA U TAS-SAJD ġ K AP. 146.     1
KAPITOLU 146
ATT DWAR L-GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-
INDUSTRIJI TAL-BIEDJA U TAS-SAJD
Biex jawtorizza li tiġi provduta għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u lis-
sajjieda u lil dawk li jridu jaħdmu fl-industrija tal-biedja u tas-sajd.
28 ta’ Jannar, 1956
L-ATT II ta’ l-1956, kif emendat bl-Atti XIII ta’ l-1956 u VI ta’ l-1957;
bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XIV ta’ l-1958; bl-Ordinanzi VIII ta’ l-1960 u
XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-l965; u bl-Att IX ta’
l-2002.
Titolu fil-qosor.
Finanzjarja lill-Industriji tal-Biedja u tas-Sajd.
Tifsir.
xort’oħra -
"industrija tal-biedja" ifissru in-negozju tal-koltivazzjoni ta’ l-
uċuħ, tas-siġar tal-frott, u tat-trobbija tal-bhejjem;
"industrija tas-sajd" ifissru in-negozju tal-qbid ta’ kull għamla
ta’ ħut jew frott tal-baħar permezz ta’ dgħajjes tas-sajd reġistrati
bħala hekk f’Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni.
Għajnuna 
finanzjarja għall-
industriji tal-biedja 
u tas-sajd.
Emendat: 
XIII. 1956.2; 
XIV. 1958;
VIII. 1960.2;
XXV. 1962.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Ministru
responsabbli għad-Dipartiment tal-Biedja u għad-Dipartiment tas-
Sajd, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Ministru", bl-
approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jista’
jagħmel arranġamenti biex jipprovdi għall-għajnuna finanzjarja
lill-persuni li jkunu fl-industrija tal-biedja jew tas-sajd u lill-
persuni li jixtiequ jaħdmu fihom, inklużi b’mod partikolari dawk li
kienu qabel qed jaħdmu fihom.
(2) Tista’ tingħata għajnuna bis-saħħa ta’ dan l-Att lil dawk il-
persuni kif intqal fuq:
(a) dwar l-industrija tal-biedja, għall-akkwist ta’ bhejjem,
makkinarju, għodod, strumenti, tagħmir, għalf,
żerriegħa, fertilizzaturi, preparati li joqtlu l-insetti,
preparati li joqtlu l-fungi, jew kull ħaġa oħra li fil-
fehma tal-Ministru hija utili għall-industrija tal-biedja,
jew dwar l-akkwist jew it-titjib ta’ art jew it-titjib tat-
trobbija ta’ annimali:
(b) dwar l-industrija tas-sajd, għall-akkwist ta’ dgħajjes
jew tagħmir għall-użu ta’ dik l-industrija, jew għat-
titjib jew għat-tiswija ta’ dawk id-dgħajjes jew
tagħmir;
(ċ) dwar kemm l-industrija tal-biedja kemm tas-sajd għall-
    GĦAJNUNA FINANZJARJA 
2      KAP. 146. ħ   LILL-INDUSTRIJI TAL-BIEDJA U TAS-SAJD  
ħlas ta’ xi somma li qabel ma beda jseħħ dan l-Att,
setgħet isselfet għal xi wieħed mill-iskopijiet
imsemmija fiż-żewġ paragrafi ta’ qabel dan ta’ dan is-
subartikolu jew dwar il-ħlas ta’ kull somma li, qabel
dik id-data kien dovut għal jew dwar xi wieħed minn
dawk l-iskopijiet.
(3) L-għajnuna kif intqal fuq għandha tkun bħala self. Iżda jekk
il-Ministru jkun sodisfatt illi l-iskop li għalih l-għajnuna hija
mitluba jkun ta’ titjib rilevanti għall-industrja, jista’ jawtorizza li l-
għajnuna tingħata bħala donazzjoni, jew parti bħala self u parti
bħala donazzjoni, iżda b’mod li l-ammont tad-donazzjoni ma jkunx
iżjed minn nofs il-prezz jew l-ispiża fil-kwistjoni.
(4) Kull somom meħtieġa mill-Ministru biex jagħti donazzjoni
jew self skond arranġamenti magħmula bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
għandhom jitħallsu minn flejjes approprjati għal hekk.
Ħlas ta’ kapital ta’ 
imgħax fil-Fond 
Konsolidat. 
Sostitwit: 
VIII. 1960.3.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. Kull somma mdaħħla bi ħlas ta’ l-imgħax jew bi ħlas lura
tal-kapital dwar xi self magħmul skond dan l-Att, u kull somma li
tista’ titħallas lura skond il-kondizzjonijiet ta’ xi donazzjoni
magħmula skond dan l-Att, għandhom jitħallsu fil-Fond
Konsolidat.
Rendikont għandu 
jitqiegħed quddiem 
il-Kamra tad-
Deputati.
Miżjud:
VIII. 1960.4.
Sostitwit:
XXV. 1962.5. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965.
5. Il-Ministru għandu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-
Deputati, kemm jista’ jkun malajr wara l-egħluq ta’ kull sena
finanzjarja, rendikont li juri l-ammonti ta’ self u donazzjonijiet
magħmula skond dan l-Att matul dik is-sena kif ukoll l-ammonti
mdaħħla matul dik is-sena kif hemm maħsub fl-artikolu 4.
Għajnuna oħra.
Miżjud:
IX. 2002.20.
6. Il-Ministru responsabbli għall-Agrikultura u l-Ministru
responsabbli għas-Sajd jistgħu, bi qbil mal-Ministru responsabbli
għall-Finanzi, jistabbilixxu skemi u fondi ta’ garanzija biex
jipprovdu għajnuna finanzjarja u forom oħra ta’ gwida ta’ kull
xorta lill-industrija tal-biedja u lill-industrija tas-sajd.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
Miżjud:
IX. 2002.20
7. Il-Ministru responsabbli għall-Agrikultura u l-Ministru
responsabbli għas-Sajd jistgħu, bi qbil mal-Ministru responsabbli
għall-Finanzi, jagħmlu regolamenti biex jiġu implimentati d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jistgħu jipprovdu:
(a) biex tiġi stabbilita aġenzija li tħallas bil-funzjoni li
tamministra kull skema jew miżura oħra li għandha
x’taqsam ma’ kull għajnuna finanzjarja jew gwida oħra
li tiġi provduta taħt dan l-Att;
(b) biex jiġu stabbiliti u operati skemi u fondi ta’ garanzija
biex jipprovdu għajnuna finanzjarja u forom oħra ta’
gwida u għajnuna ta’ kull għamla lill-industrija tal-
biedja u lill-industrija tas-sajd taħt dan l-Att;
(ċ) dwar l-istandards li għandhom jiġu osservati minn
persuni li japplikaw għal xi għajnuna finanzjarja jew
gwida oħra taħt dan l-Att;
GĦAJNUNA FINANZJARJA 
LILL-INDUSTRIJI TAL-BIEDJA U TAS-SAJD ġ K AP. 146.     3
(d) dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li
jitħarsu standards internazzjonali u oħra, li għandhom
x’jaqsmu mal-prodotti jew it-tagħmir użat fl-industrija
tal-biedja jew fl-industrija tas-sajd minn persuni li
japplikaw għal xi għajnuna finanzjarja jew gwida oħra
taħt dan l-Att;
(e) dwar kull ħaġa li tkun meħtieġa biex tiġi mħarsa kull
obbligazzjoni internazzjonali ta’ Malta li għandha
x’taqsam ma’ l-industrija tal-biedja jew ma’ l-
industrija tas-sajd u li tinvolvi skemi ta’ għajnuna
finanzjarja, garanziji jew gwida lil xi industrija
msemmija;
(f) dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mar-risoluzzjoni
ta’ tilwim li jista’ jinqala’ mit-tħaddim ta’ dan l-Att
inkluż il-waqfien ta’ korp ta’ appell u r-
regolamentazzjoni ta’ appelli minn deċiżjonijiet
meħuda taħt dan l-Att;
(g) biex jagħtu s-setgħa lid-Direttur tal-Biedja jew lid-
Direttur tas-Sajd, kif ikun il-każ, li jimponu pieni
amministrattivi jew sanzjonijiet fuq kull persuna li
tkser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmulin taħtu:
Iżda kull piena amministrattiva stabbilita f’xi
regolament magħmul taħt dan l-Att ma għandhiex tkun
iżjed minn elf lira (Lm1,000) għal kull reat u mitt lira
(Lm100) għal kull ġurnata li jippersisti n-nuqqas li
jiġu mħarsa d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmulin taħtu;
(h) biex jipprovdu li kull persuna li tikser xi disposizzjoni
ta’ xi regolament magħmul taħt dan l-Att tkun ħatja ta’
reat kriminali:
Iżda r-reati kriminali li jkun hemm produt
għalihom fir-regolamenti magħmulin taħt dan l-Att ma
għandhomx, mingħajr preġudizzju għal kull piena
ogħla li min jagħmel ir-reat jista’ jeħel taħt xi liġi
oħra, jipprovdu li, meta jinstab ħati, min jkun
ikkommetta r-reat jeħel multa ta’ aktar minn tliet elef
lira (Lm3,000) jew, f’każ ta’ reat kontinwat, multa
oħra ta’ tliet mitt lira (Lm300) għal kull ġurnata li
jkompli r-reat.
