PRODUZZJONITAL-PETROLEUM ġ K AP. 156.    1
KAPITOLU 156
Emendat:
XXV. 2000.36.
ATT DWAR IL-PRODUZZJONI TAL-
PETROLEUM
Emendat:
XXV. 2000.36.
Sabiex iqiegħed f'idejn il-Gvern ta’ Malta l-proprjetà  tal-petroleum u
gass naturali f’Malta u sabiex jaħseb dwar it-tiftix u t-taħfir għal
petroleum u gass naturali u għat-teħid tagħhom u għal skopijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ hawn fuq imsemmijin.
8 ta’ Marzu, 1958
L-ATT IV ta' l-1958 kif emendat bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta’ l-
1958; bl-Ordinanzi: VI ta’ l-1959, XXV ta’ l-1962; bl-Att XV ta’ l-1965;
bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXV ta’ l-1966, XX ta’ l-1969 u
LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XXV. 2000.36.
 1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Petroleum. 
Tifsir.
Emendat: 
XV. 1965.2; 
XXXV. 1966.10;
XXV. 2000.36.
2. F’dan l-Att kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"liċenza" tfisser liċenza mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-Att u
tinkludi konċessjoni dwar estrazzjoni tal-petroleum;
"Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex, il-
gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, u l-art taħt l-ibħra territorjali; 
"Ministru" tfisser il-Prim Ministru ta’ Malta u jinkludi kull
Ministru, uffiċjal pubbliku jew awtorità  li tkun awtorizzata minnu
minn żmien għal żmien għal xi skop ta’ dan l-Att;
"petroleum" tfisser il-Hydrocarbons naturali kollu f’forma
likwida jew forma ta’ gass inkluż żejt mhux maħdum, gass naturali,
asfalt, ożokerita u minerali bħal dawn u gażolina naturali.
Tqegħid tal- 
proprjetà  tal-
petroleum f’idejn 
il-Gvern ta’ Malta.
Emendat: 
VI. 1958.2;
XXV. 1962.2, 5;
XV. 1965.3;
XXV. 2000.36.
Kap. 9.
3. (1) Il-proprjetà  ta’ kull petroleum fil-kondizzjoni tiegħu
naturali f’saffijiet kull fejn jinsab f’Malta hija hawnhekk b’dan l-
Att mogħtija f’idejn il-Gvern ta’ Malta u l-jedd għat-tiftix u t-
tħaffir għal pitrolju u t-teħid ta’ dak il-pitrolju għandu jkun suġġett
għal liċenza maħruġa taħt il-provvedimenti ta’ dan l-Att.
(2) Kull min, mingħajr ma jkollu liċenza skond dan l-Att jfittex
jew iħaffer għal petroleum jew jieħu xi petroleum fuq, taħt jew
minn xi artijiet f’Malta ikun ħati minħabba biss li jkun għamel hekk
u mingħajr ħsara għal taħrika taħt xi disposizzjoni oħra ta’ liġi, ta’
reat u jkun jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn
mitejn lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira għal kull ġurnata li
fiha r-reat ikompli,liemamultagħandhatkun applikata  wkoll
għall-finijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 377 tal-Kodiċi
Kriminali u barra dan, il-petroleum kollu hekk meħud jiġi konfiskat
favur il-Gvern ta’ Malta. Iżda ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha
tiftiehem li thedded b’xi piena lil xi ħadd meta waqt li jkun iħaffer
legalment għall-ilma jew waqt xi xogħlijiet oħra li jkunu skond il-
liġi joħroġ xi petroleum.
  2      KAP. 156. ħ         PRODUZZJONITAL-PETROLEUM
Kap. 16. 
(3) Il-projbizzjonijiet magħmulin minn jew taħt dan l-Att u l-
jeddijiet mogħtijin b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu f’idejn il-
Gvern ta’ Malta, f’idejn il-Ministru, f’idejn xi uffiċjal tal-Gvern, u
f’idejn detentur ta’ liċenza skond dan l-Att ikollhom is-seħħ kollu
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 323 tal-Kodiċi Ċivili jew
ta’ xi liġi oħra li ma taqbilx ma’ dawn il-projbizzjonijiet u jeddijiet:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tagħti,
jew li tħalli lill-Ministru li jagħti, lil xi ħadd, sew jekk ikun jidher
b’isem il-Gvern ta’ Malta jew le, xi jedd li huwa ma għandux ħlief
bis-saħħa ta’ dan l-Att, li jidħol fuq xi art jew li jindaħal dwarha.
Liċenzi għat-tiftix 
u teħid ta’ 
petroleum. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV.1962.2, 5;
XV. 1965.4;
XXV. 2000.36.
4. (1) Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħti lill-applikant li
jintgħażel liċenza għat-tiftix u t-taħfir u t-teħid ta’ petroleum fuq,
taħt jew minn xi artijiet f’Malta magħduda konċessjonijiet dwar
estrazzjoni tal-petroleum.
(2) Kull liċenza bħal din tingħata b’dak il-ħlas (b’royalty u/jew
xort’oħra) skond ma l-Ministru jista’ jistabbilixxi, u fuq dawk l-
arei ta’ art, għal dawk iż-żminijiet u b’dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu stipulati fis-sejħa għal
applikazzjonijiet.
(3) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ xi liċenza bħal din
jistgħu b’mod partikolari, jinkludu provvediment għall-ħwejjeġ li
ġejjin:
(i) ir-rati ta’ royalties li għandhom jitħallsu dwar xi
petroleum miksub fil-qadi tal-jeddijiet mogħtijin
bil-liċenza, il-mod ta’ kalkolu ta’ l-ammont ta’
dawn ir-royalties u l-mod tal-ħlas tagħhom;
(ii) il-kera ta’ wiċċ l-art li għandu jitħallas dwar l-
arei ta’ l-art tal-liċenza;
(iii) l-obbligi dwar il-ħdim li jkun hemm mal-
liċenza;
(iv) il-qsim bejn il-Gvern ta’ Malta u d-detentur tal-
liċenza tal-qligħ li jkun hemm mill-bejgħ jew
tneħħija ta’ petroleum miksub fil-qadi tal-
jeddijiet mogħtijin bil-liċenza;
(v) l-għoti minn żmien għal żmien ta’ tagħrif
permezz ta’ prospetti, rapporti, avviżi, reżokonti
ta’ xogħlijiet jew xort’oħra;
(vi) dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet oħra li jistgħu
jiġu speċifikati fis-sejħa għal applikazzjonijiet.
(4) Il-Ministru għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ta
liċenza skond dan l-artikolu, jara li tagħrifa ta’ dan tiġi pubblikata
fil-Gazzetta tal-Gvern u b’kull mod ieħor bħal dak li jista’ jkun
meħtieġ taħt l-obbligazzjonijiet internazzjonali li jidħol fihom il-
Gvern li fiha jsemmi l-isem tad-detentur tal-liċenza u l-inħawi ta’ l-
area li dwarhom tkun ingħatat il-liċenza.
(5) Is-sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet imsemmija f’dan
l-artikolu għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u b’kull
mod ieħor hekk kif jista’ jiġi preskritt, mill-anqas disgħin jum
PRODUZZJONITAL-PETROLEUM ġ K AP. 156.    3
qabel id-data ta’ l-egħluq għal dawk l-applikazzjonijiet. 
(6) Il-ħruġ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet u l-għoti ta’
liċenza taħt dan l-artikolu għandhom ukoll ikunu suġġetti għal
dawn il-kriterji li ġejjin:-
(a) il-kapaċità  teknika u finanzjarja ta’ applikant;
(b) il-mod li bih applikant jipproponi li jipprospetta,
jesplora jew idaħħal fil-produzzjoni l-area ġeografika
li tkun is-suġġett tas-sejħa għall-applikazzjonijiet; u
(ċ) konsiderazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji.
(7) Il-ħruġ ta’ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u l-għoti
ta’ liċenza taħt dan l-Att għandhom ikunu jħarsu kull provvediment
tal-liġi li jirregola r-regoli dwar l-akkwisti u l-kompetizzjoni li
jistgħu minn żmien għal żmien ikunu fis-seħħ.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
Vl. 1958.2;
XXV. l962.2;
XV. 1965.5; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XX. 1969.2;
XXV. 2000.36.
5. (1) Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ dan l-Att u għal kull
obbligazzjoni internazzjonali li l-Gvern jidħol fiha, il-Ministru
jista’ jagħmel regolamenti b’mod ġenerali biex jirregolaw l-
esplorazzjoni, tfittix u estrazzjoni tal-petroleum f’Malta, inkluż it-
tħaffir għal petroleum u l-produzzjoni tiegħu u l-konservazzjoni
tar-riżorsi tal-petroleum ta’ Malta, u għall-esekuzzjoni ta’ kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari, iżda
mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ngħad qabel, dawk ir-
regolamenti jistgħu jippreskrivu -
(a) il-mod kif u minn min jistgħu jsiru applikazzjonijiet
għal liċenzi skond dan l-Att;
(b) id-drittijiet li għandhom jitħallsu fuq kull
applikazzjoni tali;
(ċ) il-kondizzjonijiet dwar id-daqs u l-format ta’
lokalitajiet li relattivament għalihom jistgħu jingħataw
liċenzi;
(d) klawżoli modelli li għandhom, jekk il-Ministru ma
jidhirlux li għandu jimmodifika jew jeskludi f’xi każ
partikolari, jiġu inkorporati f’kull liċenza tali;
(e) kull ħaġa li tenħtieġ jew li tista’ tiġi preskritta taħt dan
l-Att,
Kap. 9. 
u jista’ jipprovdi biex jiġu stabbiliti l-pieni għall-ksur ta’
kwalunkwe waħda mid-disposizzjonijiet tagħhom, liema pieni
jistgħu jinkludu multa jew ammenda ta’ mhux iżjed minn elf lira
jew fil-każ ta’ reat kontinwu ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira
għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat; u jistgħu jsiru
regolamenti differenti għal kull xorta differenti ta’ liċenza.
Kwalunkwe piena stabbilita bir-regolamenti dwar reat kontinwu
għandha tkun applikabbli wkoll għall-finijiet ta’ l-artikolu 377(3)
tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Ir-regolamenti magħmulin skond dan l-artikolu għandhom
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jkunu saru, u jekk il-Kamra tad-Deputati, fi żmien tmienja u
għoxrin ġurnata wara li dawk ir-regolamenti jkunu ġew imqegħdin
quddiemha, tgħaddi riżoluzzjoni illi r-regolamenti għandhom
  4      KAP. 156. ħ         PRODUZZJONITAL-PETROLEUM
jitħassru, ir-regolamenti minn dak il-ħin ma jkunux igħoddu, iżda
mingħajr ħsara għal kull ħaġa qabel magħmula taħthom jew għall-
egħmil ta’ regolamenti ġodda:
Iżda fil-kalkolu ta’ l-imsemmijin tmienja u għoxrin ġurnata
ma għandu jingħadd ebda żmien ta’ tmient ijiem jew iżjed
konsekuttivi li jgħaddu bejn xi żewġ laqgħat ta’ wara xulxin tal-
Kamra tad-Deputati.
Akkwisti ta’ art. 
Emendat: 
VI. 1959.3;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68. 
Kap. 88.
6. (1) Kull min ikun ingħata lilu liċenza skond dan l-Att jista’
jitlob lill-President ta’ Malta il-permess li jeżamina xi biċċa art
minnu msemmija bil-ħsieb li tkun tista’ tiġi akkwistata f’isem l-
applikant u għall-użu tiegħu, u jekk fil-fehma tal-President ta’
Malta l-eżami ta’ dik l-art bil-ħsieb li tkun tista’ tiġi akkwistata
huwa meħtieġ sabiex l-applikant iħaddem il-liċenza jew iħaddimha
għal kollox, il-President ta’ Malta jista’ jiddikjara li huwa mixtieq
illi dik l-art tkun eżaminata. Meta tkun saret dikjarazzjoni bħal dik,
l-Accountant General jista’ jagħti taħt is-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 8 ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi jew taħt xi liġi oħra li temenda dak is-subartikolu jew li
ssir minfloku, dawk is-setgħat li jinħtieġu kif jixraq mill-applikant.
Kap. 88.
(2) Jekk minħabba xi eżami bħal dak imsemmi fil-paragrafu ta’
hawn qabel, jidher lill-President ta’ Malta li dik l-art għandha tiġi
akkwistata f’isem l-applikant jew għall-użu tiegħu, il-President ta’
Malta jista’ jiddikjara li dik l-art hi meħtieġa għal skop pubbliku
kif imfisser fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi jew f’xi liġi li tbiddel dik l-Ordinanza jew li ssir
minflokha, u meta tkun saret dikjarazzjoni bħal dik, l-Accountant
General jista’, meta jasal iż-żmien, jagħmel kull ma jkun meħtieġ
sabiex jakkwista l-art kif hemm f’dik l-Ordinanza jew f’xi liġi oħra
kif ingħad.
(3) Qabel ma tingħata setgħa għall-eżami u qabel ma art tiġi
akkwistata għal xi ħadd jew għall-użu tiegħu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-Accountant General għandu
jitlob lilu sabiex jagħmel ftehim miegħu li jipprovdi b’sodisfazzjon
ta’ l-Accountant General għal dawn il-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) il-ħlas lill-Accountant  General tan-nefqa dwar l-
akkwist magħdudin l-ispejjeż kollha inċidentali u d-
depożitu għand l-Accountant General akkont tal-ħlas li
għandu hekk isir ta’ kull ammont ta’ flus li jgħid l-
Accountant General;
(b) it-trasferiment, wara dak il-ħlas, ta’ l-art lil dik il-
persuna;
(ċ) il-pattijiet li bihom l-art għandha tinżamm minn dik il-
persuna;
(d) meta l-akkwist ikun meħtieġ għal kostruzzjoni ta’ xi
xogħol jew xogħlijiet, iż-żmien li fih u il-
kondizzjonijiet li bihom ix-xogħol jew xogħlijiet
għandhom jinbdew, jitmexxew u jinżammu, u l-
pattijiet (jekk ikun hemm) li bihom il-pubbliku jkollu
l-jedd li jagħmel użu mix-xogħol jew xogħlijiet jew li
jakkwistah jew jakkwistahom; u
PRODUZZJONITAL-PETROLEUM ġ K AP. 156.    5
Kap. 88. 
(e) kull meta, tkun saret xi ħaġa jew tista’ ssir xi ħaġa taħt
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 8
ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi jew taħt xi disposizzjoni ta’ liġi li
tbiddel lil dak is-subartikolu jew li ssir minfloku, mill-
Accountant General jew f’ismu, il-ħlas lill-Accountant
General għall-ħsara kollha, li għandhom ikunu iffissati
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dak l-
artikolu.
Kap. 88. 
(4) Il-kelmiet u l-frażijiet li jinsabu f’dan l-artikolu għandhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma titlobx xort’oħra, ikollhom l-
istess tifsira bħal ma għandhom fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’
Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi jew f’xi liġi oħra li temenda lil dik
jew issir minflokha.
