DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    1
KAPITOLU 158
ORDINANZA LI TNEĦĦI L-KONTROLL 
TAD-DJAR
 Biex taħseb għat-tneħħija tal-kontroll u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti
djar ta’ abitazzjoni, u għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk, u li
tippermetti aġġustament fil-kera li għandu jitħallas dwar dar ta’
abitazzjoni kontrollata meta jkunu saru miljoramenti bil-kunsens tal-
kerrej.
10 ta’ April, 1959
L-ORDINANZA XIXA ta’ l-1959, kif emendata bl-Avviż Legali 4 ta’ l-
1963; bl-Atti: XXIX ta’ l-1965, XXXI ta’ l-1966, XLVIII ta’ l-l972, XXXVII
ta’ l-1973; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Att XXIII ta’ l-1979; bl-
Avviżi Legali: 10 ta’ l-1980, 14 ta’ l-1981, 15 ta’ l-1982, 16 ta’ l-1983, 18
ta’ l-1984, 2 ta’ l-1985, 4 ta’ l-1986; bl-Att XXXVII ta’ l-1986; bl-Avviżi
Legali: 10 ta’ l-1987, 20 ta’ l-1988; bl-Att XXVIII ta’ l-1988; u bl-Avviżi
Legali: 26 ta’ l-1989, 31 ta’ l-1990, 31 ta’ l-1991, 29 ta’ l-1992, 46 ta’ l-
1993, 36 ta’ l-1994 u 29 ta’ l-1995; bl-Att XXXI ta’ l-1995; bl-Avviżi
Legali 25 ta’ l-1996, 29 ta’ l-1997, 76 ta’ l-1998, 64 ta’ l-1999 u 31 ta’ l-
2000; bl-Att IX ta’ l-2000 u bl-Avviżi Legali 30 ta’ l-2001, 46 ta’ l-2002,
73 ta’ l-2003 u 90 ta’ l-2004.
Titolu.
Emendat:
XXIX. 1965.2.
1. It-titolu ta’ din l-Ordinanza hu Ordinanza li Tneħħi l-
Kontroll tad-Djar.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIX. 1965.2; 
XXXVII.1973.2.
XXIII. 1979.2;
XXXVII. 1986.2.
Kap. 69.
2. F’din l-Ordinanza u f’kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tagħha, ħlief safejn ir-rabta tal-kliem ma tfissirx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord li jirregola l-Kera mwaqqaf bis-saħħa ta’
l-artikolu 16 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini; 
"dar ta’ abitazzjoni" tfisser bini jew parti minn bini mibdi jew
adattat strutturalment biex jiġi okkupat bħala abitazzjoni separata;
"dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll" tfisser dar ta’
abitazzjoni reġistrata mill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"ġurnata stabbilita" tfisser il-ġurnata li fiha din l-Ordinanza
tidħol fis-seħħ;
"ħlas dwar ħsara tal-gwerra" tfisser ħlas tan-nefqa ta’ xogħlijiet
kif imfissra fl-Ordinanza dwar il-Ħsarat tal-Gwerra*;
Kap. 116.
"kera xierqa" tfisser il-kera li jkun ġie stabbilit jew li jiġi
stabbilit mill-Bord dwar dar ta’ abitazzjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar;
"kerrej" tinkludi -
(a) l-armla jew l-armel ta’ kerrej kemm-il darba r-raġel u
l-mara ma kienux, fiż-żmien tal-mewt tal-kerrej,
separati legalment jew de facto; u
*L-Ordinanza dwar il-Ħsarat tal-Gwerra (Ordinanza Nru. III ta’ l-1943) ġiet
imħassra bl-Att li jħassar l-Ordinanza dwar il-Ħsarat tal-Gwerra (Kap. 289).
 2      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
(b) meta l-kerrej ma jħallix armla jew armel, dawk il-
membri tal-familja tal-kerrej li kienu residenti miegħu
jew magħha fiż-żmien tal-mewt tiegħu jew tagħha; u
(ċ) kull sullokatur dwar il-kerrej:
Iżda għall-finijiet ta’ l-artikoli 5 u 12, "kerrej" ma għandha
tinkludi ebda waħda mill-persuni inklużi taħt il-paragrafu (b) jew
(ċ) ta’ din it-tifsira iżda għandha tinkludi, minflok, ulied, u ħu jew
oħt, il-kerrej li ma jkunux miżżewġa u li jkunu jirrisjedu mal-kerrej
fi żmien mewtu jew mewtha u l-axxendent tal-kerrej li jkun hekk
igħix mal-kerrej;
"kirja" tinkludi -
(a) kull konċessjoni enfitewtika jew sub-enfitewtika għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sittax-il sena;
(b) minkejja kull patt kuntrarju, kull ftehim li bis-saħħa
tiegħu xi persuna ġiet imqiegħda f’xi dar ta’
abitazzjoni minħabba fi ħlas perijodiku rikorrenti; u
(ċ) kull ftehim ieħor li bih xi dritt reali jew personali fuq
xi dar ta’ abitazzjoni, liema dritt jinkludi dak ta’
okkupazzjoni ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni, jingħata
b’titolu oneruż jew kommutattiv għal xi żmien, kemm
jekk dak iż-żmien jiġi stabbilit billi tissemma xi
ġurnata speċifikata jew kemm jekk jista’ jiġi stabbilit
b’riferenza għal xi ġrajja futura li tkun żgura jew li ma
tkunx żgura;
"miljoramenti" tinkludi bdil, żidiet jew estensjonijiet strutturali u
l-provdiment ta’ fixtures jew fittings, iżda ma tinkludi ebda tibjid,
żebgħa jew tiswija;
Kap. 69.
Kap. 116.
"l-Ordinanzi dwar il-Kera" tfisser l-Ordinanza li tirregola t-
Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u l-Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-
Djar; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolament skond l-artikolu 15;
"proprjetarju" użata dwar dar ta’ abitazzjoni tfisser il-persuna
jew kull waħda mill-persuni li jkollhom dritt għal dik id-dar ta’
abitazzjoni bi proprjetà assoluta, enfitewsi, sub-enfitewsi, jew
użufrutt:
*Iżda fl-artikolu 3(d) u, għall-finijiet ta’ u dwar dak il-
paragrafu, f’kull disposizzjoni oħra ta’ din l-Ordinanza,
"proprjetarju" użata dwar dar ta’ abitazzjoni tfisser il-persuna jew
kull waħda mill-persuni li jkollhom dritt għal dik id-dar ta’
abitazzjoni bi proprjetà assoluta jew b’enfitewsi jew sub-enfitewsi
perpetwa jew b’użufrutt, iżda, f’dan l-aħħar każ, biss jekk fit-
tmiem ta’ l-użufrutt, in-nudu proprjetarju jkollu d-dritt għal dik id-
dar ta’ abitazzjoni bi proprjetà assoluta jew b’enfitewsi jew sub-
enfitewsi perpetwa;
"sid il-kera" tinkludi kull persuna li jkollha titolu bis-saħħa ta’
sid il-kera oriġinali;
"tiswijiet" tfisser dawk it-tiswijiet li sid il-kera għandu jagħmel
għas-spejjeż tiegħu;
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    3
Kap. 110.
"Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet" tfisser l-uffiċjal maħtur
mill-Prim Ministru bħala Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
għall-fini ta’ l-Ordinanza dwar il-Valutazzjoni ta’ Artijiet Mibnija;
"żieda fl-inflazzjoni" tfisser iż-żieda fl-inflazzjoni stabbilita bil-
mod provdut fl-artikolu 13;
"żmien ta’ kera" tfisser żmien li dwaru jkun irid isir ħlas ta’ kera. 
Reġistrazzjoni ta’ 
djar ta’ abitazzjoni 
mneħħija mill-
kontroll. 
Emendat:
XXIX. 1965.2;
XXVIII. 1988.8.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 l-Uffiċjal
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet fuq talba ta’ proprjetarju magħmula
b’dak il-mod li jkun preskritt, għandu jirreġistra bħala dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll kull dar ta’ abitazzjoni li -
(a) ma tkunx kompluta jew lesta għall-użu bħala dar ta’
abitazzjoni fil-ġurnata stabbilita; jew
(b) għalkemm kompluta jew lesta għall-użu bħala dar ta’
abitazzjoni fil-ġurnata stabbilita, ma tkunx ġiet
okkupata bħala dar ta’ abitazzjoni f’dik il-ġurnata jew
qabilha; jew
(ċ) tkun kompluta jew lesta għall-użu wara l-ġurnata
stabbilita billi jsir bdil strutturali li jbiddel dar ta’
abitazzjoni waħda jew iżjed f’numru akbar ta’ djar ta’
abitazzjoni; jew
(d) kienet fl-1 ta’ Marzu, 1959, okkupata minn
proprjetarju bħala r-residenza tiegħu ordinarja u
baqgħet hekk okkupata sal-ġurnata stabbilita, din il-
ġurnata inkluża; jew
Kap. 328.
(e) kienet ġiet akkwistata taħt skema bhal dik imsemmija
fl-Att biex iħajjar Persuni jsiru Sid Darhom, u li
dwarha il-jedd biex tiġi reġistrata bħala dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll ikun ingħata bħala
inċentiv skond dak l-Att; jew
(f) tkun, fid-data meta ssir l-applikazzjoni, okkupata mis-
*Dan il-proviso ġie miżjud bl-Att XXXVII ta’ l-1973 li kien fih id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
"4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, ebda ħaġa f’dan l-Att ma tolqot xi reġistrazzjoni li tkun saret
validament, mill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet skond l-artikolu 3 tal-
liġi prinċipali qabel il-bidu fis-seħh ta’ dan l-Att. 
(2) B’dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni oħra tal-liġi prinċipali, kull
reġistrazzjoni bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll magħmula mill-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet skond il-liġi prinċipali qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att għandha tkun bla effett, u kull dar hekk reġistrata għandha
titqies li la hi u lanqas qatt kienet dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll,
jekk dik ir-reġistrazzjoni tkun saret wara l-ħruġ ta’ ordni ta’ rekwiżizzjoni
skond l-Att dwar id-Djar relattivament għal dik id-dar u jekk - 
(a) id-dar tkun waħda speċifikata fil-paragrafu (d) ta’ l-artikolu 3
tal-liġi prinċipali; jew
(b) fil-każ ta’ kull dar oħra, persuna tkun ġiet imqegħda fiha jew
tkun xort’oħra baqgħet tokkupaha qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-Att,
u f’kull każ bħal dan kull dar bħal dik għandha titqies li dejjem baqgħet dar
rekwiżizzjonata."
 4      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
sid bħala residenza ordinarja tiegħu u tkun ġiet hekk
okkupata minnu, taħt kull titolu, matul il-perijodu ta’
għaxar snin minnufih qabel id-data ta’ l-applikazzjoni.
Għal finijiet ta’ dan il-paragrafu l-espressjoni
"residenza ordinarja" ma tinkludix residenza tas-sajf.
Appelli minn 
deċiżjonijiet ta’ l-
Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. (1) Kull persuna aggravata b’ordni ta’ l-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet li jirrifjuta li jirreġistra dar ta’ abitazzjoni
bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll tista’ tappella lill-
Bord.
(2) L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu f’kull każ
ikun konvenut fl-appell.
(3) Ebda appell ma għandu jsir mid-deċiżjoni tal-Bord ħlief fuq
punt ta’ liġi deċiż mill-Bord.
(4) Appell skond is-subartikolu (3) għandu jinġieb quddiem il-
Qorti ta’ l-Appell.
(5) Appelli skond is-subartikolu (1) jew skond is-subartikolu
(3) għandhom isiru b’dak il-mod u egħluq dak iż-żmien u skond
dawk ir-regoli ta’ proċeduri l-oħra li jstgħu jkunu preskritti.
Postijiet imneħħija 
mill-kontroll u 
Ordinanzi dwar il-
Kera.
Emendat: 
XXIX. 1965.2;
Sostiwit:
XXIII. 1979.3.
Kap. 69.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-artikolu 6, id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanzi dwar
il-Kera ma għandhom jgħoddu għal ebda dar ta’ abitazzjoni
mneħħija mill-kontroll mill-ġurnata li fiha d-dar tkun reġistrata
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3.
(2) Meta fit-tmiem ta’ kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mneħħija
mill-kontroll (sew jekk dak iż-żmien ikun skond il-ftehim, legali,
skond l-użu jew xort’oħra) il-kerrej ikun ċittadin ta’ Malta u jkun
jokkupa d-dar bħala r-residenza ordinarja tiegħu, id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) għandu jkollhom effett u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’
Bini għandhom japplikaw ukoll iżda biss safejn dawn ma jkunux
inkonsistenti ma’ l-imsemmija disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Id-disposizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (2) huma:
(a) Ikun kontra l-liġi li sid il-kera ta’ dar ta’ abitazzjoni
jirrifjuta li jġedded il-kirja ħlief f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu (b), u jkun kontra
l-liġi wkoll li dan jgħolli l-kera, jew jimponi
kondizzjonijiet ġodda għat-tiġdid tal-kirja, ħlief kif
provdut fil-paragrafi (ċ) u (d).
(b) Sid il-kera jista’ biss jirrifjuta li jġedded il-kirja, u
jista’ biss jieħu lura l-pussess tad-dar, meta tintemm il-
kirja, jekk juri għas-sodisfazzjon tal-Bord, b’rikors
biex jieħu lura l-pussess, li matul iż-żmien tal-kirja, il-
kerrej kien naqas li jħallas il-kera dovut minnu għal
żewġ skadenzi jew iktar fi żmien ħmistax-il ġurnata
minn dak in-nhar li sid il-kera jkun talbu biex iħallas,
jew għax ikun għamel ħafna ħsara fid-dar, jew għax
xort’oħra jkun naqas milli jħares il-kondizzjonijiet tal-
kirja jew l-obbligi tiegħu taħtha, jew għax ikun uża l-
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    5
fond xort’oħra milli prinċipalment bħala r-residenza
ordinarja tiegħu.
(ċ) Il-kera li għandu jitħallas taħt l-istess kirja wara d-data
ta’ l-ewwel tiġdid tal-kirja li jsir bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu jista’ jiżdied minn sid il-kera, meta jsir dak
it-tiġdid u wara t-tmiem ta’ kull ħmistax-il sena li tiġi
wara sakemm il-kirja tibqa’ favur l-istess kerrej,
b’daqstant mill-kera li kien jitħallas minnufih qabel
dak it-tiġdid jew qabel ma jibda kull perijodu
sussegwenti ta’ ħmistax-il sena, li jkun ammont li ma
jeċċedix l-imsemmi kera, li jirrappreżenta bi
proporzjon għal dak il-kera ż-żieda fl-inflazzjoni mis-
sena li l-kera li għandu jiżdied kien l-aħħar stabbilit.
(d) Meta, fid-data jew qabel id-data ta’ xi tiġdid ta’ kirja
ta’ dar ta’ abitazzjoni, sid il-kera jippreżenta fir-
Reġistru tal-Bord, ċertifikat, iffirmat minn arkitett u
inġinier ċivili u li jkun aċċettat bħala jaqbel mal-fatti
mill-kerrej jew ikun ġie hekk dikjarat mill-Bord fuq
rikors li jsir minn sid il-kera fejn jitlob dik id-
dikjarazzjoni, li juri li d-dar tkun fi stat tajjeb ta’
tiswija, it-tiswijiet kollha u l-manutenzjoni kollha
għandhom minn hemm ’il quddiem, u sakemm tibqa’ l-
kirja favur l-istess kerrej, ikunu r-responsabbiltà tal-
kerrej.
(4) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan is-subartikolu għandu
jkollhom effett dwar il-kirjiet ta’ djar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-
kontroll meta l-kerrej ikun ċittadin ta’ Malta. L-imsemmija
disposizzjonijiet huma:
(a) Meta l-kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-
kontroll tkun ġiet imġedda kif provdut fis-subartikolu
(3) jew taħt l-artikolu 12(3), jew tkun saret taħt is-
subartikolu (2) ta’ l-imsemmi artikolu, ikun kontra l-
liġi li sid il-kera ta’ xi dar bħal dik jitlob mingħand xi
ċittadin ta’ Malta, taħt kirja li ssir wara, kera li jkun
ogħla mill-ammont li kien ikollu jitħallas bħala kera
kieku l-kerrej li favur tiegħu l-kirja tkun għall-ewwel
darba hekk ġiet imġedda jew tkun hekk saret, baqa’ l-
kerrej ta’ dik id-dar; u kull ammont akbar li jitħallas
ikun jista’ jinġabar lura mingħand sid il-kera.
(b) Ikun kontra l-liġi li sid il-kera jitlob il-ħlas ta’ kera li
jkun suġġett għal tibdil f’xi żmien qabel ma tintemm
il-kirja, sew jekk it-tibdil ikun minħabba żieda sew
jekk ikun minħabba tnaqqis f’dak il-kera; u meta l-
kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll issir
suġġetta għal dak it-tibdil il-kera li għandu jitħallas
dwar dik il-kirja għandu, minkejja ftehim kuntrarju,
ikun l-inqas rata li għandha titħallas għal xi parti taż-
żmien tal-kirja, u kull ammont li jitħallas żejjed jista’
jinġabar lura mingħand sid il-kera.
(ċ) Ikun kontra l-liġi li sid il-kera jimponi kondizzjoni li
teħtieġ li t-tiswijiet ta’ dar ta’ abitazzjoni jkunu
 6      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
responsabbiltà tal-kerrej kemm-il darba l-kirja ma
tkunx bil-miktub u ċertifikat kif imsemmi fis-
subartikolu (3)(d) ma jkunx anness ma’ l-att tal-kirja.
(d) Meta d-dar ta’ abitazzjoni tinkera bl-għamara -
(i) jekk il-kirja ssir qabel il-21 ta’ Ġunju, 1979, il-
kerrej ikollu jedd, f’kull żmien li ma jkunx qabel
sena wara l-imsemmija data, li jitlob li, b’effett
mill-egħluq ta’ sitt xhur wara d-data ta’ dik it-
talba, il-kirja tibqa’ biss dwar il-bini u li hu
jħallas biss dik il-parti tal-kera li tkun tirreferi
għall-bini kif jista’ jiġi miftieħem bejnu u bejn
sid il-kera, jew jekk ma jkunx hemm ftehim bħal
dak, kif il-Bord jista’ jistabbilixxi fuq rikors li
jsir minn xi wieħed minnhom;
(ii) jekk il-kirja ssir wara l-imsemmija data, il-kirja
għandha tiddistingwi bejn il-parti tal-kera
miftehma dwar id-dar u l-parti miftehma dwar l-
għamara u oġġetti oħra tad-dar; u l-kerrej ikollu
jedd, f’kull żmien li ma jkunx qabel sena mid-
data li fiha jkun għall-ewwel darba okkupa d-dar
mikrija, jitlob ix-xoljiment tal-kirja ta’ l-
għamara u ta’ l-oġġetti l-oħra tad-dar, u b’effett
minn meta jgħaddu sitt xhur wara d-data tat-
talba jkollu jedd għax-xoljiment ta’ dik il-kirja u
li jħallas biss il-kera miftiehem dwar id-dar;
(iii) meta kirja ssir bi ksur tas-sub-paragrafu (ii) ta’
dan il-paragrafu, ebda kera jew kumpens ieħor
ma jkollu jitħallas lill-proprjetarju sa dak iż-
żmien li d-disposizzjonijiet ta’ dak is-sub-
paragrafu jkunu mħarsa; u kull somom li
jitħallsu bħala kera jew kumpens ieħor u li ma
jkollhomx jitħallsu kif intqal qabel ikunu jistgħu
jinġabru lura mingħand sid il-kera;
(iv) il-jeddijiet mogħtija bid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan il-paragrafu jkunu japplikaw ukoll,
mutatis  mutandis,  dwar kull ftehim li jirreferi
għal għamara jew oġġetti oħra tad-dar meta dak
il-ftehim ikun hekk marbut mal-kirja ta’ dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll li għaliha
japplika dan is-subartikolu li l-imsemmija kirja
ma kenitx issir kieku ma sarx ukoll l-imsemmi
ftehim.
(5) Bla ħsara għal kull ftehim li jkun sar qabel il-21 ta’ Ġunju,
1979, u bla ħsara għall-jeddijiet li kerrej jista’ jkollu dritt għalihom
skond dan l-artikolu wara l-imsemmija data, id-disposizzjonijiet
tas-subartikoli (2) u (3) għandhom japplikaw ukoll għalkemm iż-
żmien tal-kirja jkun għalaq qabel dik id-data jekk il-kerrej ikun
għadu jokkupa d-dar bħala r-residenza ordinarja tiegħu f’dik id-
data.
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    7
Eċċezzjonijiet.
Emendat:
XXIX. 1965.2;
XLVIII. 1972.2; 
XXXVII. 1973.3. 
6. (1) L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma għandu
jirreġistra bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll skond
din l-Ordinanza ebda dar ta’ abitazzjoni speċifikata fl-artikolu 3(a),
(b) jew (ċ) jekk ikunu jew kienu provduti fondi bi ħlas dwar ħsara
tal-gwerra jew b’donazzjoni mill-Gvern għall-bini jew bdil
strutturali tagħha skond ma hemm imsemmi fl-artikolu 3(ċ) jew
jekk l-art li fuqha tkun mibnija tkun ingħatat b’enfitewsi jew sub-
enfitewsi mill-Gvern wara s-6 ta’ Diċembru, 1972, kemm-il darba
fl-att ta’ l-enfitewsi jew sub-enfitewsi ma jiġix dikjarat li din id-
disposizzjoni ma għandhiex tapplika għal bini li jinbena fuq l-art
mogħtija b’dak l-att.
Kap. 125. 
*(2) Meta dar speċifikata fl-artikolu 3(d) tkun rekwiżizzjonata
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Djar u fiż-żmien tal-
ħruġ ta’ l-ordni ta’ rekwiżizzjoni ma tkunx reġistrata bħala dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll skond din l-Ordinanza, l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma għandux jirreġistra dik id-
dar bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll jekk l-
applikazzjoni xierqa għar-reġistrazzjoni ta’ dik id-dar bħala dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll ma ssirx fi żmien ħmistax-il
ġurnata wara notifika ta’ avviż, mogħti mis-Segretarju tad-Djar lil
xi wieħed mill-proprjetarji li jkollu dritt japplika għall-imsemmija
reġistrazzjoni, li bih jgħarraf lil dak il-proprjetarju bil-ħruġ ta’ l-
ordni tar-rekwiżizzjoni u li fih jipproduċi d-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu, jew jekk dik l-applikazzjoni, għalkemm issir fl-
imsemmi żmien, ma titmexxiex ’il quddiem bil-diliġenza xierqa.
*(3) Kull reġistrazzjoni li tkun saret mill-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet f’kull każ li għalih ma japplikax l-
artikolu 3 jew f’kull każ li b’dan l-artikolu hu ma għandux jagħmel
tkun bla effett u dik id-dar għandha, b’dak kollu li jinsab f’kull
disposizzjoni oħra ta’ din l-Ordinanza, titqies li la hi u lanqas qatt
kienet dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll.
(4) Meta dar ta’ abitazzjoni speċifikata fl-artikolu 3 tkun
suġġetta għal kirja fil-ġurnata stabbilita, ir-reġistrazzjoni tagħha
skond dak l-artikolu jkollha sseħħ biss, għall-finijiet ta’ l-artikolu 5
mill-ġurnata li fiha l-proprjetarju jkollu dritt għall-pussess ta’ dik
id-dar ta’ abitazzjoni vojta meta tkun spiċċat dik il-kirja.
Projbizzjoni ta’ 
rigali tibqa’ dwar 
djar ta’ abitazzjoni 
li xort’oħra jkunu 
mneħħija mill-
kontroll. 
Emendat:
XXIX. 1965.2; 
XXIII. 1979.4.
Kap. 69.
Kap. 116.
7. Dwar l-għoti, tiġdid jew tkomplija f’kull żmien matul il-
perijodu ta’ tliet snin li jibdew fil-ġurnata stabbilita jew f’kull
żmien wara l-20 ta’ Ġunju, 1979, kirja ta’ dar ta’ abitazzjoni li
għaliha xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanzi dwar il-Kera
ma jgħoddux minħabba biss id-disposizzjonijiet li jiġu qabel ta’ din
l-Ordinanza għandha tiġi meqjusa bħala li l-artikolu 8 ta’ l-
Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar (liema artikolu
jipprojbixxi t-talb ta’ rigali fl-għoti, tiġdid jew tkomplija ta’ kirja
ta’ kull dar ta’ abitazzjoni) jgħodd għaliha.
*Is-subartikoli (2) u (3) ġew miżjuda bl-Att XXXVII ta’ l-1973 li kien fih id-
disposizzjonijiet murija fil-foot-note ta’ l-artikolu 2 (ara Paġna 2).
 8      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
Piena għal 
dikjarazzjonijiet 
foloz.
Emendat: 
XXIX. 1965.2. 
8. (1) Kull min, dwar talba skond din l-Ordinanza għal
reġistrazzjoni ta’ xi post bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-
kontroll, xjentement jew bi traskuraġni kbira jagħmel xi
dikjarazzjoni jew jagħti xi tagħrif li jkun falz f’xi partikolarità
sostanzjali, jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn tliet xhur.
(2) Meta persuna tkun misjuba ħatja ta’ reat skond is-
subartikolu (1) kull reġistrazzjoni ta’ dar ta’ abitazzjoni mneħħija
mill-kontroll miksuba minħabba d-dikjarazzjoni falza jew tagħrif
falz tkun nulla u bla siwi, u l-qorti li tkun tat is-sentenza għandha
tordna t-taħsir tagħha.
Esklużjoni ta’ djar 
ta’ abitazzjoni 
mneħħija mill-
kontroll mill-ħdim 
ta’ l-Att dwar id-
Djar.
Emendat: 
XXIX. 1965.2.
Kap. 125.
9. L-Att dwar id-Djar ma għandux jgħodd għal kull dar li
tkun reġistrata bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Żieda tal-kera 
xieraq ta’ djar ta’ 
abitazzjoni 
kontrollati dwar 
miljoramenti.
Kap. 69.
Kap. 116.
10. (1) Minkejja kull ma hemm kuntrarju fl-artikoli 3, 4, 5 u 7
ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u fl-artikoli 2,
4, 5 u 6 ta’ l-Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar, jekk isiru xi
miljoramenti minn sid il-kera, wara l-ġurnata stabbilita, f’dar ta’
abitazzjoni li ma tkunx ġiet reġistrata bħala dar ta’ abitazzjoni
mneħħija mill-kontroll, il-kera xieraq ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni
għandu jiżdied mill-Bord, fuq rikors għal hekk minn sid il-kera,
b’ammont, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejjaħ
"żieda xierqa", li jkun daqs sitta fil-mija fis-sena ta’ kull ammont sa
ħames mitt lira minfuqa minn sid il-kera fil-miljoramenti, kif
pruvat b’soddisfazzjon tal-Bord, jew, fin-nuqqas, kif stabbilit mill-
Bord, jekk ikun meħtieġ wara spezzjon tad-dar ta’ abitazzjoni.
(2) Rikors għaż-żieda xierqa skond is-subartikolu (1) ma jiġix
milqugħ mill-Bord kemm-il darba l-kerrej u kull sullokatur ma
jkunux ftehmu bil-miktub, qabel ir-rikors, sabiex isiru l-
miljoramenti u dwar il-ħlas taż-żieda xierqa.
(3) Rikors skond is-subartikolu (1) għandu, taħt piena ta’
nullità -
(a) ikun akkompanjat minn -
(i) il-ftehim miktub jew miktuba jekk aktar minn
wieħed imsemmija fis-subartikolu (2); u
(ii) kopja awtentika tad-deċiżjoni dwar il-kera
xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni mill-Bord, jekk
ikun hemm, u, meta tkun saret iżjed minn
deċiżjoni waħda dwar dak il-kera xieraq, kopja
awtentika ta’ l-aħħar minn dawk id-deċiżjonijiet;
u
(b) ikollu talba għaż-żieda bir-raġunijiet għal hekk:
Iżda l-Bord jista’, f’kull żmien, iħalli li r-rikors jiġi
emendat sabiex isir aktar ċar.
(4) Meta l-kera xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni ma jkunx ġie
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    9
deċiż mill-Bord, rikors għaż-żieda xierqa skond is-subartikolu (1)
jkun milqugħ mill-Bord biss jekk sid il-kera, fl-istess rikors, jitlob
ukoll li jkun deċiż il-kera xieraq.
(5) Fil-kalkolu ta’ l-ammont minfuq minn sid il-kera fil-
miljoramenti, il-Bord ma jiħux kont ta’ kull kapital qiegħed, kull
imgħax fuq self, u kull ammont li jkun ġie mħallas jew li jista’ f’xi
żmien jitħallas lil sid il-kera, dwar dawk il-miljoramenti
b’donazzjoni mill-Gvern.
(6) Kull żieda ta’ kera xieraq approvata mill-Bord bis-saħħa
tas-subartikolu (1) jkollha sseħħ mill-ewwel żmien ta’ kera li jibda
wara li jkunu kompluti l-miljoramenti.
Kap. 69. 
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 19 sa 24, 28, 29, 32 sa 37,
u 39 sa 43 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini
għandhom jgħoddu għal kull proċeduri skond is-subartikolu (1).
Tiswijiet fi djar ta’ 
abitazzjoni li ma 
jkunux imneħħija 
mill-kontroll. 
Miżjud:
XXIII. 1979.5.
11. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Ordinanzi dwar il-Kera,
meta f’xi żmien wara l-20 ta’ Ġunju, 1979, isiru tiswijiet minn sid
il-kera f’dar ta’ abitazzjoni li ma tkunx ġiet reġistrata bħala dar ta’
abitazzjoni mneħħija mill-kontroll, u dawk it-tiswijiet ikunu hekk
saru bi ftehim bil-miktub mal-kerrej jew fuq ordni ta’ qorti
kompetenti, il-kera xieraq tad-dar ta’ abitazzjoni għandu jiżdied
b’ammont, li ma jkunx iżjed mill-imsemmi kera, li jikkorrispondi
għal minn għaxra wieħed ta’ kemm ikunu swew dawk it-tiswijiet.
(2) Minkejja kull liġi oħra, sid il-kera ta’ dar ta’ abitazzjoni li
ma tkunx ġiet reġistrata bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-
kontroll jista’ jeħles lilu nnifsu mill-obbligu li jagħmel it-tiswijiet
fl-imsemmija dar billi jbiegħ id-dar lill-Gvern bi prezz li jkun daqs
il-kapitalizzazzjoni tal-kera xieraq tad-dar bis-sitta fil-mija.
Enfitewsi 
temporanja ta’ djar 
ta’ abitazzjoni.
Miżjud:
XXIII. 1979.5.
Emendat:
XXXVII. 1986.3.
Kap. 16.
12. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab fil-Kodiċi Ċivili jew f’xi
liġi oħra, id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu għandu
jkollhom effett dwar il-kuntratti kollha ta’ enfitewsi temporanja li
jkunu saru fi kwalunkwe żmien.
(2) Meta dar ta’ abitazzjoni tkun ingħatat b’enfitewsi
temporanja - 
(a) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tletin sena, jekk il-
kuntratt ikun sar qabel il-21 ta’ Ġunju, 1979, jew
(b) għal kull perijodu ieħor, jekk il-kuntratt ikun sar wara
l-imsemija data,
u fit-tmiem xi enfitewsi bħal dik l-enfitewta jkun ċittadin ta’ Malta
u jkun jokkupa d-dar bħala residenza ordinarja tiegħu l-enfitewta
jkollu jedd li jibqa’ jokkupa id-dar b’kera mingħand il-padrun
dirett -
(i) b’kera li jkun daqs iċ-ċens li kien jitħallas
minnufih qabel ma tkun għalqet l-enfitewsi,
miżjud, fil-bidu tal-kirja tad-dar bis-saħħa ta’
dan l-artikolu, u wara t-tmiem ta’ kull ħmistax-il
sena wara sakemm tibqa’ l-kirja favur l-istess
kerrej, b’daqstant miċ-ċens li kien jitħallas
minnufih qabel dak il-bidu jew il-bidu ta’ kull
 10      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
perijodu sussegwenti ta’ ħmistax-il sena, li jkun
ammont li ma jkunx iżjed minn dak iċ-ċens, li
jirrappreżenta bi proporzjon għal dak iċ-ċens iż-
żieda fl-inflazzjoni minn meta ċ-ċens li għandu
jiżdied ikun ġie stabbilit l-aħħar; u
(ii) taħt dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
miftehma bejniethom jew, jekk ma jkunx hemm
ftehim, skond kif il-Bord jidhirlu xieraq.
Kap. 69.
(3) Meta fit-tmiem ta’ enfitewsi kif imsemmi fis-subartikolu
(2)(a) jew (b) d-dar ta’ abitazzjoni tkun suġġetta għal kirja, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’
Bini, m’għandhomx japplikaw dwar kirja bħal dik:
Iżda meta l-kerrej taħt l-imsemmija kirja jkun ċittadin ta’
Malta u jkun jokkupa d-dar bħala r-residenza ordinarja tiegħu dan
għandu, fit-tmiem ta’ l-imsemmija kirja, ikollu il-jedd li jkompli
jokkupa d-dar taħt kirja ġdida mingħand il-padrun dirett bl-istess
kera u taħt l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija fis-subartikolu
(2)(i) u (ii) dwar l-enfitewta.
(4) Meta tagħlaq enfitewsi temporanja ta’ dar ta’ abitazzjoni
okkupata minn ċittadin ta’ Malta bħala r-residenza ordinarja tiegħu
fi żmien dak l-egħluq, li ma tkunx enfitewsi msemmija fis-
subartikolu (2)(a) jew (b), l-enfitewta jkollu l-jedd jikkonverti l-
enfitewsi f’waħda perpetwa taħt l-istess kondizzjonijiet ta’
enfitewsi temporanja barra minn dawk li jkunu jirreferu għaż-
żmien u għaċ-ċens. Iċ-ċens li jkollu jitħallas b’effett mill-
konversjoni ta’ l-enfitewsi f’waħda perpetwa u sakemm jgħaddu
ħmistax-il sena minn dik id-data jkun daqs sitt darbiet iċ-ċens li
kien jitħallas minnufih qabel dik il-konversjoni, u wara dan għandu
jiżdied kull ħmistax-il sena b’daqstant miċ-ċens kurrenti, li jkun
ammont li ma jkunx iżjed minn dak iċ-ċens, li jirrappreżenta bi
proporzjon miegħu ż-żieda fl-inflazzjoni minn meta l-imsemmi
ċens ikun ġie stabbilit l-aħħar.
(5) Jekk l-enfitewta ma jeżerċitax il-jedd mogħti lilu bis-
subartikolu (4) fi żmien sitt xhur mid-data li dak il-jedd ikun
eżerċitabbli, dak il-jedd għandu, bil-modifiki meħtieġa, jgħaddi
għand min ikun qed jokkupa d-dar li jkollu jedd jitlob, bl-
esklużjoni ta’ l-enfitewta, li d-dar ta’ abitazzjoni tingħata lilu mill-
proprjetarju b’enfitewsi perpetwa taħt l-istess kondizzjonijiet li
kienu jiġu applikati kieku l-enfitewta kien ikkonverta l-enfitewsi
f’waħda perpetwa.
(6) Meta l-enfitewta jew min ikun qed jokkupa d-dar ikollu
jedd jikkonverti enfitewsi temporanja f’waħda perpetwa taħt is-
subartikolu (4) jew (5), dan jista’ jitlob li jsir kuntratt nutarili f’dan
is-sens, u l-padrun dirett jew il-proprjetarju għandu jilqa’ dik it-
talba.
(7) Meta d-data tat-tmiem ta’ l-enfitewsi tkun data qabel il-21
ta’ Ġunju, 1979, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
għandhom japplikaw biss jekk l-enfitewta jew il-kerrej, skond il-
każ, ikun għadu jokkupa d-dar bħala r-residenza ordinarja tiegħu
f’dik id-data u ma japplikawx jekk ikun hekk qed jokkupa d-dar
skond ftehim li jkun għamel wara li tkun intemmet l-enfitewsi.
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    11
(8) Meta, fil-każ ta’ enfitewsi msemmija fis-subartikolu (2)(a)
u li tagħlaq wara l-21 ta’ Ġunju, 1979, l-enfitewta jew il-kerrej li
jkun jokkupa d-dar bħala residenza ordinarja tiegħu meta tagħlaq l-
enfitewsi jkun persuna differenti minn dik li tkun tokkupa d-dar
bħala residenza ordinarja tagħha fil-21 ta’ Ġunju, 1979, id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) jew (3), skond il-każ,
għandhom japplikaw biss -
(a) jekk -
(i) il-persuna li tkun tokkupa d-dar fid-data
msemmija kompliet tokkupa d-dar bħala
residenza ordinarja tagħha sakemm mietet; u
(ii) il-persuna li tkun tokkupa d-dar bħala residenza
ordinarja tagħha fl-egħluq tal-enfitewsi kienet
tirrisjedi mal-enfitewta fi żmien mewtu u kellha
f’dak iż-żmien il-kwalifiki l-oħra kollha biex
tiġi meqjusa bħala kerrej għall-finijiet ta’ dan l-
artikolu; jew
(b) jekk -
(i) il-persuna li tkun qed tokkupa d-dar bħala
residenza ordinarja tagħha fl-imsemmija data
tkun kisbet u t-titolu li bih kienet hekk tokkupa
d-dar mingħand l-enfitewta li jkun jokkupa d-
dar bħala residenza ordinarja tiegħu ma’ l-
egħluq ta’ l-enfitewsi jew, jekk l-enfitewta li
mingħandu jkun inkiseb l-imsemmi titolu jmut
qabel l-egħluq ta’ l-enfitewsi, mingħand l-
enfitewta li l-werriet tiegħu jkun jokkupa d-dar
bħala residenza ordinarja tiegħu ma’ l-egħluq ta’
l-enfitewsi; u
(ii) sa l-egħluq ta’ l-enfitewsi, ebda persuna barra
mill-persuna fuq imsemmija u mill-imsemmi
enfitewta, jew il-werriet tiegħu, u membri tal-
familja tagħhom li jkunu jgħixu magħhom, ma
kienet okkupat id-dar b’xi mod ikun li jkun; u
(iii) mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru, 1979,
jingħata avviż bil-miktub lill-Awtorità tad-Djar
dwar it-titolu li taħtu tkun okkupata d-dar fil-21
ta’ Ġunju, 1979, li jgħid ix-xorta ta’ dak it-
titolu, għal kemm żmien ikun mistenni jdum u l-
isem tal-persuna li tkun tokkupa d-dar taħt dak
it-titolu. 
(9) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) dwar enfitewsi msemmi fis-subartikolu (2)(a) jew (b),
l-enfitewsi tinkludi sub-enfitewsi;
(b) dwar kull enfitewsi ieħor, enfitewsi tfisser l-enfitewsi
oriġinali, iżda jekk meta jagħlaq dak l-enfitewsi, id-
dar ta’ abitazzjoni tkun miżmuma b’sub-enfitewsi -
(i) il-jeddijiet mogħtija b’dan l-artikolu lill-
enfitewta jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-aħħar
sub-enfitewta u, bla ħsara għall-jeddijiet
 12      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
mogħtija lill-okkupant bis-subartikolu (5),
minnu biss;
(ii) il-padrun dirett tfisser biss il-persuna li jkollha
jedd tirċievi ċ-ċens oriġinali;
(iii) iċ-ċens tfisser biss iċ-ċens oriġinali:
Iżda meta ċ-ċens li jkun jitħallas mill-aħħar sub-enfitewta
jkun iżjed minn sitt darbiet iċ-ċens oriġinali, s-subartikolu (4)
għandu jkollu effett daqslikieku minflok il-kliem "jkun daqs sitt
darbiet iċ-ċens" kien hemm sostitwiti l-kliem "jkun daqs is-sub-
ċens".
(10) Jekk meta tagħlaq enfitewsi temporanja li għaliha japplika
s-subartikolu (2) jew (3), id-dar ta’ abitazzjoni tkun okkupata minn
persuna b’titolu ta’ użufrutt jew abitazzjoni, il-jedd li dik id-dar ta’
abitazzjoni tibqa’ okkupata mogħti b’dawk is-subartikoli jew bis-
subartikolu (7) jista’ jibqa jiġi eżerċitat minkejja dawk id-
disposizzjonijiet, minn dak l-okkupant daqslikieku kien l-enfitewta
jew il-kerrej tad-dar ta’ abitazzjoni, skond il-każ.
(11) Meta enfitewsi temporanja tiġi konvertita f’waħda
perpetwa taħt is-subartikolu (4), id-dar ta’ abitazzjoni tibqa’
suġġetta għall-jeddijiet li jkollhom terzi persuni dwar dik id-dar
minnufih qabel dik il-konversjoni.
(12) Meta xi wieħed mill-jeddijiet mogħtija b’dan l-artikolu
jkun jista’ jiġi eżerċitat minn iktar minn persuna waħda dak il-jedd
jista’ jiġi eżerċitat minkejja kull nuqqas ta’ ftehim bejniethom iżda
biss jekk mhux inqas minn nofs in-numru ta’ dawk il-persuni
jiftieħmu li jeżerċitaw dak il-jedd; u f’kull każ bħal dak il-jedd
ikun japplika biss favur dawk li jkunu qed jeżerċitawh.
Indiċi ta’ 
inflazzjoni.
Miżjud: 
XXIII. 1979.5.
13. (1) L-indiċi ta’ inflazzjoni għal kull waħda mis-snin mill-
1947 sal-1978 għandu jkun kif muri fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza, billi l-1946 tittieħed bħala bażi b’100 punt.
(2) L-indiċi ta’ inflazzjoni għal kull sena wara l-1978 għandu
jiġi stabbilit mill-Istatistiku Prinċipali tal-Gvern bħala punti ta’
perċentaġġ għal kull waħda minn dawk is-snin b’mod li titkompla
l-imsemmija Skeda u fuq il-bażi ta’ l-indiċi tal-prezzijiet ta’ l-
oġġetti kollha li jinbiegħu bl-imnut, jew indiċi simili li jissostitwih,
u għandu jiġi pubblikat minnu fil-Gazzetta mhux iktar tard mill-
aħħar ta’ Marzu li jiġi minnufih wara s-sena li għaliha jirreferi l-
indiċi.
(3) Żieda fl-inflazzjoni tkun stabbilita billi tittieħed d-
differenza bejn il-punti ta’ perċentaġġ għas-sentejn rilevanti, kif
muri fl-Iskeda jew kif jiġi pubblikat fil-Gazzetta, bħala proporzjon
ta’ l-ewwel waħda minn dawk is-snin.
Jeddijiet mogħtija 
bl-Ordinanza 
jipprevalu fuq 
ftehim eċċ.
Miżjud: 
XXIII. 1979.5.
14. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u, b’mod
partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’ l-imsemmija
espressjoni, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 7, 12 u 13, għandu
jkollhom effett minkejja kull ftehim, obbligazzjoni, wegħda jew
għemil jew ħaġ’oħra li hi kuntrarja għal, jew li tillimita, jew li tkun
tidher li tillimita, xi wieħed mill-jeddijiet mogħtija b’dawk id-
disposizzjonijiet lill-kerrej, enfitewta jew okkupant ta’ dar ta’
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    13
abitazzjoni, u meta persuna li teżerċita xi wieħed mill-imsemmija
jeddijiet issir, bis-saħħa ta’ xi ftehim, obbligazzjoni, wegħda jew
għemil jew ħaġa oħra bħal dik, suġġetta li teħel xi penali jew
obbligu ieħor jew xi konsegwenza oħra jew effett ieħor, kull
fteħim, obbligazzjoni, wegħda jew għemil jew ħaġa oħra tkun, sal-
limitu li tipprovdi li dik il-persuna tkun hekk suġġetta kif intqal
qabel, nulla u mingħajr effett.
(2) Kull rinunzja u kull restrizzjoni jew limitazzjoni ta’ xi
wieħed mill-jeddijiet imsemmija fis-subartikolu (1), isiru kif isiru,
u kull ħaġa li tissuġġetta xi jedd bħal dak għal xi obbligu jew
responsabbiltà, tkun nulla u mingħajr effett.
Regolamenti dwar 
l-egħmil u 
spezzjon ta’ 
reġistru tad-djar ta’ 
abitazzjoni 
mneħħija mill-
kontroll.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2;
A.L. 148 ta’ l-
1975;
IX. 2000.6.
15. Il-Ministru responsabbli għar-Reġistru Pubbliku jista’
jagħmel regolamenti dwar -
(a) id-dmirijiet, setgħat u funzjonijiet ta’ l-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet dwar l-egħmil ta’ reġistru
tad-djar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll, li
jistgħu, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li jingħad
qabel, jinkludi s-setgħa li jitlob il-produzzjoni ta’ xi
kotba jew dokumenti oħra li jirreferixxu għall-post li
għar-reġistrazzjoni tiegħu tkun saret talba u li jidħol
fil-post u jispezzjonah;
(b) id-delega mill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
ta’ kull wieħed minn dawn id-dmirijiet, setgħat u
funzjonijiet;
(ċ) il-proċedura u d-drittijiet li għandhom jitħallsu għal
reġistrazzjoni;
(d) il-partikolaritajiet meħtieġa li jiġu nnotati fir-reġistru;
(e) il-proċedura dwar appelli minn deċiżjonijiet ta’ l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet lill-Bord u minn
deċiżjonijiet tal-Bord dwar dawk l-appelli lill-Qorti ta’
l-Appell;
(f) drittijiet tar-reġistru u drittijiet li għandhom jitħallsu
lil kull avukat jew prokuratur legali dwar appelli bħal
ma hemm imsemmi fl-aħħar paragrafu qabel dan;
(g) l-ispezzjon tar-reġistru, it-teħid ta’ noti minnu, il-ħruġ
ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, u d-drittijiet li
għandhom jitħallsu għal hekk;
(h) b’mod ġenerali biex jingħata effett lill-finijiet ta’ din l-
Ordinanza.
 14      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
Kif tapplika din l-
Ordinanza. 
Miżjud: 
XXXI.1995.4.
*16. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 5(2) sa (5), ta’ l-
artikolu 7, ta’ 1-artikolu 10 u ta’ 1-artikolu 11 ta’ din 1-Ordinanza,
ma għandhomx ikunu japplikaw għall-kiri ta’ xi dar li jsir fl-1 ta’
Ġunju, 1995 jew wara dik id-data.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) -
(a) it-tigdid ta’ kiri fl-1 ta’ Ġunju, 1995 jew wara dik id-
data (sew jekk dak it-tiġdid ikun wieħed
konvenzjonali, legali, konswetudinarju jew xort’oħra)
ma għandux jitqies li jkun kiri li jsir fl-1 ta’ Ġunju,
1995 jew wara dik id-data;
(b) it-tkomplija ta’ l-okkupazzjoni ta’ dar b’kiri mingħand
id-directus dominus meta tintemm konċessjoni ta’
enfitewsi temporanja li ttemm fl-1 ta’ Ġunju, 1995 jew
wara dik id-data skond l-artikolu 12 ma għandux
jitqies bħala kiri li jsir fl-1 ta’ Ġunju, 1995 jew wara
dik id-data. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ma għandhomx
japplikaw għal kuntratt ta’ enfitewsi temporanja li jsir fl-1 ta’
Ġunju, 1995 jew wara dik id-data.
* L-artikolu 5 ta’ l-Att XXXI ta’ l-1995 jipprovdi inter alia:
5. Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 16 ta’ l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll
tad-Djar ma għandha titqies li tnaqqas mis-setgħat li d-Direttur għall-
Akkomodazzjoni Soċjali għandu bis-saħħa ta’ 1-Att dwar id-Djar, (Kap.125) u
d- disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza kif kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att (1 ta’ Ġunju, 1995) ghandhom ikomplu japplikaw,
sakemm dan jibqa’ japplika, għar-rigward tar-relazzjoni bejn dak id-Direttur u
sid ta’ xi fond li dak id-Direttur ikollu pussess tiegħu f’dik id-data, jew bejn
dak id-Direttur u kull min ikun qiegħed legalment jokkupa kull fond bħal dak.
Id-disposizzjonijiet ta’ 1-Ordinanza kif imsemmija qabel għandhom ukoll
ikomplu jirregolaw ir-relazzjoni bejn persuna li tkun qiegħda tokkupa dak il-
fond u s-sid relattiv.
DEKONTROLL TA’ DJAR ġ KAP. 158.    15
Miżjuda:
XXIII. 1979.6. 
Emendata: 
A.L. 18 ta’ l-1984; 
A.L. 2 ta’ l-1985; 
A.L. 4 ta’ l-1986;
A.L. 10 ta’ l-1987;
A.L. 20 ta’ l-1988; 
A.L. 26 ta’ l-1989; 
A.L. 31 ta’ l-1990;
A.L. 31 ta’ l-1991;
A.L. 29 ta’ l-1992; 
A.L. 46 ta’ l-1993;
A.L. 36 ta’ l-1994;
A.L. 29 ta’ l-1995;
A.L. 25 ta’ l-1996;
A.L. 29 ta’ l-1997;
A.L. 64 ta’ l-1999;
A.L. 31 ta’ l-2000;
A.L. 30 ta’ l-2001;
A.L. 46 ta’ l-2002;
A.L. 73 ta’ l-2003;
A.L. 90 ta’ l-2004.
SKEDA 
(Artikolu 13(1))
Indiċi ta’ inflazzjoni għas-snin mill-1947 sa l-1978 
1946 100.0 1979 316.21
1947 104.9 1980 366.06
1948 113.9 1981 408.16
1949 109.7 1981 408.16
1950 116.9 1982 431.83
1951 130.1 1983 428.06
1952 140.3 1984 426.18
1953 139.1 1985 425.17
1954 141.2 1986 433.67
1955 138.8 1987 435.47
1956 142.0 1988 439.62
1957 145.7 1989 433.39
1958 148.3 1990 456.61
1959 151.1 1991 468.21
1960 158.8 1992 475.89
1961 164.84 1993 495.60
1962 165.16 1994 516.06
1963 168.18 1995 536.61
1964 172.00 1996 549.95
1965 174.70 1997 567.95*
1966 175.65 1998 580.61
1967 176.76 1999 593.00
1968 180.42 2000 607.07
1969 184.71 2001 624.85
1970 191.55 2002 638.54
1971 196.00 2003 646.84
1972 202.52
1973 218.26
1974 234.16
1975 254.77
1976 256.20
1977 281.84
1978 295.14
*Nota: F’Novembru 1998 l-indiċi ta’ l-inflazzjoni għas-sena 1997 ġie
rivedut għal 567.08 wara li nbidlu r-rati ta’ l-ilma u ta’ l-elettriku.
 16      KAP. 158.ħ     DEKONTROLL TA’ DJAR
(Artikolu 13(2))
Indiċi ta’ inflazzjoni għas-snin ta’ wara l-1978 
1979 316.21  (A.L. 10 ta’ l-1980) 
1980 366.06  (A.L. 14 ta’ l-1981) 
1981 408.16 (A.L. l5 ta’ l-l982)
1982 431.83 (A.L. 16 ta’ l-l983) 
1983 428.06 (A.L. 18 ta’ l-l984) 
1984 426.18 (A.L. 2 ta’ l-1985)
1985 425.17  (A.L. 4 ta’ l-1986) 
1986 433.67  (A.L. 10 ta’ l-1987)
1987 435.47 (A.L. 20 ta’ l-1988)
1988 439.62 (A.L. 26 ta’ l-1989) 
1989 443.39 (A.L. 31 ta’ l-1990) 
1990 456.61 (A.L. 31 ta’ l-1991)
1991 468.21 (A.L. 29 ta’ l-l992) 
1992 475.89 (A.L. 46 ta’ l-l993) 
1993 495.60 (A.L. 36 ta’ l-1994)
1994‘ 516.06 (A.L. 29 ta’ l-1995)
1995 536.61 (A.L. 25 ta’ l-1996)
1996 549.95 (A.L. 29 ta’ l-1997)
1997 567.95 (A.L. 76 ta’ l-1998)
1998 580.61 (A.L. 64 ta’ l-1999)
1999 593.00 (A.L. 31 ta’ l-2000)
2000 607.07 (A.L. 30 ta’ l-2001)
2001 624.85 (A.L. 46 ta’ l-2002)
2002 638.54 (A.L. 73 ta’ l-2003)
2003 646.84 (A.L. 90 ta’ l-2004)
