 ŻVILUPPSPEĊJALITA’AREI  .
KAPITOLU 149
ATT DWAR L-IŻVILUPP SPEĊJALI TA’ AREI 
Biex jipprovdi għall-istabilizzazzjoni tal-valuri u l-kontroll ta’ art f’arei
markati għal żvilupp speċjali mill-Gvern.
(18 ta’ Mejju, 1956)*
Sar liġi bl-ATT IX ta’ l-1956, kif emendat bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963;
u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Arei. 
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Area Żviluppata Speċjali" tfisser area li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni mill-Ministru taħt l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"bini" tinkludi kull kostruzzjoni tkun li tkun; 
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Dikjarazzjoni mill-
Ministru li area 
hija Area ta’ 
Żvilupp Speċjali. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. (1) Meta l-Gvern jimmarka area f’Malta għall-akkwist
pubbliku biex tiġi żviluppata għal skop pubbliku, ħlief dik biss ta’
ippjanar ta’ l-ibliet, il-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet
pubbliċi jista’ jiddikjara dik l-area bħala Area ta’ Żvilupp Speċjali
għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Ħadd ma jista’ jitlob ebda prova ta’ l-iskop imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu minn barra d-dikjarazzjoni tal-
Ministru.
(3) Kull meta xi dikjarazzjoni ssir kif intqal fuq, id-Direttur
jordna li kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni, flimkien ma’ dettalji
biżżejjed biex tkun magħrufa liema hija dik l-area, tkun pubblikata
fil-Gazzetta tal-Gvern u li titwaħħal fuq it-tabella tal-Għassa tal-
Pulizija jew ta’ kull Għassa tal-Pulizija ta’ l-ibliet jew irħula fejn,
jew fil-limiti tagħhom, l-area tinsab.
(4) Kopja ta’ din id-dikjarazzjoni, flimkien ma’ pjanta ta’ l-
area msemmija fid-dikjarazzjoni, tkun tista’ tiġi spezzjonata mill-
pubbliku fl-Uffiċċju tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Belt Valletta, u fl-
uffiċċji tad-distrett, jekk ikun hemm, ta’ l-ibliet jew irħula
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
(5) Dikjarazzjoni magħmula bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
għandha tibqa’ sseħħ għal żmien ħames snin mid-data li fiha tkun
saret jekk ma tkunx ġiet imħassra qabel.
(6) Il-Ministru jista’, minn żmien għal ieħor, jemenda, iwaqqaf
jew iħassar kull dikjarazzjoni magħmula qabel minnu. Avviż ta’
dawn l-emendi, twaqqif jew tħassir għandu jiġi maħruġ fil-Gazzetta
tal-Gvern.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 306 tal-21 ta’ Mejju, 1956.
 2      KAP. 149.ħ    ŻVILUPPSPEĊJALITA’AREI
Fil-każ ta’ emenda ta’ din id-dikjarazzjoni, id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4) ta’ dan l-artikolu jgħoddu
bħal fil-każ ta’ dikjarazzjoni ġdida.
Effetti tad-
dikjarazzjoni.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
4. (1) Sa mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern
tad-dikjarazzjoni magħmula mill-Ministru kif maħsub fl-aħħar
artikolu qabel dan u sakemm dik id-dikjarazzjoni tibqa’ sseħħ, id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu jgħoddu dwar kull art
jew bini fl-Area ta’ Żvilupp Speċjali.
(2) Ħadd ma jista’ jippjanta jew itella’ bini jew iżid l-għoli ta’
xi bini li jkun ġa jeżisti jew jagħmel xogħlijiet oħra f’art jew f’bini
jew fuq jew taħt art jew bini ħlief xogħlijiet għal manutenzjoni
ordinarja f’każ ta’ bini u xogħlijiet għal koltivazzjoni ordinarja
f’każ ta’ raba’ mingħajr il-permess bil-miktub tad-Direttur li jista’
jiċħad li jagħti dak il-permess fid-diskrezzjoni tiegħu:
Iżda dwar l-arei msemmija fil-paragrafi A u B ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att ir-restrizzjonijiet magħmula b’dan is-
subartikolu għandhom jitqiesu li kellhom effett sa mill-15 u mit-28
ta’ Novembru, 1955, rispettivament.
Kap. 88.
(3) Il-valur ta’ dik l-art jew bini li l-Gvern jakkwista b’xiri
assolut, għall-finijiet tal-kumpens li għandu jitħallas taħt l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi iżda
minkejja kull ħaġ’oħra kuntrarja li hemm f’dik l-Ordinanza,
għandu jkun il-valur ta’ l-art jew bini kif kien fid-data tal-
pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tad-dikjarazzjoni magħmula
kif maħsub fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att jew, fil-każ ta’ emenda ta’ dik
id-dikjarazzjoni li biha l-area li għaliha dik id-dikjarazzjoni
tirreferixxi tkun tkabbret u rigward l-arei hekk miżjuda, il-valur
fid-data tal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ dik l-emenda:
Iżda dwar l-arei deskritti fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
dak il-valur ta’ art jew bini inkluż fihom għandu jkun il-valur li
kellhom fl-14 ta’ Lulju, 1955.
Id-Direttur tax-
Xogħlijiet Pubbliċi 
jista’ jirrilaxxa 
artijiet u bini mill-
ħdim ta’ dan l-Att. 
5. Id-Direttur jista’ f’kull żmien b’kitba minn idejh jirrilaxxa
mill-ħdim ta’ dan l-Att kemm għal kollox jew taħt dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jagħmel xi waħda jew iżjed mill-artijiet jew
bini individwali u b’hekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’mod
konsistenti mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-rilaxx, ma jkomplux
igħoddu għal dawk l-artijiet jew bini.
Il-Gvern ma jistax 
jiġi obbligat li 
jakkwista artijiet u 
bini.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
6. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li ġġiegħel
lill-Gvern li jakkwista xi art jew bini inklużi fl-Area ta’ Żvilupp
Speċjali: 
 ŻVILUPPSPEĊJALITA’AREI  .
Kap. 88. 
Iżda, sakemm dik l-art jew bini ma jkunux ġew akkwistati
mill-Gvern jew rilaxxati mill-ħdim ta’ dan l-Att fi żmien sena mid-
data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-Ministru magħmula
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, is-sid,
wara dan iż-żmien u sakemm l-art jew il-bini ma jkunux ġew
akkwistati mill-Gvern jew rilaxxati, ikollu l-jedd għal kumpens
għat-telf li jipprova li attwalment ikun bata minħabba s-
soġġezzjoni ta’ l-art jew bini għar-restrizzjonijiet magħmula b’dan
l-Att, iżda l-ammont ta’ dan il-kumpens ma għandu fl-ebda każ
ikun iżjed minn ammont daqs ħamsa fil-mija fis-sena fuq il-valur
ta’ l-art jew bini, li jiġi ffissat bħal fil-każ ta’ akkwist wara li
jittieħed kont tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att. Il-
kumpens għandu f’nuqqas ta’ ftehim jiġi iffissat mill-Bord ta’
Arbitraġġ dwar Artijiet stabbilit taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.
Ordni biex 
jitneħħew 
xogħlijiet mhux 
awtorizzati.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
7. Kull min jippjanta jew italla’ xi bini jew iżid l-għoli ta’ xi
bini li jkun ġa jeżisti jew jagħmel xogħlijiet oħra f’art jew f’bini
jew fuq jew taħt art jew bini nklużi f’Area ta’ Żvilupp Speċjali ħlief
dawk skond is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att għandu
jneħħihom fi żmien għaxart ijiem wara li jiġi mogħti lilu avviż
regolari għaldaqshekk mid-Direttur; u, fil-każ li l-avviż ma jiġix
obdut, id-Direttur jista’ jordna li jiġu mneħħija x-xogħlijiet bi
spejjeż tal-persuna li tkun għamlet ix-xogħol mingħajr ebda
kumpens lilha u l-ispiża ta’ din it-tneħħija tiġi rkuprata mingħand
dik il-persuna bħala dejn ċivili u dik il-persuna barra minn dan tkun
ħatja ta’ reat talli ma tkunx obdiet l-ordni hawn fuq imsemmi u
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira
(Lm20).
Disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att huma 
b’żieda għal dawk 
ta’ liġijiet oħra. 
Kap. 88.
8. Dan l-Att għandu, ħlief safejn ma jkunx jaqbel miegħu,
jitqies b’żieda ma’ u mhux bi tħassir tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi jew
ta’ xi liġi oħra u ebda ħaġa li tinsab f’dan l-Att ma għandha tolqot
b’xi mod il-jedd tal-Gvern li jakkwista jew xort’oħra jittratta dwar
xi art jew proprjetà skond dawk id-disposizzjonijiet u b’mod
partikolari l-jedd li jakkwista art jew proprjetà b’kull mod li ma
jkunx b’xiri assolut.
 4      KAP. 149.ħ    ŻVILUPPSPEĊJALITA’AREI
SKEDA
A. Area li qiegħda bejn il-Marsa, ir-Raħal Ġdid u Ħal Luqa u
li tmiss: 
Mit-Tramuntana  ma’ Triq is-Salib tal-Marsa, Xatt tal-
Mollijiet u Moll tal-Karpentiera;
Mil-Lvant  mat-Telgħa ta’ Raħal Ġdid, Triq Valletta
(Raħal Ġdid) u Triq Brittanja (Raħal Ġdid);
Min-Nofsinhar  ma’ Triq Palma, iċ-Ċimiterju ta’ l-
Addolorata , Sqaq ta’ Ħal Saflieni u ma’ fond rurali tal-
Gvern magħruf bħala "Tal-Qtates";
Mill-Punent ma’ Triq Valletta (Ħal Luqa), Triq it-Tiġrija
tal-Marsa u sqaq li jagħti minn Triq it-Tiġrija tal-Marsa
għal Triq is-Salib tal-Marsa.
L-area hija mberfla bil-vjola fi pjanta li wieħed jista’ jara,
fuq talba, fl-Uffiċċju tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Belt
Valletta.
B. Area li qiegħda l-Marsa u tmiss:
Mit-Tramuntana  mat-Triq ta’ Pintu u t-Telgħa ta’
Spencer; 
Mill-Punent ma’ Triq is-Salib tal-Marsa;
Min-Nofsinhar u mil-Lvant mal-Port il-Kbir.
L-area hija mberfla bil-vjola fi pjanta li wieħed jista’ jara,
fuq talba, fl-Uffiċċju tax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Belt
Valletta.
