SIGURTÀ TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET   ġ K AP. 151.
KAPITOLU 151 
ORDINANZA DWAR IS-SIGURTÀ TAL-
KOMUNIKAZZJONIJIET
Biex taħseb għal dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa għas-sigurtà ta’
komunikazzjonijiet fl-interess ta’ operazzjonijiet navali, militari u ta’ l-
ajru.
(31 ta’ Ottubru, 1956)*
Saret liġi bl-ORDINANZA I ta’ l-1956, kif emendata bl-Avviż Legali 4
ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor.
tal-Komunikazzjonijiet.
Regolamenti.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. (1) Il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jaħsbu
għal dawk il-miżuri li minn żmien għal żmien jidhrulu li jkunu
meħtieġa għas-sigurtà ta’ komunikazzjonijiet għal kull post barra
minn Malta, u bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjoni ta’ qabel,
dawn ir-regolamenti jistgħu jaħsbu għal kull waħda mill-miżuri li
ġejjin:
(a) dewmien filli jintbagħtu oġġetti postali minn Malta;
(b) dewmien jew interruzzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet
ma’ kull post barra minn Malta;
(ċ) illi ma jintbagħtux telegrammi għal kull post barra
minn Malta mingħajr dik l-awtorità li tkun stabbilita;
(d) il-kontroll tat-trasmissjoni bit-telegrafija mingħajr fili.
(2) Kull regolament magħmul bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jista’ jaħseb għall-egħmil ta’ ordnijiet u atti oħra, u
jista’ jkollu fih dawk id-disposizzjonijiet inċidentali u
supplementari li jidhru lill-Prim Ministru bħala meħtieġa jew
xierqa għall-finijiet tar-regolamenti.
Pieni.
magħmul bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 2 ta’ din l-
Ordinanza, jew jikser jew jonqos milli jħares xi regolament bħal
dan, jew xi ordni maħruġ taħt regolament bħal dan, jew xi direttiv
jew ħtieġa magħmula taħt xi regolament bħal dan, jeħel, meta
jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur
jew għal multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Komunikazzjo-
nijiet tal-Gvern.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma jgħoddux għal
kull komunikazzjoni magħmula mill-Gvern ta’ Malta.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Imperjali Malti Nru. 72 tal-31 ta’ Ottubru, 1956.
