GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    1
KAPITOLU 159
ORDINANZA DWAR L-GĦAJNUNA LILL-INDUSTRJI
Biex tinkoraġġixxi t-twaqqif jew l-iżvilupp ta’ impriżi industrjali u biex taħseb għal
għajnuna diversa dwarhom.
 (1 ta’ Jannar, 1959)
Saret liġi bl-ORDlNANZA XXIA ta’ l-1959, kif emendata bl-Avviż Legali 58 ta’ l-1959; bl-
Ordinanzi: XIV ta’ l-1959, XVI ta’ l-1960, XIX ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-
Atti: XXIV u XXIX ta’ l-1965; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXVII ta’ l-1967, XI ta’ l-
1969, XII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 85 ta’ l-1974; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali
148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XI ta’ l-1977, IX ta' l-l979, VIII ta’ l-1982, XI ta' l-1987, VIII ta’ l-
1990, XXVIII ta’ l-1995 u IV ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Taqsima I. Titolu fil-Qosor u Tifsir  l-2
Taqsima II. Ħelsien mit-Taxxa fuq l-Income  3-7A 
Taqsima III.  Ħelsien mid-Dazju tad-Dwana  8-11
Taqsima IV.  Dazji Kontra d-Dampjar u Countervailing  12-20 
Taqsima V.  Disposizzjonijiet Ġenerali, Pieni u Garanziji  21-35
SKEDI
L-Ewwel Skeda. Oġġetti li dwar l-Importazzjoni tagħhom tista’ tingħata Eżenzjoni
mid-Dazju tad-Dwana skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 8 ta’
din l-Ordinanza.
It-Tieni Skeda. Proċedura dwar Applikazzjonijiet.
It-Tielet Skeda. Allowancegħal-InvestimentuTnaqqisgħalTqagħbir 
Ordinarju.
Ir-Raba’ Skeda. Tnaqqis ta’ Taxxa ta’ Kumpannija.
  2      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
TAQSIMA I 
TITOLU FIL-QOSOR U TIFSIR
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
XXIX. 1965.2. 
1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza huwa l-Ordinanza
dwar l-Għajnuna lill-Industrji.
Tifsir.
Emendat:
XVI. 1960.3;
XXIV. 1965.2; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20; 
XI. 1969.2;
XII. 1974.2; 
LVIII. 1974.68; 
IX. 1979.2; 
XI. 1987.2;
XXVIII.1995.2.
2. (1) F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"biċċa art definita" tfisser kull biċċa art hekk sitwata u ta’ dik l-
estensjoni u deskrizzjoni kif il-Ministru responsabbli għat-turiżmu
japprova bil-miktub li tkun tajba għal żvilupp bħala ċentru għat-
turiżmu;
"bini industrjali" tfisser kull xorta ta’ bini jew struttura tkun li
tkun okkupata jew li ser tkun okkupata f’Malta minn impriża
industrjali għall-iskopijiet tan-negozju mmexxi minn dik l-impriża
u, b’mod partikolari, tinkludi kull bini jew struttura provduta mill-
industrjalista għall-ġid tal-ħaddiema impjegati f’dak in-negozju u
użata għal dak l-iskop, iżda ma tinkludix xi bini jew struttura użata
bħala, jew bħala parti ta’, dar ta’ abitazzjoni (li ma tkunx lukanda),
ħanut tal-bejgħ bl-imnut jew kamra għall-wiri tal-biegħa jew għal
xi skop anċillari għall-iskopijiet ta’ dar ta’ abitazzjoni (li ma tkunx
lukanda), ħanut tal-bejgħ bl-imnut jew kamra għall-wiri tal-biegħa;
"ġurnata ta’ kostruzzjoni" tfisser ġurnata, wara li tiġi fis-seħħ din
l-Ordinanza, imsemmija f’xi applikazzjoni magħmula skond din l-
Ordinanza bħala l-ġurnata li fiha jew li qabilha huwa maħsub li
tinbeda l-kostruzzjoni (inkluż bdil strutturali, tkabbir jew titjib) tal-
bini industrjali li għalih tirreferixxi l-applikazzjoni;
"ġurnata ta’ produzzjoni" tfisser ġurnata, wara li tiġi fis-seħħ din
l-Ordinanza, imsemmija f’xi applikazzjoni magħmula skond din l-
Ordinanza bħala li tkun il-ġurnata li fiha jew li qabilha jkun
maħsub illi l-impriża industrjali li għaliha l-applikazzjoni
tirreferixxi tibda tipproduċi fi kwantitajiet li jistgħu jitqiegħdu fis-
suq l-oġġetti jew prodotti magħmula, fabbrikati jew imtejba
minnha jew tmexxi fi skala kummerċjali s-servizz provdut jew
imtejjeb minn dik l-impriża;
"guest" tfisser kull persuna li tiġi Malta bħala turist u kull
persuna li tiġi Malta u tistabbilixxi ruħha f’Malta għal kull tul ta’
żmien iżda li ma tkunx Malta minħabba l-kariga, negozju jew
xogħol tagħha;
"għajnuna" tfisser il-ħelsien imsemmi fit-Taqsima II u fit-
Taqsima III ta’ din l-Ordinanza;
"impriża industrjali" u "impriża" ifissru impriża li tkun qed
tmexxi jew li fi ħsiebha tmexxi f’Malta negozju li jikkonsisti fil-
produzzjoni, fabbrikazzjoni jew titjib ta’ xi oġġett jew prodott jew
f’li jiġi provdut jew imtejjeb xi servizz u jinkludu impriża dwar
imbark u impriża dwar lukanda;
"impriża ta’ sajd, ortikoltura jew agrikoltura" tfisser impriża li
tkun qed tmexxi jew li fi ħsiebha tmexxi, bħala negozju, xi impriża
ta’ sajd, ortikoltura jew agrikoltura li, fil-fehma tal-Ministru
responsabbli għall-agrikoltura tagħti sehem sostanzjali għall-
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    3
provvista ta’ l-ikel f’Malta jew għandha potenzjalità  tajba għall-
esportazzjoni;
"industrjalista" tfisser persuna li tkun qed tmexxi jew li fi
ħsiebha tmexxi impriża industrjali;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana;
Kap. 202.
"il-Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’
Malta mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta;
"Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
"lukanda" tinkludi kull għadd ta’ kostruzzjonijiet mobbiliti u
mgħammra kif imiss, b’akkomodazzjoni fi kmamar tas-sodda għal
wieħed jew tnejn, kemm-il darba dawk il-kostruzzjonijiet ikunu
raggruppati fIimkien u jkollhom in komun servizzi u kumditajiet
anċillari ta’ lukanda f’biċċa art singola u definita u jkunu mmexxija
minn direzzjoni waħda biex jalloġġaw u għall-użu ta’ guests bi
ħlas, u tinkludi guest houses;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni u b’mod partikolari
tinkludi kumpannija jew soċjetà .
(2) Biex jitneħħa kull dubbju qed jiġi hawnhekk dikjarat illi
minkejja kull eżenzjoni jew ħelsien mill-ħlas ta’ xi taxxa jew dazju
mogħtija skond din l-Ordinanza relattivament għal xi impriża
industrjali, il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta kif jista’
jkun meħtieġ b’din l-Ordinanza, jagħmel ordni ieħor jew ordnijiet
oħra skond l-artikoli 3 u 8 relattivament għal kwalunkwe
espansjoni ta’ l-impriża imsemmija qabel, u, relattivament għal
kwalunkwe espansjoni bħal dik jew għal kwalunkwe espansjoni
oħra tagħha, kull eżenzjoni jew ħelsien tali jistgħu jingħataw għal
dak il-perijodu kif provdut fl-imsemmija artikoli 3 u 8,
rispettivament, u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet u l-għoti ta’
dik il-garanzija li l-President ta’ Malta jidhrulu xierqa.
TAQSIMA II
ĦELSIEN MIT-TAXXA FUQ L-INCOME
Income Tax 
Holiday. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIV. 1965.3;
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68;
XI. 1987.3;
IV. 2001.35.
3. (1) Meta l-President ta’ Malta jidhirlu, wara li jikkonsulta
lill-Korporazzjoni, illi l-income li jiġi lil industrjalista dwar qligħ
jew profitti min-negozju jew minn parti min-negozju ta’ impriża
industrjali jmissu jkun eżenti f’kollox jew f’parti mill-ħlas tat-
taxxa fuq l-income, il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jippermetti
din l-eżenzjoni matul perijodu, hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ bħala l-"perijodu tat-tax holiday", ta’ mhux iżjed minn
għaxar snin mill-ġurnata ta’ produzzjoni jew minn dik il-ġurnata l-
oħra li jista’ jistabbilixxi l-President ta’ Malta u bla ħsara ta’ dawk
il-kondizzjonijiet u ta’ l-għoti ta’ dik il-garanzija li l-President ta’
Malta jidhirlu xierqa:
  4      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
Iżda wkoll għall-fini li jintlaħqu l-iskopijiet ta’ dan l-artikolu,
il-President ta’ Malta jista’ b’Ordni jipprovdi li matul l-imsemmija
għaxar snin il-profitti ta’ intrapriża industrijali jiġu intaxxati b’dik ir-
rata ta’ taxxa fuq l-income mnaqqsa u bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jidhrulu raġonevoli wara konsultazzjoni mal-
Korporazzjoni.
Iżda jekk it-tmiem tal-perijodu tat-tax  holiday ma jkunx
jaqbel mat-tmiem ta’ perijodu ta’ tiżmim tal-kontijiet ta’ impriża
industrjali, l-income għall-perijodu tat-tiżmim tal-kontijiet li fih
taħbat l-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-tax holiday għandu jkun
maqsum bejn il-partijiet ta’ l-imsemmi perijodu tat-tiżmim tal-
kontijiet li rispettivament jaħbtu qabel u wara t-tmiem tal-perijodu
tat-tax holiday u l-income hekk attribwit għall-parti li taħbat qabel
it-tmiem tal-perijodu tat-tax holiday ikun eżenti mit-taxxa fuq l-
income.
Kap. 123.
(2) Fil-kalkolu ta’ l-income għall-perijodu tat-tax holiday u
għall-perijodu kollu tat-tiżmim tal-kontijiet li fih taħbat l-aħħar
ġurnata tal-perijodu tat-tax holiday it-tqagħbir ordinarju ta’ mpjant,
makkinarju u fondi li jkunu xi mitħna, fabbrika jew fondi oħra
simili għandu jkun kalkolat skond id-disposizzjonijiet ta’, u bir-rati
stabbiliti skond, l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Kap. 123. (3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li
għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis ta’ xi spiża għal tiftix xjentifiku u
fuq patents jew patent rights meta jkunu applikabbli għal
industrjalista li għalih jgħodd is-subartikolu (1) għandhom jibdew
jgħoddu fl-ewwel sena ta’ stima li taħbat wara s-sena ta’ stima li
matul il-perijodu ta’ bażi tagħha jispiċċa l-perijodu tat-tax holiday:
Iżda dan it-tnaqqis għandu jiġi kalkolat mill-Kummissarju
bħalli kieku l-ispiża magħmula f’kull żmien sat-tmiem tal-perijodu
tat-tiżmim tal-kontijiet li fih taħbat l-aħħar ġurnata tal-perijodu tat-
tax holiday tkun saret fl-ewwel ġurnata li taħbat wara t-tmiem ta’
dan il-perijodu tat-tiżmim tal-kontijiet.
(4) Kull telf li matul il-perijodu tat-tax  holiday isofri
industrjalista li għalih japplika s-subartikolu (1) fin-negozju
msemmi f’dak is-subartikolu għandu jiġi mnaqqas mingħajr ebda
limiti mill-income li jkun ġie lilu minn dak in-negozju matul il-
perijodu jew perijodi li jaħbtu minnufih wara l-perijodu tat-tax
holiday:
Iżda biex jiġi stabbilit xi telf bħal dan ma għandu jittieħed
ebda kont ta’ kull allowances għal kapital imsemmi fl-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income.
Kap. 168.
(5) Industrjalista li għalih japplika s-subartikolu (1), li tkun
soċjetà  anonima fis-sens ta’ l-Ordinanza dwar Soċjetajiet
Kummerċjali*, ikollu dritt matul il-perijodu tat-tax holiday u matul
sentejn wara dak il-perijodu li jqassam lill-membri tal-kumpannija
somma daqs l-income li jkun inkiseb matul il-perijodu tat-tax
holiday min-negozju msemmi f’dak is-subartikolu u kull somma
bħal din tkun eżenti mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income f’idejn dawk
*Mħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386).
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    5
il-membri:
Iżda dak il-perijodu ta’ sentejn jista’ jiġi estiż għal perijodi
oħra, li kull wieħed minnhom ma jeċċedix sentejn, kif il-President
wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni jista’ għall-espansjoni ta’ l-
industrja, jiddeċiedi.
(6) Kull industrjalista fuq imsemmi għandu wara l-ħlas ta’
dividend li għalih japplika s-subartikolu (5) jagħti lil kull
azzjonista ċertifikat li juri l-ammont tad-dividend imħallas, il-
perijodu tal-profitti li minnhom ġie mħallas, u li jiddikjara illi jkun
eżenti mit-taxxa fuq l-income kif provdut fis-subartikolu (1).
Kap. 123. 
(7) Kull industrjalista li għalih japplika s-subartikolu (1)
għandu jżomm kontijiet separati dwar l-income li jkun ġej min-
negozju msemmi f’dak is-subartikolu u fil-kontijiet u prospetti
kollha mogħtija lill-Kummissarju dan l-income għandu jiġi muri
separatament; u minkejja l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income fil-
perijodu tat-tax holiday id-disposizzjonijiet tat-Taqsima IX ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income għandhom, mutatis mutandis, jgħoddu
għal kull industrjalista bħal dan.
A!lowance għal 
investiment u għal 
deprezzament.
Miżjud:
XII. 1974.3. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
IX. 1979.3;
XI. 1987.4. 
Kap. 123.
4. (1) Meta l-President ta’ Malta jkun jidhirlu wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni li mill-income miksub minn
industrjalista dwar qliegħ jew profitti mill-kummerċ jew minn parti
mill-kummerċ ta’ impriża industrjali għandu jiġi provdut, għall-
finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, għal allowance għal
investiment u għal tnaqqis għal tqagħbir ordinarju dwar xi mpjant u
makkinarju, li jkunu proprjetà  ta’ l-industrjalista, u użati jew
impjegati fil-kummerċ jew f’parti mill-kummerċ ta’ l-impriża
industrjali, il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jipprovdi għal dik l-
allowance għal investiment u għal dak it-tnaqqis għal tqagħbir
ordinarju kif muri fit-Tielet Skeda:
Iżda dik l-allowance għal investiment u dak it-tnaqqis għal
tqagħbir ordinarju jingħataw biss dwar impjant u makkinarju li
jkunu ġew akkwistati, użati u mpjegati għall-ewwel darba fil-
ġurnata tal-kostruzzjoni jew fi żmien ħames snin minnha:
Iżda wkoll ma jingħataw ebda allowance jew tnaqqis bħal
dan meta l-income jiġi miksub minn qligħ jew profitti msemmija fl-
artikolu 23 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Kap. 123. 
(2) B’dak kollu li jinsab fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 14 ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ma jingħata ebda tnaqqis inizjali
dwar xi impjant u makkinarju li kien is-suġġett ta’ ordni skond is-
subartikolu (1) u ma jingħata ebda tnaqqis mill-income għal
konsum jew tqagħbir ordinarju ta’ xi mpjant u makkinarju bħal
dawk ħlief kif hemm provdut fis-subartikolu (1).
Kap. 123.
allowance jew tnaqqis magħmula skond is-subartikolu (1)
għandhom jitqiesu li huma tnaqqis magħmul skond il-paragrafu (f)
jew skond il-paragrafu (j), skond il-każ, ta’ l-artikolu 14(1) ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u d-disposizzjonijiet kollha
rilevanti ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għandhom japplikaw
għal dik l-allowance u għal dak it-tnaqqis:
  6      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
Iżda l-paragrafu (iii) tal-proviso għall-artikolu 14(1)(f) ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income ma għandux jaħdem hekk li meta
jittieħdu flimkien l-allowance għal investiment u t-tnaqqis għal
tqagħbir ordinarju magħmula skond is-subartikolu (1) ma jkunux
jistgħu jeċċedu l-kost oriġinali ta’ l-impjant u l-makkinarju bl-
ammont ta’ l-allowance għal investiment:
Iżda wkoll id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income ma għandhomx japplikaw għal xi
allowance għal investiment magħmul skond is-subartikolu (1).
Rati mnaqqsa ta’ 
taxxa fuq l-income.
Miżjud: 
XII. 1974.3. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
Sostitwit:
IX. 1979.4.
Emendat: 
XI. 1987.5.
Kap. 123.
5. (1) Meta l-President ta’ Malta jidhirlu, wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, illi l-income jew parti mill-
income li jiġi lill-industrjalista li jkun kumpannija kif imfisser fl-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, dwar qligħ jew profitti min-
negozju jew minn parti min-negozju ta’ impriża industrjali f’xi
sena jkun twarrab għall-għan waħdieni li jiġi finanzjat xi proġett
tal-kumpannija kif dan ikun ġie approvat mill-Korporazzjoni, u
avviż għal hekk ikun ġie mogħti lill-Kummissarju fiż-żmien li dak
l-income jew dik il-parti mill-income tkun twarrbet kif intqal qabel,
il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jagħti direttiva li, bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa li jimponi u għall-
kondizzjoni li l-income jew dik il-parti mill-income kif intqal qabel
tkun fil-fatt ġiet użata għal dawk il-finijiet li għalihom ġiet
imwarrba u skond il-kondizzjonijiet kollha ta’ l-ordni, ir-rata tat-
taxxa fuq l-income li għandha tiġi ntaxxata taħt l-imsemmi Att fuq
l-income jew fuq parti mill-income hekk użat għandha titnaqqas kif
muri fir-Raba’ Skeda; u f’kull każ bhal dan it-taxxa li għandha tiġi
hekk intaxxata taħt l-imsemmi Att għandha tiġi likwidata, jew tiġi
likwidata mill-ġdid u fejn ikun il-każ tiġi mħallsa lura, skond il-
każ.
(2) Ma għandu jsir ebda ordni taħt is-subartikolu (1) -
(a) iktar tard minn erbgħa u għoxrin xahar wara li tagħlaq
is-sena li tiġi minnufih qabel is-sena li fiha l-income li
dwaru l-ordni jkun applikat għandu jiġi ntaxxat; jew
(b) dwar xi espansjoni li biex isseħħ ikun meħtieġ li
jgħaddi perijodu ta’ iktar minn ħames snin mid-data
tal-ħruġ ta’ l-ewwel ordni dwar dik l-espansjoni.
Kap. 123. 
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, meta l-Kummissarju jkun ta
permess li l-qligħ jew il-profitti ta’ industrjalista għandhom
jinħadmu, għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, fuq l-
income tas-sena li tagħlaq f’data fis-sena li tiġi minnufih qabel is-
sena ta’ stima li ma tkunx il-31 ta’ Diċembru, dik is-sena għandha
titqies li hi s-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima.
Allowance speċjali 
għal kumpanniji 
Maltin.
Miżjud:
XII. l974.3.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
Kap. 123.
6. Meta l-President ta’ Malta, wara konsultazzjoni mal-
Korporazzjoni, ikun sodisfatt li l-impriża industrjali, li tkun
kumpannija kif imfisser fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, li
dwarha jkun sar jew ikun ser isir ordni skond l-artikolu 4 jew 5,
tkun kontrollata minn ċittadini ta’ Malta, jew minn kumpanniji oħra
kontrollati minn ċittadini ta’ Malta, hu jista’ jżid b’għaxra fil-mija
l-allowances u t-tnaqqis li jistgħu jingħataw skond l-artikoli 4 u 5:
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    7
Iżda dik iż-żieda għandha tapplika biss dwar dawk is-snin
ta’ stima li matulhom kollha l-impriża industrjali tkun kontrollata
kif intqal qabel.
Ħelsien minn taxxa 
għal impriżi Maltin 
speċifikati.
Miżjud:
XII. 1974.3.
Emendat:
LVIII. 1974.68.
7. (1) Meta l-President ta’ Malta jkun jidhirlu, wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, illi l-income miksub minn
industrjalista mill-kummerċ jew minn parti mill-kummerċ ta’ l-
impriża ta’ sajd, ortikoltura jew agrikoltura li tkun proprjetà  għal
kollox ta’ ċittadini Maltin għandha tkun meħlusa mill-ħlas kollu
tat-taxxa fuq l-income jew parti minnu, il-President ta’ Malta jista’
b’ordni jagħti permess għal dak il-ħelsien matul żmien, hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ "iż-żmien ta’ ħelsien mit-taxxa", ta’
mhux iktar minn seba’ snin mill-ġurnata tal-produzzjoni jew minn
dik il-ġurnata l-oħra li tista’ tiġi stabbilita mill-President ta’ Malta
u taħt dawk il-kondizzjonijiet u bl-għoti ta’ dik il-garanzija li l-
President ta’ Malta jidhirlu xieraq:
Iżda jekk iż-żmien ta’ ħelsien mit-taxxa ma jispiċċax eżatt
maż-żmien li fih jingħalqu l-kontijiet ta’ impriża industrjali, l-
income għaż-żmien li fih isiru l-kontijiet li matulu tiġi l-aħħar
ġurnata taż-żmien ta’ ħelsien mit-taxxa għandu jiġi maqsum bejn
il-partijiet ta’ l-imsemmi żmien li fih isiru l-kontijiet li
rispettivament jiġu qabel u wara t-tmiem taż-żmien ta’ ħelsien mit-
taxxa, u l-income hekk imqassam fuq dik il-parti li tiġi qabel it-
tmiem taż-żmien ta’ ħelsien mit-taxxa jiġi meħlus mit-taxxa fuq l-
income.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli minn (2) sa (7) it-tnejn
inklużi ta’ l-artikolu 3 għandhom mutatis mutandis japplikaw fil-
każ ta’ ordni magħmul skond is-subartikolu (1) kif japplikaw fil-
każ ta’ ordni skond l-imsemmi artikolu 3(1).
Eżenzjoni mill-
artikolu 43 ta’ l-Att 
dwar it-Taxxa fuq 
l-Income. 
Miżjud:
XI. 1987.6. 
Kap. 123. 
7A. (1) Meta l-President jidhirlu wara li jikkonsulta lill-
Koporazzjoni, li r-riservi tal-profitti akkumulati jew parti minnhom
f’xi snin partikolari, li industrjalista li jkun kumpannija kif imfissra
fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ikun uża bl-iskop esklusiv li
jiffinanzja xi proġett tal-kumpannija li jkun ġie approvat mill-
Korporazzjoni, u jkun ingħata avviż ta’ dan l-investiment lill-
Kummissarju, il-President jista’ jagħmel ordni illi, bla ħsara għal
dawk il-kondizzjonijiet li hu jidhirlu xierqa u l-kundizzjoni li dawk
ir-riservi tal-profitti akkumulati jew parti minnhom ġew fil-fatt
utilizzati għall-iskopijiet li kienu ġew investiti għalihom u b’mod
konformi mal-kundizzjonijiet kollha ta’ l-ordni, dawk ir-riservi tal-
profitti jew parti minnhom ta’ snin partikolari jiġu eżentati mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 43 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
(2) Ma għandu jsir ebda ordni taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu dwar xi profitti taxxabbli f’idejn il-kumpannija dwar xi
sena ta’ stima qabel dik li tibda fl-1 ta’ Jannar, 1984.
Kap. 123.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu meta l-Kummissarju ikun
ippermetta li l-qligħ jew il-profitti ta’ industrjalista inħadmu għall-
finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, fuq id-dħul tas-sena li
tintemm f’data fis-sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima ħlief
għall-31 ta’ Diċembru, dik is-sena għandha titqies li hi s-sena
  8      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
minnufih qabel is-sena ta’ stima.
TAQSIMA III
 ĦELSIEN MID-DAZJU TAD-DWANA
Ħelsien mid-dazju 
tad-dwana. 
Emendat:
XIV. 1959.2;
XVI. 1960.3;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXVII.1967.20;
LVIII. 1974.68;
XI. 1987.7. 
8. (1) Il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, b’ordni jippermetti industrjalista li jimporta
f’Malta, matul perijodu li jiġi stabbilit mill-President ta’ Malta u li
jibda mill-ġurnata ta’ kostruzzjoni jew minn dik il-ġurnata l-oħra li
jista’ jiffissa il-President ta’ Malta u bla ħsara għal dawk il-
kondizzjonijiet u l-għoti ta’ dik il-garanzija li l-President ta’ Malta
jidhirlu xierqa, kull oġġett speċifikat fl-Ewwel Skeda mingħajr ħlas
ta’ dazju tad-dwana jekk l-industrjalista jissodisfa lill-Kontrullur
illi dawn l-oġġetti jkunu importati esklusivament għall-
kostruzzjoni, bdil, rikostruzzjoni jew estensjoni ta’ bini industrjali
jew biex jgħammar bini industrjali jew estensjoni tiegħu, f’kull każ
għall-finijiet tan-negozju immexxi jew li bil-ħsieb li jitmexxa mill-
impriża tiegħu, kif ukoll oġġetti għandhom jiġu mportati mingħajr
ħlas ta’ dazju tad-dwana skond dan l-artikolu jekk il-Kontrullur
ikun tal-fehma illi dawk l-oġġetti huma maħsuba sabiex isiru
tiswijiet fil-bini industrjali jew fl-estensjoni tiegħu, jew fl-apparat,
makkinarju, għodod jew tgħamir li jkun hemm f’xi bini industrjali
bħal dan jew estensjoni tiegħu, jew għat-tqegħid ġdid ta’ xi
apparat, makkinarju, għodod jew tgħamir f’xi bini industrjali jew
estensjoni tiegħu.
(2) Il-President ta’ Malta jista’, fid-diskrezzjoni assoluta
tiegħu, b’ordni jippermetti industrjalista li jimporta f’Malta
mingħajr ħlas ta’ dazju tad-dwana jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju
tad-dwana matul dak il-perijodu li jista’ jiffissa l-President ta’
Malta u bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet u l-għoti ta’ dik il-
garanzija li l-President ta’ Malta jidhirlu xierqa, kull materjal jew
komponenti li jkunu meħtieġa għal u użati fil-produzzjoni,
fabbrikazzjoni jew titjib mill-impriża ta’ l-industrjalista ta’ xi
oġġett jew prodott u kull materjali li jkunu meħtieġa għal u użati
mill-impriża ta’ l-industrjalista fil-provvediment jew titjib ta’ xi
servizz.
Disposizzjonijiet 
ta’ kontroll. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XXIX. 1965.2.
9. Kull industrjalista li jimporta f’Malta xi oġġett bla ħlas ta’
dazju tad-dwana jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju tad-dwana skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 għandu -
(a) iżomm dak ir-record f’dik il-forma u li jkollu dawk il-
partikolaritajiet li jista’ jitlob il-Kontrullur dwar l-
oġġetti hekk importati minnu;
(b) jara li dawk l-oġġetti huma markati b’dik il-marka u
b’dak il-mod li jista’ jitlob il-Kontrullur;
(ċ) jippermetti lill-Kontrullur jew xi persuna awtorizzata
minnu li fil-ħinijiet kollha raġonevoli jispezzjona dak
ir-record u  li jkollu aċċess għal kull bini industrjali
taħt il-kontroll tiegħu sabiex jeżamina dawk l-oġġetti
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    9
li l-Kontrullur jista’ jaħseb li jkunu qegħdin hemm
ġew u sabiex ikun sodisfatt dwar l-eżattezza tal-
partikolaritajiet dwar dawk l-oġġetti msemmija f’dak
ir-record.
Restrizzjonijiet 
dwar tneħħija.
Emendat:
XVI. 1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIX. 1965.2;
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
10. (1) Ebda oġġett importat f’Malta minn xi industrjalista bla
ħlas ta’ dazju tad-dwana skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
8(1) ma għandu jinbiegħ, jingħata jew xort’oħra jitneħħa mill-
industrjalista ħlief -
(a) fil-każ ta’ trasferiment tal-bini industrjali li għall-
kostruzzjoni, bdil, rikostruzzjoni, estensjoni jew
tgħamir tiegħu, dan l-oġġett kien importat f’Malta, lil
persuna li lilha ġie trasferit dak il-bini industrjali; jew
(b) wara ħlas lill-Kontrullur ta’ l-ammont ta’ dazju tad-
dwana li kien ikollu jitħallas ma’ l-importazzjoni ta’
dak l-oġġett li ma kienx għall-artikolu 8(1); jew
(ċ) bl-awtorità  bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-
industrja, wara li jgħaddu ħames snin mill-
importazzjoni f’Malta ta’ dak l-oġġett, f’każ li dak l-
oġġett kien effettivament użat għall-iskop li għalih
kien importat f’Malta.
(2) Ebda materjal jew komponenti importati f’Malta minn
industrjalista bla ħlas ta’ dazju tad-dwana jew b’rata mnaqqsa ta’
dazju skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(2) ma għandhom
jinbiegħu, jiġu mogħtija jew xort’oħra jitneħħew mill-industrjalista
ħlief -
(a) jekk ikunu inkorporati fl-oġġetti jew prodotti li għall-
produzzjoni, fabbrikazzjoni jew titjib tagħhom kienu
ġew importati f’Malta; jew
(b) wara ħlas lill-Kontrullur ta’ l-ammont ta’ dazju tad-
dwana jew tal-bilanċ tiegħu, li kien ikollu jitħallas ma’
l-importazzjoni ta’ dawk il-materjali jew komponenti
li ma kienx għall-artikolu 8(2).
Ħelsien mid-dazju 
tad-dwana dwar 
ċerti oġġetti 
meqjusa li jkunu 
meħuda mid-
depożt.
Miżjud:
XIX. 1962.2. 
Emendat: 
XXIV. 1965.4;
XXIX.1965.2; 
XI. 1977.2. 
Kap. 337.
11. Meta xi oġġett jinbiegħ jew jitneħħa lil industrjalista
intitolat għal ħelsien mid-dazju tad-dwana bis-saħħa ta’ ordni
magħmul skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8, u l-
bejgħ jew it-tneħħija ta’ dak l-oġġett lill-industrjalista jsir taħt
ċirkostanzi li, kieku ma kienx għall-ħdim ta’ dan l-artikolu, kienu
jagħmlu li dak l-oġġett jitqies bħala meħud mid-depożt u bħala li d-
dazju għandu jitħallas fuqu mill-industrjalista skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, dak l-oġġett għandu (safejn biss li l-industrjalista
kien ikollu dritt għal ħelsien mid-dazju tad-dwana dwaru, skond
dak l-ordni kif intqal qabel, kieku kien importa dak l-oġġett fiż-
żmien tal-bejgħ jew tneħħija tiegħu lilu f’Malta) jitqies għall-
finijiet ta’ dak l-ordni bħala li ġie importat mill-industrjalista fiż-
żmien li fih dak l-oġġett jinbiegħ jew jitneħħa lilu.
  10      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
TAQSIMA IV
DAZJI KONTRA D-DAMPJAR U COUNTERVAILING
Disposizzjonijiet 
oħra ta’ tifsir.
Emendat:
XXIX. 1965.2. 
12. (1) F’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza -
"pajjiż" tinkludi kull territorju;
"importatur" dwar kull oġġetti f’kull żmien bejn l-importazzjoni
tagħhom u ż-żmien meta ġew ikkunsinnati mill-poter tad-dwana,
tinkludi kull proprjetarju jew persuna oħra li għal dak iż-żmien
tkun fil-pussess ta’ l-oġġetti jew interessata għal vantaġġ tagħha,
u referenzi għal produzzjoni ta’ oġġetti jinkludu referenzi għat-
tkabbir jew fabbrikazzjoni ta’ oġġetti u għall-applikazzjoni ta’ kull
proċess fil-kors ta’ produzzjoni ta’ oġġetti.
(2) F’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza referenzi għall-pajjiż li
minnu oġġetti jiġu esportati għal Malta huma referenzi għall-pajjiż
li minnu ġew kunsinnati Malta u oġġetti li fil-kors tal-konsenja
minn xi pajjiż għal Malta jgħaddu minn jew huma trasbordati f’xi
pajjiż ieħor m’għandhomx minħabba f’hekk jiġu meqjusa għall-
finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza bħala li kienu
esportati minn dak il-pajjiż l-ieħor.
Każijiet meta dazju 
tad-dwana jista’ 
jiġi impost.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
13. (1) Meta l-President ta’ Malta jidhirlu, wara li jikkonsulta
lill-Korporazzjoni -
(a) illi oġġetti ta’ xi għamla jkunu qed jiġu jew kienu ġew
importati f’Malta f’ċirkostanzi li fihom skond id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
għandhom ikunu meqjusa bħala li ġew iddampjati, jew
(b) illi xi Gvern jew awtorità  oħra barra minn Malta kienet
qed tagħti sussidju dwar oġġetti ta’ kull għamla li
jkunu qed jiġu jew li kienu ġew importati f’Malta,
u illi wara li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi kollha ikun fl-interess
nazzjonali, il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, jeżerċita s-setgħa mogħtija lilu b’din it-Taqsima ta’
din l-Ordinanza li jagħmel u jbiddel dazji tad-dwana b’dak il-mod
li jidhirlu meħtieġ kontra d-dampjar jew l-għoti tas-sussidju:
Iżda, meta l-President ta’ Malta ma jkunx sodisfatt illi l-
effett tad-dampjar jew ta’ l-għoti tas-sussidju huwa tali illi
jikkaġuna jew jhedded ħsara sostanzjali lil industrja mwaqqfa
f’Malta jew huwa tali li jittardja sostanzjalment it-twaqqif ta’
industrja f’Malta, il-President ta’ Malta ma għandux jeżerċita dik
is-setgħa jekk jidhirlu illi l-egħmil ta’ hekk ikun b’konflitt ma’ l-
obligazzjonijiet tal-Gvern ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet li
jkunu dak iż-żmien fis-seħħ tal-Fteħim Ġenerali dwar Tariffi u
Negozju li ntlaħaq f’Ġinevra fl-1947.
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza oġġetti
importati għandhom jitqiesu li ġew iddampjati -
(a) jekk il-prezz ta’ esportazzjoni mill-pajjiż li fih l-
oġġetti oriġinaw huwa anqas mill-prezz xieraq fis-suq
ta’ l-oġġetti f’dak il-pajjiż, jew
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    11
(b) f’każ meta l-pajjiż li minnu ġew esportati l-oġġetti
għal Malta jkun differenti mill-pajjiż li fih oriġinaw -
(i) jekk il-prezz ta’ esportazzjoni mill-pajjiż li fih l-
oġġetti oriġinaw huwa anqas mill-prezz xieraq
fis-suq ta’ dawk l-oġġetti f’dak il-pajjiż, jew
(ii) jekk il-prezz ta’ esportazzjoni mill-pajjiż li
minnu l-oġġetti kienu hekk esportati huwa anqas
mill-prezz xieraq fis-suq ta’ dawk l-oġġetti
f’dak il-pajjiż.
(3) Riferenzi f’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza għall-għoti
ta’ sussidju huma riferenzi għall-għoti, direttament jew
indirettament, ta’ flus jew sussidju fuq il-produzzjoni jew
esportazzjoni ta’ merkanzija (sew b’rigal, self, ħelsien minn taxxi
jew b’kull mod ieħor u sew jekk ikollhom x’jaqsmu direttament
ma’ l-oġġetti nfishom, mal-materjali ta’ l-oġġetti jew ma’ xi ħaġa
oħra), u jinkludu -
(a) l-għoti ta’ xi sussidju speċjali fuq it-trasport ta’ xi
prodott partikolari; u
(b) l-għoti ta’ trattament favorevoli lil produtturi jew
esportaturi fil-kors ta’ amministrazzjoni ta’ xi kontroll
governattiv fuq il-bidla ta’ flejjes meta dan it-
trattament ikollu l-effett li jgħin fit-tnaqqis tal-
prezzijiet ta’ oġġetti offerti għall-esportazzjoni,
iżda ma jinkludux l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet jew ħlas ta’
drittijiet fuq l-esportazzjoni ta’ materjali minn xi pajjiż sabiex
jiffavorixxu lill-produtturi f’dak il-pajjiż li jużaw dawk il-
materjali, f’oġġetti prodotti minnhom.
Ordnijiet li 
jimponu dazji. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIX. 1965.2; 
LVIII. 1974.68.
14. (1) Is-setgħa li l-President ta’ Malta jista’ jeżerċita skond
din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza hija setgħa b’ordni li timponi
fuq oġġetti ta’ deskrizzjoni speċifikata fl-ordni, dazju tad-dwana li
għandu jitħallas ma’ l-importazzjoni ta’ l-oġġetti f’Malta b’rata
speċifikata fl-ordni.
(2) Il-ħwejjeġ li b’riferenza għalihom id-deskrizzjoni ta’
oġġetti tkun formulata b’ordni għandhom jinkludu jew il-pajjiż li
fih l-oġġetti oriġinaw jew il-pajjiż li minnu l-oġġetti ġew esportati
għal Malta.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, ordni skond dan l-artikolu jista’ jinkludi dawk id-
disposizzjonijiet dwar id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti li fuqhom
jitħallas dazju u dwar il-każijiet li fihom dazju għandu jitħallas kif
jista’ jidher lill-President ta’ Malta bħala meħtieġa għall-finijiet ta’
din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, u b’mod partikolari -
(a) disposizzjonijiet li jillimitaw id-deskrizzjoni ta’ l-
oġġetti b’riferenza għall-persuni jew organizzaz-
zjonijiet partikolari li minnhom ġew prodotti l-oġġetti
jew li kellhom x’jaqsmu fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti
b’xi mod speċifikat;
(b) disposizzjonijiet li jistabbilixxu r-rata ta’ dazju
b’riferenza għal valur jew piż jew qies ieħor ta’
  12      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
kwantità ;
(ċ) disposizzjonijiet li jordnaw illi għandu jitħallas dazju
għal xi perijodu jew perijodi, sew kontinwati sew le,
jew mingħajr limiti ta’ perijodu, jew b’rati differenti
għal perijodi differenti jew partijiet ta’ perijodi; u
(d) dwar il-bidu, bdil jew tmiem ta’ dazju,
disposizzjonijiet li jawtorizzaw ħlas lura dwar dazju
meta jiġi muri li l-kondizzjonijiet preskritti jkunu
mwettqa.
(4) Kull dazju li għandu jitħallas skond din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza fuq xi oġġetti għandu jitħallas b’żieda għal kull dazju
ieħor ta’ dwana li f’dak iż-żmien ikollu jitħallas fuqhom.
Ħelsien dwar dazji.
Emendat:
XVI. 1960.3;
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20; 
LVIII. 1974.68. 
15. (1) Meta jidher lill-President ta’ Malta, wara li jikkonsulta
lill-Korporazzjoni, illi ħelsien skond dan l-artikolu jista’ jingħata
dwar dazju impost b’ordni skond din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
(li jkun ordni magħmul biex jagħti protezzjoni kontra d-dampjar),
il-President ta’ Malta jista’, jekk jidhirlu xieraq, f’dak l-ordni jew
f’ieħor warajh skond din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, japplika d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar id-dazju.
(2) Meta dan l-artikolu japplika dwar xi dazju, l-importatur ta’
xi oġġetti li fuqhom għandu jitħallas id-dazju bħala oġġetti li
oriġinaw f’pajjiż speċifikat jew, skond il-każ, li ġew esportati minn
pajjiż speċifikat, jista’ japplika lill-President ta’ Malta għal ħelsien
mid-dazju fuq dawk l-oġġetti.
(3) Jekk fuq applikazzjoni hekk magħmula l-President ta’
Malta, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni, jkun sodisfatt illi l-
prezz ta’ esportazzjoni ta’ l-oġġetti minn dak il-pajjiż bl-ammont
tad-dazju magħdud miegħu jeċċedi l-prezz xieraq fis-suq ta’ l-
oġġetti f’dak il pajjiż, il-President ta’ Malta għandu jgħarraf lill-
Kontrullur dwar l-ammont ta’ l-eċċess, u l-Kontrullur għandu
jaħfer jew iħallas lura d-dazju sa dak l-ammont.
(4) Applikazzjoni skond dan l-artikolu dwar xi oġġetti ma
għandhiex issir iżjed minn sitt xhur wara li jkun ġie mħallas id-
dazju fuq l-oġġetti, u dwar kull applikazzjoni bħal din l-applikant
għandu jagħti dik l-informazzjoni u prova li l-President ta’ Malta
jew il-Korporazzjoni jistgħu jitolbu biex jiġi żgurat il-prezz ta’
esportazzjoni fuq imsemmi jew il-prezz xieraq fis-suq.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom
ikollhom seħħ dwar dazju impost b’ordni skond din it-Taqsima ta’
din l-Ordinanza (li jkun ordni magħmul biex tingħata protezzjoni
kontra l-għoti ta’ sussidju) bħallikieku riferenzi għall-prezz xieraq
fis-suq f’pajjiż kienu riferenzi għall-prezz ta’ esportazzjoni minn
dak il-pajjiż b’żieda ta’ dak l-ammont, jekk ikun hemm, li jista’
jinħtieġ biex jegħleb l-effett ta’ l-għoti tas-sussidju.
Radd lura, eċċ., ta’ 
dazji.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68.
16. (1) Il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, b’ordni jipprovdi għall-permess tar-radd lura dwar
id-dazji kollha jew dwar xi dazji taħt din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti f’dawk iċ-ċirkostanzi u
b’dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jispeċifika.
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    13
(2) Ir-radd lura jista’ jkun dwar dazju mħallas fuq l-oġġetti jew
dwar dazju mħallas fuq materjali użati fil-fabbrikazzjoni ta’ l-
oġġetti u r-rata tar-radd lura tista’ tiġi stabbilita b’dak il-mod u
b’riferenza għal dawk il-ħwejjeġ li l-President ta’ Malta, wara li
jikkonsulta lill-Korporazzjoni, jista’ jispeċifika.
Setgħa li jitlob 
tagħrif minn 
importaturi.
Emendat: 
XVI. 1960.3;
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20; 
XI. 1977.2; 
VIII. 1982.2. 
17. (1) Il-Kontrullur jista’ jitlob lill-importatur ta’ kull oġġetti
biex jiddikjara dawk il-fatti dwar l-oġġetti u l-istorja tagħhom li
jistgħu jidhrulu meħtieġa biex jistabbilixxi jekk l-oġġetti jkunux
oġġetti li oriġinaw f’pajjiż speċifikat f’ordni skond din it-Taqsima
ta’ din l-Ordinanza jew ikunux oġġetti esportati minn xi pajjiż, u
biex jagħtih f’dik l-għamla li jitlob il-prova ta’ kull dikjarazzjoni
hekk magħmula, u jekk din il-prova ma tiġix mogħtija għas-
sodisfazzjon tiegħu jew jekk il-fatti mitluba ma jiġux dikjarati, l-
oġġetti għandhom jitqiesu għall-fini ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza li jkunu oriġinaw f’dak il-pajjiż, jew skond il-każ, li
jkunu ġew esportati minn dak il-pajjiż skond ma huwa jiddeċidi:
Iżda l-Kontrullur għandu jitlob prova tal-pajjiż li fihom l-
oġġetti oriġinaw dwar xi dazju skond din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza fil-każ biss ta’ oġġetti esportati minn dawk il-pajjiżi li l-
Ministru responsabbli għall-industrja, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, jista’ jordna dwar dak id-dazju.
(2) Meta ordni skond din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
jillimita d-deskrizzjoni ta’ oġġetti li dwarhom għandu jitħallas
dazju skond din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jew il-każijiet li
fihom dazju għandu hekk jitħallas sabiex il-kwistjoni jekk xi dazju
u f’dak il-każ liema dazju għandu jitħallas fuq l-oġġetti jkun
jiddependi fuq ħwejjeġ oħra barra mill-pajjiż li fih oriġinaw l-
oġġetti jew li minnu ġew esportati, il-Kontrullur jista’ jitlob ukoll
lill-importatur biex jiddikjara dawk il-fatti li jidhirlu meħtieġa biex
jiddeċidi dik il-kwistjoni safejn tirrigwarda dawk il-ħwejjeġ l-oħra
u sabiex jagħtih f’dik il-forma li jista’ jitlob il-prova ta’ xi
dikjarazzjoni hekk magħmula; u jekk din il-prova ma tiġix mogħtija
għas-sodisfazzjon tiegħu jew il-fatti mitluba ma jiġux dikjarati,
dawk il-fatti għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ dazju skond din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza li jkunu dawk skond ma huwa
jiddeċidi.
Żgurar tal-prezz ta’ 
esportazzjoni.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVII. 1967.20; 
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
18. (1) Dwar oġġetti importati f’Malta l-prezz ta’
esportazzjoni mill-pajjiż li fih l-oġġetti oriġinaw jew li minnu ġew
esportati għandu jiġi iffissat kif provdut fid-disposizzjonijiet li
ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Jekk l-oġġetti jkunu importati b’kuntratt ta’ bejgħ li jkun
bejgħ fis-suq liberu bejn xerrej u bejjiegħ indipendenti minn
xulxin, u l-Ministru responsabbli għall-industrja, wara li
jikkonsulta lill-Korporazzjoni, ikun sodisfatt dwar dak il-fatt, dwar
il-prezz ta’ dak il-bejgħ u dwar dawk il-fatti l-oħra li jkunu
sostanzjali għal dan l-iskop, il-prezz ta’ esportazzjoni jkun il-prezz
f’dak il-bejgħ salv tnaqqis għan-nefqa ta’ assigurazzjoni u nol mill-
port jew post ta’ esportazzjoni fl-imsemmi pajjiż għall-port jew
post ta’ importazzjoni, u għal kull nefqa oħra, drittijiet jew spejjeż
li jkunu saru dwar l-oġġetti wara li jkunu ħarġu mill-port jew post
ta’ esportazzjoni, ħlief safejn dawn in-nefqiet, drittijiet jew spejjeż
  14      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
għandu jbatihom separatament ix-xerrej.
(3) Jekk is-subartikolu (2) ma japplikax, il-Ministru
responsabbli għall-industrja, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni,
għandu jistabbilixxi l-prezz ta’ esportazzjoni b’riferenza għal dak
il-bejgħ ta’ l-oġġetti (jew ta’ kull oġġetti li fihom l-oġġetti
msemmijin qabel kienu inkorporati) li jista’ jagħżel b’dawk l-
aġġustamenti li jistgħu jidhrulu xierqa.
(4) F’dan l-artikolu r-riferenza għal bejgħ fis-suq liberu bejn
xerrej u bejjiegħ indipendenti minn xulxin tippresupponi- 
(a) illi l-prezz ikun l-uniku kumpens; u
(b) illi l-prezz magħmul ma jkunx influwenzat minn xi
relazzjoni kummerċjali, finanzjarja jew relazzjoni oħra
sew b’kuntratt sew xort’oħra, bejn il-bejjiegħ jew xi
persuna oħra msieħba f’negozju miegħu u x-xerrej jew
xi persuna oħra msieħba f’negozju miegħu (ħlief ir-
relazzjoni maħluqa mill-bejgħ ta’ l-oġġetti in
kwistjoni); u
(ċ) illi ebda parti mir-rikavat tal-bejgħ li jerġa’ jsir wara,
ta’ l-użu jew tat-tneħħija ta’ l-oġġetti ma tinġabar sew
direttament jew indirettament għall-bejjiegħ jew għal
xi persuna msieħba f’negozju miegħu.
Żgurar tal-prezz 
xieraq fis-suq. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20; 
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
19. (1) Il-prezz xieraq fis-suq ta’ kull oġġett f’pajjiż għandu
għall-fini ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jiġi stabbilit kif
provdut fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu li jaħbat sew sew wara dan, il-
prezz xieraq fis-suq għandu jitqies li jkun il-prezz li bih l-oġġetti
tad-deskrizzjoni in kwistjoni (jiġifieri, xi oġġetti identiċi jew li
jistgħu jitqabblu magħhom) qed jiġu mibjugħa fil-kors ordinarju ta’
negozju fil-pajjiż imsemmi għal konsum jew użu hemmhekk, iżda
salvi xi aġġustamenti meħtieġa, sew għad-differenzi
f’kondizzjonijiet u pattijiet ta’ bejgħ, għad-differenzi f’tassazzjoni
jew xort’oħra, li jistgħu jinħtieġu sabiex jiżguraw illi l-paragun
bejn il-prezz xieraq fis-suq u l-prezz ta’ l-esportazzjoni huwa
effettivament paragun bejn il-prezzijiet ta’ żewġ każi ta’ bejgħ li
jixxibħu.
(3) Jekk il-Ministru responsabbli għall-industrja jidhirlu, wara
li jikkonsulta lill-Korporazzjoni, illi oġġetti ta’ dik id-deskrizzjoni
mhux qed jiġu mibjugħa fil-pajjiż imsemmi, jew mhux f’dawk iċ-
ċirkostanzi illi l-prezz xieraq fis-suq jista’ jiġi stabbilit skond is-
subartikolu (2), il-prezz xieraq fis-suq għandu jiġi stabbilit mill-
Ministru responsabbli għall-industrja, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, b’riferenzi għal kull prezz miksub għall-oġġetti ta’
dik id-deskrizzjoni meta ġew esportati mill-imsemmi pajjiż
b’aġġustamenti magħmula għall-fini msemmi fis-subartikolu (2),
jew, jekk il-Ministru responsabbli għall-industrja jidhirlu xieraq,
b’riferenza għall-kost jew stima ta’ kost ta’ produzzjoni ta’ l-
oġġetti li d-dampjar tagħhom huwa involut, b’dawk iż-żidiet dwar
il-kost ta’ bejgħ u qligħ skond ma jidher lill-Ministru responsabbli
għall-industrja li jkun xieraq.
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    15
(4) Ebda kont ma għandu jittieħed skond dan l-artikolu ta’ xi
applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet jew ħlas ta’ drittijiet fl-
esportazzjoni ta’ materjali minn xi pajjiż sabiex jiffavorixxu
produtturi f’dak il-pajjiż li jużaw dawk il-materjali f’oġġetti
prodotti minnhom.
Kostruzzjoni ta’ 
riferenzi għall-
pajjiżi ta’ oriġini, 
eċċ.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20; 
LVIII. 1974.68:
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
20. (1) Oġġetti għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza bħala li ġew oriġinati f’pajjiż -
(a) jekk dawk l-oġġetti kienu prodotti għal kollox f’dak il-
pajjiż; jew
(b) jekk xi parti tal-produzzjoni ta’ l-oġġetti kienet saret
f’dak il-pajjiż u l-kost biex isiru dawk il-partijiet, jekk
kien hemm, tal-produzzjoni ta’ l-oġġetti skond ma saru
wara li dawk l-oġġetti ħallew l-aħħar dak il-pajjiż
(iżda qabel l-importazzjoni ta’ l-oġġetti f’Malta) kien
anqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija mill-kost tal-
produzzjoni ta’ l-oġġetti kif hekk importati; jew
(ċ) jekk xi parti tal-produzzjoni ta’ xi komponenti jew
materjali inkorporati fl-oġġetti kienet saret f’dak il-
pajjiż u l-kost biex isiru dawk il-partijiet ta’
produzzjoni skond ma saru wara li dawk il-komponenti
jew materjali ħallew l-aħħar dak il-pajjiż biex jinbidlu
dawk il-komponenti jew materjali fl-oġġetti kif
importati f’Malta kien anqas minn ħamsa u għoxrin
fil-mija mill-kost ta’ produzzjoni ta’ l-oġġetti kif hekk
importati.
(2) Meta jkun involut il-prezz ta’ esportazzjoni ta’ xi oġġetti
mill-pajjiż li fih oriġinaw u xi parti tal-produzzjoni ta’ l-oġġetti jew
ta’ xi komponenti jew materjali inkorporati fl-oġġetti, kienet saret
wara li l-aħħar ħallew dak il-pajjiż, it-tnaqqis li għandu jsir mill-
Ministru responsabbli għall-industrja fil-prezz li b’riferenza għalih
għandu jiġi żgurat il-prezz ta’ esportazzjoni għandu jinkludi
tnaqqis għall-kost sabiex issir xi parti bħal dik tal-produzzjoni ta’ l-
oġġetti u tal-produzzjoni ta’ xi komponenti jew materjali
inkorporati fl-oġġetti; u l-prezz xieraq fis-suq għandu jkun il-prezz
xieraq fis-suq ta’ dawk l-oġġetti jew, skond il-każ, ta’ dawk il-
komponenti jew materjali, fl-istat li ħallew dak il-pajjiż.
(3) Kull riferenza f’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza għall-
pajjiż li fih l-oġġetti oriġinaw għandha tittieħed, f’każ fejn hemm
żewġ pajjiżi jew iżjed li jaqblu ma’ dik id-deskrizzjoni, bħala
riferenza għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi.
(4) Il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni jagħmel regolamenti li jistabbilixxu għall-finijiet ta’
din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza -
(a) il-kost, il-ħlas ta’ drittijiet u spejjeż li għandu jittieħed
kont tagħhom biex jiġi żgurat il-kost ta’ produzzjoni
jew il-kost ta’ xi parti tal-produzzjoni;
(b) il-mod li bih għandu jiġi żgurat il-kost ta’ produzzjoni
f’każijiet fejn partijiet differenti jkunu saru minn
persuni differenti;
  16      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
(ċ) il-mod li bih għandu jiġi żgurat il-kost ta’ partijiet
differenti ta’ produzzjoni.
TAQSIMA V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI, PIENI U GARANZIJI
Kondizzjonijiet 
meħtieġa għal 
għajnuna.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20;
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
21. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(2), ebda
għajnuna skond din l-Ordinanza ma għandha tingħata jekk il-
Ministru responsabbli għall-industrja, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, ma jkunx sodisfatt illi -
(a) l-impriża industrjali li dwarha ssir applikazzjoni għal
dik l-għajnuna aktarx toħloq impiegi f’Malta jew iżżid
il-produzzjoni nazzjonali;
(b) dik l-għajnuna hija rikkmandabbli sabiex tiżgura t-
twaqqif u l-ħdim ewlieni, espansjoni jew żvilupp ta’
dik l-impriża; u
(ċ) ikun hemm tama tajba li dik l-impriża tkompli
titmexxa aktar ’il quddiem mingħajr aktar għajnuna.
Data li minnha 
tista’ tingħata 
għajnuna.
Miżjud:
XIX. 1962.3. 
Emendat:
XXIX. 1965.2.
22. Kull għajnuna mogħtija skond din l-Ordinanza tista’
tingħata sa minn data li tkun qabel id-data ta’ l-ordni li jagħti l-
għajnuna iżda mhux qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din l-
Ordinanza.
Proċedura għall-
applikazzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
LVIII. 1974.68. 
23. Jekk ma jkunx maħsub xort’oħra f’din l-Ordinanza,
applikazzjonijiet skond din l-Ordinanza għandhom isiru u jiġu
trattati skond id-disposizzjonijiet li hemm fit-Tieni Skeda, li jistgħu
jiġu mibdula jew imħassra b’regolamenti magħmula mill-President
ta’ Malta skond l-artikolu 24.
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20; 
LVIII. 1974.68.
24. Il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-
Korporazzjoni, jagħmel regolamenti -
(a) li jiħtieġu kull industrjalista li jkun kiseb xi għajnuna
skond din l-Ordinanza biex jagħti lil dak l-uffiċjal jew
uffiċjali li jiġu speċifikati dawk il-prospetti li jista’
jitlob dak l-uffiċjal jew uffiċjali, u, b’mod partikolari,
prospetti dwar in-numru ta’ persuni impjegati minnu
f’kull kategorija ta’ xogħol, li jiddivrenzjaw dawk li
ordinarjament joqogħdu Malta minn dawk li ma
joqogħdux hekk Malta;
(b) li jiħtieġu kull industrjalista li jkun kiseb xi għajnuna
skond din l-Ordinanza li jippermetti lil dak l-uffiċjal
jew uffiċjali skond ma jkun imsemmi li jidħlu fil-fondi
ta’ l-impriża industrjali tiegħu sabiex jiġi żgurat illi l-
kondizzjonijiet li jkunu saru dwar l-għoti ta’ dik l-
għajnuna jkunu qed jiġu mħarsa u illi d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi
ordnijiet jew regolamenti magħmula bis-saħħa
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    17
tagħhom ikunu qed jiġu mħarsin;
(ċ) li jirregolaw il-proċedura tal-Korporazzjoni u ħwejjeġ
inċidentali;
(d) li jirregolaw l-egħmil ta’ applikazzjonijiet skond din l-
Ordinanza u l-proċedimenti tal-Korporazzjoni fuq
dawk l-applikazzjonijiet;
(e) b’mod ġenerali sabiex jagħtu seħħ lil kull wieħed mill-
iskopijiet jew disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Regolamenti 
jistgħu 
jistabbilixxu pieni.
Emendat: 
XXIX. 1965.2. 
25. Kull regolamenti magħmula skond din l-Ordinanza jistgħu
jistabbilixxu l-pieni, li ma jeċċedux f’ebda każ multa ta’ ħamsin
lira, li teħel kull persuna li tikser jew li tonqos milli tħares id-
disposizzjonijiet tagħhom u li għandha tiġi mwaħħla, fil-każ ta’
reati permanenti, għal kull ġurnata li fiha r-reat ikompli.
Disposizzjonijiet 
dwar ordnijiet u 
regolamenti.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68.
26. Kull setgħa ta’ egħmil ta’ ordnijiet jew regolamenti skond
din l-Ordinanza għandha tinkludi setgħa ta’ bdil jew taħsir ta’ kull
ordnijiet jew regolamenti hekk magħmula b’ordnijiet jew
regolamenti li jsiru wara, skond il-każ, u tkun eżerċitabbli mill-
President ta’ Malta wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni.
Avviż ta’ nuqqas 
ta’ tħaris.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20; 
LVIII. 1974.68. 
27. Meta xi industrjalista jonqos li jħares jew li jara li ġiet
imħarsa xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’
xi regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha jew xi waħda mill-
kondizzjonijiet li tkun saret dwar l-għoti ta’ għajnuna mogħtija lilu
skond din l-Ordinanza, il-President ta’ Malta, wara li jikkonsulta
lill-Korporazzjoni, jista’, wara li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi tal-
każ, u bla ħsara għal xi proċedimenti kriminali li jistgħu jittieħdu
kontra l-industrjalista, jew b’ordni jħassar l-għoti ta’ kull għajnuna
mogħtija lil dak l-industrjalista skond din l-Ordinanza jew b’avviż
bil-miktub jitlob lil dak l-industrjalista egħluq tletin ġurnata minn
dak l-avviż jew -
(a) li jħares jew jara li tiġi mħarsa dik id-disposizzjoni jew
kondizzjoni, skond il-każ; jew
(b) li juri għas-sodisfazzjon tal-President ta’ Malta illi n-
nuqqas tiegħu ta’ tħaris jew li jara li tiġi mħarsa dik id-
disposizzjoni jew kondizzjoni, skond il-każ, kien
dovut għal xi raġuni mhux fil-kontroll tiegħu u illi
hemm tama raġonevoli li jħares jew li jara li tiġi
mħarsa dik id-disposizzjoni jew kondizzjoni, skond il-
każ, egħluq dak iż-żmien li l-President ta’ Malta
jidhirlu xieraq.
Estensjoni għat-
tħaris.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXVII. 1967.20; 
LVIII. 1974.68.
28. Meta industrjalista, jekk jiġi mitlub biex jagħmel hekk
b’avviż skond l-artikolu 27, jissodisfa lill-President ta’ Malta- 
(a) illi n-nuqqas tiegħu ta’ tħaris jew li jara li tiġi mħarsa
xi disposizzjoni jew kondizzjoni kif intqal, skond il-
każ, kien dovut għal xi raġuni mhux fil-kontroll
tiegħu; u
(b) illi hemm tama raġonevoli li jħares jew li jara li tiġi
mħarsa dik id-disposizzjoni jew kondizzjoni, skond il-
  18      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
każ, egħluq dak iż-żmien li l-President ta’ Malta
jidhirlu xieraq,
il-President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni,
jawtorizza dik il-proroga raġonevoli għall-finijiet ta’ tħaris ta’ dik
id-disposizzjoni jew kondizzjoni, skond il-każ, kif jidhirlu xieraq.
Taħsir ta’ għoti ta’ 
għajnuna.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68.
29. Meta industrjalista -
(a) li jkun ġie mitlub skond l-artikolu 27 biex jagħmel
hekk, jonqos li jissodisfa lill-President ta’ Malta -
(i) illi n-nuqqas tiegħu biex iħares jew li jara li tiġi
mħarsa dik id-disposizzjoni jew kondizzjoni,
skond il-każ, kien dovut għal xi raġuni mhux fil-
kontroll tiegħu; u
(ii) illi hemm tama raġonevoli li jħares jew li jara li
tiġi mħarsa dik id-disposizzjoni jew kondizzjoni,
skond il-każ, egħluq dak iż-żmien li l-President
ta’ Malta jidhirlu xieraq; jew
(b) li tkun ġiet mogħtija lilu proroga skond l-artikolu 28
jonqos egħluq il-perijodu ta’ dik il-proroga li jħares
jew li jara li tiġi mħarsa dik id-disposizzjoni jew
kondizzjoni, skond il-każ,
il-President ta’ Malta jista, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni,
b’ordni jħassar l-għoti ta’ kull għajnuna mogħtija skond din l-
Ordinanza lil dak l-industrjalista.
Ħlas lura wara 
taħsir.
Emendat: 
XXIX. 1965.2. 
30. Meta l-għoti ta’ xi għajnuna mogħtija lil industrjalista
skond din l-Ordinanza jiġi mħassar skond din id-disposizzjoni ta’
din l-Ordinanza, dak l-industrjalista jkun obbligat li jħallas lura
lill-Gvern kull somma li kien ikollha tiġi mħallsa minnu lill-Gvern
kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar dak
l-għoti u kull somma li dak l-industrjalista jkun hekk obbligat li
jħallas tista’ titpatta b’xi somma li tista’ tkun dovuta mill-Gvern lil
dak l-industrjalista għal kull raġuni tkun li tkun, salv id-dritt ta’
azzjoni tal-Gvern għall-ġbir lura ta’ kull bilanċ li jkun għadu dovut.
Pieni.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXIX. 1965.2;
XXVII. 1967.20;
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1990.3.
31. (1) Kull industrjalista li jikser jew jonqos li jħares xi
kondizzjoni ta’ l-għoti ta’ xi għajnuna mogħtija lilu skond din l-
Ordinanza jkun ħati ta’ reat u, mingħajr ħsara għal xi obbligu ieħor
taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jeħel meta jinsab ħati
multa ta’ mhux iżjed minn -
(a) dwar l-ewwel reat, mitt lira; jew
(b) dwar it-tieni reat jew reati oħra, ħames mitt lira.
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    19
Kap. 9. 
(2) Meta industrjalista jkun ġie misjub ħati ta’ reat skond is-
subartikolu (1), f’dak il-każ f’kull żmien wara dik id-dikjarazzjoni
ta’ ħtija, jekk l-għoti ta’ l-għajnuna li għaliha r-reat jirreferixxi
kien ġie mħassar skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-
President ta’ Malta jista’, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni,
jordna liċ-Chairman tal-Korporazzjoni li jitlob lill-qorti li
quddiemha l-industrjalista jkun ġie misjub ħati digriet li jordna lill-
industrjalista li jħallas lura lill-Gvern, egħluq dak iż-żmien li l-
qorti tistabbilixxi, l-ammont kollu ta’ kull somom li kien ikollhom
jiġu mħallsa minnu lill-Gvern kieku ma kienx għad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar dak l-għoti, jew, jekk
tkun ġa ġiet imħallsa parti minnu skond l-artikolu 30, kull bilanċ
tiegħu mhux imħallas jew xi parti iżgħar minnu li l-President ta’
Malta jista’ jistabbilixxi wara li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi
kollha u, wara li jingħata dak id-digriet, dak l-ammont għandu
jitqies bħala multa u l-artikoli 14 u 29 tal-Kodiċi Kriminali
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dik il-multa:
Iżda meta d-disposizzjoni ta’ dan is-subartikolu tkun ġiet
applikata, l-industrjalista ma għandux wara dan jiġi mitlub li
jħallas lura lill-Gvern skond l-artikolu 30 xi ammont ieħor ta’ l-
għajnuna li dwarha d-digriet ikun ingħata.
Kap. 9. 
(3) Digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati skond is-
subartikolu (2) jista’, fil-każijiet kollha, isir appell minnu mill-
Avukat Ġenerali u mill-industrjalista li kontra tiegħu jkun ġie
mogħti d-digriet u, bla ħsara ta’ dan, id-disposizzjonijiet kollha tal-
Kodiċi Kriminali dwar appelli għandhom, mutatis mutandis,
jgħoddu għal kull digriet bħal dan.
(4) Kull industrjalista li jikser jew jonqos li jħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(6) u (7) ikun ħati ta’ reat u,
mingħajr ħsara ta’ kull obbligu ieħor skond din l-Ordinanza, jeħel
wara li jinsab ħati ammenda ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
(5) Kull industrjalista li jikser jew jonqos li jħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ din l-Ordinanza jkun ħati
ta’ reat u, mingħajr ħsara ta’ kull obbligu ieħor skond din l-
Ordinanza, jeħel wara li jinsab ħati multa ta’ mhux iżjed minn
mitejn u ħamsin lira.
(6) Kull industrjalista li jikser jew jonqos li jħares id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ikun ħati ta’ reat u, mingħajr
ħsara ta’ kull obbligu ieħor skond din l-Ordinanza, jeħel wara li
jinsab ħati multa ta’ tliet darbiet il-valur ta’ l-oġġett li dwar it-
tneħħija tiegħu jikser jew jonqos li jħares dik id-disposizzjoni.
Dikjarazzjonijiet 
foloz.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIX. 1965.2; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1990.3.
32. (1) Jekk sabiex tikseb l-għoti ta’ xi għajnuna skond din l-
Ordinanza, sew għaliha kemm għal xi ħaddieħor, xi persuna
xjentement jew bi traskuraġni kbira tagħmel xi dikjarazzjoni jew
stqarrija falza jew qarrieqa, il-persuna li tagħmel dik id-
dikjarazzjoni jew stqarrija, u kull persuna li tkun ġiet mogħtija lilha
xi għajnuna skond din l-Ordinanza li tkun taf li dik id-dikjarazzjoni
jew stqarrija kienet ġiet magħmula tkun ħatja ta’ reat u, wara li
tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura
kriminali, teħel multa ta’ mhux iżjed minn mitejn u ħamsin lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-
  20      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
multa u l-priġunerija flimkien.
(2) Meta xi industrjalista li jkun kiseb l-għoti ta’ xi għajnuna
skond din l-Ordinanza ikun ġie misjub ħati tar-reat taħt is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, il-President ta’ Malta jista’, wara
li jikkonsulta lill-Korporazzjoni, b’ordni jħassar l-għoti ta’
għajnuna li għaliha r-reat jirreferixxi u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 30 u ta’ l-artikolu 31(2) għandhom japplikaw dwar hekk
għal dak l-industrjalista.
(3) Jekk għall-finijiet ta’ applikazzjoni skond l-artikolu 15 xi
persuna xjentement jew bi traskuraġni kbira tagħmel xi
dikjarazzjoni jew stqarrija falza jew qarrieqa, tkun ħatja ta’ reat u,
wara li tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali, teħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn erba’ xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien u kull dazju li jkun intradd jew tħallas
lura skond dak l-artikolu fuq l-applikazzjoni jkun jista’ jinġabar
mill-Gvern bħala dejn ċivili.
Riserva. 
Emendat: 
XXIX. 1965.2. 
Kap. 9.
33. Il-pieni maħsuba fl-artikoli 31 u 32 għandhom japplikaw
kemm-il darba l-fatt ma jikkostitwix reat iżjed gravi skond il-
Kodiċi Kriminali jew skond xi liġi oħra, f’liema każ dak il-Kodiċi
jew dik il-liġi l-oħra għandhom japplikaw, iżda b’mod illi ħadd ma
jeħel piena darbtejn għall-istess reat.
Disposizzjonijiet 
dwar proċedimenti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXIX. 1965.2;
LVIII. 1974.68.
34. (1) Ebda proċedimenti għal reat skond din l-Ordinanza ma
għandhom jittieħdu, ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Proċedimenti għal reat skond din l-Ordinanza jistgħu
jinbdew f’kull żmien egħluq ħames snin mid-data ta’ meta jsir ir-
reat jew egħluq tliet xhur mid-data li fiha prova, biżżejjed fil-fehma
tal-President ta’ Malta biex tiġġustifika prosekuzzjoni għar-reat,
tiġi għak-konjizzjoni tal-President ta’ Malta, liema tkun l-aħħar
data:
Iżda meta l-ħati kien jinsab barra minn Malta fid-data li
fiha prova, biżżejjed fil-fehma tal-President ta’ Malta li tiġġustifika
prosekuzzjoni għar-reat, tiġi għak-konjizzjoni tal-President ta’
Malta, dawn il-proċedimenti jistgħu jinbdew f’kull żmien egħluq
tnax-il-xahar mill-ġurnata li fiha huwa jasal l-ewwel f’Malta.
Għall-finijiet ta’ dawn l-artikoli ċertifikat tal-President ta’
Malta dwar id-data li fiha din il-prova kif ingħad tiġi għak-
konjizzjoni tal-President ta’ Malta tkun prova finali tagħha.
Reati minn 
għaqdiet ta’ 
persuni.
Emendat: 
XXIX. 1965.2.
35. Meta xi reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din
l-Ordinanza jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha jiġi
magħmul minn għaqda ta’ persuni, kull persuna li fiż-żmien li jsir
ir-reat kienet direttur, general manager, segretarju jew uffiċjal
ieħor simili ta’ dik l-għaqda jew li tidher li kienet qed taġixxi f’dik
il-kariga, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax illi
r-reat sar mingħajr ma kienet taf u li eżerċitat dik id-diliġenza
kollha biex tevita milli jsir dak ir-reat kif kien imissha eżerċitat
wara li jittieħed kont tan-natura tal-funzjonijiet tagħha f’dik il-
kariga u taċ-ċirkostanzi kollha.
GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI    21
SKEDI
Emendata: 
XIV. 1959.3; 
XXIX. 1965.2. 
 L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 8)
OGGETTI LI DWAR L-IMPORTAZZJONI TAGĦHOM TISTA’ 
TINGĦATA EŻENZJONI MID-DAZJU TAD-DWANA SKOND 
L-ARTIKOLU 8(1)
Il-materjali ta’ bini, għodod, impjant, makkinarju, pipes, pompi,
conveyor belts kollha jew apparati u materjali oħra ta’ kull
deskrizzjoni meħtieġa għal u wżati fil-kostruzzjoni, bdil,
rikostruzzjoni jew estensjoni tal-bini industrjali jew meħtieġa jew
użati biex tgħammar il-bini industrjali jew xi estensjoni tiegħu
għall-produzzjoni, fabbrikazzjoni jew titjib ta’ oġġetti jew prodott
jew għal provvediment jew titjib ta’ xi servizzi.
Emendata: 
A.L. 58 ta’ l-1959;
XIX. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXIX. 1965.2; 
XXVII. 1967.20;
A.L. 85 ta’ l-1974
XI. 1977.2;
VIII. 1982.2.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 23) 
PROĊEDURA DWAR APPLIKAZZJONIJIET
(1) Applikazzjonijiet għal għajnuna skond din l-Ordinanza
għandhom isiru lill-Korporazzjoni u għandhom ikunu f’dik il-
forma u jkollhom dawk il-partikolaritajiet skond ma tiddeċidi l-
Korporazzjoni minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern.
(2) Meta l-Korporazzjoni tkun qieset applikazzjoni għandha
kemm jista’ jkun malajr tagħti parir lill-Ministru responsabbli
għall-industrja dwarha b’rapport miktub.
  22      KAP. 159. ħ        GĦAJNUNALILL-INDUSTRJI
Miżjuda: 
XII. 1974.4.
Emendata:
XI. 1987.8. 
IT-TIELET SKEDA 
(Artikolu 4)
ALLOWANCE GĦAL INVESTIMENT U TNAQQIS GĦAL 
TQAGĦBIR ORDINARJU
(i) Allowance għal investiment:
Għoxrin fil-mija tal-kost oriġinali ta’ l-
impjant u l-makkinarju investit matul l-ewwel
ħames snin tal-proġett.
(ii) Tnaqqis għal tqagħbir ordinarju.
L-Ewwel Sena  30 fil-mija tal-kost oriġinali
It-Tieni Sena  20 fil-mija tal-kost oriġinali
It-Tielet Sena  20 fil-mija tal-kost oriġinali 
Ir-Raba’ Sena 10 fil-mija tal-kost oriġinali
ll-Ħames Sena  10 fil-mija tal-kost oriġinali 
Miżjuda: 
XII. l974.4. 
Sostitwita: 
IX. 1979.5. 
Sostitwita:
XI. 1987.9.
IR-RABA’ SKEDA 
(Artikolu 5)
TNAQQIS TA’ TAXXA TA’ KUMPANNIJA
 
Sena ta’ Tnaqqis  Perċentaġġ ta’ tnaqqis
Is-Sitt Sena 10 fil-mija tal-kost oriġinali
Proporzjon ta’ l-income ta’ 
Kumpannija mwarrab
Tnaqqis fir-rata
ta’ taxxa li 
xort’oħra 
tkun taxxabblili
kull ammont .................................................. bi l7c5
